Malta Missjunarja Mejju 2024

Page 1


Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Missio ‑ [ Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑ Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm

Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm

Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà , il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm

Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272

Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt

Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm

BORD EDITORJALI

Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt)

Membri:Mons. Valent Borg

Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia

Websajt u Facebook: missiomalta

Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant.

Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)

Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja.

Abbonament għal sena €10.00

“Jekk

Tifhem il‑Qalb tal‑Omm, Tibda Tifhem il‑Qalb t’Alla.”

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna waqt quddiesa f’Jum l‑Omm u l‑inawgurazzjoni ta’ xelter għan‑nisa vittmi ta’ vjolenza 9 ta’ Mejju 2021.

J- tifel li jgħix fil-faqar qiegħed iġorr razzjon ta’ ikel lejn daru.

um l- Omm kien iċċelebrat għall-ewwel darba fl-Amerika fuq inizjattiva ta’ Anna Jarvis li fl-1908 fakkret il-memorja t’ommha fil-knisja ta’ Sant’Andru. Kienet ilha mill-1905, is-sena li fiha mietet ommha, tirsisti biex twaqqaf dan il-jum. Fl-1912, Anna ħabbret li kull tieni Ħadd ta’ Mejju jibda jkun iċċelebrat Jum l- Omm. Dan il-jum huwa osservat f’aktar minn 40 pajjiż madwar id-dinja kollha, għalkemm fi ġranet differenti. Fil-bidu tas-Snin 20 bdew jinbiegħu l-kartolini għal Jum l- Omm. Anna ma tantx ħadet gost għaliex l-għan ewlieni ta’ dan il-jum ma kienx wieħed kummerċjali. Hija kienet tisħaq li t-tfal għandhom juru l-apprezzament tagħhom lejn ommhom b’ittri u kartolini magħmulin minnhom stess.

Omm dejjem tkun f’wieħed minn tliet postijiet:

• Quddiem uliedha, sabiex tinkoraġġihom jimxu ’l quddiem

• Wara wliedha biex qatt ma jaqgħu lura

• Maġenbhom sabiex qatt ma jimxu waħedhom

Għeżież ommijiet, għad‑dinja intom sempliċi ommijiet, imma għalina intom id‑dinja! L‑imħabba tagħna għalikom hija bla tarf!

Nawguraw Minn Qalbna lill‑Ommijiet Kollha l‑Isbaħ

Xewqat f’Jum l‑Omm. Jalla l‑Barka tal‑Mulej Tinżel Fuqkom u Timliekom bis‑Saħħa u l‑Imħabba Llum u Għal Dejjem.

Il‑Jum l‑Omm it‑Tajjeb!

Fl‑

Il‑Madonna: Il‑Veru Sbuħija

1979 kont bdejt naħdem f’parroċċa ġdida fil-Filippini. Kienet parroċċa kbira, madwar 60,000 persuna f’żona f’Manila. F’waħda mill-kappelli fejn kont inqaddes kull nhar ta’ Ħadd, kont iltqajt ma’ tfajla ta’ madwar 20 sena. Tfajla grazzjuża ħafna u edukata li kienet tiġi għall-quddiesa kull nhar ta’ Ħadd, u ħafna drabi kienet taqra. Darba minnhom qaltli li kienet se tikkontesta f’‘pageant’ tas-sbuħija għat-titlu ta’ Miss Philippines. U din it-tfajla, Chat Silayan, rebħet it-titlu bħala Miss Philippines 1980. Kulħadd, inkluż jien, kien ferħan ħafna għaliha u qabel ma siefret biex tikkontesta għal Miss Universe, xtaqet li nqaddes quddiesa għaliha biex jekk il-Bambin irid tirbaħ dan it-titlu. Bqajt

niftakar l-omelija qasira li kont għamilt fl-okkażjoni, għax kont semmejt li l-isbaħ tfajla li kont naf kienet

Marija, li kienet l-isbaħ għax kienet l-aktar sempliċi. Chat kienet ferħana b’dak li għedt, u marret u kkontestat, u fil-klassifika tal-aħjar ilbies rebħet l-ewwel post, proprju għaliex libsitha kienet l-aktar

sabiħa fis-sempliċità tagħha. Spiċċat biex fl-aħħar ġiet it-tieni (runner-up) ta’ Miss Universe 1980.

Bqajt niftakar ukoll meta kont mort Ruma l-ewwel darba, f’April 1972 u rajt għall-ewwel darba l-istatwa tal-Pietà ta’ Michelangelo. Kemm kont bqajt imsaħħar bis-sbuħija tal-Madonna fis-sempliċità tagħha! Jien kont għadni żagħżugħ u forsi għalhekk tgħallimt nara s-sbuħija fis-sempliċità tal-affarijiet, tal-persuni, tar-relazzjonijiet bejn ħbieb u persuni, u fuq kollox fis-sempliċità t’Alla stess li jiltaqa’ miegħi f’dak kollu li hu sabiħ u armonjuż. In-natura tgħallimna u turina kif, pereżempju, is-sbuħija ta’ fjura ġejja mill-fatt li hi tikkonsma mill-art dak biss li għandha

bżonn, xejn aktar u xejn inqas. U għax dan hu veru, hu veru wkoll għal dak kollu li hu kkreat. L-armonija fl-essenzjalità tal-kreat, hija dik li tagħti s-saħħa u s-sbuħija lil dak li hu ħaj. Meta ħaġa tieħu aktar milli għandha bżonn, timrad u tikrieh.

F’Marija nara din is-sbuħija li trawwimni f’dak kollu li hu tajjeb u sabiħ. Marija kienet tfittex u tgħix dak kollu li hu sabiħ: il-kelma t’Alla li tant kienet tħobb u tgħix, u li b’konsegwenza, saret ħaġa waħda mal-imġiba u mal-karattru tagħha. Ma nistax nimmaġina ’l Marija dejjem irrabjata jew mara li żżomm darha maħmuġa u mimlija mbarazz b’ħafna affarijiet żejda. Nimmaġina dar li fiha biss dak li hu bżonjuż u allura, meta tidħol fiha, kemm jekk wieħed hu sinjur jew fqir, iħossu komdu u maħbub. Nimmaġina s-sbuħija ta’ wiċċ Marija u tal-libsa tagħha, u s-sbuħija ta’ kif titkellem u ġġib ruħha ma’ kull persuna. Ma nimmaġinahiex persuna antikwata, anzi moderna u li taf tagħżel kuluri li jagħmluha aktar dak li verament hi. Persuna armonika fejn kull dettall ma jispikkax, imma jintilef f’dak li hu differenti minnu, u din l-armonija fejn kollox jintilef fl-ieħor b’imħabba kbira, hija s-sbuħija ta’ Marija, is-sbuħija t’Alla. Kollox, bħal fin-natura jgħix għall-ieħor b’imħabba u armonija mill-isbaħ.

Marija, ommna, għinna ngħixu bħalek fil-familji, fil-Knisja, fis-soċjetà u kullimkien biex hekk inwasslu s-sbuħija u l-armonija vera, li hija Alla stess. 

Charity Shop

No.92, Qormi Road, Hamrun

Opening hours:

Monday‑Saturday 9.30am‑12.30pm

We sell:

Clothing for men, women, children and babies:

Jackets, trousers, t‑shirts, shirts, tops, socks, ties, suits, dresses, bags, gloves, baby grows, hats, etc.

Baby essentials: Push chairs, cots, car seats, potties, baby high‑chairs, etc.

Accessories: Jewellery

Books: Educational, classic, fiction, foreign, religious, etc.

School Items: Stationery, pencils, covers, etc.

Toys: Soft toys, games, puzzles, etc.

Cards: Birthday, anniversary, Holy Communion, Christmas, Easter, Wedding, Christening, etc.

Kitchenware: Crockery, cutlery, plates, bowls, glasses, utensils, waterjugs, etc.

Glassware: Adverts

Homeware: Ornaments, statuettes, china, frames, carpets, sheets, pillowcases, crochet, doilies, knitwear, prints, paintings, decorations, etc.

Household Goods: Shades

Gifts: Occasional cards, Holy Communion, Confirmation, Wedding party souvenirs, etc.

Bric & Brac: Knick knacks, and much more.

We accept plastic bottle caps.

Għandna bżonn voluntiera biex jiftħu l‑bażar ftit sigħat fil‑ġimgħa. Jekk inti interessat/a jew għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok ikkuntattja lis‑Sinjura Moira Muscat fuq 7908 7647. Grazzi.

NĠABRET IS‑SOMMA TA’ €140 LI BIHOM INXTARA

MEJJU 2024

Għall‑Formazzjoni Tar‑Reliġjużi U Tas‑Seminaristi.

Nitolbu sabiex reliġjużi nisa u rġiel, u seminaristi jikbru fil‑vokazzjoni tagħhom permezz tal‑formazzjoni umana, pastorali, spiritwali u komunitarja li twassalhom sabiex ikunu xhieda kredibbli tal‑Evanġelju.

Is-saċerdot u r-religjuż għandhom ikunu l-katekista tal-katekisti u jiċċelebraw dejjem b’dinjità s-sagramenti, speċjalment il-quddiesa u s-sagrament tal-penitenza. Għalhekk, importanti li s-seminarji joffru esperjenza utli ta’ dixxerniment fil-preparazzjoni għall-ħajja saċerdotali. Dan it-taħriġ

tas-saċerdoti fis-seminarju u tan-novizzi kien mitlub mill-Konċilju kbir ta’ Trentu. Fil-fatt, is-seminarju huwa l-post ta’ formazzjoni ħolistika: umana, psikoloġika, akkademika u spiritwali tas-seminaristi u tar-reliġjużi, bħala s-saċerdoti u r-reliġjużi t’għada. Il-vokazzjoni saċerdotali u dik reliġjuża hija l-ewwel nett don ta’ Alla, hija storja ta’ mħabba bejn Alla u l-bniedem, u hija fuq kollox misteru, għaliex hija esperjenza immensa u infinita tal-imħabba t’Alla, li xi kultant tifhimha u xi kultant ma tifhimhiex!

Hekk kien iddeskriviha

Papa San Ġwanni Pawlu II l-esperjenza tiegħu f’għeluq il-ħamsin sena tas-saċerdozju tiegħu, fil-ktieb tiegħu bl-isem ‘Don u Misteru’.

Fuq kollox, għandna nitolbu dejjem għal dawk

kollha responsabbli mill-formazzjoni seminaristika u reliġjuża, sabiex imdawlin dejjem minn Alla jkomplu jwettqu l-ħidma wisq siewja tagħhom fil-formazzjoni tas-saċerdoti u reliġjużi t’għada, għaliex il-vokazzjoni hija don għall-Knisja ta’ Kristu. Dan kollu huwa importanti għaliex huma jridu jkunu xhieda tassew awtentiċi u kredibbli tal-Evanġelju ta’ Kristu. Nistiednu lil kulħadd sabiex, mhux biss f’Jum il-Vokazzjonijiet nitolbu għall-vokazzjoni saċerdotali u dik reliġjuża, imma s-sena kollha. Ejjew nagħrfu f’dan ix-xahar tal-Madonna, li hija ‘Omm il-Vokazzjonijiet’, u nkomplu nagħrfu l-kobor tas-sejħa tas-seminaristi u tan-novizzi rġiel, kif ukoll in-novizzi femminili għall-ħajja reliġjuża, sabiex il-Mulej ikompli jsejjaħ aktar għal warajH.

Għall‑Migranti Li Jaħarbu

Minn Djarhom.

Nitolbu sabiex il‑migranti li jaħarbu mill‑gwerra u mill‑ġuħ, imġiegħla jieħdu vjaġġi mimlija periklu u vjolenza, isibu min jilqagħhom u jingħataw opportunitajiet ġodda fil‑pajjiżi li jirċevuhom.

L-immigrazzjoni hija d-dħul tal-persuna jew persuni barranija fil-pajjiż li mhux tagħhom. Dan il-fenomenu jirrifletti persuni li minħabba persekuzzjoni, kunflitti, theddid jew gwerer f’pajjiżhom, jitolbu sabiex jidħlu f’xi pajjiż bħala refuġjati u jsibu kenn fil-pajjiż li għandu jilqagħhom, u dan jagħmel parti mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem. Ninsabu fl-era tal-migrazzjoni. Dan il-fenomenu jirrifletti s-sitwazzjonijiet ekonomiċi batuti u miżeri tal-pajjiżi li jikkawżaw din l-immigrazzjoni. Ħafna drabi hija t-tmexxija ħażina ta’ dawn il-pajjiżi li twassal għal sitwazzjonijiet ta’

faqar u qgħad fil-pajjiż. Din hija s-sitwazzjoni ta’ eluf ta’ Afrikani li jaqsmu l-Mediterran, oħrajn mill-Ewropa tal-Lvant għall-Punent, fl-Asja, fl-Awstralja u fis-Sud Amerika, Karibej u Messikani li jippruvaw jidħlu l-Istati Uniti u fl-Amerika ta’ Fuq.

Bejn l-2000 u l-2016 huwa stmat li mietu, huma u

jaqsmu l-baħar biex jaslu l-Ewropa, 31,799 persuna fejn fl-2016 biss mietu 5,083 persuna. Din il-problema tinvolvi mbagħad ħafna abbużi oħra tat-traffiku uman, fejn wara li ħafna Afrikani jiġu mċaħħda minn visas għall-pajjiżi Ewropej, jippruvaw jitilgħu lejn l-Ewropa b’mezzi oħra fejn ikollhom iħallsu medja ta’ €2,500 sabiex jaqsmu

d-Deżert Saħara u €1,500 biex ibaħħru fil-Mediterran. Fis-sena 2019, 110,699 ruħ qasmu l-Baħar Mediterran għall-Ewropa, fejn mietu 1,283 ruħ. Ħamsin sena ilu, proprju fl-1963, Martin Luther King ħareġ bl-għajta li baqgħet tidwi kontra kull tip ta’ razziżmu u diskriminazzjoni fid-diskors tiegħu ta’ kapulavur rettoriku ‘I have a Dream’. Aħna ċittadini tas-sema. pajjiż veru tagħna huwa Ġenna. Mela aħna lkoll immigranti fuq din l-art u għandna s-sejħa sabiex namministraw b’mod ġust u tajjeb il-ġid tal-art, għalkemm dan mhux qed isir fid-dinja. Alla ħalaq id-dinja għal kulhadd u -bniedem għandu jfittex li jħobb u jobdi l-liġi t’Alla: “Għarib jien fuq l‑art; la taħbilix il‑kmandamenti tiegħek.” (Salm 119:19) Għalhekk, il-ministeru kardinali tan-Nisrani huwa proprju l-ospitalità fid-dawl tal-imħabba Nisranija. Ejjew inkunu iktar Kristjani u jimpurtana tassew minn dawk li jiġġieldu għal ħajjithom fuq il-baħar tagħna sabiex jaslu fi xtutna waqt li aħna nkunu fil-kumdità ta’ djarna.

LULJU 2024

Għall‑Kura Pastorali tal‑Morda.

Nitolbu sabiex is‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Morda jagħti lil dawk li jirċevuh u lill‑familjari tagħhom il‑qawwa tal‑Mulej, u jsiru dejjem iktar sinjal viżibbli tal‑ħniena u tat‑tama għal kulħadd.

Alla tagħna huwa qrib tagħna iktar milli aħna tagħna nfusna. Niltaqgħu miegħu fit-talb, fil-Kelma t’Alla, fl-Ewkaristija u fil-proxxmu tagħna. U għalhekk irridu niskopru dak li rrivelalna Alla fl-esperjenza tat-talb li huwa djalogu m’Alla, fejn Alla jurini r-rieda tiegħu. Alla fuq kollox huwa qrib il-marid u jridna li bħala

bnedmin nagħtu kas u nżuru lil min hu marid. Il-mard iġib miegħu ħafna qtigħ ta’ qalb, mhux biss lill-pazjent innifsu, imma anke lil dawk li huma madwaru. Kull ġurnata tkun qisha sikkina li tkompli ċċarrat il-ferita. U għalhekk f’dawn il-mumenti tant diffiċli ta’ qtigħ il-qalb għandna bżonn lil Alla, u lill-qawwa tal-grazzja tas-sagramenti tiegħu. Is-Sagrament tal- Griżma tal-Morda huwa fuq kollox sagrament ta’ fejqan u ta’ tama. Din hija l-fidi li bl-għajnuna tal-grazzja t’Alla u l-għajnuniet interjuri tal-Ispirtu s-Santu, tgħin lill-bniedem biex jilqa’ wkoll is-salib tal-mard u tat-tbatija.

In-Nisrani għalhekk għandu jittama fi Kristu quddiem it-tbatija u l-mard tal-ħajja, u jħares lejH.

Kristu huwa għalhekk it-tama tagħna: “Ħenjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom, u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija. Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis‑smewwiet.” (Mt. 5:11-12)

Fl-Ittra Appostolika ‘Salvifici Doloris’ tal-11 ta’ Frar 1984 u fil-Moto

Propriju tal-11 ta’ Frar 1985, ‘Dolentium Hominum’, Papa San Ġwanni Pawlu II qalilna li permezz tat-tbatija nieħdu sehem fit-tbatijiet redentivi ta’ Kristu.

Hekk ukoll qalilna Papa Franġisku fl-ewwel omelija li għamel fil-quddiesa ‘Missa pro Ecclesia’ flimkien mal-Kardinali fil-Kappella

Sistina nhar l-14 ta’ Marzu 2013, li l-veru dixxiplu huwa dak li jimxi ma’ Kristu Msallab fit-tbatija.

AWWISSU 2024

Għall‑Mexxejja Politiċi. Nitolbu għall‑mexxejja politiċi sabiex ikunu ta’ servizz għall‑popli tagħhom, jaħdmu għall‑iżvilupp integrali uman u għall‑ġid komuni, speċjalment li jieħdu ħsieb il‑fqar u dawk li tilfu x‑xogħol tagħhom.

F’dan ix-xahar t’Awwissu qegħdin nitolbu għall-mexxejja tal-pajjizi fid-dinja kollha, ħalli dawn jagħrfu l-missjoni tagħhom li jgħinu lill-popli tagħhom. Xi wħud minn dawk li qegħdin imexxu l-ekonomija tal-pajjiżi, qegħdin ipoġġu fl-ewwel post lill-ekonomija ‘tal-but’ tagħhom u għalhekk b’interessi

personali bil-konsegwenza li qegħdin iwarrbu d-drittijiet tal-maġġoranza tal-poplu li jibqa’ fqir u batut. Ekonomiji, li filwaqt li jistagħnu minn fuqhom il-ftit, l-istess ekonomiji qegħdin iniġġsu u jħammġu l-ambjent u l-elementi naturali tal-ħafna. Hemm bżonn li jitħares il- ġid komuni u fuq kollox id-drittijiet tal-bnedmin kollha. Jeħtieġ li jkun hemm għażla preferenzjali l-aktar favur il-foqra, u naħdmu lkoll flimkien għal dinja iktar sostenibbli għall- ġenerazzjonijiet futuri.

Bħala Nsara għandna nkunu dejjem vuċi waħda kontra kull tip ta’ politika li tgħaffeġ liż-żgħir u lill-batut, kull tip t’ekonomija abbużiva u li qiegħda ġġib ħsara

u inġustizzja kbira. Ma nistgħux nibqgħu siekta u ma nagħmlu xejn, għaliex dan ifisser li nkunu qed inħallu jsaltan il-ħażen u l-qerq fid-dinja. U dan huwa wieħed mid-dnubiet tad-dinja, id-dnub tal-ommissjoni, fejn inkunu kuntenti li aħna moqdija sewwa, filwaqt li ma jimpurtaniex minn dak li qed ibati u jsofri l-inġustizzji. Fil-fatt, Papa Franġisku wissa dwar dan kollu u jgħidilna biex naħdmu dejjem għall-ekonomiji ġusti, kif qal fid-diskors tiegħu lill-parteċipanti tal-Laqgħa tal-Fondazzjoni ‘Centesimus Annus Pro Pontifice’ tas-26 ta’ Mejju tal-2018. Ejjew mela nitolbu biex dawk kollha responsabbli mill-pajjiżi fid-dinja jaħdmu dejjem għall-vera ġid komuni. 

Go And Invite Everyone To The Banquet

(cf. Mt. 22:9)

Dear brothers and sisters!

The theme I have chosen for this year’s World Mission Day is taken from the Gospel parable of the wedding banquet (cf. Mt 22:1-14). After the guests refused his invitation, the king, the main character in the story, tells his servants: “Go therefore to the thoroughfares, and invite to the marriage feast as many as you find” (v. 9). Reflecting on this key passage in the context of the parable and of Jesus’ own life, we can discern several important aspects of evangelization. These appear particularly timely for all of us, as missionary disciples of Christ, during this final stage of the synodal journey that, in the words of its motto, “Communion, Participation, Mission”, seeks to refocus the Church on her

primary task, which is the preaching of the Gospel in today’s world.

1.“Go and invite!” Mission as a tireless going out to invite others to the Lord’s banquet. In the king’s command to his servants we find two words that express the heart of the mission: the verbs “to go out” and “to invite”.

As for the first, we need to remember that the servants had previously been sent to deliver the king’s invitation to the guests (cf. vv. 3 - 4). Mission, we see, is a tireless going out to all men and women, in order to invite them to encounter God and enter into communion with him. Tireless God, great in love and rich in mercy, constantly sets

out to encounter all men and women, and to call them to the happiness of his kingdom, even in the face of their indifference or refusal. Jesus Christ, the Good Shepherd and messenger of the Father, went out in search of the lost sheep of the people of Israel and desired to go even further, in order to reach even the most distant sheep (cf. Jn 10:16). Both before and after his resurrection, he told his disciples, “Go!”, thus involving them in his own mission (cf. Lk 10:3; Mk 16:15). The Church, for her part, in fidelity to the mission she has received from the Lord, will continue to go to the ends of the earth, to set out over and over again, without ever growing weary or losing heart in the face of difficulties and obstacles.

I take this opportunity to thank all those missionaries who, in response to Christ’s call, have left everything behind to go far from their homeland and bring the Good News to places where people have not yet received it, or received it only recently. Dear friends, your generous dedication is a tangible expression of your commitment to the mission ad gentes that Jesus entrusted

to his disciples: “Go and make disciples of all nations” (Mt 28:19). We continue to pray and we thank God for the new and numerous missionary vocations for the task of evangelization to the ends of the earth.

Let us not forget that every Christian is called to take part in this universal mission by offering his or her own witness to the Gospel in every context, so that the whole Church can continually go forth with her Lord and Master to the “crossroads” of today’s world. “Today’s drama in the Church is that Jesus keeps knocking on the door, but from within, so that we will let him out! Often we end up being an ‘imprisoning’

Church which does not let the Lord out, which keeps him as ‘its own’, whereas the Lord came for mission and wants us to be missionaries” (Address to Participants in the Conference organized by the Dicastery for the Laity, Family and Life, 18 February 2023). May all of us, the baptized, be ready to set out anew, each according to our state in life, to inaugurate a new missionary movement, as at the dawn of Christianity!

To return to the king’s command in the parable, the servants are told not only to “go”, but also to “invite”: “Come to the wedding!” (Mt 22:4). Here we can see another, no less important, aspect of the

The Great Banquet in the Kingdom of God will be greater than anything we can imagine here on earth. Pieter Breugel the Younger, "The Peasant Wedding Banquet" (1568), Kunsthistorisches Museum, Vienna.

mission entrusted by God. As we can imagine, the servants conveyed the king’s invitation with urgency but also with great respect and kindness. In the same way, the mission of bringing the Gospel to every creature must necessarily imitate the same “style” of the One who is being preached. In proclaiming to the world “the beauty of the saving love of God made manifest in Jesus Christ who died and rose from the dead” (Evangelii Gaudium, 36), missionary disciples should do so with joy, magnanimity and benevolence that are the fruits of the Holy Spirit within them (cf. Gal 5:22).

Not by pressuring, coercing or proselytizing, but with closeness, compassion and tenderness, and in this way reflecting God’s own way of being and acting.

2. “To the marriage feast”. The eschatological and Eucharistic dimension of the mission of Christ and the Church. In the parable, the king asks the servants to bring the invitation to his son’s wedding banquet. That banquet is a reflection of the eschatological banquet. It is an image of ultimate salvation in the Kingdom of God, fulfilled

even now by the coming of Jesus, the Messiah and Son of God, who has given us life in abundance (cf. Jn 10:10), symbolized by the table set with succulent food and with fine wines, when God will destroy death forever (cf. Is 25:6‑8).

Christ’s mission has to do with the fullness of time, as he declared at the beginning of his preaching: “The time is fulfilled, and the kingdom of God is at hand” (Mk 1:15). Christ’s disciples are called to continue this mission of their Lord and Master. Here we think of the teaching of the Second Vatican Council on the eschatological character of the Church’s missionary outreach: “The time for missionary activity extends between the first coming of the Lord and the second…, for the Gospel must be preached to all nations before the Lord shall come (cf. Mk 13:10)”

(Ad Gentes, 9).

We know that among the first Christians missionary zeal had a powerful eschatological dimension. They sensed the urgency of the preaching of the Gospel. Today too it is important to maintain this perspective, since it helps us to evangelize with the joy of those who know that “the Lord is

near” and with the hope of those who are pressing forward towards the goal, when all of us will be with Christ at his wedding feast in the kingdom of God. While the world sets before us the various “banquets” of consumerism, selfish comfort, the accumulation of wealth and individualism, the Gospel calls everyone to the divine banquet, marked by joy, sharing, justice and fraternity in communion with God and with others.

This fullness of life, which is Christ’s gift, is anticipated even now in the banquet of the Eucharist, which the

As Benedict XVI taught: “Every Eucharistic celebration sacramentally accomplishes the eschatological gathering of the People of God. For us, the Eucharistic banquet is a real foretaste of the final banquet foretold by the prophets (cf. Is 25:6‑9) and described by the New Testament as ‘the marriage‑feast of the Lamb’ (Rev 19:9), to be celebrated in the joy of the communion of the saints” (Sacramentum Caritatis, 31).

Consequently, all of us are called to experience more intensely every Eucharist, in all its dimensions, and particularly its eschatological

approach the Eucharistic table without being drawn into the mission which, beginning in the very heart of God, is meant to reach all people” (ibid., 84). The Eucharistic renewal that many local Churches are laudably promoting in the post-Covid era will also be essential for reviving the missionary spirit in each member of the faithful. With how much greater faith and heartfelt enthusiasm should we recite at every Mass: “We proclaim your death, O Lord, and profess your resurrection, until you come again” !

preparation for the Jubilee of 2025, I wish to encourage all to deepen their commitment above all to take part in the celebration of Mass and to pray for the Church’s mission of evangelization. In obedience to the Saviour’s command, she does not cease to pray, at every Eucharistic and liturgical celebration, the “Our Father”, with its petition, “Thy kingdom come”. In this way, daily prayer and the Eucharist in particular make us pilgrims and missionaries of hope, journeying towards everlasting life in God, towards the nuptial banquet that God has prepared for all

3. “Everyone”. The universal mission of Christ’s disciples in the fully synodal and missionary Church. The third and last reflection concerns the recipients of the King’s invitation: “everyone”.

of the Pontifical Missionary Societies, 3 June 2023). Today, in a world torn apart by divisions and conflicts, Christ’s Gospel remains the gentle yet firm voice that calls individuals to encounter one another,

that in our missionary activities we are asked to preach the Gospel to all: “Instead of seeming to impose new obligations, [we] should appear as people who wish to share their joy, who point to a horizon of beauty

prepared remains always open to all, since his love for each of us is immense and unconditional. “God so loved the world that he gave his only Son, so that everyone who believes in him may not perish but may have life eternal” (Jn 3:16).

the footsteps of the Second Vatican Council and my Predecessors, I recommend to all dioceses throughout the world the service of the Pontifical Mission Societies. They represent the primary means “by which Catholics are imbued from infancy with a truly universal and missionary outlook and [are] also a means for instituting an effective collecting of funds for all the missions, each according to its needs” (Ad Gentes, 38). For this reason, the collections of World Mission Day in all the local Churches are entirely destined to the universal fund of solidarity that the Pontifical 4 Society of the Propagation of the Faith then distributes in the Pope’s name for the needs of all the Church’s missions. Let us pray that the Lord may guide us and help us to be a more synodal and a more missionary Church (cf. Homily for the Concluding Mass of the Ordinary General Assembly of the Synod of Bishops, 29 October 2023).

Finally, let us lift our gaze to Mary, who asked Jesus to perform his first miracle precisely at a wedding feast, in Cana of Galilee (cf. Jn 2:1-12). The Lord offered to the newlyweds and all the guests an abundance of new wine, as a foreshadowing of the nuptial banquet that God is preparing for all at the end of time. Let us implore her maternal intercession for the evangelizing mission of Christ’s disciples in our own time. With the joy and loving concern of our Mother, with the strength born of tenderness and affection (cf. Evangelii Gaudium, 288), let us go forth to bring to everyone the invitation of the King, our Saviour. Holy Mary, Star of Evangelization, pray for us!

Rome, Saint John Lateran, 25 January 2024, Feast of the Conversion of Saint Paul.

Copyright © Dicastero per la Comunicazione ‑ Libreria Editrice Vaticana 

Ningħaqdu Għal Missio

Din hija d-disa’ sena li ttellgħet il-Maratona

Hope Missio Fest fuq l-istazzjonijiet tal-televiżjoni lokali għal tnax-il siegħa sħaħ ta’ xandir dirett. L -għan ewlieni ta’ din l-attività huwa li jingħata għarfien dwar persuni li jgħixu fil-missjoni u sabiex fuq kollox tingħata lil dawn ħutna tama ta’ futur isbaħ lejn xiex iħarsu. Barra minn hekk, ingħata wkoll tagħrif dwar proġetti li diġà twettqu u li għad iridu jitwettqu. Matul is-snin, bil-fondi miġbura mill-maratona, mill- Ġurnata Missjunarja u minn diversi attivitajiet oħra li jiġu organizzati matul

is-sena, Missio rnexxielu jisponsorja għexieren ta’ proġetti li huma mferrxin fil-kontinenti kollha u jinkludu fost oħrajn, irziezet, skejjel, kliniċi u spieri. Permezz ta’ dawn

il-proġetti qed jibbenefikaw komunitajiet sħaħ u mhux biss individwi. Din is-sena Missio qed jiffoka l-għajnuna tiegħu fi proġetti fil-Kontinent Afrikan, fosthom fl-Uganda.

Maratona fuq it-TV b’risq il-Missjoni

DAR GĦALL‑PERSUNI

ABBANDUNATI

Ftit tal-ġimgħat ilu, xi rappreżentanti minn Missio Malta żaru Dar Betlehem fl-Uganda, li hija dar għall-persuni abbandunati. Hekk hu, persuni li m’għandhom lil ħadd u xejn; la familja u wisq anqas ħbieb! Imma għaliex abbandunati? Sfortunatament għax huma persuni b’diżabilità. Uħud mir-residenti ta’ din id-dar lanqas jistgħu jiċċaqalqu; dejjem wiċċhom ’il fuq fis-sodda. Imma minkejja dawn it-tbatijiet kollha, fid-dar ma ssib xejn ħlief ħafna ferħ u mħabba bla qies.

Bla dubju li dawn ir-residenti jħossuhom maħbubin u siguri għaliex kieku ma ssibhomx bi tbissima fuq wiċċhom. Jekk wieħed jaqbad jiżfen, l-oħrajn kollha jingħaqdu miegħu u f’kemm trodd salib joħolqu atmosfera ferriħija. Angelo, wieħed mir-residenti adulti, m’għandux saħħa f’saqajh.

B’hekk tista’ tgħid li għadda għomru kollu fl-art, bilqiegħa jew għarkopptejh u jitkaxkar sabiex imur minn post għal ieħor.

Kien hawn li daħal għal Angelo Missio Malta, u bil-fondi miġbura mill-maratona tas-sena l-oħra, irregala lir-raġel siġġu tar-roti. Kienu sħabu tad-dar stess li qabduh, tnejn minn idejh u tnejn minn saqajh u ġarrewh għal ħdejn is-siġġu tar-roti fost ħafna ċapċip u għajjat ta’ ferħ. L-emozzjoni ta’ ferħ fuq wiċċ Angelo, xħin sab ruħu bilqiegħda fuq s-siġġu tar-roti kienet waħda li diffiċli ħafna tiddeskriviha. Grazzi għas-siġġu tar-roti, issa jista’ jdur mad-dar kollha

b’aktar kumdità u daqshekk tkaxkar mal-art. Sar persuna aktar indipendenti. B’xorti ħażina hemm aktar residenti li għandhom bżonn siġġu tar-roti. Kun int li bid-donazzjoni tiegħek tferraħ persuna oħra.

Missio Malta jaċċerta ruħu li tfal u l-familji tagħhom f’sitwazzjonijiet simili t’hawn fuq, imxerrda mad- dinja kollha, taslilhom l- għajnuna meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jirċievu edukazzjoni xierqa. Dan isir billi jintbagħtu flus lill-missjunarji sabiex jipprovdu tagħlim, ikel u mediċini lil dawn l- adulti u tfal. Jekk tixtieq tgħin, jew għal aktar tagħrif ċempel lil Missio fuq 2123 6962. Tista’ wkoll tidħol fil-paġna ta’ Facebook Missio Malta jew iżżur is-sit www.missio.org.mt. Grazzi mill-qalb tad-donazzjonijiet tiegħek. #ilmissioint #hopemissiofest

In Aid of Missio Malta

“When you give joy to other people, you get more joy in return. You should give a good thought to the happiness that you can give out.” Eleanor Roosevelt.

Ivery frequently think about the happiness that I give out to keep me going! Yes, it’s important to give joy to people and it’s very true that you receive more joy in return! Believe me when I tell you the great joy and satisfaction I feel when I see the result of a project I sponsored! It is overwhelming every time. Their smiling faces give me a boost to keep on working even harder. It is even more satisfying when the projects involve surgery and children! As I always emphasise, all this cannot be accomplished without your continuous purchases, donations and support. I really appreciate when you share my page and website with your colleagues and friends. Visit my website https://www. joanscraftsforcharity. com or my Facebook page: Joan’s Craft for Charity and put in your orders. Thank you all very much for your cooperation and support!

These are the projects I managed to sponsor to date:

1.

2.

3.

4.

5.

Sr. Lilian Community Christmas party and gifts.
Sr. Josephine Community School bags, uniforms, stationery, curtains, bedding and shoes.
Sr. Lilian Community Medication for a 24 year old young lady.
Fr. Grevazio Community Christmas party and gifts.
Fr. Eric Community Seminary: beds, desks, tables and benches.

6. Sr. Josephine Community

Food, bedding, chairs, etc... for 4 families.

7. School in Uganda

4 tanks to help them have clean water.

8. Sr. Josephine Community

The boy, Majaliwa, recovering and doing well after surgery.

RELAZZJONIJIET

GHIDLI STORJA

9. Sr. Josephine Community

The girl, Joslina, recovering and doing well after surgery.

Programmi bi produzzjoni ta' Missio

Malta u preżentazzjoni ta' Dun Victor Agius u Claudia Cini.

Relazzjonijiet: Bejn Mejju u Ġunju: Kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis fis‑2:30pm.

Bejn Lulju u Settembru: Kull nhar ta’ Tlieta fis‑2:30pm.

Għidli Storja: Bejn Lulju u Settembru: Kull nhar ta’ Sibt fit‑3:30pm.

‑● Fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) 107.8FM (Għawdex).

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Hieni

tassew dak

ir‑raġel li jisma’ ħafna ilħna ġentili jsejħulu ‘Missier’.

Il‑missier iżomm idejn uliedu għal ftit taż‑żmien, imma jżommilhom qalbhom f’tiegħu għal dejjem.

Awguri mill‑qalb lill‑missirijiet kollha.

Jalla l‑Mulej iżomm idejh fuqkom u jberikkom, u jagħti l‑mistrieħ ta’ dejjem lill‑missirijiet kollha li ħallew din id‑dinja. IL‑JUM

IL‑MISSIER IT‑TAJJEB!

F’Isem l‑Istaff u l‑Voluntiera Kollha ta’ Missio

Malta, Nawguraw Lill‑Missirijiet Kollha Ħafna

Saħħa, Paċi u Ferħ, Filwaqt Li Nirringrazzjawhom ta’ Dak Kollu Li Jagħmlu Magħna.

L‑ Ewwel Buddista Mill‑Bhutan Li Kkonverta Għall‑ Kristjaneżmu

L‑ewwel Ewropej li

daħlu fil-Bhutan kienu żewġ Ġiżwiti Portugiżi li fl-1617 kienu fi triqithom lejn it-Tibet. Kellhom jgħaddu tliet sekli sakemm, fuq talba tar-Re, fl-1963 wasal il-Ġiżwita

Kanadiż, Patri William Mackay minn Darjeeling. Huwa waqqaf l-ewwel skola b’seba’ studenti f’maqjel tal-baqar abbandunat. Wara, il-Ġiżwiti waqqfu żewġ skejjel u kulleġġ li llum sar università. Patri Mackay huwa meqjus bħala l-missier tal-edukazzjoni moderna fil-Bhutan.

Twelidt fl-24 ta’ Diċembru 1958 f’familja Buddista ferventi fil-Bhutan, pajjiż fejn żewġ terzi tal-popolazzjoni (madwar miljun) huma Buddisti. L -ewwel kuntatt tiegħi mar-Reliġjon Nisranija kien permezz tal-kartolini tal-Milied. It-tifel żgħir fil-maxtura kien jaffaxxinani! Il-ġenituri bagħtuni nistudja fil-Kulleġġ ta’ San Ġużepp tal- Ġiżwiti f’Darjeeling fl-Indja, wieħed mill-aqwa kulleġġi fl-Indja. Hemmhekk, għall-ewwel darba rajt il-Kurċifiss.

Is-sorijiet

għenuni biex insir naf lil dak it-tifel żgħir u lil dak ir-raġel fuq is-salib. Skoprejt li kien qam mill-imwiet u għadni niskopri iktar dwaru. Meta kont fid-9 klassi xtaqt nitgħammed, imma l-Ġiżwiti rrifjutaw.

Qassis Sależjan għammidni fl-1974. Missieri ddispjaċih ħafna li kkonvertejt. Għal sentejn sħaħ kont nirċievi s-sagramenti bil-moħbi u kibret fija l-imħabba għal Ġesù. Bdejt nifhem li din il-ħajja ġdida ma kinitx mingħajr inkwiet. F’soċjetà Buddista u magħluqa, li tkun Nisrani fissret li ninżel fl-iskala soċjali, u nkun imwarrab! Wara li spiċċajt l-iskola studjajt fil-Kulleġġ ta’ San Saverju f’Mumbaj u fil-Kulleġġ ta’ San Ġużepp f’Bangalore. Kont l-ewwel wieħed mill-Bhutan u ggradwajt b’Masters fl-Amministrazzjoni tan-Negozju. Dak iż-żmien fil-Bhutan kien hemm

ħafna opportunitajiet. Kont nammira l-ħafna missjunarji fl-Indja u xtaqt inkun bħalhom. Tlabt lill-Mulej jagħtini iktar żmien, u meta tlabtu jagħtini sinjal ta’ konferma, qatt ma ndunajt li kien sejjer iweġibni hekk malajr u b’mod ċar ħafna.

Mill-1974 ma kontx inħoss kwiet ġo fija, dejjem kelli x-xewqa u ħassejtni msejjaħ biex nikkonsagra ħajti lil Kristu bħala qassis. Imma l-istudji, il-karriera u l-pressjoni tal-familja, kif ukoll l-istil ta’ ħajti ddistrattawni milli nieħu deċizjoni soda. Id-diretturi spiritwali tiegħi dejjem inkuraġġewni biex

nistenna, u wieħed, għaliex kont l-uniku Nisrani mill-Bhutan, anki ssuġġerieli niżżewweġ biex il-Knisja f’pajjiżi tikber. Minħabba x-xewqa li kelli biex insir qassis, bdejt nitlob ’l Alla jagħtini sinjal. Niftakar nitolbu li jagħtini sinjal, mhux bħalma ta lil Tereża tal-Bambin Ġesù permezz tas-silġ fis-sajf, imma sinjal tajjeb biex ma jkollix dubju. Kien il-Ħadd filgħodu, fejn kont f’Hyderabad għal konferenza u mort il-knisja, u waqt il-quddiesa tlabt għal sinjal. Filgħaxija kelli mmur Kalkutta u kont ħerqan li niltaqa’ ma’ ħabiba. L -ajruplan ittardja u ddejjaqt. Il-burdata tiegħi nbidlet f’daqqa, meta fuq l-ajruplan rajt lil Madre Tereża dieħla u poġġiet ħdejja fl-ewwel filliera. Qalbi bdiet tħabbat. Ħassejtni bla nifs. L -ajruplan telaq, imma Madre Tereża ma qaltlix kelma. Kienet qed

titlob u l-ħin deher twil wisq. Imbagħad daret lejja u staqsietni minn fejn kont. Ħadet pjaċir meta għedtilha li kont minn Darjeeling għax għamlet in-novizzjat tagħha hemmhekk. Meta għedtilha li kont mill-Bhutan u li jien Kattoliku dehret kurjuża ħafna. Għedtilha li kont ikkonvertejt u wara ftit ftaħt qalbi magħha. Għedtilha bix-xewqa li nsir qassis, imma kont imħawwad. Qabditli jdejja u qaltli: “Ma tantx għedt din lil ħafna nies, imma se ngħidlek li inti għandek il‑vokazzjoni, kun ġeneruż m’Alla u hu jkun ġeneruż miegħek.”

Għajnejja mtlew bid-dmugħ u bil-ferħ bqajt nibki sakemm wasalna Kalkutta. Kont tlabt ’l Alla għal miraklu biex jikkonfermali s-sejħa u bagħatli anġlu bħalma bagħat lil Ommna Marija. Ma stajt ngħid xejn ħlief: “Hawn hu

l‑qaddej tiegħek. Ħalli jsir minni skont kelmtek.” Dak il-lejl iddeċidejt li nidħol Ġiżwita. Ftit xhur wara, fil-21 ta’ Ġunju 1986, fl- età ta’ 28 sena dħalt u ħallejt warajja lill- ġenituri u lil ħbiebi jibku, għax ħasbuni li ġġennint. Il-Ġiżwiti kienu dubjużi dwari. Ommi l- għażiża wasslitni san-novizzjat f’Kurseong. L -imħabba kbira għalija ħallietha tinsa l-paradoss u l-ironija ta’ dak il-mument: Omm Buddista tħalli lil binha jsir Patri Kattoliku! Dak iż-żmien, kienet xi ħaġa li ma timmaġinahiex, imma belgħet id- dmugħ kollu u b’kuraġġ ħallietni fin-novizzjat tal- Ġiżwiti. Kont tant ferħan li dħalt fin-novizzjat, li ma ndunajtx l-uġigħ u d- dieqa f’qalbha. Meta telqet, ħassejtni mistrieħ u ridt li nkun novizz tajjeb. Imma l-paċi tiegħi ma damitx! Filgħaxija ġiet tarani, u talbitni mmur lura d- dar, u ninsa dan il-ġenn. Tlabtha tagħtini ġimagħtejn u jekk lili ma jogħġobnix dak li kont qiegħed nagħmel, setgħet tiġi u teħodni lura d- dar. L -imħabba t’ommi għalija tatha s-saħħa biex taqbel miegħi u tmur lura d- dar. Ġimagħtejn wara ġiet lura n-novizzjat u meta ratni tant ferħan, marret lura u bagħtitli dan il-messaġġ:

Madre Tereża ta' Kalkutta u Patri Kinley Tshering. L‑Isqof ta’ Darjeeling
Stephen Lepcha ma’ Patri KinleyTshering.

“Kun patri tajjeb u qatt iddur lura mid‑deċiżjoni li ħadt.”

Għaddew 9 snin u fit-23 t’Ottubru 1995 kont ordnat saċerdot. Ommi

kienet ferħana ħafna u ma waqfitx titbissem. Ħuti l-bniet bkew. Missieri, Buddist tajjeb, ma ġiex, iżda rrispetta l-għażliet tiegħi. Niftakar li dakinhar ommi qalet lin-nies: “Disa’ snin ilu spiċċajt id‑dmugħ kollu u issa nifraħ ma’ ibni għax sejjer jaqdi lill‑bnedmin.”

Omm Buddista għenet saċerdot Ġiżwita jkun kburi bil-vokazzjoni tiegħu u jaqdi ’l-fqar. Ommi mhix xi teologa, imma ndunajt li dawk li għallmitni meta kont żgħir, kienu virtujiet Insara li nħaddan bħala adult. Wara l-ordinazzjoni mort Kalkutta u ltqajt ma’ Madre Tereża. L -ewwel kliem li qaltli

Ritratt: Filipe D’ Avillez

kien: “Ili nitlob għalik dawn l‑aħħar għaxar snin!”

Għaddew 37 sena minn meta dħalt Ġiżwita. Bħala Bhutani, jiena kburi b’art twelidi u niesi. Nixtieq naħdem biex naqblu li

Nisrani tajjeb jista’ jkun Bhutani leali. Bħala Ġiżwita nista’ mmiss il-qalb tad-djalogu bejn il-Buddisti

u l-Insara. Hemm ħafna paralleli li jistgħu jsiru bejn il-Buddiżmu u l-Ispiritwalità Injazjana. Taħt it-tmexxija ta’ Papa Franġisku nifhem li għax jiena qassis Kattoliku għandi nkun qaddej tal-ferħ tal-Vanġelu, li nkun ninxtamm bir-riħa tan-nagħaġ, li mmur fejn oħrajn ma jridux imorru biex inħobb u naqdi. 

il-kalendarju

ppakkjat ta’ Missio

Malta, hemm

żewġ dati fis-sena li huma

MOIRA MUSCAT

speċifikament laqgħat għar-reliġjuzi mhux Maltin li qed jgħixu fil- Gżejjer Maltin.

L -aħħar laqħa li saret kien nhar is-Sibt 27 ta’ April, fil-Kunvent tal-Patrijiet Dumnikani l-Birgu. Kien mument sabiħ fejn bdejna l- ġurnata b’quddiesa fil-Knisja tad-Dumnikani. Wara saret laqgħa fejn ħafna mis-sorijiet u s-saċerdoti qasmu l-esperjenza tagħhom dwar

Patri Kinley Tshering, S.J., ma’ Yeshi u Jivan, membri kollegi tad‑delegazzjoni ta’ Bhutan għall‑jum Dinji taż‑Żgħażagħ f ’Lisbona, il‑Portugall.

RIEDA LI TAGĦTI

Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha.

Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek.

Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt VO/1178

ix-xogħol li qed iwettqu f’Malta. Fl-aħħar kilna xi ħaġa tajba flimkien li ppreparawlna l-patrijiet stess.

Dawn huma laqgħat importanti u mistennija ħafna mill-missjunarji li ġejjin minn diversi postijiet madwar id-dinja li qed jagħtu sehemhom f’oqsma differenti f’Malta u f’Għawdex. 

Tislijiet mill-Uffiċċju

Missjunarju, illum iktar magħruf bħala

Missio Malta. Nittama li ssib ftit ħin u ħafna paċenzja biex taqra din l-istedina. Ippermettili biex l-ewwel nagħtik ftit informazzjoni.

Wieħed mill-għanijiet u għalhekk mir-responsabbiltajiet ta’ Missio, hu li jisponsorja t-tagħlim u l-formazzjoni ta’ seminaristi f’diversi pajjiżi tal-missjoni. Fil-fatt, fil-preżent Missio qed jgħin seminaristi li qegħdin f’ħames seminarji fl-Indja, li jinkludu s-seminarji

Stedina

li jinsabu f’Bangalore, f’Hyderabad, f’Chennai, fi Trichy u f’Carmelgiri. Missio jgħin ukoll seminarju

fil-Malawi. Infatti, ma’ dan l-artiklu tistgħu taraw seminaristi ġodda mis-seminarju ta’ San

Il‑ħajja fis‑seminarju.
Seminaristi miġburin għall‑quddiesa.

Kif int tista’ tgħin

lis‑seminaristi

fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.

• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5

• Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24

• Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35

• Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36

• Paga ta’ għalliem fis‑seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48

• Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60

• Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115

• Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143

Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.

• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) ‑ €2400 (l‑ispejjeż kollha)

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

Jew fuq: www.missio.org.mt

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑ QALB

Pietru fil-Malawi li qegħdin

jistennew sponsorizzazzjoni sabiex ikomplu l-vjaġġ tagħhom għall-ordinazzjoni.

Qed taraw ukoll ftit ritratti

ta’ kif is-seminaristi jqattgħu l-ġranet tagħhom. Dawn huma ftit minn fost mijiet ta’ seminarji mxerrdin f’diversi djoċesi tal-missjoni. Ħafna drabi f’Seminarju

Maġġuri ssib seminaristi

ġejjin minn diversi djoċesijiet tal-pajjiż.

Missio Malta huwa mitlub mill-Opri Missjunarji Pontifiċji biex jagħmel ħiltu kollha fost il-Maltin u l-Għawdxin, biex permezz ta’ boroż ta’ studju seminaristi li qegħdin f’dawn is-sitt seminarji, jistgħu jsiru saċerdoti.

