Ktieb Festa San Publju 2018

Page 1

Ktieb tal-Festa u Storja FurjaniΩa Parroçça San Publju Il-Furjana 2018

Development House, St. Anne’s St. FRN9010, Floriana, Malta, Europe 19-23 ROCS House, Main Str, MLH 2310, Mellieha, Malta, Europe Rotunda Square, MST 9040, Mosta, Malta, Europe IATA No. 50209994 | 50200883 Tel: +356 20 15 15 15 | Fax: +356 2152 3869 | Email: travel@rocsgrp.com explore delight dream relax www.rocsholidays.com Discover our world of tailor-made travel
SAVINGS PLAN Make your vision real Our Savings Plan is the ideal rst step to realise your ambitions. You can choose from a wide range of unit-linked funds as well as our with-pro ts fund to match your savings preferences. Be smart, start saving now and take advantage of additional bene ts including Free Life Insurance. Get in touch today and discover your savings options. 8007 2322 Citadel Insurance p.l.c. • Casa Borgo • 26 Market Street • Floriana FRN 1082 • Malta Branches: Ħaż-Żebbuġ 2146 4873 • Il-Gżira 2133 2151 • Il-Mosta 2143 8880 • In-Naxxar 2141 9198 • Iż-Żejtun 2180 7779 Paola 2180 6247 • San Ġwann 2733 0044 • Victoria, Gozo 2156 6660 Citadel Insurance p.l.c. is a company authorised under the Insurance Business Act, Cap. 403, to carry on general and long term business of insurance and is regulated by the MFSA. citadelplc.com Floriana | 2557 9000 • Freephone | 8007 2322 info@citadelplc.com

Werrej

Ritratt tal-Faċċata tal-Ktieb: L-Altar tal-Kor (Ħajr: Gazzetta il-Furjana) Ritratt: Patrick Genovese

L-ewwel festa tiegħi tal-Ewwel Isqof ta’ Malta 6 Merħba lill-Arċipriet il-Ġdid Dun Charles Cini 7 Messaġġ mill-Ex-Arċipriet Mons Fr Richard Borg 9 PROGRAMM TAL-FESTA TA’ SAN PUBLJU ...................... 10 Il-Parrokat ta’ Monsinjur Richard Borg fil-Floriana 14 Dear Non Maltese Residents welcome to Floriana 17 Tislima lil Dun Ġużepp Borg Micallef ......... 21 Tfal li rċevew l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof 24 Il-Proġett tal-Pittura 25

Issettjat u Stampat:

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża 2018

Parroċċa San Publju – Il-Furjana

Editur: Stephen Tonna Email: publio@maltanet.net Mob.: 79339649

Ġbir tar-reklami: Publio Stefan Tonna Email: publiostefano221@gmail.com

Segretarju: Freddie Tonna Email: annotfre@gmail.com

Qari tal-Provi: Joe Debattista Grupp Ħidma San Publju Stephen Tonna

Żewġ ħatriet mill-Q.T. il-Papa Franġisku lil ħutna Furjaniżi 29 San Publju bħala ikona ta’ karità 31 Is-7 ta’ Ġunju 1919 u l-Floriana .................................. 34 San Publju u San Luqa ................ 37 Il-Banda Vilhena fil-Festa San Publju ... 38

Il-Kappella ta’ San Franġisk t’Assisi fil-Knisja l-Antika tal-Patrijiet Kapuċċini fil-Furjana .................................... 39 Mid-Djarju ta’ Ħidma fil-Knisja ta’ San Publju 49

Dun Anton Debono – Il-qassis li ma kienx jaf jistrieħ 76

L-IKONOGRAFIJA

– Publju ta’ Malta 84 Ħidma pastorali fil-parroċċa San Publju: Floriana 87 Tislima lill-Furjaniżi 103 L-altar ta’ San Publju fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija fl-Imqabba ..................... 107 Il-Banda Vilhena – 144 Sena ta’ Storja 114 Kemm hu sabiħ… 115 Saviour Farrugia 117 Donaturi – Arbular Festa 2017 118 Donaturi – Arbural Proġetti 120

Best Print Co. Ltd, Qrendi, Tel: 21680789 E-mail: bestprint@go.net.mt

Stephen Tonna Editur; l-Arċipriet u l-Grupp Ħidma San Publju jirringrazzjaw lil kull min kiteb u rreklama f’dan il-ktieb

Storja Furjaniża 3
Ktieb tal-Festa u
Follow us on fb
Convenience
All you need is the
Shop

Stedina

L-Erbgħa 11 ta’ April

L-Ewwel Jum tat-Tridu

Jum il-Pussess tal-W.R. Arċipriet Dun Charles Cini

5.00pm Il-W.R. Arċipriet Dun Charles Cini, flimkien mal-familjari, mal-kleru tal-parroċċa u maxxhieda, jiġi akkumpanjat mill-Banda Vilhena mid-Dar Parrokkjali sal-Knisja Arċipretali. Ilkorteo jgħaddi minn Triq Sarria, jaqsam Ġnien il-Mall, Triq il-Mall, jerġa’ jaqsam minn Ġnien il-Mall, Triq San Tumas, Triq San Franġisk, Triq il-Miratur sa Pjazza San Publju.

6.10pm Il-W.R. Arċipriet Dun Charles Cini jiġi milqugħ fil-Knisja Arċipretali.

6.15pm Wasla tal-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Il-Banda Vilhena ssellem lill-E.T. Mons. Arċisqof bid-daqq tal-Innu Pontifiċju.

6.30pm Konċelebrazzjoni Solenni li matulha l-W.R. Dun Charles Cini jingħata l-Pussess tal-Parroċċa mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta. Fi tmiem il-quddiesa jindaqqu l-Antifona u l-Innu Popolari.

Kif tintemm iċ-ċelebrazzjoni, il-W.R. Arċipriet jistieden lil kulħadd għal riċeviment fuq izzuntier tal-knisja tan-naħa ta’ Balzunetta.

Għeżież Furjaniżi, huwa ta’ pjaċir għalija li qiegħed nikteb għall-ewwel darba bħala l-Arċipriet tagħkom. Dan il-messaġġ huwa aktar speċjali għaliex qiegħed niktbilkom fl-okkażjoni tal-ewwel festa tiegħi magħkom. Kif ngħidu bilMalti bdejt bil-kbir għaliex bdejt il-ħidma tiegħi mal-ewwel festa tal-patrun tagħna San Publiju.

Kien ta’ pjaċir għalija li mal-ewwel ilqajtuni fostkom. Ħassejt li l-merħba tagħkom kienet tixbah lil dik ta’ San Publiju meta laqa’ lil San Pawl f’pajjizna. Huwa sentiment li jġib ferħ, u fuq kollox għaqda bejnietna. Il-Papa Franġisku jurina kif ix-xewqa ta’ Alla hi li rridu nkunu ferħanin: “Hu l-ferħ li nsibuh qalb il-ħwejjeġ żgħar tal-ħajja ta’ kuljum, bħala tweġiba għassejħa kollha mħabba ta’ Alla Missierna: “Ibni, ġib ruħek tajjeb miegħek innifsek, skont kemm għandek mnejn… Tiċċaħħadx minn ġurnata tajba” (Sir 14:11, 14). Xi ħlewwa ta’ Missier hemm moħbija wara dan il-kliem!” (Evangelii Gaudium 4)

Iżda ta’ min isemmi kif l-istess Papa jirrimarka dwar l-għaqda ta’ bejnietna, meta qal: “Fi żmien Pawlu, il-komunità ta’ Korintu kienet qed issibha ħafna bi tqila tagħmel dan, (jiġifieri li jkun hemm l-għaqda) u kienet għaddejja, kif spiss ngħaddu aħna wkoll, mill-esperjenza tal-firdiet,

L-ewwel festa tiegħi tal-Ewwel Isqof ta’ Malta

tal-mibegħda u l-għira, tan-nuqqas ta’ ftehim u tal-emarġinazzjoni. Xejn minn dan mhu sew, għax, flok jibnu u jkabbru l-Knisja bħala ġisem ta’ Kristu, dawn ifarrkuh f’elf biċċa, jaqsmuh f’biċċiet. U dan qed jiġri anki fi żmienna. Jiġuni f’moħħi l-komunitajiet Insara, f’xi parroċċi, fil-postijiet fejn ngħixu; kemm firdiet, kemm mibegħda, kif nitkellmu ħażin fuq xulxin, kemm ma nifhmux lil xulxin u nwarrbu wieħed lillieħor. U dan għal xiex iwassal? Jaqtagħna minn ma’ xulxin. Hu l-bidu tal-gwerra. Il-gwerra ma tibdiex fuq il-kamp tal-battalja: il-gwerra, ilgwerer jibdew fil-qalb, bin-nuqqas ta’ ftehim, firdiet, mibegħda, b’dan il-tilwim mal-oħrajn.” (Udjenza Ġenerali – 22 ta’ Ottubru 2014).

Għalhekk għeżież, nixtieq minn qalbi, fil-bidu tal-ħidma pastorali tiegħi fostkom, li jkollna dan is-sentiment dejjem ħaj tal-ferħ u tal-għaqda, kif wara kollox urihulna San Publiju li bħal ħafna li mietu martri f’ħalq l-iluni dejjem rajna dawn il-martri ferħanin anke fil-martirju kif ukoll kemm kienet tispikka l-għaqda fost dawn hutna l-Insara.

Nikkonkludi biex f’dan l-ispirtu ta’ festa u ta’ ferħ ġenwin nuru lil kulħadd kemm aħna nħobbu lil San Publiju u lill-Furjana billi ngħożżu l-għaqda ta’ bejnietna. Il-Festa t-tajba lil kulħadd.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018
Merchants Street, Valletta Tel: 2123 6212 6

Merħba lill-Arċipriet

il-Ġdid Dun Charles Cini

Tweled fil-10 ta’ Ġunju 1972, u huwa t-tieni iben u ż-żgħir tal-mejjet Nicholas Cini u Mary née Cassar. Minn dejjem kien joqgħod ġewwa Ħal Qormi. Sas-sena 1986, id-dar tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ San Sebastjan iżda wara mar joqgħod fil-parroċċa ta’ San Ġorġ. Ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu fl-iskola ta’ Santa Monika ġewwa Ħal Qormi izda ftit wara kompla fliskola Santa Giovanna Antida ġewwa l-Gudja. Minn hemm kompla s-Sekondarja fil-kulleġġ ta’ Santu Wistin ġewwa l-Pietà u kompla l-istudji tiegħu fil-kulleġġ ta’ De La Salle ġewwa Bormla. Wara kellu esperjenza ta’ xogħol fid-dipartiment tas-Sanità u wara mal-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma.

Fl-età ta’ 23 sena huwa daħal is-seminarju tal-Virtù ġewwa r-Rabat, fejn hemm beda l-kors tal-Bacellerat fil-Filosofija u Teoloġija fl-Università ta’ Malta. Flaħħar ta’ Lulju tal-2002 ġie ordnat saċerdot minn Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet ġewwa l-parroċċa ta’ Raħal Ġdid Kristu Re. Wara sena, fl-2003 l-Arċisqof bagħtu bħala viċi Arċipriet fil-parroċċa ta’ Ħaż Żebbuġ sal-2006. Minn hemm kellu opportunità li jservi bħala saċerdot fid-djoċesi ta’ Savona ġewwa

l-Italja. Hemm serva bħala kappillan f’raħal żgħir bl-isem Alpicella. Fl-2010 ġie lura Malta fejn ġie assenjat bħala viċi kappillan ġewwa l-parroċċa ta’ Ħal Luqa. F’Ottubru tal-2017 l-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna talbu biex ikun assistent direttur ta’ Dar l-Emigrant ġewwa l-belt Valletta, fejn serva wkoll fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu kif ukoll fil-Knisja talĠezwiti. Fi ftit xhur l-istess Arċisqof talbu biex ikun Arċipriet tal-Furjana fl-aħħar ta’ Jannar 2018.

Il-passatempi ta’ Dun Charles huma l-ġnien u l-baħar. Minkejja li hu dejjem limitat bil-ħin għall-passatempi tiegħu, l-isbaħ mumenti għalih huma mal-ħbieb u l-qraba. Sakemm kellu għoxrin sena kien attiv fil-Museum fejn għenu ħafna biex jiskopri l-vokazzjoni tiegħu ta’ qassis. Tilef lil missieru ta’ 62 sena bla ma kien mistenni meta Dun Charles kellu 35 sena. Mument iebes ħafna peress li kien għadu kemm jibda l-esperjenza tiegħu ġewwa l-Italja.

Nawguraw lill-Arċipriet il-ġdid tagħna żmien twil fil-parroċċa tagħna. U nwegħduh it-talb tagħna. Ad Multos Annos.

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża
7

Għeżież ħuti Furjaniżi, minn qalbi nixtiqilkom il-festa t-tajba.

Għal dawn l-aħħar sittax-il sena kelli x-xorti li niċċelebra u mmexxi l-festa ta’ San Publju. Ngħid kelli x-xorti, għaliex dejjem iċċelebrajna festa dinjituża u fuq kollox Nisranija. Nista’ ngħid li f’kull festa kellna l-paċi, u qatt ma kellna l-inqas ħaġa li tebbgħat il-ġieħ tal-festi li ċċelebrajna. Jien dejjem ippruvajt nikkopera ma’ kull min kellu sehem fil-festa u min-naħa tiegħi dejjem xtaqt u ħdimt biex il-festa tikber.

Fil-fatt, dejjem rajt kif għamilt biex il-festa ta’ ġewwa mhux biss ma jkollha xejn nieqes, imma dejjem kabbarnieha u għamilna ċelebrazzjonijiet ippreparati sewwa, imżewqa u magħmulin birreqqa.

Għal dak li huwa l-festa ta’ barra, din ukoll dejjem iċċelebrajnieha bid-dinjità, b’dak kollu li huwa mitlub, u b’dak kollu, li fil-limiti tagħna, kien possibbli. Filwaqt li qatt ma naqqasna xejn, jien, flimkien mal-Grupp Ħidma San Publju, ħloqna inizjattivi ġodda. Meta ħaddieħor, ħoloq inizjattivi ġodda, appoġġjajthom, kemm jekk kienu attivitajiet, u kemm jekk inizjattivi marbuta mal-armar ta’ barra, tiżjin, baned jew nar.

Din is-sena, għalkemm xtaqt, mhux se nkun jien fit-tmun. Issa jmiss lill-Arċipriet il-ġdid li jmexxi lejn festa kbira oħra. Minn qalbi nixtieq li kulħadd jikkopera miegħu. Minn qalbi nawgura lilu u lilkom, għeżież ħuti Furjaniżi, l-isbaħ xewqat għal festa fil-paċi u l-għaqda bejn kulħadd. Kemm nixtieq li l-isem tajjeb li dejjem għożżejna u dejjem tkabbarna bih,

Messaġġ mill-Ex-Arċipriet Mons Fr

Richard Borg

jibqa’ bla mittiefes. Aħna niftaħru li għandna Qaddis Wieħed u Banda waħda, u għalhekk Festa Waħda, il-festa lill-għażiż Qaddis Patrun u Missier tagħna SAN PUBLJU. Dejjem fraħna bħala familja waħda flimkien.

