Ġunju 2021
I
Xmara ta’ Ħniena Divina
x‑xahar ta’ Ġunju huwa ddedikat lill‑Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù; dik il‑qalb minfuda li minnha toħroġ xmara ta’ ħniena divina. San Ġwann, fl‑Evanġelju tiegħu jgħidilna li meta s‑suldati responsabbli mill‑esekuzzjoni raw li Ġesù kien miet, ma kissrulux riġlejh bħalma għamlu lit‑tnejn l‑oħra li kienu msallbin miegħu, “iżda wieħed mis‑suldati nifidlu ġenbu b’lanza u minnufih ħareġ demm u ilma”. (19:24) San Ġwann, huwa u jħares 4
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
lejn Ġesù mejjet b’ġenbu miftuħ, għaraf li dan kien diġà mħabbar mill‑profeta Żakkarija, meta qal: “Huma jħarsu lejn dak li jkunu nifdu.” (12:10) Illum ukoll għadna nħarsu lejn din il‑qalb miftuħa għaliex fiha biss insibu il‑fejqan tassew u l‑mistrieħ tagħna. Ġesù miet biex jaqlgħalna mingħand il‑Missier id‑don tal‑Ispirtu s‑Santu. L‑appostli, bir‑raġun tnikktu huma u jisimgħu lil Ġesù jgħidilhom li dalwaqt kien ser iħallihom biex imur lura
għand il‑Missier. Huwa u jqawwilhom qalbhom biex ma jibżgħux, Ġesù qalilhom: “Ngħidilkom is‑sewwa, jaqblilkom li jiena mmur għaliex jekk ma mmurx, id‑Difensur ma jiġix għandkom, imma jekk immur, nibgħathulkom.” (Ġw. 16:7) Barra dan id‑don kbir, minn din il‑qalb ħarġu s‑seba’ għejjun ta’ grazzja: is‑sagramenti; fosthom is‑sagrament tal‑maħfra (il‑qrar) u s‑sagrament tal‑Ewkaristija. Ġesù xerred demmu mhux għalih innifsu, iżda għalina u għall‑bnedmin kollha għall‑maħfra ta’ dnubietna. Bħalma l‑poplu Lhudi, fi triqtu lejn l‑Art Imwiegħda, inħeles minn sriep velenużi billi ħares lejn serp tal‑bronż arbulat fuq għolja bħalma Alla kien ikkmanda lil Mosè biex jagħmel (Num. 21:9), hekk aħna llum naqilgħu l‑maħfra ta’ dnubietna jekk b’qalb