Naturalment, jekk wieħed ma jistax jisponsorja borża ta’ studju sħiħa, jista’ jagħti parti minnha. Però, anke jekk wieħed ma jistax jagħti parti minnha, jista’ jgħin xorta waħda permezz ta’ donazzjoni żgħira. Wieħed jista’ jgħin ukoll permezz ta’ offerti għall-quddies għall-għeżież tiegħu. Dawn l-offerti jkunu apprezzati ħafna għax bihom r-Rettur ta’ seminarju jkun jista’ jgħin lis-saċerdoti tal-istaff u lis-saċerdoti għalliema tas-seminaristi.

Ħossok kompletament liberu/a jekk tilqax jew le din l-istedina biex tgħin seminaristi fl-artijiet tal-missjoni. Imma jekk il-Mulej jipprovdilek,

forsi tikkunsidra li tagħmel investiment fil-formazzjoni ta’ żgħażagħ li jistgħu jagħmlu ħafna ġid lill-umanità. Nieħdu gost nilqgħuk kemm fl-Uffiċċju Missjunarju tal-Belt Valletta, fi Triq il-Merkanti jew inkella fl-uffċċju tagħna l-ieħor li jinsab il-Mosta, proprju fi Triq Lorenzo Gafà. Aħna wkoll disponibbli li niġu d-dar tagħkom biex ngħinukom tifhmu aħjar dan l-investiment. Tista’ wkoll iċċemplilna fuq il-linja prinċipali 21236962 jew tibgħat imejl fuq: clergy@ missio.org.mt għal aktar informazzjoni.

Nitlob lill-Mulej biex jagħtik ħafna saħħa u sliem. 

Studenti seminaristi tal‑ewwel sena 2023‑2024.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

Dawk interessati jew jafu lil xi ħadd li jixtieq jagħmel esperjenza missjunarja ma’ Missio Malta, jistgħu jikkuntattjaw lil Dun Victor Agius fuq 2123 6962 jew permezz tal‑imejl director@missio.org.mt għal aktar informazzjoni.

Grazzi mill‑qalb.

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom:

Indirizz: Belt/ Raħal: Kodiċi Postali:

Tel:

N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.

Joħlom Li Jsir Tabib

Lawrence Patrick huwa ġuvni dħuli u intelliġenti Ugandiż ta’ tmintax-il sena li qed jistudja biex għada pitgħada jilħaq tabib. Huwa ġej minn familja kbira u fqira ta’ tmint itfal; seba’ subien u tifla, li lkoll jgħixu f’dar żgħira ħafna. Bħala għajnuna fil-familja, Lawrence, fost oħrajn imur iġib il-ħatab u l-ilma. Dan tal-aħħar huwa Il-ġuvni ta’ kuljum imur sempliċi; dik li jrid jgħin foqra, lill-batuti u morda; lil dawk li tant għandhom bżonn. Huwa żied jgħid li qed jinsisti kemm jiflaħ sabiex jidħol università u jġib il-lawrji meħtieġa. Iżda l-ħolma tiegħu ma tistax isseħħ jekk ma jsibx sponser li jgħinu ispejjeż tal-edukazzjoni.

Din mhix ħolma impossibbli; lanqas xejn. fatt, kienu ħafna istudenti li ġew sponsorjati minn persuni Maltin u Għawdxin biex setgħu jkomplu bl-istudji tagħhom u waslu fejn xtaqu. Fosthom Johnston Prince, l-ewwel ġuvni li qatt ġie sponsorjat permezz tal-inizjattiva mnedija minn Missio Malta. Illum il-ġurnata Johnston laħaq lekċerer f’università fejn qed jgħallem teknoloġija.

Mormi Barra t‑Triq

David, tfajjel tassew simpatiku, illum il-ġurnata għandu għaxar snin, iżda li kieku mhux għall-ħniena t’Alla, żgur li m’għadux ħaj. David ilu jgħix fl- Orfanatrofju tas-Subien Kankobe fl-Uganda sa mit-twelid. David kien mormi barra t-triq u li kieku l-pulizija ma semgħux il-biki tiegħu u ġabruh, ħadd ma jista’ jimmaġina x’kien isir minnu! Il-pulizija ħadet lit-tarbija għand is-sorijiet li jmexxu l-orfanatrofju. Dawn aċċettawh bil-ferħ u laqgħuh għandhom bi mħabba kbira.

M’għandniex xi ngħidu, it-tarbija ma kellhiex isem u lanqas ħadd ma

kien jaf kemm kellha età. Għalhekk, is-sorijiet, bħalma jkollhom jagħmlu ħafna drabi, ikkalkulaw bejn wieħed u ieħor kemm-il jum kellha dik it-tarbija li waslet għandhom, u tawha data tat-twelid u isem. Fl-orfanatrofju, David għandu l-kamra tas-sodda tiegħu li jaqsamha ma’ oħrajn. Xejn speċjali, imma li għandu sodda komda, saqaf fuq rasu u x’jiekol kuljum, huma aktar minn biżżejjed meta jaf li sfortunatament hemm ħafna tfal tamparu li m’għandhom xejn. David la jikber jixtieq isir mekkanik, iżda din il-ħolma qatt ma tista’ ssir realtà

jekk ma jattendix skola. L -orfanatrofju m’għandux biżżejjed fondi sabiex jibgħat lis-subien l-iskola, jekk ma jkunx hemm xi individwi li lesti jħallsulhom l-ispejjeż tal-edukazzjoni.

Għalhekk, Missio Malta wiegħed lis-sorijiet li se jagħmel ħiltu kollha sabiex isib sponsers Maltin u Għawdxin li lesti jgħinu lil David u lil sħabu jkollhom opportunità li jitgħallmu.

B’€0.41 kuljum, jew €150 fis-sena, ikollok biżżejjed flus sabiex għal sena tisponsorja tifel jew tifla li m’għandhomx flus biex imorru l-iskola. Din l-inizjattiva jista’ jipparteċipa fiha kulħadd, sew persuni individwali kif ukoll gruppi, bħal pereżempju kollegi tax-xogħol. Ftit taż-żmien wara li ssir l-isponsorizzazzjoni, jintbagħat ritratt u d-dettalji

ta’ tifla jew tifel li se tkun qed tiġi megħjuna, filwaqt li darbtejn fis-sena, għal għaxar snin, jibqgħu jintbagħtu ritratt riċenti tat-tifel jew tifla, ittra u/jew tpinġija mit-tfal stess u r-riżultat tal-assessjar tas-suġġetti li jitgħallmu l-iskola.

Missio Malta jaċċerta ruħu li tfal u l-familji tagħhom f’sitwazzjonijiet simili t’hawn fuq, imxerrda mad-dinja kollha taslilhom l-għajnuna meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jirċievu

edukazzjoni xierqa. Dan isir billi jintbagħtu flus lill-missjunarji sabiex jipprovdu tagħlim, ikel u mediċini lil dawn l-adulti u t-tfal. Jekk tixtieq tgħin, jew għal aktar tagħrif ċempel lil

Missio fuq 2123 6962. Tista’ wkoll tidħol fil-paġna ta’ Facebook Missio Malta jew iżżur is-sit www.missio.org.mt

Grazzi mill‑qalb tad‑donazzjonijiet tiegħek. #ilmissioint #hopemissiofest 

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€ 125 Magna tal‑ħjata u banketta għal tfajla sfruttata biex taqla’ x’tiekol

€ 25 100 kuruna sempliċi lin‑nies fil‑missjoni

€ 300 Qfief mimlijin ikel għal 12‑il familja fqira

€ 55 Mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġata

€ 800 Xiri ta’ inkubatur għal sptar missjunarju f’żona rurali fl‑Afrika

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek f’wieħed minn dawn l‑indirizzi: ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 ‘Missio’, Nru. 138/140, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom.

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

Me. You. Us. Together. CHILD SPONSORSHIP Grazzi mill‑Qalb

Modi kif tista’ tgħin

 Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.

 Bank Transfer

Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.

Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: APS BANK

Account No: 41474120039

IBAN: MT94APSB77013000000041474120039

Swift Code: APSBMTMT

 Donazzjoni b’SMS

• 5061 7383 ‑ €2.33

• 5061 8998 ‑ €6.99

(Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar

• 5160 2036 ‑ €10 • 5170 2009 ‑ €15

• 5180 2026 ‑ €25

(Numri miftuħin is‑sena kollha.)

Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: Bank of Valletta

Account No: 50011468005

IBAN: MT31VALL22013000000050011468005

Swift Code: VALLMTMT

www.missio.org.mt

 Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962  Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962

Talba ta’ Persuna Li Tieħu Ħsieb

il‑ Familja u d‑ Dar

Mulej, jien ma nistax inkun il-qaddis/a li ngħaddi ħin twil f’riġlejk nimmedita.

