1 minute read

Unjoni Missjunarja

Intenzjoni Missjunarja: Ġunju 2021

Intenzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni – Is‑Sbuħija taż‑Żwieġ.

“Nitolbu għaż‑żgħażagħ li qegħdin jippreparaw għaż‑żwieġ bl‑għajnuna tal‑komunità Nisranija; nitolbu sabiex jikbru fl‑imħabba, b’ġenerożità, fedeltà u paċenzja.”

L‑għan taż‑żwieġ huwa li tifforma familja sana miftuħa għall‑prokreazzjoni, jiġifieri għall‑ħajja tal‑bniedem. Alla ħalaq il‑bniedem u għalhekk Huwa l‑Awtur tal‑ħajja u l‑Leġislatur tal‑bniedem. Alla ried sa mill‑bidu tal‑pjan tiegħu, li ż‑żwieġ u l‑familja jkunu magħmula minn raġel wieħed u mara waħda, u li l‑imħabba ta’ bejniethom tagħti l‑ħajja. Fl‑ewwel tliet kapitli tal‑Ġenesi fil‑Bibbja, għandna l‑istorja tal‑ewwel koppja ta’ bnedmin, Adam u Eva, proprju raġel u mara, kumplimentari għal xulxin, ħalaqhom sabiex jagħmlu l‑frott, sabiex inisslu u joktru. (Ġen. 1:27‑28) Il‑bniedem ġie maħluq xbieha t’Alla. Din hija l‑familja u s‑sbuħija taż‑żwieġ skont Alla. Ilkoll nafu kemm il‑bniedem bl‑għajta tad‑‘drittijiet’ u ‘progress’ tappan ħafna s‑sbuħija taż‑żwieġ tal‑familja. Dan wassal biex il‑bniedem ‘modern’ tal‑lum kisser dak li għamel Alla, il‑bniedem kisser il‑familja u meta għamel dan kisser lilu nnifsu.

li jrid Alla, id‑dritt tal‑ħajja, tan‑nutrizzjoni, tal‑edukazzjoni, tax‑xogħol, tal‑paga ġusta u tal‑familja. Ejjew naħdmu biex insalvaw iż‑żwieġ u l‑familja skont kif irid Alla l‑Imbierek. Dan għandu jkun l‑impenn tagħna bħala individwi u bħala Knisja. Papa Franġisku ħeġġeġ dan kollu fl‑Udjenza tal‑Erbgħa 27 ta’ Mejju 2015, fejn qal: “Żmien l‑għerusija jista’ jsir tabilħaqq żmien ta’ inizjazzjoni, għalxiex? Għas‑sorpriża! Għas‑sorpriża tad‑doni spiritwali li bihom il‑Mulej, permezz tal‑Knisja, jagħni lix‑xefaq tal‑familja ġdida li hija miftuħa biex tgħix fil‑barka tiegħu. Issa jien nistedinkom titolbu lill‑Familja Mqaddsa ta’ Nazaret: Ġesù, Ġużeppi u Marija. Itolbu biex il‑familja tterraq din il‑mixja ta’ tħejjija, u itolbu għall‑għarajjes. Nitolbu lill‑Madonna lkoll flimkien: Sliema għall‑għarajjes kollha, biex jistgħu jifhmu l‑ġmiel ta’ din il‑mixja lejn iż‑żwieġ.”

Ejjew fuq kollox inkomplu nitolbu, nieħdu ħsieb saħħitna u nitolbu lil Ġesù, Marija u Ġużeppi jeħilsuna minn din il‑pandemija. 

BAŻAR

This article is from: