Malta Missjunarja Gunju 2021

Page 16

SANTA INFANZJA

Ġunju 2021

Jitgħallmu l‑Kompjuter bla Kompjuter

F

’raħal remot fil‑Ghana hemm għalliem li jgħallem il‑kompjuter lit‑tfal bla ma għandhom kompjuter la hu u lanqas it‑tfal. Forsi tgħidu imma dan kif jista’ jkun? L‑għalliem irnexxielu jpinġi bil‑ġibs fuq il‑‘blackboard’ tal‑klassi eżatt kif ikun skrin tal‑Microsoft Word, inkluż il‑buttuni, il‑‘menu bar’, il‑‘keyboard’ u l‑‘mouse’. L‑istudenti min‑naħa tagħhom jikkupjaw kollox pass pass fuq il‑pitazz. Statistika turi li nofs il‑popolazzjoni tad‑dinja m’għandhiex aċċess għal kompjuter bażiku. 16

Richard, l‑għalliem, iħobb ħafna jgħallem il‑kompjuter lit‑tfal. Huwa twieled u trabba f’raħal fqir fil‑Ghana, fejn ħafna nies bħalu ma jaffordjawx jixtru kompjuter. B’hekk, għal għoxrin sena sħaħ, Richard kiber bla teknoloġija, sakemm ra għall‑ewwel darba kompjuter meta telaq mid‑dar u daħal il‑kulleġġ biex ikompli bl‑istudji tiegħu. Huwa mill‑ewwel

irrealizza li dik il‑kaxxa li kienet tagħmel kollox, setgħet tibdel id‑dinja. Għalhekk, Richard iddeċieda li jaqsam dak li tgħallem mal‑komunità tiegħu billi sar għalliem tax‑xjenza tal‑kompjuter. Lura f’raħal twelidu, u fl‑ewwel jum tax‑xogħol tiegħu bħala għalliem, sab li l‑ebda student fil‑klassi tiegħu ma kien jaffordja jixtri kompjuter. Fil‑klassi kien hemm biss kompjuter wieħed li lanqas kien jaħdem. Kien jintuża biss biex tal‑anqas it‑tfal ikunu jafu kif jidher kompjuter. Bla ebda għażla, Richard kellu juża l‑uniċi żewġ oġġetti disponibbli fil‑klassi: ġibs u ‘blackboard’.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja Gunju 2021 by Missio Malta - Issuu