Insellmilkom kif dejjem sellimtilkom – Tislijiet u Barka, u mill-ġdid, IL-FESTA T-TAJBA.

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża
9

“Nifirħu flimkien, madwar San Publju li jgħaqqadna”

PROGRAMM TAL-FESTA TA’ SAN PUBLJU

mis-6 ta’ April sal-15 ta’ April 2018

Il-Ġimgħa 6 ta’ April

L-ewwel Ġimgħa tax-xahar: Jum ta’ Supplika

Illum fil-quddies kollu jsir talb ħerqan lil Alla biex mill-festa joħroġ ġid spiritwali kbir. Nissuġġerixxu wkoll xi għemil ta’ penitenza jew xi sawm b’din l-intenzjoni. Illum huwa wkoll l-ewwel Ġimgħa tax-xahar.

12.35pm Quddiesa tal-ewwel Ġimgħa taxxahar. Huma mistiedna b’mod speċjali l-ħaddiema li jaħdmu fil-Floriana.

6.30pm Quddiesa b’suffraġju għall-mejtin kollha tal-parroċċa b’mod speċjali għal dawk li mietu matul din l-aħħar sena. Iqaddes il-W.R. Mons. Victor Zammit McKeon, Pro Rettur tal-KonKatidral ta’ San Ġwann.

7.30pm Floriana Awards Night. Serata ta’ premjazzjoni organizzata mill-Kunsill Lokali Floriana ġewwa s-Sala Robert Samut.

Is-Sibt 7 ta’ April

Jum il-Benefatturi Ħajjin u Mejtin Illum noffru talb għall-bżonnijiet spiritwali u temporali tal-benefatturi ħajjin u mejtin talparroċċa u għall-benefatturi personali tagħna. 6:30pm Quddiesa bis-Sagrament taż-Żwieġ.

Il-Ħadd 8 ta’ April

Jum il-Floriana, il-Katekeżi u s-Solidarjetà llum waqt il-quddies kollu jsir: a) Ġbir biex jingħata karità. b) Katekeżi dwar it-tifsira ta’ festa Nisranija. c) Talb biex mill-festa joħroġ ġid spiritwali kbir. 9.00am Quddiesa mmexxija mir-Rev.mu Kan. Dun Stefan Galea, Viċi Parroku tanNaxxar. Jieħdu sehem il-fratelli. 9.45am Vjatku Solenni bis-SSmu. Sagrament f’Jum il-Festa tal-Ħniena Divina. Il-Purċissjoni bis-SSmu. Sagrament li matulha jsir it-tqarbin tal-morda tkun akkumpanjata millBanda Vilhena li ddoqq innijiet sagri. Hija tgħaddi minn Pjazza San Publju, Triq Vincenzo Dimech, Triq l-Iljun, Triq il-Konservatorju, il-Mall, Triq Sarria, Triq San Tumas, Triq l-Imħażen, Triq ilMiratur, sa Pjazza San Publju. Wara, l-marċ ikompli u jgħaddi minn dawn ittoroq: Triq il-Miratur, Triq San Franġisk, Pjazza Robert Samut, Triq Luigi Preziosi, Triq il-Fosos, Triq Pietro P. Floriani, Triq il-Kapuċċini, Triq San Tumas, Triq l-Argotti, Triq l-Iljun, Triq ilKonservatorju, il-Mall, Pjazza San Publju, Triq il-Miratur (sa ħdejn il-Każin).

11.00am Quddiesa Solenni mmexxija mill-W.R. Arċipriet Dun Charles Cini. Jieħdu sehem is-Sindku u l-Kunsillieri talKunsill Lokali Floriana. Nagħmlu stedina speċjali lill-Furjaniżi li joqogħdu barra mill-Floriana. Ikanta l-kor tal-parroċċa Maranathà.

11.45am ĦRUĠ

TAL-VARA TA’ SAN PUBLJU MIN-NIĊĊA. Kif inkunu miġburin flimkien filknisja, nilqgħu fostna u nsellmu lillgħażiż Patrun tagħna San Publju waqt li l-vara tinħareġ min-niċċa, titwassal u

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018
10

titqiegħed f’postha għall-qima tagħna.

1.00pm Pranzu Buffet tal-okkażjoni fis-Sala San Publju.

5.30pm Quddiesa li matulha t-trabi li twieldu matul din l-aħħar sena jiġu ppreżentati mill-ġenituri tagħhom lil Alla u lil San Publju. Jingħata rigal tal-fidda lit-trabi li jiġu ppreżentati. Iqaddes ir-Rev. Dun Ġwann Farrugia, Viċi Parroku.

It-Tnejn 9 ta’ April Jum It-Tfal

5.45pm It-tfal tal-parroċċa u tal-Floriana F.C. Nursery jinġabru fuq iz-zuntier talknisja. Wara jidħlu mal-katekisti u mal-ġenituri tagħhom għall-quddiesa organizzata minnhom u għalihom. Jintwera puppet show dwar San Publju. Waqt il-quddiesa, it-tfal joffru l-karus tal-karità li jkun ingħatalhom fi żmien ir-Randan, flimkien ma’ xi ħaġa talikel għad-djar tat-tfal. Il-ġbir li jsir waqt il-quddiesa jkun ukoll għallkarità. Iqaddes Fr. Jeremy Vella SDB. Fi tmiem il-quddiesa, jingħata rigal ta’ tifkira lit-tfal kollha preżenti.

7.00pm Manifestazzjoni mit-tfal bl-istatwa ż-żgħira ta’ San Publju akkumpanjata minn Piccola Banda. Din tgħaddi minn Pjazza San Publju, Triq Vincenzo Dimech u tidħol fejn il-kwartieri talFloriana F.C. Nursery. Tkompli minn Triq l-Iljun, Triq l-Argotti, il-Mall, Triq Sarria, Triq San Publju, Triq il-Miratur, Triq l-Isqof Mauro Caruana, Triq San Tumas, Triq San Franġisk, Triq ilMiratur u lura lejn il-knisja.

8.45pm Il-manifestazzjoni tintemm fil-knisja bil-Barka Sagramentali.

It-Tlieta 10 ta’ April

Jum l-Għaqdiet tal-Floriana u l-Familja 6.30pm Quddiesa mmexxija mill-W.R. Arċipriet Dun Charles Cini. Għall-quddiesa huma mistiedna l-membri tal-Kunsill Lokali, membri u diriġenti tal-għaqdiet kollha reliġjużi, soċjali, sportivi, gruppi u każini. Nitolbu flimkien għall-għaqda u l-koperazzjoni bejnietna.

Nagħmlu stedina speċjali lil dawk il-miżżewġin li din is-sena jkunu

għalqu jew ser jagħlqu 10, 25, 40, 50 jew 60 sena miżżewġin u lil dawk li żżewġu fl-aħħar sena. Waqt il-quddiesa l-koppji jġeddu l-wegħdiet taż-żwieġ u jingħataw tifkira.

7.30pm Riċeviment fis-Sala San Publju mogħti mill-W.R. Arċipriet Dun Charles Cini u l-Kleru għall-membri kollha tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, Kunsill Lokali, katekisti, diriġenti tal-każini, tal-gruppi u tal-għaqdiet kollha tal-Floriana. Waqt dan ir-riċeviment issir il-preżentazzjoni tat-Tonna Trophy.

L-Erbgħa 11 ta’ April

L-Ewwel Jum tat-Tridu Jum il-Pussess tal-W.R. Arċipriet Dun Charles Cini

5.00pm Il-W.R. Arċipriet Dun Charles Cini, flimkien mal-familjari, malkleru tal-parroċċa u max-xhieda, jiġi akkumpanjat mill-Banda Vilhena midDar Parrokkjali sal-Knisja Arċipretali. Il-korteo jgħaddi minn Triq Sarria, jaqsam Ġnien il-Mall, Triq il-Mall, jerġa’ jaqsam minn Ġnien il-Mall, Triq San Tumas, Triq San Franġisk, Triq ilMiratur sa Pjazza San Publju.

6.10pm Il-W.R. Arċipriet Dun Charles Cini jiġi milqugħ fil-Knisja Arċipretali.

6.15pm Wasla tal-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Il-Banda Vilhena ssellem lill-E.T. Mons. Arċisqof bid-daqq talInnu Pontifiċju.

6.30pm Konċelebrazzjoni Solenni li matulha l-W.R. Dun Charles Cini jingħata l-Pussess tal-Parroċċa mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta. Fi tmiem il-quddiesa jindaqqu l-Antifona u l-Innu Popolari.

Kif tintemm iċ-ċelebrazzjoni, l-W.R. Arċipriet jistieden lil kulħadd għal riċeviment fuq iz-zuntier tal-knisja tan-naħa ta’ Balzunetta.

Il-Ħamis 12 ta’ April

It-Tieni Jum tat-Tridu Jum il-Komunità Parrokkjali

4.30pm Espożizzjoni tas-Ssmu. Sagrament u Adorazzjoni.

5.45pm Kant ta’ Innijiet Ewkaristiċi u Għeluq tal-Adorazzjoni.

11
Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża

6.00pm Kant tat-Talba ta’ Filgħaxija.

6.30pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Arċisqof Emeritus Pawl Cremona O.P. Matul din ilquddiesa, nilqgħu fostna lill-membri kollha tal-komunità tagħna li qegħdin jagħtu s-servizz ta’ letturi, animaturi, katekisti u ministri straordinarji tattqarbin. Jiġġedded lilhom il-mandat biex jaqdu dawn il-ministeri. Jingħata wkoll il-mandat lir-reffiegħa tal-vara. Jipprietka l-W.R. Mons. Joseph Sultana, Arċipriet tal-Katidral ta’ Għawdex. Huma mistiedna wkoll il-komunitajiet tal-Parroċċi tal-Belt li flimkien malParroċċa tagħna jiffurmaw l-Ewwel Unità Pastorali. Mistiedna wkoll ilmembri tal-Parroċċa Personali talEritrej. Wara l-quddiesa tingħad il-Kurunella. Jindaqqu l-Innu u l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali. Wara l-bews tarrelikwija, jitkanta l-Innu Popolari. 8.30pm Il-Banda Big Friends Gugen Musik tibda marċ minn Triq il-Konservatorju (quddiem l-Ajax). Il-marċ jgħaddi minn Triq l-Iljun, Triq l-Argotti, Triq San Tumas, Triq San Franġisk, Triq ilMiratur, sal-Każin Vilhena. Hemmhekk isir kunċert mill-Big Friends Gugen Musik. Fi tmiem is-serata, jsir it-tlugħ tal-istatwa ta’ San Publju fuq il-pedistall maġenb il-Każin Vilhena.

Il-Ġimgħa 13 ta’ April

It-Tielet Jum tat-Tridu Jum il-Morda, is-Saċerdoti, Reliġjużi u l-Vokazzjonijiet

9.00am Quddiesa għall-morda u l-anzjani li matulha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Il-W.R. Mons.

Pawl Camilleri imexxi ċ-ċelebrazzjoni. 10.00am It-tfal tal-Iskola Primarja tal-Floriana jinġiebu l-knisja għall-quddiesa. Iqaddes ir-Rev. Dun David Torpiano. Wara ssir dawra minn ġewwa madwar il-knisja biex ngħinuhom japprezzaw aktar is-sbuħija u l-patrimonju storiku tagħha.

6.00pm Kant tat-Talba ta’ Filgħaxija.

6.30pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-W.R. Mons. Emmanuel Agius. Jieħdu sehem is-saċerdoti tal-parroċċa, il-komunitajiet tal-Kapuċċini u talĠiżwiti, flimkien ma’ saċerdoti u reliġjużi oħrajn. Tkun mistiedna l-komunità tas-sorijiet tas-Sacred Heart li għandna fil-parroċċa tagħna. Isir talb għall-qdusija tal-kleru u għallvokazzjonijiet.

Fi tmiem il-quddiesa jiġu ppreżentati l-flus li l-komunità parrokkjali tkun ġabret għall-karità. Wara jitkanta l-innu ta’ ringrazzjament lil Alla Te Deum u ssir il-funzjoni tat-Tridu bħall-jum ta’ qabel.

8.30pm Il-Banda Vilhena tilqa’ lill-istatwa ta’ San Publju waqt il-ħruġ tagħha millknisja fi Pjazza San Publju. Il-marċ jgħaddi minn Triq Sarria, Triq San Tumas, Triq il-Kappuċċini, Pjazza Robert Samut, Triq il-Fosos, Triq Antonio Agius, Triq San Tumas iżżgħira, Triq l-Imħażen, Triq Pietro P. Floriani, Triq San Franġisk, Triq il-Miratur, Pjazza San Publju, Triq ilMall, Triq Vincenzo Dimech, Pjazza San Kalċedonju, Triq il-Konservatorju, il-Mall, Triq l-Argotti, Triq l-Argotti ż-żgħira, Pjazza San Kalċedonju, Triq Konservatorju. Wara t-tlugħ tal-istatwa ta’ San Publju fuq il-pedistall, jitkompla l-marċ għal Triq il-Mall, Ġnien il-Mall, Pjazza San Publju, Triq il-Miratur, salKażin Vilhena.

Is-Sibt 14 ta’ April

Lejlet il-Festa

6.00pm Traslazzjoni Solenni tar-Relikwija tal-Patrun tagħna San Publju millkappella tal-Headquarters tal-Pulizija sal-Knisja Arċipretali. Jitkanta l-Ewwel Għasar Solenni u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Imexxi l-W.R. Mons.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 12

Richard Borg (Eks Arċipriet). Issehem tal-fratelli huwa ferm mistenni u apprezzat.

7.30pm Quddiesa Solenni ċċelebrata millW.R. Mons. Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali.

8.30pm Programm Mużikali u Strumentali fi Pjazza San Publju esegwit mill-Banda Vilhena.

10.30pm Festival tan-Nar tal-Art fuq il-Fosos. Din l-attività qed issir b’inizjattiva talKunsill Lokali Floriana.

Il-Ħadd 15 ta’ April

Jum il-Festa ta’ San Publju

QUDDIES: Fis-7.00 am, 8.00 am u 11.30 am.

8.45am Nilqgħu fostna lill-E.T. Mons. Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna, ħdejn ilmonument tal-Iljun fi Triq Sant’Anna u nakkumpanjawh bil-mixi sal-Museum.

9.00am L-E.T. Mons. Arċisqof, akkumpanjat mill-W.R. Arċipriet, il-kleru u l-poplu, jitwassal sal-Knisja.

9.15pm Quddiesa Pontifikali mmexxija millE.T. Mons. Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna li jinseġ ukoll il-Paniġierku. Jieħu sehem il-Kor Ġesù Nazzarenu (Sliema) flimkien mal-Orkestra talCappella Bugeja taħt id-direzzjoni tasSurmast, ir-Rev. Patri Salv Galea O.P. Jassistu għall-Quddiesa Pontifikali, l-E.T. l-President ta’ Malta, is-Sinjura Marie Louise Coleiro Preca, flimkien mas-Sur Edgar Preca, fil-preżenza ta’ dinjitarji oħrajn. Il-quddiesa tintemm bid-daqq tal-Antifona, l-Innu Nazzjonali u l-Innu Popolari. Fi tmiem il-quddiesa pontifikali, l-E.T. Mons. Arċisqof jiġi akkumpanjat sal-Każin Vilhena.

1.00pm Marċ brijuż mill-Banda Vilhena. Ilmarċ jibda minn Triq il-Miratur (ħdejn il-Każin), Triq l-Imħażen, Triq is-Suq, Triq Sant’Anna, Triq il-Miratur, Pjazza San Publju, il-Mall, Triq l-Argotti, Triq l-Argotti ż-żgħira, Pjazza San Kalċedonju, Triq il-Konservatorju, ilMall, Triq San Tumas, Triq l-Imħażen,

Pjazza Robert Samut, Triq il-Fosos, Triq Antonio Agius, Triq San Tumas iżżgħira, Triq il-Miratur għat-tmiem talmarċ ħdejn il-Każin Vilhena.

5.15pm Quddiesa.

6.00pm Tieni Għasar Solenni.

6.50pm Fi Pjazza San Publju, jingħata tagħrif dwar San Publju u dwar il-vara titulari qabel il-ħruġ tal-purċissjoni.

7.00pm Purċissjoni bil-vara artistika tal-Patrun tagħna San Publju. Imexxi l-Quddiesa, l-Għasar u l-Purċissjoni, l-W.R. Kan. Dun Marc André Camilleri, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. Ikunu mistiedna biex idoqqu waqt il-purċissjoni, il-baned tas-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu, Balluta, u talGħaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu, Fgura.

10.30pm Mad-dħul tal-vara fil-knisja, titkanta l-Antifona u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, jindaqq l-Innu Popolari.

Is-Sibt 21 ta’ April

Jum ta’ Ringrazzjament lil Alla 6.00pm Quddiesa ta’ ringrazzjament mill-W.R. Arċipriet Dun Charles Cini. Jattendu l-membri tal-Grupp Ħidma San Publju u l-voluntieri kollha li ħadmu flimkien għas-suċċess tal-festa. Wara jsir id-dħul tal-vara lura finniċċa.

Matul il-ġranet tal-festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali Maranathà, taħt id-direzzjoni tas-Sinjura Lorraine Muscat. Il-mużika tas-Surmastrijiet Bugeja li tindaqq fil-ġranet tat-Tridu, lejlet u nhar il-festa, tkun taħt id-direzzjoni tasSurmast tal-Cappella Bugeja, ir-Rev. Patri Salv Galea O.P.

13
Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża

Il-Parrokat ta’

Monsinjur Richard Borg fil-Floriana

Nagħtu ħarsa fil-qosor lejn il-ġrajjiet ewlenin filMixja Nisranija tal-Floriana matul il-Parrokat ta’ Monsinjur Richard Borg.

Kien Parrokat ta’ sittax-il sena u għalhekk ma jistax ikun li jissemma dak kollu li seħħ matul dawn il-ħafna snin. Ser insemmu biss xi ftit mill-ġrajjiet ewlenin.

Nhar is-Sibt l-ewwel ta’ Diċembru elfejn u wieħed, il-Kurja tal-Arċisqof ħabbret in-nomina ta’ Monsinjur Richard Borg bħala Arċipriet tal-Floriana. Ġimagħtejn wara, jiġifieri s-Sibt ħmistax ta’ Diċembru, huwa ċċelebra l-Quddiesa tas-6.30pm, fil-Parroċċa bħala Arċipriet.

Id-digriet uffiċjali tal-għażla tiegħu bħala Arċipriet ħareġ nhar it-Tnejn ta’ Marzu elfejn u tnejn. Nhar is-Sibt sbatax ta’ Marzu ngħata l-Pussess mill-Kanċellier Monsinjur Carmelo Zammit f’isem l-Arċisqof.

Fost il-ħafna ġrajjiet li seħħu minn dakinhar sallum ta’ min isemmi:

• L-introduzzjoni tal-abbatini bniet fis-sena elfejn u ħamsa. Minn dik is-sena sal-lum, madwar ħamsin tifla libsu l-libsa ta’ abbatini; numru tassew sabiħ meta wieħed iqis innumru żgħir ta’ tfal li hawn fil-Parroċċa.

• L-installazzjoni ta’ dawl fiss mal-faċċata tal-Knisja; dan inxtegħel għall-ewwel darba nhar Sibt il-Għid tas-sena elfejn u sitta. F’ dik is-sena wkoll beda l-proġett tar-restawr taddamask.

• Fl-elfejn u ħdax, Monsinjur Borg ingħata t-Trofew Tonna.

• Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona, illum Emeritus, ikkonsagra l-Altar-Mejda ġdid tal-

irħam nhar is-Sibt disgħa u għoxrin ta’ Marzu tas-sena elfejn u tmienja.

• Fl-għeluq tas-Sena Pawlina, nhar id-disgħa u għoxrin ta’ Ġunju elfejn u disgħa ddaħħlet l-istatwa ta’ San Publju fil-Belt Valletta.

• Saret terħa rrakkmata bid-deheb għall-altar ta’ San Ġużepp. Din kienet rigal tal-gazzetta ‘Il-Furjana’.

• Is-Soċjetà Vilhena rregalat sett ta’ kapep ġodda għall-festa.

• Iċ-ċelebrazzjoni tal-Festi Ċentinarji fis-snin elfejn u għaxra u elfejn u ħdax biex ifakkru l-erba’ mitt anniversarju minn meta l-isqof Gargallo ddikjara lil San Publju Patrun ta’ Malta u l-mitejn sena minn meta l-iskultur Vinċenzo Dimech naqqax l-istatwa ta’ San Publju.

• Id-dħul ta’ Papa Benedettu Sittax, fil-Knisja tagħna nhar il-Ħadd tmintax ta’ April elfejn u għaxra waqt iż-żjara tiegħu f’Malta. Dan kien unur kbir għall-Parroċċa għaliex ftit huma l-Knejjes fid-dinja li fihom daħal Papa.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018
Kellna l-Viżta Pastorali fil-Parroċċa ta’ Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona fis-sena elfejn u disgħa.
14

Dakinhar is-seba’ linef il-ġodda tal-korsija inxtegħlu flimkien għall-ewwel darba.

• Waqt il-Festi Ċentinarji, l-Arċipriet bierek u inawgura l-Ambone l-ġdid, tal-irħam ukoll. Dakinhar kien il-Ħadd ħdax ta’ April elfejn u għaxra.

• Bħala parti minn dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ċentinarji saret Proċessjoni bl-istatwa ta’ San Publju nhar il-Ħadd tlieta u għoxrin ta’ Jannar elfejn u ħdax filgħodu.

• F’din is-sena wkoll kellna l-Ordinazzjoni ta’ żewġ saċerdoti ġodda mill-Parroċċa tagħna: Dun David Torpiano u Patri Stephen Magro, Franġiskan.

• Nhar it-tlettax ta’ Diċembru ta’ dik is-sena wkoll kien inawgurat l-Orgni diġitali ġdid tal-Knisja waqt kunċert ta’ kant tal-Milied min-New Choral Singers.

• Saret Proċessjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp tar-Rabat minn Sarria sal-Knisja nhar issebgħa u għoxrin ta’ April elfejn u tlettax. Din saret fl-għeluq il-ħamsin sena millinkoronazzjoni ta’ din l-istatwa fi Pjazza San Publju (il-Fosos). Il-Ktieb ta’ Patri Alessandru Bonnici, Konventwali, bl-isem “Il-Floriana fil-Mixja Nisranija tagħha” kien ippubblikat fl-elfejn u erbatax.

• Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena, f’Lulju tal-elfejn u sittax, il-Festa ta’ San Kalċedonju saret filKnisja minflok fil-Kappella tiegħu fil-Kurja. Għal din l-okkażjoni r-relikwa ta’ dan ilqaddis kienet fil-Knisja għal erbat ijiem.

• Saru wkoll ħidmiet ta’ restawr ta’ kwadri, statwi, kif ukoll ħafna xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bjut u naħiet oħra tal-Knisja kif ukoll restawr tal-bibien kollha. Sar ukoll tapit għall-presbiterju kollu.

• Inbeda wkoll il-proġett tal-pittura. FilKappelluni tar-Rużarju, sa issa sar ħafna xogħol biex dan ikun lest għall-pittura li tinsab fi stadju avvanzat.

• Fil-Parrokat ta’ Monsinjur Richard Borg sar ir-restawr tal-armar kollu ta’ barra tal-festa ta’ San Publju. Minbarra dan saru wkoll diversi żidiet ta’ armar ġdid.

• Fil-jum tal-festa Liturġika ta’ San Publju talelfejn u sbatax inxtegħlu għall-ewwel darba ż-żewġ linef il-kbar tal-Kappelluni. Nhar ilĦadd tmienja u għoxrin ta’ Jannar, l-Arċipriet ingħata l-Pussess bħala Monsinjur Onorarju fil-Katidral tal-Imdina minn Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna.

Dawn kienu ġrajjiet jew okkażjonijiet ta’ darba. Tajjeb li wieħed isemmi wkoll li nbdew ħafna inizjattivi oħra. Fost dawn ta’ min isemmi:

• Bdiet issir Ġimgħa Marjana fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru li tiftaħ sena Pastorali ġdida filParroċċa. Din tgħin ukoll biex tiżdied iddevozzjoni lejn il-Madonna. Għall-istess skop beda jsir pellegrinaġġ Marjan f’Mejju mill-Knisja għal għand il-Kapuċċini u ieħor f’Lulju għas-Santwarju tal-Madonna filMellieħa.

• Iċ-ċimiterju tar-ritratti tal-mejtin li jintrama fil-Knisja matul ix-xahar ta’ Novembru kull sena.

• Introduzzjoni ta’ ġranet aktar spissi ta’ Adorazzjoni f’diversi perjodi tas-sena. Twaqqaf grupp ta’ Talb għall-vokazzjonijiet li l-membri tiegħu joffru t-talb tagħhom f’jum partikolari tal-ġimgħa għall-vokazzjonijiet.

• L-għażla ta’ motto Parrokkjali għal kull sena biex iservi ta’ gwida spiritwali għallparruċċani; dan il-motto ikun fuq banner ma’

Storja Furjaniża 15
Ktieb tal-Festa u

pilastru maġenb l-altar u jibqa’ hemm is-sena kollha.

• Iċ-ċelebrazzjoni tal-Festa ta’ San Publju filKappella ddedikata lilu fl-Għarb Għawdex fl-aħħar Ħadd ta’ Jannar.

• Quddies fil-beraħ fl-ewwel ġimgħa tax-xhur tas-sajf u f’xi okkażjonijiet oħra; din hija waħda mill-inizjattivi biex il-Knisja tidher ’il barra mill-ħitan tagħha.

• Il-Ħadd ħdax ta’ Marzu elfejn u tmintax, Monsinjur Borg itemm uffiċjalment ilParrokat tiegħu bħala Arċipriet tal-Floriana.

• F’isem kulħadd aħna nirringrazzjawh ta’ dawn is-sittax-il sena servizz bħala r-Ragħaj Spiritwali tagħna, nawgurawlu għall-ħidma ġdida li għad trid tiġi fdata f’idejh millKnisja u nitolbu għalih. Ad Multos annos Monsinjur.

53 Msida Road, Yacht Marina, Gzira

Tel: 2133 4255, 21 31 3748

Email: npace@gauciborda.com Web: www.gauciborda.com

https://www.facebook.com/GauciBordaCoLtd

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 16

Dear Non Maltese Residents welcome to Floriana

We, Maltese Florianites (inhabitants of Floriana) with open arms, and heart, bid you all, non Maltese residents, a warm and hearty welcome to our locality and embrace you as members of our communal family.

During these last years our locality (Floriana) underwent, and still is in, a demographic upheaval on a large scale. Many houses, apartments and other places of residence, for many years, were left empty or abandoned resulting in a derelict state, until, the fascination of Floriana dawned on many estate agents who are now vying with each other as to who can acquire most of these properties and renovate, sell or lease to you. It is an honour, and our pleasure that you chose Floriana to be your new home, for that we thank you. As parishioners, it is pertinent to inform you about certain activities that will take place in this community that now you’re part off, and also, some historical notes.

Every year, on the third Sunday after Easter (that is 15 days after) our locality, and that includes you, celebrates the annual feast in honour of St. Publius. Publius was the Headman (Protos) of the island when in A.D.60 (Malta was under Roman rule) St. Paul was shipwrecked on our shores on his way from Cesarea to Rome. Publius, than a pagan welcomed and entertained at his residence Paul and all those that were on the vessel, 276 in all. St. Luke, the Evangelist, gives a vivid, and detailed description of this episode in the whole of chapter 27 and from verses 1 to 10 in chapter 28 of his ‘Acts of the Apostles’.

The tempest that brought Paul, the ‘Apostle of the gentiles’, so unexpectedly and furiously on this island is deemed to have been a providential one and that, enhanced by the episode of the viper that bit Paul’s hand without him suffering

any harm, and the miracle, performed by Paul, when he healed Publius’ father who was sick with fever and dysentery, were the foundation stones on which Paul continued to build by preaching and proclaiming Jesus Christ as the true Living God. Paul’s teachings were ardently taken up by Publius and the rest of the inhabitants to the point were they converted to Christianity.

As he did in other places were new Christian communities were set up, Paul, after wintering here in Malta, and before proceeding on to Rome were he received his martyrdom, he proclaimed Publius as the new Pastor (Bishop) of the newly set up Christian community. It is interesting to note, that all this happened just 27 years after the passion, death and resurrection of Our Lord Jesus Christ. After serving for many years as Malta’ s Bishop, Publius was sent to Athens, in Greece to replace Throphimus who was martyred, a fate that befell Publius as well when he was thrown to the lions.

In 1610, Bishop Tommaso Gargallo proclaimed St. Publius as one of the 3 Patron Saints and Protectors of Malta, the other two being St. Paul and St. Agatha. As early as 1699, when Floriana, as a locality didn’t even exist, there already was a chapel dedicated to St. Publius built near a flour mill situated outside the walls of the city, Valletta.

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża
17

The origins of Floriana date back to 1636, when construction of the Floriana lines commenced. The line of fortifications was built outside the fortifications of Valletta as an outer defensive line for the capital city. The lines were named after Pietro Paolo Floriani, the Italian military engineer who had designed them. The fortifications were partially defensible by 1640, but construction and modifications continued throughout the 17th and 18th century, being fully completed in the 1720s.

The area between the Floriana Lines and the Valletta Land Front began to be built up in 1724 when the Portuguese Grand Master, Antonio Manoel de Vilhena founded the suburb, also known as, Borgo Vilhena

When the population started to increase the need for a bigger church was on everybody’s mind. The first stone of the Church of St. Publius was laid on 2nd. August 1733 by Bishop Paul Alphéran de Bussan, in the presence of Grand Master Vilhena. The sacristy was completed 7 years later and it began to be used as a small church by the inhabitants. Construction was complete by 17th. January 1768, when the relic of Saint Publius was brought to the church. The original design of the church is attributed to Francesco Marandon. The church was originally part of the parish of St. Paul of Valletta.

The façade of the church began to be rebuilt in 1771, and the dome was constructed in 1780. It became a vice-parish in 1776, and the church was consecrated by Bishop Vincenzo Labini on 20th. March 1792. It became a parish in March 1844, after a decree was issued by Pope Gregory XVI.

The naves and an oratory were constructed between 1856 and 1861. A new façade was built by Nicola Zammit between 1884 and 1890. Two new bell towers were also built in 1889 and 1892. The church’s interior was embellished in the late 19th and early 20th centuries.

Part of the church’s façade and its dome were destroyed by aerial bombardment during World War II, when it was hit by bombs on 3–4 March and 28 April 1942 and sixteen people were killed.

The nearby Sarria Church became a temporary parish church until the Church of St. Publius was reopened on 10 December 1944. Reconstruction of the church was carried out by the architect Gustav Vincenti, and it was completed in the late 1950s. The interior was embellished in the following decades, being fully completed in the early 1990s.

On the occurrence of the annual feast this magnificent temple is fully decorated with riches befitting a Royal Palace thus rendering it as one of the biggest, most beautiful and richly decorated churches on these islands. It is a must that you pay a visit to this church.

The programme for this year’s feast, spanning from Sunday 8th. to Sunday 15th. April 2018 (both days inclusive) is as follows:

Sunday 8th.: At 10.00, a procession with the Blessed Sacrament will wind its way along the streets of Floriana, accompanied by the Vilhena Band playing Eucharistic hyms. At 11.00, a solemn mass will be said after which, round about 11:45 the artistic statue of St. Publius will be taken out of its niche, and bourne on the shoulders of 8 stout men, will be carried around in the church until it is rested on a mahogany dias and placed under one of the arches in the

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 18

main aisle for the admiration, and veneration of the people.

Monday 9th.: At 18:00, a mass dedicated to the children will be said followed by a demonstration outside, in the streets with a miniature statue of St. Publius being carried, and paraded by the children themselves. This event we call it, ‘Il-Festa tat-Tfal’ (The Children’s Feast). A small band and some fireworks will add to the merriment.

Tuesday 10th.: 18:00. A mass for members of all groups, religious and lay organisations that operate in Floriana.

Wednesday 11th.: 18:00 Singing of Evening Vespers followed by Holy Mass. After the mass, a Eucharistic celebration during which an orchestra and singers will perform music composed explicitly for this feast, over 100 years ago, by the composers, Maestri Bugeja, a musical dynasty of the 19th’ and 20th. Century.

Thursday 12th.: Between 18:00 and 20:00 the same as yesterday. After the church service, down at St. Anne Street, just in front of the Vilhena Band Club, the Band Big Friends Gugen Musik will perform a musical programme culminating in the hoisting of a statue of St. Publius onto a high pedestal.

Friday 13th.: Between 18:00 and 20:00 the same as yesterday. After the church service, a statue of St. Publius (not the titular one) will exit from the church and accompanied by the Vilhena Band will be carried, shoulder high around the streets of Floriana. The highlight of the evening will also be, the placing of the statue on another high pedestal this time in Conservatory Street.

Saturday 14th.: The eve of the feast 11:00 There will be a guided tour of the church, in English. This tour is aimed especially for Maltese and foreign visitors who are interested to learn more about the history and riches housed in this magnificent temple.

18:00 A procession with the relic of St. Publius exits from the chapel situated at the Police General Headquarters en route to St. Publius

Church. On arrival, the evening prayers (vespers) will be sung followed by a solemn con celebrated Mass.

20:30 On a bandstand set up in front of the church the Vilhena Band will perform a musical concert.

Immediately after this concert, The Mechanised Ground Fireworks Festival will commence on St. Publius Square (The Granaries). This festival is organised by the Floriana Local Council and various Maltese fireworks factories take part in it.

Sunday 15th.: The Feast day 09:15 Pontifical High Mass celebrated by H.G. Archbishop Mons. Charles J. Scicluna. Also attending this Pontifical will be, the President of the Republic, the Prime Minister, Mr. Speaker of parliament, Leader of the Opposition, Ministers, Members of Parliament and other distinguished guests.

13:00 to 17:00 The traditional band march by the Vilhena Band that will go round the streets of Floriana amidst cascading confetti and a great amount of various items that are thrown from balconies onto the revellers.

18:45 The procession will start its way out from the church at the end of which, the majestic and artistic statue of St. Publius, a masterpiece carved in wood in 1811 by Vincenzo Dimech will emerge from the main door to the clapping of the crowds present, tolling of the church bells, band playing, aerial fireworks and confetti, thrown down from the cornice, high above the Portico. The procession will proceed forward through the streets of Floriana to return to the church round about 22:30. Even than throngs of people will be present to welcome St. Publius back to his church which, at this particular time will be filled to capacity. As soon as the statue enters the main door, the orchestra, singers and indeed all the congregation engage in the rendering of the popular antiphon ‘O Melitae Digna Proles’ (O Befitting Son of Malta). The imparting of the Benediction with the Holy Sacrament will bring this, another feast celebrated to the Glory of God and in Honour of our Patron Saint, to its joyful end.

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża 19

We urge you to join in our traditions including that, for the feast days, you decorate your balconies with cloth material, lighting festoon and a picture, or any other image of St. Publius.

Therefore dear brethren, coming from wherever country throughout the world we welcome you to our Town and at the same time, embrace you as brothers and sisters hoping that your stay in our locality will be a joyous and eventful one through your participation in the feasts, celebrations and events that we hold throughout the year in our beloved Floriana.

Apart from the main feast, that of St. Publius, we celebrate also: On every 22nd. of January, the liturgical feast of St. Publius (church service only). For the Holy Week celebrations we have a complete full programme of the liturgical ceremonies that are held inside the church. As per outdoor events we have: A procession with the ‘Penitential Cross’ on Ash Wednesday. On the Friday preceding Good Friday another penitential procession in which the statue of ‘Our Lady of Sorrows’ will be carried through

the streets. On Tuesday in Holy Week, another procession, this time with a very large Crucifix that from the church proceeds up to the Mall Gardens were the 14 stations of ‘The Way of the Cross’ will be meditated. During the month of June, two Eucharistic processions take place, namely, that of Corpus Christi (Body of Christ) and the ‘Sacred Heart of Jesus’. In October we celebrate the feast in honour of ‘Our Lady of Rosaries’, this occurrence brings with it yet another procession with a statue of Our Lady, under this title. The last event of the year will be the procession with an image of Baby Jesus organised by the Society of Christian Doctrine, commonly known as, M.U.S.E.U.M. This event is held on Christmas Eve.

As residents in this locality, you can also obtain services from the Parish Office, offices of the Local Council, Health Centre, Postal Services Sub Post Office, Police Station, and other Government Departments and offices.

SAINT PUBLIUS BAR Manwel Micallef, proprjetarju jawgura l-Festa t-Tajba lill-klijenti u lill-Furjaniżi kollha CARDS, TOYS AND PRESENTS MAGAZINES AND NEWSPAPERS GENERAL BAZAAR 35, TRIQ IL-MIRATUR, FLORIANA Tel: 2123 7805 Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 20

Tislima lil

Dun Ġużepp Borg Micallef

Dun Ġużepp Borg Micallef twieled fil-Furjana nhar l-14 ta’ Diċembru 1922 sejħa tal-Mulej biex imur jaħdem fl-għalqa tiegħu, u ddeċieda li jsir saċerdot.

Fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, Ġużepp beda l-istudji tiegħu fis-Seminarju. Fost it-tbatija u l-għaks kbir li kien hawn f’dawk iż-żminijiet mudlama, irnexxielu jtemm b’suċċess l-istudji u b’ħerqa kbira stenna dik il-ġurnata tant mistennija meta f’Marzu tal-1949 ġie Ordnat saċerdot minn idejn l-Arċisqof, l-E.T Mons. Mikiel Gonzi.

Sa mill-bidu nett tal-Ordinazzjoni tiegħu, Dun Ġużepp, li fil-Furjana kien magħruf bil-laqam tal-familja, ‘Ta Seba’ Soldi’ għamel bħala l-missjoni prinċipali tiegħu, it-tagħlim talkatekeżi. Ta’ kull ġimgħa kien jiġbor numru ta’ tfal, u dak iż-żmien fil-Furjana kien hawn bilmijiet, u jgħallimhom il-katekiżmu. It-tagħlim kien jagħmlu kemm fil-knisja kif ukoll fil-post ta’ fuq iz-zuntier tan-naħa ta’ Balzunetta, eżattament

taħt id-dar fejn għexu l-aħwa Cuschieri, id-dar li llum, parti minnha diġà utilizzajniha bħala l-Mużew tal-Parroċċa, proġett li fil-futur irid jikber u jiżviluppa sakemm id-dar kollha tkun qed isservi għal dan l-iskop ta’ Mużew.

Kif diġà għedt, għas-saċerdot Borg Micallef il-katekiżmu kien xi ħaġa indispensabbli filmissjoni tiegħu. Dan wasslu biex fis-sena 1968, flimkien ma’ saċerdot ieħor Furjaniż, Dun Godwin Saliba, waqqfu l-Kummissjoni Kateketika fid-Djoċesi ta’ Malta.

Għal Dun Ġużepp il-kitba kienet forza kbira. Matul ħajtu mill-pinna, u aktar tard millcomputer tiegħu ħarġu eluf ta’ artikli, kontribut li baqa’ jagħmlu sal-aħħar nifs ta’ ħajtu. Ta’ kull xahar, baqa’ jibgħat il-materjal għall-fuljett ‘IlBastun’ li huwa leħen il-Floriana Senior Citizens.

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża Kitba ta’ Stephen Tonna F’Jum l-Ewwel Quddiesa Solenni Trofew Tonna 2016 man-Nominati l-oħra
21
Tislima ta’ ħbieb bejn Dun Ġużepp u Stephen Tonna l-Ħadd Ħruġ il-vara min-niċċa 2017

Rigward il-karattru tiegħu, nasal biex ngħid li kultant, kien iħawdek. Per eżempju kif tispjega l-fatt li fi kliemu dejjem stqarr li assolutament ma jħobbx, u ma jaqbilx li jsiru opri ta’ tiżjin fil-knejjes għax skont hu, “ħela’ ta’ flus’’ iżda mbagħad, kellu kollezzjoni vasta u komprensiva ta’ ritratti u slides bl-opri kollha li tipposjedi l-knisja tagħna, u jaġġorna kull meta ssir xi ħaġa ġdida. Lil Dun Ġużepp niddiskrivih bħala bniedem, ‘aggressiv b’imħabba’, targumenta kemm targumenta, miegħu ma tiġġieled qatt.

Aħna l-Furjaniżi għandna verament għalxiex inkunu kburin u grati lejn dan il-personaġġ ħabrieki li assolutament qatt ma fittex ilpopolarità, jew unuri. Kien Furjaniż per eċċellenza li bil-mod tiegħu ħabb u segwa dak kollu li hu Furjaniż. Minkejja l-istat ta’ saħħtu, xorta waħda, f’siġġu tar-roti, inġieb fil-knisja ta’ San Publju biex nhar it-23 ta’ April tas-sena l-oħra (2017) fostna u magħna, gawda l-ħruġ tal-vara ta’ San Publju min-niċċa.

Il-ġisem bla ħajja ta’ dan is-saċerdot Furjaniż inġieb fl-istess knisja li fiha 95 sena qabel kien

Il-katavru ta’ Dun Ġużepp merfugħ min-neputijiet tiegħu

inġieb għall-ewwel darba biex tgħammed, irċieva l-Ewwel Tqarbina, il-Griżma tal-Isqof, u fl-1949 iċċelebra l-Prima Messa. Fl-istess knisja li min jaf kemm-il quddiesa qaddes u kemmil sagrament amministra. Issa, imserraħ fuq żewġ banketti f’nofs il-korsija, numru kbir ta’ saċerdoti mmexxija mill-Arċisqof l-E.T. Mons Charles Scicluna u knisja mimlija bin-nies, saret koncelebrazzjoni b’sufraġju għal ruħu. Din kienet l-aħħar tislima lil dan is-saċerdot, iben denn tal-Furjana. L-omelija għamilha l-eks Arċipriet tagħna Mons Richard Borg.

Malli spiċċa r-rit funebri, it-tebut intrafa’ fuq l-ispallejn min-neputijiet u membri oħra talfamilja u għall-aħħar darba, ħarġu ‘liz-ziju Ġuż’ mill-knisja ddedikata lil San Publju.

B’differenza mill-funerali l-oħra, malli l-korteo funebri ħareġ minn Bieb il-Bombi, ma qabadx triqtu lejn iċ-ċimiterju tal-Addolorata, iżda fuq xewqa ta’ Dun Ġużepp stess, xewqa li tennieha kemm-il darba, ġibed lejn l-Imsida bid-destinazzjoni finali tkun l-Università f’TalQroqq fejn ittieħed f’laboratorju. Mill-ġdid grazzi u strieħ fis-sliem għażiż Dun Ġużepp, arrivederci

Dun Ġużepp ma’ Stephen Tonna u Charles Zammit Moore
Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 22
‘San Gejtanu’ 72, N/S in Notabile Rd, Mrieħel Tel. Workshop: 2149 4798 Res. Tel.: 2133 2758 BORG BROTHERS FURNITURE TRANSPORT Borg Bros. Garage Triq id-Demnuq Siġġiewi Telephone: 2146 6664 Mobile: 9947 5010 Fax: 2146 4804 Il-President, Kumitat u l-membri tal-Partit Laburista Il-Furjana Jawguraw il-Festa t-Tajba lill-Furjaniżi kollha Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża 23

Tfal li rċevew l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof

Dun Renè Camilleri amministra l-Griżma tal-Isqof lil 12-il tifel u tifla nhar il-Ħadd 5 ta’ Novembru 2017

Keyan Agius, Deacon Caruana Dalli, Mikael Cauchi, Daan Micallef, Farouk Philip Tenimu, Andes Zammit, Maya Borg, Kye Agius.

Bezzina Cascino Rico, Buhagiar Dale, Camilleri Denzel, Caruana Tristan, Muscat Wayne, Pace Deyan, Schembri Garrett, Gravina Kyonne, Agius Britney, Dalli Jael, Mansueto Ruslana, Zammit Laia

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018
L-Arċipriet Monsinjur Richard Borg amministra l-Ewwel Tqarbina lil tmint itfal nhar il-Ħadd 11 ta’ Ġunju 2017
24

Fil-jiem ta’ matul ix-xhur ta’ Ġunju u Lulju rġajna tajna passata żebgħa oħra fuq il-partijiet kollha li mhumiex mgħottijin bil-folji talfibreglass. Ma ninsewx li l-pittura mhix ser teħel direttament fuq il-ġebla, iżda fuq dawn il-folji li konna ħdimna aħna stess, maqtugħin skont ilmoll meħud u invitati mas-saqaf u l-ħitan. Biex il-pittur ikun jista’ jaqta’ t-tila fil-forma ta’ fejn, meta mpittra, tkun ser teħel, ikollu bżonn ta’ moll, jiġifieri, disinn eżatt tal-post partikulari. Fil-mod ta’ kif huwa mqassam is-saqaf tagħna ma tistax sempliċiment tieħu qisien skont ittul u l-wisa’, iżda bilfors irid jittieħed il-moll. Bl-erba’ pendenti lesti, anki mill-pittura, huwa proprju dak li għamilna fuq il-kwadru ċentrali.

L-aħjar mezz li sibna għal din il-biċċa xogħol huwa d-double sided tape li minnu waħħalna diversi strixxi fuq il-folja tal-fibreglass imwaħħla mas-saqaf. Qbadna mbagħad folja plastik kbira ta ċertu saħħa, u bdejna nifirxuha u ‘nafsuha fuq it-tape sakemm weħlet u ksejna ż-żona kollha. Permezz ta’ xafra, qtajna l-plastik żejjed sakemm mas-saqaf, baqa’ biss, il-forma talkwadru tan-nofs. Minħabba l-ħxuna tal-plastik stajna faċilment naqilgħu l-plastik minn mattape mingħajr ma nqattgħuh. Bil-moll maqlugħ u rrumblat f’idejna, twassal immedjatament f’Għawdex biex il-pittur, jagħmel il-parti tiegħu fit-tfassil tat-tila u konsegwentement il-pittura tal-kwadru ċentrali.

Irridu nfakkru, li meta nitkellmu fuq il-‘Proġett tal-Pittura’ ma nkunux qegħdin nirreferu biss għal dan tal-kappellun, tar-Rużarju, iżda wkoll għal dak li jrid isir fil-kappellun tal-Kurċifiss.

Kienu diversi l-persuni li telgħu fl-istudio talpittur biex jaraw il-proċess tal-istess pittura.

Fil-bidu ta’ din is-sena, John Grima (il-pittur) beda jaħdem fuq iż-żewġ panewijiet li hemm

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża
Il-Proġett tal-Pittura Ix-Xogħol fil-Kappellun tar-Rużarju Kitba ta’ Stephen Tonna Induratura fuq waħda mill-ħnejjiet Xkatlar fuq l-istukkjar tal-viti li jżommu l-fibreglass Jitqatta’ l-ġebel immermer 25

fuq it-twieqi kif ukoll saru ħafna preparamenti biex jibda jpitter l-abside (arzella), li hija l-akbar parti tal-proġett pittoriku.

Bħalma sar fil-kors ta’ diversi proġetti kbar oħra tul is-snin fil-knisja tagħna, dan il-proġett ukoll ser ikun immarkat bil-bidla tar-Ragħaj Spiritwali tal-Parroċċa tal-Furjana, meta, minn taħt it-tmexxija tal-Arċipriet Mons. Richard Borg, il-Parroċċa għaddiet għal taħt il-ħarsien ta’ Dun Charles Cini sa minn nhar it-Tnejn 12 ta’ Marzu 2018 meta l-mandat tiegħu sar effettiv.

Ħidma kbira ħafna, u rridu nżidu, ta’ tbatija kbira wkoll wettaqnieha fuq il-bejt tal-Youth Centre, preċiżament mal-ħitan li jmissu malkappellun tar-Rużarju. Matul is-snin, l-elementi rrendew il-ġebel ta’ dan il-ħajt fi stat ta’ deterjorament qawwi, tmissu b’idek u jitfarfar

qxur, qxur. Id-deċiżjoni li fuq dan il-ħajt irid isir intervent qawwi ttieħdet mill-fatt li, x’jiswa li għamilna dak ix-xogħol kollu, u spejjeż kbar konnessi mad-dekorazzjoni u l-pittura fis-saqaf tal-kappellun tar-Rużarju meta mbagħad, tmiss miegħu fuq barra għandna ġerħa enormi miftuħa għall-elementi kollha! Żgur li fil-futur konna ser inbatu l-konsegwenzi. Wara konsultazzjoni u pariri ta’ Perit, bdejna x-xogħol. Il-ħidma bdiet billi permezz ta’ jiggers, qattajna l-ġebel immermer f’fond ta 20 ċentimetru (8 pulzieri) f’fond biżżejjed li eliminajna l-ġebel ħażin kollu. It-tqattigħ baqa’ nieżel sal-filata li fuqha jistrieħ il-bejt, il-filata li serviet ta’ pedament għall-bini tal-ħajt il-ġdid. Il-ġebel, użajna knaten tal-franka fil-ħxuna ta’ 15-il ċentimetru (6 pulzieri) b’25 ċentimetru għoli (10 pulzieri).

Aktar tqattigħ Il-final tat-tqattigħ Waqt il-bini tal-ħajt minflok dak immermer Parti mill-ħajt lest u t-tindif Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 26

Il-proċess tal-bini mill-ġdid ta’ dan il-ħajt ħa ż-żmien tiegħu. Xogħol li kien ta’ tbatija kbira kemm minħabba t-toqol tal-knaten, dawk imneħħija kif ukoll dawk imqiegħda u minħabba l-qilla tax-xemx u s-sħana tremenda li refgħalna s-sajf li għadda (2017). Meta mkejjel, dan il-ħajt

Dehra minn kantuniera tal-ħajt il-ġdid Stirar tal-plastik mas-saqaf biex jittieħed il-moll tal-kwadru ċentrali Mal-pittur John Grima qabel ma qlajna moll tal-plastik Dehra ġenerali tal-ħajt, kważi lest Waqt it-tikħil tal-fili Kisi bil-waterproofing membrane
27
Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża

fih tul ta’ tnax-il metru u nofs (ftit aktar minn 496 pied) b’għoli ta’ metru u sebgħa u tmenin ċentimetru (5 piedi u 8 pulzieri).

Bl-għajnuna ta’ Alla u ta’ San Publju, ix-xogħol tal-bini tlesta. Biex ix-xogħol li għamilna jservi għal ħafna snin, ħadna ħsieb li l-parti ta’ fuq talħajt, li tiġi fuq il-kappellun, ksejnieha bil-water proofing membrane tas-sħana filwaqt li l-fili kollha tal-ħajt il-ġdid, kaħħalniehom b’materjal li ma jagħmilx ħsara lill-ġebla. Kemm għad-

dehra estetika kif ukoll għall-iskop li sar, b’dan il-ħajt, ilħaqna l-aspettattivi li ħdimna għalihom, ċioè, li ħlisna mid-diżastru li kien hemm u s-salvagward intern tal-kappellun tar-Rużarju.

Dan kien proġett ieħor kollu kemm hu frott talħidma tal-volontieri tagħna. Grazzi speċjali tmur lejn is-Sur Tony Amaira, volontier u l-benefattur tat-tlettax-il vjaġġ tal-ġebel użat, it-trasport u t-tlugħ tiegħu sa fuq il-bejt tal-Youth Centre.

KW 27A, Corradino Industrial Estate Paola telephone 21660505/06 email sales@neriku.com website www.neriku.com KW 27A, Corradino Industrial Estate Paola telephone 21660505/06 email sales@neriku.com website www.neriku.com KW 27A, Corradino Industrial Estate Paola telephone 21660505/06 email sales@neriku.com website www.neriku.com KW 27A, Corradino Industrial Estate Paola telephone 21660505/06 email sales@neriku.com website www.neriku.com Unisex Hair Salon - By Louise Tel: 27284568 Mob: 7988 8985 75, Gunlayer Street, Floriana Email: madame_eloise@hotmail.com Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 28

Żewġ ħatriet mill-Q.T. il-Papa Franġisku

lil ħutna Furjaniżi

Dun Pawl Camilleri maħtur Monsinjur tal-Papa u Patri Herbert Friggieri SJ mogħti l-Onorifiċenza Pro Ecclesia et Pontifice

Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju 2017, l-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, fi tmiem l-Ordinazzjoni Presbiterali li saret fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt, ħabbar innomina ta’ Dun Pawl Camilleri bħala “Cappellano di sua Santità” jew kif jingħad popolarment bħala “Monsinjur tal-Papa”. In-nomina f’dan il-każ mhix ħatra li ssir millArċisqof tal-post iżda hija ħatra li ssir permezz ta’ digriet maħruġ mill-Papa. Dan id-digriet, maħruġ mis-Segreteria di Stato tas-Santa Sede ġie mogħti personalment millE.T. Mons. Arċisqof lil Dun Pawl Camilleri fi tmiem din il-quddiesa.

Matul is-sena l-oħra, Furjaniż ieħor, ħuna Patri Herbert Friggieri SJ, ġie wkoll onorat mill-Papa. Nhar is-Sibt 25 ta’ Novembru 2017, waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa solenni ta’ lejlet il-festa ta’ Kristu Re, iċċelebrata filknisja parrokkjali ta’ Kristu Re ġewwa Raħal Ġdid (fejn huwa jaqdi l-ministeru ta’ Viċi Parroku), Patri Herbert irċieva l-onorifiċenza Pro Ecclesia et Pontifice.

Kien il-W.R. Kappillan tal-Parroċċa ta’ Raħal Ġdid, ilKan. Onor. Dun Marc André Camilleri, li flimkien malkomunità parrokkjali Pawlista għamlu talba lill-E.T. Mons. Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna biex fl-okkażjoni tal-50 sena ta’ ħajja reliġjuża filKumpanija ta’ Ġesù u b’rikonoxxenza għall-ħidma kbira tiegħu fil-parroċċa, Patri Herbert jiġi onorat mill-Q.T. il-Papa.

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża
29
Miftuħin il-ġurnata kollha Amanda u Ġorġ jawguraw il-Festa t-Tajba lil kulħadd Amanda’s Briffa International Funeral Services Prop. Mr Lino Briffa Mob: 9949 2918 Offices - Day: 88, Marsa Road, Marsa Tel: 2123 7819 Office - Night: “Qalb ta’ Ġesù”, Ghost Str, Ħamrun Tel: 2123 7509 25, Market Place, Tarxien Tel: 2189 6728 Fax: 2123 2785 Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 30

Fil-qalba tas-sena liturġika, bħala Nsara, induqu b’qawwa kbira l-imħabba ta’ Alla b’mod partikolari u mill-iżjed profond fiċ-ċelebrazzjoni tat-Tridu tal-Għid. Il-misteru tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien mill-imwiet ta’ Sidna Ġesù Kristu li aħna nimmeditaw u li nidħlu fih biex ngħixuh illum, speċjalment permezz tas-sagramenti, iġagħalna nifhmu s-sbuħija u l-importanza ta’ dak li San Pawl kiteb dwar ilġustifikazzjoni tagħna. San Pawl itenni “li meta aħna konna bla saħħa, Kristu, meta wasal iżżmien, miet għall-ħżiena. Bilkemm wieħed imut għal wieħed tajjeb, għad li wieħed għandu mnejn jagħmel il-qalb u jmut għal wieħed ġeneruż. Iżda Alla wriena l-imħabba tiegħu meta Kristu miet għalina, aħna li konna għadna midinbin. Kemm aktar u aktar issa li aħna ġġustifikati b’demmu, insalvaw permezz tiegħu mill-korla ta’ Alla” (Rum 5, 6-9). Kif nitolbu fit-talba liturġika li tingħad nhar il-Ġimgħa l-Kbira, għaliex ħenn għalina, aħna li niffurmaw il-familja ta’ Alla, l-umanità kollha li hija frott il-ħniena ħallieqa ta’ Alla, Kristu offra ħajtu għalina. Minħabba fina, “Ġesù Kristu Sidna ma stmerrx jagħti ruħu f’idejn il-ħżiena u jsofri t-tbatija ħarxa tas-Salib”. Il-Mulej huwa għalhekk “il-wiċċ talħniena tal-Missier” (Misericordiae Vultus, 1) li jirrivela l-imħabba ta’ Alla. Jekk il-qaddisin huma, fi Kristu, xrara mill-qdusija ta’ Alla, huma wkoll “uċuħ” li permezz tagħhom Alla jxerred il-ħniena bla tarf tiegħu fil-Knisja u fid-dinja. Għalina l-Furjaniżi, huwa diffiċli nifirdu l-ferħ tal-Għid miċ-ċelebrazzjoni tal-festa titulari tal-Patrun tagħna San Publju. Hija ħaġa milliżjed sabiħa li aħna niftakru fix-xhieda ta’ San Publju u nqimuh f’dawn il-ġranet Paskwali. Jekk il-liturġija fil-ġranet tal-Għid tfakkarna filħajja tal-ewlenin Insara u fit-twelid tal-Knisja speċjalment bil-proklamazzjoni liturġika talKtieb tal-Atti tal-Appostli waqt il-liturġija talKelma li ssir matul il-quddies, daqstant ieħor

San Publju bħala ikona ta’ karità

S.Th.L.

aħna xxurtjati li fil-jiem tal-festa titulari ndawru ħarsitna lejn l-għeruq u lejn it-tnissil tal-fidi Nisranija f’pajjiżna.

Alla tassew ħenn għalina għaliex minn fost ilġnus il-kbar tad-dinja, gżiritna kienet iddestinata li tirċievi u tilqa’ id-dawl tal-Evanġelju sa millbidu tal-Kristjaneżmu. Din l-imħabba speċjali li Alla għandu għalina narawha fil-kliem li Pawlu qal fi triqtu lejn Ruma: “Jinħtieġ iżda li naħbtu ma’ gżira” (Atti 27, 26). Jekk Pawlu kien tassew “għodda maħtura” (Atti 9, 15) biex iwassal isem il-Mulej quddiem il-ġnus u s-slaten, daqstant ieħor kien Publju biex jilqa’ s-salvazzjoni ta’ Alla u jafda lilu nnifsu u lill-poplu li kien imexxi f’idejn Alla ta’ Sidna Ġesù Kristu. Dan huwa l-ikbar att ta’ karità li San Publju għamel u forsi huwa wisq iżjed importanti mill-opra ta’ ħniena li għamel ma’ Pawlu u man-nawfragi li spiċċaw providenzjalment fuq gżiritna. Bl-atteġġjament akkoljenti tiegħu u bil-fatt li ma ostakolax il-

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża
31
Dun David Torpiano S.Th.B., (Melit.), S.T.L. (Romae). Kwadru fis-saqaf tal-Korsija

predikazzjoni ta’ Pawlu (kif ilna nemmnu għal tant sekli), San Publju kien l-iprem Evanġelizzat u iżjed tard sar ukoll l-ewwel Evanġelizzatur minn gżiritna li xandar dak li għaddielu Pawlu. Minn protos ċivili San Publju sar ukoll l-ewlieni fix-xhieda għall-Evanġelju mqaddes.

Il-qari mill-Iskrittura Mqaddsa li aħna nimmeditaw fil-jiem tal-festa ta’ San Publju jenfasizza l-laqgħa sabiħa u eżemplari li l-Protos Publju ta lil Pawlu u lil sħabu. Il-qari mill-isbaħ meħud mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (Kap. 58) jurina li l-profeta jwiddeb lill-poplu li Alla ma’ jiġix mixtri jew mogħmi mill-prattiċi ritwali jew bil-qima vojta tax-xofftejn imma jfittex lil min jadurah fl-Ispirtu u fil-verità, ifittex bnedmin li huma sensittivi għall-ħtiġijiet ta’ ħuthom u li jħennu għalihom mhux bil-kliem iżda bil-fatti. “Jaqaw mhux dan is-sawm li jiena rrid, jiġifieri, li tħoll l-irbit tal-ħażen, u tqaċċat ix-xkiel talmadmad li tibgħat ħielsa l-maħqurin, u tkisser kull madmad? Mhux li taqsam ħobżok ma’ min hu bil-ġuħ, u ddaħħal f’darek lill-imsejken bla saqaf?” (Isaija 58, 6-7). Kemm joqgħod tajjeb dan il-kliem għall-għażiż patrun tagħna! Mhux talli daħħal ġewwa daru lil min kien barrani iżda għex ukoll it-twissija l-oħra tal-profeta Isaija li tenna “in-nies ta’ darek ma tinsihomx” (Isaija 58, 7). Publju kien karitattiv ma’ dawk li kienu viċin tiegħu u kienu jagħmlu parti millfamilja (billi ressaq lil Pawlu ħdejn missieru li kien marid) iżda ħenn ukoll għal dawk li kienu barranin u soċjalment emarġinati bħalma kienu ħafna mill-priġunieri fuq il-ġifen, tant li waqt in-nawfraġju s-suldati riedu joqtluhom li ma jmurx jaħrab xi ħadd minnhom bil-għawm (Atti 27, 42). Huwa u jipprietka dwar il-karità, filwaqt li jikkwota l-istess silta mill-Ktieb talProfeta Isaija (58, 6), San Girgor ta’ Nissa jfakkarna fid-dinjità ta’ kull fqir. Huwa jikteb “Tkasbarx lill-fqar. Staqsi minn huma u tiskopri l-kobor tagħhom. Huma għandhom il-bixra tal-Feddej...il-fqar huma l-għassiesa tat-tama tagħna, il-ħarriesa tas-Saltna. Huma jiftħu l-bieb lill-ġusti, u jagħlquh lill-ħżiena u lill-egoisti”. Huma l-fqar li tassew fetħu l-bieb tal-fidi lil San Publju u lil Malta! Meta l-bniedem jiddakkar mill-imħabba ta’ Alla u jimitah, Alla ma jistax ħlief isawwab kotra ta’ barka u ħniena ikbar fuq min jaġixxi b’ġenerożità. Fis-silta li ta’ kull sena naqraw u nimmeditaw fit-talba liturġika tal-

Uffiċċju tal-Qari (li jagħmel parti mil-Liturġija tas-Sigħat jew aħjar il-Brevjar) nhar il-festa ta’ San Publju, San Ġwann Krisostmu jenfasizza propju l-virtù tal-ħniena, bħala l-virtù li tidher eminentement f’San Publju. San Ġwann Krisostmu jikkummenta: “F’dawk l-inħawi kien hemm l-oqsma tal-prinċep tal-gżira, li kien jismu Publju. Dan laqagħna u bil-qalb kollha żammna għandu tlitt ijiem. Araw bniedem ieħor, iħobb jilqa’ l-barranin. Dan Publju, raġel għani u jista’ , ġietu ħniena minnhom, laqagħhom għandu bil-qalb u dar bihom, mhux għax kien ra xi ħaġa minnhom, iżda minħabba l-għawġ li ġie fuqhom.

Wara li ħelsu mill-għarqa, in-nies ma għalqux għajnejhom għalihom, anzi laqgħuhom bil-qalb minħabba Pawlu, u għal tliet xhur sħaħ waqfu magħhom ilkoll u ħasbulhom għall-ikel. Dawn in-nies iġagħluna nistħu: ma kinux jafuhom lil dawk li ħelsu mill-għarqa, iżda rawhom flgħawġ u fehmu sewwa li huma wkoll kienu bnedmin; għalhekk laqgħuhom bil-ħlewwa.

Fil-qrib kien hemm l-oqsma ta’ Publju, ilprinċep tal-gżira, li laqagħhom u żammhom għandu bil-qalb. Sewwa qal, għax irid ikollok qalb kbira biex tilqa’ u żżomm għandek mitejn u sitta u sebgħin ruħ. Araw xi qligħ kbir għandu min jilqa’ l-barrani. Laqagħhom u żammhom għandu għal tlitt ijiem, mhux għax dan ma rahx meħtieġ, anqas ma għamlu fuq il-qalb,

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 32
Dettall mill-Kwadru Laterali tal-Kor

imma għax intebaħ bil-qligħ li kien se jikseb. U għalhekk bil-ħaqq kollu tħallas tal-laqgħa tajba li għamlilhom, anzi ngħatalu wisq aktar ukoll, għax Pawlu fejjaqlu lil missieru, li kien marid bid-disenterija, u mhux lil missieru biss imma fejjaq ukoll ħafna morda oħra”. Il-loġika li juża San Ġwann Krisostmu hija l-loġika li Sidna Ġesù Kristu stqarr b’mod mill-iżjed ċar fl-Evanġelju. Huwa u jkellem lid-dixxipli, Ġesù qalilhom: “Min jilqa’ lilkom jilqa’ lili, u min jilqa’ lili jkun jilqa’ lil dak li bagħatni. Min jilqa’ profeta għax hu profeta, ħlas ta’ profeta jieħu; u min jilqa’

ġenerożità għal kull post, għal kull żmien u għal kull ġenerazzjoni.

bniedem ġust għax hu ġust, ħlas ta’ wieħed ġust jieħu. U kull min jagħti mqar tazza ilma frisk lil xi ħadd minn dawn l-iżgħar għax hu dixxiplu, tassew ngħidilkom li ma jitlifx il-ħlas tiegħu” (Mt 10, 41). M’għandux ikollna l-iċken dubju li Alla mexa ma’ San Publju kif wiegħed li ser jagħmel ma’ min ikollu qalb ġeneruża u miftuħa b’mod speċjali għal dawk li jħabbru l-Evanġelju tiegħu. Għalhekk nemmnu bis-sħiħ li Alla ħallas lil San Publju mhux biss permezz tal-miraklu ta’ San Pawl ma’ missieru iżda l-iżjed billi tah id-don li jirċievi l-Evanġelju u jsir ħolqien ġdid permezz tat-tiswib tal-ilma u l-Ispirtu. Ovvjament, ma’ din il-kullana skritturali, ma nistgħux ma niftakrux fl-Evanġelju li jiġi mħabbar lilna nhar il-festa ta’ San Publju (Mt 25, 31- 46). Il-Mulej jassigurana li fl-aħħar taż-żminijiet, il-ġudizzju aħħari tagħna se jistrieħ fuq kemm konna kapaċi nħobbu lilu f’ħutna. Jekk hemm personaġġ li żgur qeda u serva lil Kristu f’ħutu mingħajr ma kien jaf, dan huwa San Publju. Minħabba f’hekk, nistgħu inqisu lil San Publju bħala l-aqwa ikona ta’ ġenerożità flistorja tal-poplu Malti. Alla xtaq li San Publju ma jkunx biss personaġġ li jinfluwenza l-istorja tagħna, iżda permezz tal-atti ta’ karità tiegħu mniżżla fl-Iskrittura Mqaddsa, isir mudell ta’

Madanakollu huwa neċessarju li nagħrfu nenfasizzaw dak li huwa l-iżjed importanti. San Publju, kien kapaċi jissiġilla ħajtu bl-offerta tiegħu nnifsu lil Alla, wara ħajja ta’ servizz ċivili u reliġjuża, għaliex kellu ħaġa waħda ċara f’moħħu u f’qalbu. San Publju kien konxju li l-ikbar imħabba li wieħed jista’ jkollu hi li wieħed iħobb lil Alla bil-qawwa u bil-persuna kollha tiegħu. Mingħajr ir-rispett lejn dan l-ewwel kmandament, ma jista’ jkun hemm qatt imħabba ġenwina, awtentika u perseveranti lejn l-aħwa li huma dgħajfin u fil-bżonn. Kien għal din l-imħabba li bħala Isqof u bħala ragħaj, San Publju ma ħarabx u ma abbandunax il-merħla tiegħu kif jagħmel ir-ragħaj merċenarju li jaħrab fil-mument tal-prova. San Publju baqa’ jippersevera sakemm ħalla ħajtu għal Kristu. Jalla aħna l-Maltin u wisq iżjed il-Furjaniżi, ulied spiritwali ta’ San Publju, nagħrfu nissudaw ir-relazzjoni ta’ mħabba li għandna ma’ Alla biex inkunu kapaċi nieqfu tassew ma’ xulxin kif għamel u għadu jagħmel għalina Missierna li hu fis-smewwiet u kif jgħallimna nagħmlu l-patrun tagħna San Publju bl-eżempju dejjiemi tiegħu.

Dettall mill-Arzella tal-Kor
33
Ktieb tal-Festa u Storja
Furjaniża

Is-7 ta’ Ġunju 1919 u l-Floriana

Meta jsiru diskorsi biex ifakkru dan l-avveniment, jew inkella jinkitbu artikli dwar x’ġara dakinhar, ftit li xejn huma dawk li jsemmu l-involviment tal-Floriana jew niesha. Minbarra li mietu erba’ individwi f’dawn l-irvellijiet nafu li kien hemm ukoll diversi feruti u fost dawn kien hemm ilFurjaniż Emmanuele D’Emanuele. Bħat-22 l-oħra feruti Emmanuele kien tilef diversi ġranet tax-xogħol u l-kumitat li kien twaqqaf bl-isem ta’ Pro Maltese Morti e Feriti per la Causa Nazionale il 7 Giungo del 1919 kien ta lillfamilja tiegħu tliet xelini sabiex tkopri ftit millispejjeż. Dan il-kumitat kien l-istess wieħed li ħa ħsieb it-twaqqif tal-monument fiċ-ċimiterju tal-Addolorata li kien ġie inawgurat ftit snin wara dawn l-irvellijiet.

Imma s-sehem tal-Floriana ma kienx biss permezz ta’ individwi li ħadu sehem imma ferm aktar minn hekk. Il-Floriana laqgħat fi ħdanha mhux biss lill-feruti fl-isptar li kien hemm dak iż-żmien imma wkoll lil dawk li nqatlu f’dawn l-irvellijiet. Karmenu Abela, Manuel Attard, Ġużeppi Bajada, u Wenzu Deyer sakemm saret id-difna kienu nżammu fil-kamra mortwarja li kien hemm fil-Floriana. Din il-kamra mortwarja, li kienet tinsab ftit ’l isfel mill-Isptar Ċentrali (illum il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizja) fl-24 ta’ Settembru 2009 kienet iġġarrfet waqt maltempata minħabba l-istat ħazin li kienet tinsab fih u minflok ma giet irrestawrata, inbniet kważi kollha mill-ġdid. Illum din m’għandha l-ebda użu.

Imma l-aktar sehem importanti kien li l-knisja Parrokjali tal-Floriana laqgħat fi ħdanha lil dawn il-vittmi għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa u t-tberik tal-katavri. Hawn forsi min jistaqsi, għaliex il-Floriana u mhux il-Belt Valletta ?

L-Avukat Ugo Mifsud meta xehed quddiem l-inkjesta maħtura biex tinvestiga x’ġara, qal:

“In-nies, sa minn kmieni filgħodu bdiet dieħla l-Belt u tpoġġi l-kuruni tal-fjuri fejn sfaw mejta l-vittmi’’. Il-baned riedu jagħmlu funeral kbir fil-Belt. Huwa jgħid li dak iż-żmien kien ilPresident tal-Banda La Vallette u m’għogbitux l-idea li l-funeral isir fil-Belt u jerġgħu jidħlu n-nies il-Belt. Ikompli jixhed li huwa għamel minn kollox sabiex il-funeral isir fil-Floriana.

Dun Nerik Dandria jgħid fix-xhieda tiegħu quddiem il-kumitat tal-inkjesta, li kien intbagħat għand l-Isqof sabiex iwassal il-messaġġ dwar ilquddiesa u l-funeral. Il-korteo kien hemm min ried li jitlaq minn Strada Rjali u jibqa’ sejjer għal Konkatidral ta’ San Ġwann. I-isqof Mawru Caruana kien lest li jaċċetta li l-quddiesa ssir filKnisja ta’ San Ġwann.

Kif wasal lura fil-Każin La Vallette, fejn kienet qed issir il-laqgħa dwar il-funeral ġie infurmat li kienu nqalgħu x’inċidenti fi Strada Rjali u wara diskussjoni fit-tul, irnexxielhom jipperswadu lil kulħadd li l-korteo tal-funeral, jitlaq millFurjana. Huwa reġa’ mar jinforma b’dan lillIsqof Caruana.

Il-Gvernatur kien għabba bir-responsabbiltà lill-Isqof Angelo Portelli, li kien id-delegat li mar ikellmu, li huwa (il-Gvernatur) kien lest li ma joħroġx il-militar fit-toroq imma wissieh ukoll, li jekk il-qassisin ma jikkoperawx mal-

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018
34
Kitba ta’ Max Farrugia

awtoritajiet u jużaw l-influwenza tagħhom fuq in-nies, huwa kien lest li jitfa’ l-ħtija kollha fuqhom. Dan l-istess kliem kien qalu wkoll lillorganizzaturi tal-funeral. L-amministrazzjoni Ingliża hekk kienet taħdem sabiex tfarfar irresponsabbiltà.

Il-membri tal-kumitat li kien qed jorganizza l-funeral talbu lill-Gvernatur sabiex ma jkunx hemm suldati waqt il-ħin tal-funeral għax dawn segħtu jurtaw lill-folla u allura, huma ma jkunux responsabbli għalli jista’ jinqala’. Sir Ugo Mifsud xehed li huwa u sħabu qattgħu l-ħin kollu ta’ qabel il-funeral jipperswadu lin-nies sabiex ma jaqalgħux inkwiet.