Neħtieġ li nsir qaddis/a wkoll permezz tax-xogħol tad-dar.

Agħmel li nogħġob lilek meta nqabbad il-forn, meta nkun insajjar, u meta naħsel il-platti u nixxuttahom.

Jekk għandi l-idejn ta’ Marta, agħtini wkoll il-qalb ta’ Marija.

Meta għarkupptejja naħsel l-art, naħseb fl-idejn tiegħek li fejqu tant pjagi u ħafru d-dnubiet tagħna.

Jekk innaddaf iż-żraben, naħseb fil-qorq tiegħek Mulej.

Aħfirli jekk m’għandix ħin nitlob fit-tul.

Agħti s-sħana ta’ mħabbtek lid-dar tagħna.

Tħallinix waħdi meta nkun imdejjaq/imdejqa.

Jekk xi darba ngerger iżżejjed, ħu paċenzja bija.

U meta fuq il-mejda nservi l-ikel li nkun ippreparajt, aċċettah inti wkoll.

Għax meta naqdi lil dawn għeżież għalija nkun naqdi lilek ukoll. Ammen.

San Benedittu twieled f’Norcia, l-Umbrija l-Italja nhar it-2 ta’ Marzu tas-sena 480. Huwa waqqaf għadd ta’ monasteri li kull wieħed huwa awtonomu.

San Benedittu huwa magħruf għar-‘Regola ta’ Ħajja’ li kiteb għall-monaċi

tiegħu. Mhux biss, iżda din ir-regola kienet ġiet imħaddna minn diversi

komunitajiet reliġjużi oħra fil-Medjuevu. Dan il-qaddis miet fil-monasteru ta’ Monte Cassino fis-sena 547. Il-festa tiegħu hija ċċelebrata fil-11 ta’ Lulju.

Kurżità: Dan il-ħelu huwa msejjaħ ‘Tas-Silenzju’ għar-raġuni li l-Monaċi kienu jitħarrġu sabiex iżommu s-silenzju għall-parti l-kbira tal-ġurnata.

X’għandek bżonn:

• 2 bajdiet imħabbta

• Bajda oħra mħabbta

• 200 gramma zokkor

• 2 tazzi nbid abjad

ĦELU TAS‑SILENZJU TA’ SAN BENEDITTU ABBATI

• Qoxra ta’ lumija maħkuka

• Kuċċarina ‘baking powder’

• 500 gramma dqiq

• Ftit ilma

Metodu:

• Ħallat sew flimkien id-dqiq, il-‘baking powder’, iz-zokkor u l-qoxra tal-lumija.

• Ħallat sew flimkien iż-żewġ bajdiet u l-inbid, u żidhom mat-taħlita tad-dqiq.

• Ifforma f’għaġina u żid ftit ilma jekk ikun hemm bżonn.

• Ħalli l-għaġina tistrieħ għal siegħa fil-friġġ.

• Ħu biċċiet mill-għaġina, ifforma strixxi ħoxnin daqs saba’ u agħmilhom forma ta’ ‘S’ li tfisser ‘Silenzju’.

• Idlek il-forom ta’ ‘S’ bil-bajda u poġġihom fuq dixx tal-forn miksi b’karta tal-forn.

• Aħmihom f’temperatura ta’ 180 ºĊ għal madwar 20 minuta sa ma jiħmaru.

Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.

&CHAR

SHOP

VALLETTA  MOSTA

Sibna wkoll fuq

Facebook: Faith

Hope & Charity

Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’

Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u s‑6:00pm.

Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm.

Nru.7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta

Faith Hope & Charity fetħu ħanut ieħor fil‑Mosta, Nru. 138/140, Triq Lorenzo Gafà.

Hawn issibu ħafna rigali sbieħ għal kull okkażjoni, bħal Preċetti, Griżma, Birthdays, Tiġijiet u oħrajn.

Għal aktar informazzjoni ċemplilna Mosta: 2123 6962 jew Valletta: 2123 4328.

FITTEX IL‑KLIEM: Ħwienet

F’din it‑tabella hawn moħbija 18‑il tip ta’ ħanut. Fittex fi 8 direzzjonijiet. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz, hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Erba’ tweġibiet tajbin li jittellgħu bil‑polza jirbħu kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

G M I L B Ħ A X I X Ż J N B E Ħ T

Ħ U X O Ż M M R X Ż W A D O S O M

A M G T F A B B R I K A E G P Ġ B

M Ħ A Ġ Ħ Ż F S B U Ħ I J A I P L

A U Z M E R Ċ A L Ż U F Ż F Ż G W

R D Z Z J A A X A G Ħ A R P E O Ż

A L E L B B R R F I R B K E R D I

Ċ T T Ħ U E N Ż Ż N L A N D I E R

Ġ E T Ż R N T E R T B U S B J T Ċ

Ġ P I Ġ Ż J O B Z A A W Ħ G A U I

U I M O W B M G X Ġ N M O N T I N

Ħ W Ż T D B U Ħ J Ċ N K P O S T A

O X Ġ A L E D A J S I T L I N E F

B U I U O D R A P P M I Ġ W J N M

Ż L U G K F M D M X A D Ċ Ħ U D E

U N A Ħ F O F Ġ R P L O Ħ G N W L

Ħ W E J J E Ġ E X I I G A X L U X

● ANNIMALI

● DRAPP

● FABBRIKA

● GAZZETTI

● GĦAMARA

● ĦAXIX

● ĦOBŻ ● ĦWEJJEĠ ● LANDIER

Isem u Kunjom: _____________________________________ Indirizz:___________________________________________

Kodiċi Postali: _____________________________________

● LINEF ● MERĊA ● MONTI

● POSTA ● SBUĦIJA ● SPIŻERIJA

● XAGĦAR ● ŻEBGĦA ● ŻRABEN

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Diċembru 2023:

Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa Bjorn Vassallo minn Ħal Għaxaq. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħ. Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex ikun jista’ jsarraf il‑kupun.

Nitbissmu ftit:

Is‑saċerdot spiċċa l‑omelija tiegħu billi qal: “Il‑Ħadd li ġej se nkun qed nipprietka dwar il‑giddibin. Bħala preparazzjoni nixtieqkom taqraw l‑Evanġelju ta’ San Mark Kapitlu 17.”

Il‑Ħadd ta’ wara s‑saċerdot beda l‑omelija tiegħu billi qal: “Dawk kollha li qraw l‑Evanġelju ta’ San Mark Kapitlu 17 jgħollu idhom.”

Kważi n‑nies kollha għollew idhom u bi tbissima s‑saċerdot qalilhom: “Intom proprju n‑nies li nixtieq nindirizza l‑omelija tiegħi llum; lilkom.... il‑giddibin! Għax l‑Evanġelju ta’ San Mark fih biss 16‑il kapitlu!!”

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.

• 05 ta’ Ottubru, 2023 Mary Zahra mill-Imqabba

• 24 ta’ Novembru, 2023 Maria Concetta Darmanin miż-Żurrieq

• 04 ta’ Diċembru, 2023 Joseph Aquilina mill-Fgura

• 29 ta’ Diċembru, 2023 Carmelo Tonna minn San Ġiljan

• - 2023 Rosaria Said mill-Imġarr Malta

• 25 ta’ Jannar, 2024 Ġużeppa Farrugia minn

Ħal Kirkop

• 26 ta’ Jannar, 2024 Joseph Vassallo minn

Ħal Qormi

• 28 ta’ Jannar, 2024 Pia Farrugia minn

Ħal Għaxaq

• 15 ta’ April 2024, Rennie Camilleri mill-Marsa

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż-Żurrieq

• Raymond Falzon mill-Gudja

• Karen Vin Camilleri mill-Mosta

• Miriam Ancilleri mill-Birgu

• Carmen Camilleri minn Wied il-Għajn

• Joseph Mary Borg mill-Belt Valletta

Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.

• Nirringrazzjaw lil Plant Protection Directorate talli tawna ammont ta’ tappijiet tal-plastik biex jiġu riċiklati.

Nota: Missio jixtieq javża li ma jaċċettax kartolini użati la tal‑Milied u lanqas tal‑‘Birthdays’. Grazzi.

Websajt Missio

• Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja

• Attivitajiet • Rivisti tal‑passat

• MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat

Jien. Int. Aħna. Flimkien (VO/1178)

www.missio.org.mt

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.

Missio Malta • Missio Tfal

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.