Wara t-twiebet imxew l-ewwel il-Kappillani u saċerdoti tal-Parroċċi fejn kienu joqogħdu l-vittmi tal-irvellijiet flimkien mal-Arċipriet tal-Furjana, Mons. Franġisku Mallia. Warajhom kien hemm diversi membri tad-Deputazzjoni, tal-Assemblea Nazzjonali, u familjari tal-vittmi. Fl-aħħar mexa l-poplu. Kif kien miftiehem ma kienx hemm suldati fit-toroq iżda ftit Pulizija sabiex iżommu l-ordni jekk jinqala’ l-bżonn. Matul il-funeral inżamm il-kwiet u l-paċi, kollox mexa bl-ordni. Il-Maltin urew li kienu kapaċi jaġixxu skont l-okkażjoni. Mill-kamra mortwarja l-korteo mexa lejn il-knisja ta’ San Publju fejn l-Arċipriet, xi Kappillani u diversi saċerdoti ħadu sehem fiċċelebrazzjoni tal-quddiesa funebri. Ma sar l-ebda diskors minn uffiċjali tad-Deputazzjoni imma l-memorja tagħhom tfakkret minn wieħed missaċerdoti. Wara ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa sar it-tberik tal-fdalijiet tal-vittmi.

Delegazzjoni mill-kumitati tal-baned La Vallette u King’s Own kellhom laqgħa malLogo Tenent Gvernatur sabiex jaraw jekk huwa kellux xi oġġezzjoni għall-funeral. Ir-risposta kienet, li sakemm ma jidħlux nies il-Belt, huwa ma kienx ser joġġezzjona. Kien hawn li ġie infurmat li l-funeral se jsir fil-Furjana sabiex jevitaw kull inkwiet. Il-ftehim li l-baned ma jkollhomx stendardi magħhom, ma nżammx u l-avukat Mifsud, wara li pperswadihom sabiex ma jintużawx, l-istendardi ntrefgħu ġo dar ilFurjana, sa wara l-funeral.

Il-funeral sar tard waranofsinhar u għalih attendew folol kbar ta’ nies. Dan kien l-akbar funeral li qatt sar ġol-Furjana b’eluf kbar preżenti. Il-korteo telaq mill-kamra mortwarja.

Malli spiċċat il-funzjoni reliġjuża, il-funeral kompla b’mod privat lejn iċ-ċimiterju talAddolorata, fir-Raħal il-Ġdid. Kien hemm diversi individwi li bdew jinsistu mal-folla preżenti sabiex imorru bil-kwiet lejn djarhom ħalli ma jkunx hemm inkwiet.

Tajjeb ngħid, li sigħat qabel il-funeral, il-Belt kienet diġà maħnuqa bin-nies, b’mod speċjali Strada Rjali u l-madwar tal-Katidral ta’ San Ġwann. Dawn bdew jinsistu li jiġu indirizzati mill-uffiċjali. F’ħin minnhom l-Isqof, l-avukat Ugo Mifsud u xi oħrajn ippruvaw jikkalmaw ilfolla. Kien hawn li l-Avukat Ugu Mifsud, aktar ’il quddiem Sir u anki Prim Ministru ta’ Malta, indirizza l-folla fejn spejga għaliex il-furneral kien ser isir il-Furjana u mhux il-Belt. Huwa qal li jekk allaħares qatt jinqala’ l-inkwiet mal-

Fejn il-Kamra Mortwarja 35
Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża

forzi militari, dak kollu li kienu ilhom snin twal jiġġieldu għalih għan-nom tagħhom, jista’ jintilef. Wara dan id-diskors, u anki indirizz qasir millIsqof il-folla aċċettat li l-funeral isir fil-Furjana.

B’mod konklussiv nista’ ngħid, li l-Furjana mhux biss tat is-sehem tagħha sabiex issellem lil dawn il-vittmi Maltin imma wkoll, biex ma jintilifx dak ix-xogħol kollu li kien sar millAssemblea Nazzjonali sabiex Malta tingħata Kostituzzjoni fejn il-poplu jkun jista’ jagħżel huwa d-deputati tiegħu, kif fil-fatt sar fl-1921.

Is-Sinjura Catherine Micallef tawgura l-Festa t-Tajba lill-klijenti tal-Banka Vilhena 17, Triq il-Miratur, Furjana Awguri! Steve Salon Hairstylist & Barber Service by Alan Tel: 21242687 Mob: 79538990 65, Gunlayer Street Floriana Amatoalan@hotmail.com 19, St. Anne Street, Floriana Tel: 2123 3734 Jawguraw il-Festa t-Tajba lil Kulħadd MARTHESE 74, Triq San Tumas, Floriana Tel: 99822154 ĦWEJJEĠ TAL-AĦĦAR MODA ŻRABEN, TAPITI, BJANKERIJA, EĊĊ. Il-Festa t-Tajba lil kulħadd Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 36

San Publju u San Luqa

Illum qed nirrealizza li aħna l-Maltin, waqt li konna tant ġenerużi, kif jirrakkonta hu stess, ma’ San Luqa, li sofra n-nawfraġju ma’ San Pawl u l-mitejn u ħamsa u sebgħin l-oħra, tant konna xħaħ miegħu wara li telaq minn hawn f’dik li hi devozzjoni u gratitudni. Irridu nifmhu li jekk isem Malta u isem Publju saru jagħmlu parti mill-aqwa ktieb li qatt jista’ jinkiteb, il-Bibbja, dan kien kollu mertu ta’ Luqa, li rrakkonta dak li ġarrab personalment f’pajjiżna. Daħħalna flIstorja tas-Salvazzjoni.

Hu rrakkonta b’ħafna interess u entużjażmu. Kieku kien żmien it-turiżmu, nistgħu ngħidu li għamlilna riklam mill-aqwa. Hu, li kien tant attent għall-għajnuna mogħtija lill-batut, irrileva b’mod enfatiku, il-ġenerożità ta’ Publju u tal-Maltin, u pproponiehom bħala eżempju meraviljuż ta’ Karità Nisranija. Il-frażijiet li uża kważi kollha użahom fi grad superlattiv – l-ikbar

possibbli. Il-Maltin “ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha’’. “Laqgħuna tajjeb lilna lkoll’’ (276). “Publju laqagħna u bil-qalb kollha żammna għandu tlitt ijiem’’. Tawna wkoll minn kull xorta ta’ ġid’’. “Għabbew fuq il-ġifen kulma konna neħtieġu’’.

Imma San Luqa ma kienx biss speċi ta’ ġurnalist biex jirrapporta l-vjaġġi ta’ San Pawl. Fl-Atti tal-Appostli, li kiteb hu stess, jidher ċar u tond li kien ukoll katekist. Kien Evanġelista fis-sens sħiħ tal-kelma – bil-kitba u bid-diskors. Jien żgur li fit-tliet xhur li għamel Malta, għen lil San Pawl fix-xandir tal-Vanġelu. Il-Vanġelu miktub minnu (fis-sena 70), meta ġie Malta kien għadu ma nkitibx. Kien għadu jfittex il-materjal rilevanti. “Bir-reqqa kollha qgħadt infittex ittagħrif dwar kulma ġara sa mill-bidu nett’’ (Lq 1, 3). Jiġifieri ġie Malta, fis-sena 60, meta kien għadu jfittex kollox bir-reqqa.

Fil-Vanġelu tiegħu hemm xi materjal li jinsab fih biss: per eżempju l-Parabboli meraviljużi tas-Sammaritan it-Tajjeb, u tal-Iben il-Ħali. Jien persważ li jekk kien ġa skopriehom sas-sena 60, meta ġie Malta, ma naqasx li jirrakkuntahom lil Publju u lill-Maltin, u jispjegalhom kif japplikaw tant tajjeb għalihom. Ċert li għen lil San Pawl filħidma tiegħu biex il-Maltin jaċċettaw lil Ġesù u l-Vanġelu Tiegħu.

Nistgħu ngħidu li bl-episodju ta’ Malta, tagħlaq il-parti storika tal-Bibbja. M’hemm ebda storja oħra warajha. Kważi San Luqa għamilna l-Ammen tal-Bibbja. Il-Karità Nisranija fl-aqwa tagħha. Malta ma nistgħux inkunu Maltin, u iktar u iktar Furjaniżi, devoti ta’ San Publju, mingħajr ma nkunu devoti veri ta’ San Luqa. Min jaf kieku l-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta, tieħu dil-biċċa xogħol tad-devozzjoni lejn San Luqa, f’idejha wkoll ? Naħseb li ma tkunx idea ħażina.

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża
37

Il-Festa ta’ San Publju hija wisq għażiża għalina. L-ispirtu ħaj tal-festa jgħix magħna s-sena kollha. Dan huwa dovut lejn l-impenn li jkollna tul is-sena kollha. Frott il-ħidma ta’ dan il-Każin tul is-sena, jissarraf fil-ġimgħa tal-festa.

Il-Banda Vilhena toffri ħames servizzi fil-festa ta’ San Publju, fejn prinċipalment toffri spettaklu, twassal messaġġ ta’ ferħ permezz tal-mużika u tallegra kif jixraq u b’riżultat ta’ dan tattira lin-nies waqt il-marċi. Aħna bħala parruċċani ta’ din il-Parroċċa nissieħbu f’familja waħda u niċċelebraw lill-Patrun tant maħbub.

Il-banda, ċelebrazzjonijiet kif ukoll it-tiżjin u n-nar huma nukleu importanti fil-festa Maltija kif ukoll f’festa Nisranija. Imma l-aktar importanti huwa li l-festa niċċelebrawha blaktar mod dinjituż permezz tal-preżenza tagħna fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-knisja. Li nersqu lejn issagramenti huwa d-dover tagħna u dan juri biċċar min aħna. F’San Publju naraw kull imħabba, tolleranza u rispett. Aħna biex niċċelebraw din il-festa bil-banda u billi nkunu preżenti filfunzjonijiet ikun tajjeb, imma mhux biżżejjed. Irridu nimitaw lil San Publju permezz tal-virtujiet li għaddielna u li tant għożżew ta’ qabilna.

L-għajnuna li San Publju offra lil Pawlu u sħabu kif insibu fl-Atti tal-Appostli, huma mera ta’ mħabba u jibqgħu lezzjoni għalina llum. Jekk nimxu fuq dawn il-passi f’kull mod inkunu qed ngħixu r-reliġjon skont it-tagħlim ta’ Kristu.

Il-Każin Vilhena minkejja d-diffikultajiet ta’ popolazzjoni żgħira u kif ukoll pjuttost anzjana ta’ din il-lokalità dejjem wera impenn serju primarjament; kif ukoll joffri sehem kbir filfesta ta’ San Publju. Sabiex nattiraw aktar nies għal din il-festa rridu niġġeddu u noffru dik ixxi ħaġa ġdida kull sena. Ir-responsabbiltà tagħna hija li nippriservaw dak li writna, napprezzaw li flimkien nesponu u noffru u niggarantixxu futur.

Il-Banda Vilhena fil-Festa San Publju ...

Għal dawn l-aħħar snin, il-Każin ħa inizzjattiva kemm fl-armar ta’ pavaljuni għal Triq il-Miratur, u hawn wieħed jista’ jinnota li issa waslu fi tmiemhom. Barra dawn, saret statwa ta’ San Publju u titla’ f’festa għaliha li dan il-Każin joffri l-Ħamis tal-festa, fejn trijonfalment tintrefa’ fuq pedestall grandjuż fi Triq il-Miratur. Dawn kollha jikkumplimentaw mal-armar tal-faċċata tal-każin li hija fenomenali. Is-sena l-oħra l-Każin żanżan bandiera kbira għall-arblu fuq il-bejt tal-każin, liema bandiera kompliet żejnet il-festa tagħna. Ma’ dan it-tiżjin il-Każin kien ħa inizjattiva sabiex jinġabru donazzjonijiet għannar sabiex il-festa tagħna tikber u tkun dejjem isbaħ. Dan kollu qatt mhu biżżejjed.

Flimkien mal-Grupp Ħidma, il-Każin ikollu parti integrali sabiex il-festa tagħtina dak issodisfazzjon mixtieq minna u fl-istess waqt noffru spettaklu lil kull min iżurna. Magħna jingħaqad il-Kunsill Lokali u l-għaqdiet talFloriana li flimkien bir-responsabbiltà rispettiva tagħhom, nibnu flimkien il-festa li hi llum. Sabiex intejbu dan kollu, inħeġġu għal aktar għajnuna kif ukoll għal aktar benefatturi li f’għajta waħda u kollettiva ngħidulkom grazzi.

Minn din il-paġna nawguraw futur sabiħ u nirringrazzjaw lil Mons. Richard Borg li temm il-ħidma tiegħu f’din il-Parroċċa u nawguraw lil Dun Charles Cini għall-ħatra tiegħu bħala Arċipriet tal-Floriana.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018
38

Il-Kappella ta’ San Franġisk t’Assisi fil-Knisja l-Antika tal-Patrijiet Kapuċċini fil-Furjana

Ma kinux għaddew wisq snin mit-twaqqif tal-Ordni Franġiskan Kapuċċin permezz talapprovazzjoni tal-Bolla Religionis zelus mogħtija mill-Papa Klement VII, fit-3 ta’ Lulju 1528, meta f’Malta rifes l-ewwel Kapuċċin bl-isem ta’ Patri Roberto minn Eboli, li kien għadu kemm ġie mifdi mill-jasar ta’ Tripli.1 Mal-wasla tiegħu fi gżiritna fis-sena 1565, P. Roberto ġġieled mal-Maltin u l-Kavallieri kontra t-Torok waqt l-Assedju l-Kbir u saħansitra kien ġie ferut.2 Fuq l-eżempju ta’ dan il-Kapuċċin, kemm ilGran Mastru La Vallette, l-Isqof D. Gubelles, kif ukoll il-Maltin, riedu li l-Patrijiet Kapuċċini jkunu preżenti fil-gżejjer tagħna. Iżda l-permess sabiex il-Patrijiet Kapuċċini joħorġu mill-konfini tal-Italja ngħata biss fl-1574.3

Dehra tal-knisja l-antika mġarrfa fil-gwerra

Fl-1582 kien ġie magħżul Fra Hugues Loubens de Verdalle bħala Gran Mastru tal-Ordni ta’ San Ġwann. Huwa talab lill-Vigarju Ġenerali talOrdni tal-Kapuċċini, P. Girolamo minn Polizzi ħalli jibgħat f’Malta l-ewwel Kapuċċini. Din it-talba ġiet milqugħa u fl-1588 beda jinbena l-ewwel kunvent tal-Kapuċċini fil-Furjana,

1 Fuq il-ħajja u l-attivitajiet ta’ dan il-Kapuċċin f’Malta ara Francis Azzopardi, Roberto Novella da Eboli Francescano Predicatore a Malta (1565) e a Mantova (1568) (Malta: Curia Provinciale dei Cappuccini, 2000).

2 Ara Ibid., 553. 558. 606. Ara wkoll Francis Azzopardi, “The Activities of the First Known Capuchin in Malta Robert of Eboli,” Melita Historica, no.4 (1965):105.

3 Fuq dan ara Melchior a Pobladura, Historia generalis Ordinis Fratrum Minorum Capuccinorum pars prima (Romae: Institutum Historicorum Ord. Fr. Min. Cap., 1947), 81ss.

fuq biċċa art imbiegħda daqs 400 qasba minn Bieb il-Belt Valletta, fuq biċċa art imsejħa idDokkara, qabel ma taqbad Xatt il-Qwabar talMarsa.4 Dan il-kunvent u l-knisja miegħu nbnew b’nefqa tal-Gran Mastru Ugo Loubenx de Verdalle, Kardinal Djaknu, li jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-akbar benefatturi talKapuċċini f’Malta.5 Id-data ta’ dan il-bini hija mniżżla fliskrizzjoni miktuba bil-latin li tinsab taħt il-pittura ta’ dan il-Gran Mastru, miżmuma b’għożża fil-Mużew talPatrijiet Kapuċċini filFurjana. Sfortunatament il-bini ta’ din il-knisja u l-kunvent iġġarrfu f’attakk mill-ajru fit-Tieni Gwerra Dinjija, nhar il-Għid il-Kbir tal-5 ta’ April 1942.6 B’hekk kienu ntilfu darba għal dejjem tant teżori li kienu jżejnu lil din il-knisja marbuta mal-Kavallieri ta’ San Ġwann.7

4 Ara G. A., Ciantar, Malta Illustrata, Lib. III., Not. XIII (Malta: Stamperia del Palazzo, 1772, 1780), 324; Bartolomeo Dal Pozzo, Historia della Sacra Religione di S. Giovanni Gerosolimitano, detta di Malta, I (Verona, 1703), 364.

5 Ara Francis Azzopardi, “Il-Gran Mastru De Verdalle,” Il-Mument (24.4.1988): 12.17; ibid., “Il-G.M. Loubenx de Verdalle f’Malta,” Il-Mument (15.5.1988): 19.26.

6 Ara Martin Micallef, “L-Attakk mill-Ajru fuq il-Knisja tal-Kapuccini tal-Furjana,” In-Nazzjon (5.4.2017): 19; ibid., “The Air Raid on the Floriana Capuchin Church and Friary,” The Malta Independent (5.4.2017): 11; ibid., “75 Sena mill-Attakk fuq il-Knisja talKapuccini,” L-Orrizont (5:4.2017): 1.11.

7 Fuq din il-knisja ara Timotju mill-Belt Valletta, IlKnisja u l-Kunvent tal-Kapuċċini tal-Furjana u l-Ordni Ġerosolomitan (Malta: Empire Press, 1955).

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża
39

F’din il-knisja l-antika tal-Kapuċċini fil-Furjana, fuq in-naħa tal-lemin, jekk tħares lejn l-artal, kien hemm kappella ddedikata lil San Franġisk t’Assisi. Patri Pelaġju Mifsud minn Ħaż-Żebbuġ, Kapuċċin u kittieb prolifiku Malti tas-Seklu 18, ħallielna miktub deskirzzjoni pjuttost dettaljata ta’ din il-kappella. Fil-Kronaka tiegħu miktuba bit-Taljan u li tinsab ikkonservata għand l-istess Patrijiet fil-kunvent tal-Furjana, P. Pelaġju taħt is-sena 1609, jagħmel referenza għal din ilkappella meta jikteb hekk:

“Fi żmien it-tmexxija tal-Gran Mastru l-ġdid Fra Alofju de Wignacourt, suċċessur tal-Gran Mastru Mendes, il-Kommendatur Fra Giov. Francesco Lafranco Ceba, b’turija ta’ qima lejn il-Patrijiet tagħna u lejn il-Fundatur, il-Qaddis Patrijarka, iddedika lill-istess Eroj Qaddis Patrijarka l-kappella l-oħra li hemm fil-knisja, kif tixhed l-iskrizzjoni fl-irħam li hemm fuq l-arkata tal-istess kappella taħt l-arma talGran Mastru li tgħid hekk …”8

Fl-istess Kronaka, taħt is-sena 1643, P. Pelaġju jkompli jikteb hekk dwar din il-kappella ta’ San Franġisk t’Assisi:

“Matul it-tmexxija tiegħu, il-Gran Mastru Fra Giovanni Lascaris kompla sebbaħ ilkappella ta’ San Franġisk b’inkwatru li għadu jeżisti, għalkemm riformat, u li juri lill-imsemmi Qaddis Patrijarka qiegħed jirċievi l-pjagi mqaddsa. Fuq l-arkata ta’ din il-kappella, fuq in-naħa li tagħti għal ġol-knisja, jidhru l-armi ġentilizji ta’ dak il-Gran Mastru (sic) minquxin fl-irħam abjad.”9

8 Ara A[rchives] C[apuchin] P[Province] M[alta], Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta. Opera Divisa in Due Libri Raccolti dal Pre Fra Pelagio Maria Predicatore Capuccino dalla Terra Zebug chiamato nel Secolo Don Bartolomeo Mifsud Gauci Pifcopo Proton: Aplico, e Dottore in Medicina, e Profefsore di cotefta Cuftodia de Capuccini di Malta, f.35.

9 Ibid., f.76. Skont dan it-test, l-armi ta’ fuq l-arkata li tagħti għall-knisja huma ta’ Lascaris; waqt li fittest ta’ qabel dan, P. Pelaġju jgħid li l-armi huma ta’ Wignacourt.

F’kitba oħra kkonservata fl-Arkivju tal-Katidral tal-Imdina, P. Pelaġju jerġa’ jirrepeti dan ittagħrif, għalkemm din id-darba huwa jżid aktar dettalji fuq din il-kappella meta jikteb hekk:

“Il-kappella viċina kienet twaqqfet u ġiet iddedikata lill-Patrijarka t’Assisi qiegħed jirċievi l-pjagi mqaddsa, kif jidher f’ inkwatru taż-żejt magħmul fl-1609 millGran Mastru Fra Alofju de Wignacourt. Dan bidel il-binja tal-kappella mis-sisien, u żejjinha b’dak kollu meħtieġ, kif tixhed skrizzjoni fl-irħam abjad li tidher taħt l-armi ġentilizji tal-istess Gran Mastru, fin-nofs tal-arkata li tagħti għal ġol-istess kappella fuq in-naħa li tħares għal ġolknisja, u li fiha hemm dan li ġej:

“Fiż-żmien li Alophio Wignacourt Kien imexxi bl-akbar ħila l-Kavallieri Ġerosolmitani Ir-Riċevitur tiegħu Fra Giovanni Lanfranco Ceba offra u ddedika [din il-pittura] lill-Patrun tiegħu San Franġisk fis-sena tal-fidwa 1609”10

F’din il-kitba, P. Pelaġju mbagħad isemmi l-preżenza ta’ Kurċifiss li kien hemm f’din l-imsemmija kappella.

“Wara l-inkwatru, f’niċċa, hemm meqjum is-Santissimu Kurċifiss flimkien madDuluri u San Ġwann l-Evanġelista li jiġu esposti kull nhar ta’ Ġimgħa matul irRandan, filwaqt li jiġi espost is-Sagrament Imqaddes, b’omelija u l-kant tal-Litanija

10

A[rchives] C[athedral] M[alta], Notizie di Monasteri e Case Religiosi – 1775, Misc. 54, f.63v.

Id-Deskrizzjoni ta’ Patri Pelaġju
Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 40
Dehra tal-faċċata tal-knisja u l-kunvent l-antik

tal-passjoni u fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali.”11

Dan il-Kapuċċin jerġa’ jagħti din l-informazzjoni f’paġna oħra li nsibu f’dan l-istess manuskritt miktub minnu. P. Pelaġju jibda billi jerġa’ jsemmi lil Gran Mastru Wignacourt f’rabta ma’ din il-kappella meta jikteb: “Din il-kappella kisbet il-patronaġġ talGran Mastru Fra Alofio de Wignacourt. Kien hu li żejjinha b’inkwatru taż-żejt maħdum minn id tassew tajba u li juri l-Qaddis Patrijarka tagħna qiegħed jirċievi l-pjagi; għamlilha kanċell tal-injam, u fornieha bit-tagħmir kollu meħtieġ. Dan seħħ fis-sena 1609 li kienet id-disa’ sena tat-tmexxija tiegħu. Dan tixhdu skrizzjoni fl-irħam abjad li tidher ingastata f’nofs l-arkata, bl-armi tiegħu ’l fuq minnha parzjalment minquxin fl-irħam, u li qegħdin fuq in-naħa ta’ barra li tħares lejn il-ġewwieni tal-knisja …”12

hija fonda biżżejjed biex joqgħod fiha Kurċifiss kbir li ta’ kull sena jinkixef kull nhar ta’ Ġimgħa fir-Randan, u wara nofsinhar jiġi espost is-Sagrament u ssir prietka fuq il-Passjoni, jitkantaw il-litaniji tal-Passjoni, u fl-aħħar tingħata l-barka sagramentali. Għal dan il-għan, l-inkwatru titulari ġie mqiegħed b’mod li, mingħajr ma jitneħħa minn postu, jista’ jitniżżel iktar fil-baxx għal dik il-ħtieġa, u bl-istess faċilità jerġa’ jitqiegħed lura f’postu.”13

Wara li P. Pelaġju jsemmi l-preżenza ta’ dan il-Kurċifiss kbir li kien jitgħatta b’inkwatru li kien hemm, huwa jsegwi din il-kitba tiegħu billi jagħti deskrizzjoni tal-artal u ta’ inkwatru ieħor iżgħar li kien hemm f’din il-kappella ddedika lil San Franġisk. Dan il-Patri Kapuċċin jgħid li dan l-inkwatru kien juri lil Sant’Antnin ta’ Padova bil-Bambin u li kien imqiegħed fuq l-iskanell tal-artal, jiġifieri fil-parti ta’ fuq mill-mejda [mensola] tal-artal.

Huwa proprju f’dan il-punt tad-deskrizzjoni tiegħu, fejn P. Pelaġju jgħaddi biex jitkellem minn dak li hu jsejjaħlu “qualche curioso artifizio.”

“Il-kappella msemmija [ta’ San Franġisk] kienet ġiet imkabbra, u kważi mibnija missisien, fis-sena … flimkien ma’ element tassew kurjuż. Il-ħajt ta’ wara huwa msawwar nofs tond. In-niċċa tal-inkwatru 11 Ibid. 12 Ibid., f.59r.

“L-altar mhux qiegħed imserraħ mal-ħajt iżda maqtugħ għalih. F’nofs l-iskanell tiegħu hemm meqjum inkwatru bi gwarniċa tal-injam f’għamla ovali, li juri t-Tawmaturgu ta’ Padova qiegħed jagħti qima lill-Bambin waqt li Dan jidher ibierku. Dan hu xogħol eċċellenti, millaktar grazzjuż, li jqanqal devozzjoni, u kien l-aħħar xogħol li ħadem l-artist magħruf Malti Enrico Regnaud, a spejjeż ta’ benefattur li kien talab li l-inkwatru jkun espost hemmhekk sa mis-sena 1758. Minħabba d-devozzjoni tiegħu, u minħabba l-fatt li dan l-inkwatru ntrabat ma’ qalb il-poplu, li spiss kienu jżuruh, l-istess benefattur kien ta’ kull sena jħallas sabiex tiġi ċċelebrata l-festa tal-Qaddis permezz ta’ quddiesa kantata skont iddrawwa tal-Kapuċċini u bil-paniġierku.”14

X’sar minnu dan l-inkwatru ma nafux. Aktarx li dan inqered meta ġġarrfet il-knisja. Fil-knisja tal-Kapuċċini f’Għawdex hemm inkwatru żgħir, forma ovali li juri lil Sant’Antnin. Millistil tiegħu, iżda jidher li din il-pittura nistgħu 13 Ibid. 14 Ibid. 59r-59v.

Il-knisja l-antika tal-Kapuċċini armata għall-festa
41
Ktieb tal-Festa u Storja
Furjaniża

nattribwuha lill-pittur Malti Rocco Buhagiar.15 Wara r-referenza għall-inkwatru ta’ Sant’Antnin fuq l-artal tal-kappella ta’ San Franġisk t’Assisi, P. Pelaġju jagħmel referenza għal inkwatru ieħor li fuqu jgħid hekk: “Fuq l-inkwatru titulari hemm meqjum pittura li turi lill-Missier Etern.”16 Jidher li din hi l-istess pittura f’forma tonda, magħmula minn id tajba u li llum tinsab konservata filMużew tal-Kapuċċini fil-Furjana.

Wara d-deskrizzjoni ta’ dawn iż-żewġ inkwatri li kien hemm fil-kappella ddedikata lil San Franġisk t’Assisi, P. Pelaġju jgħaddi biex isemmi żewġ statwi li kien hemm mal-faċċata fil-ġenb tal-inkwatru titulari li kien juri lil San Franġisk qed jirċievi l-pjagi.

“Fuq kull ġenb tal-inkwatru titulari hemm niċċa li parti minnha hi mħaffra fil-ħajt. F’dik tan-naħa tal-lemin hemm imqiegħda statwa tal-ġibs ta’ San Fidiel Martri, Kapuċċin ta’ daqs ta’ sebat ixbar. Fuq ilġenb tax-xellug hemm statwa tixxiebah

li turi lil San Ġużepp minn Leonessa; fuq kull niċċa hemm tieqa ovali bil-ħġieġ sabiex tagħti d-dawl.”17

P. Pelaġju jagħti aktar tagħrif fuq dawn l-istatwi meta aktar tard f’dan l-istess manuskritt tiegħu, huwa jerġa’ jikteb:

“Fil-ġenb tal-inkwatru mill-isbaħ saru żewġ niċeċ, li fihom tqiegħdu żewġ statwi magħmula mill-ġibs, xogħol ta’ Patri Rafel, Malti, mill-Belt Valletta. Dawn jirrappreżentaw lil San Fidiel minn Sigmaringe, Kapuċċin martri fuq in-naħa tal-lemin, u lil San Ġużepp minn Leonessa, Konfessur Kapuċċin fuq innaħa tax-xellug.”18

Jidher li dawn l-istatwi msemmija hawn kienu jixbhu lil dawk li għadna nistgħu naraw sallum fil-ġenb tal-artali li hemm f’xi wħud millkappelli tal-knisja tal-Kapuċċini fil-Kalkara.19 P. Pelaġju mbagħad isemmi l-preżenza ta’ pittura oħra li kienet f’din il-kappella ddedikata lillPatrijarka t’Assisi:

“Mal-ħajt tal-lemin hemm imdendel inkwatru taż-żejt bix-xbieha ta’ Santa Klara t’Assisi, għoli erbat ixbar u bi gwarniċa tal-injam mogħtija l-lostru.”20

X’sar minn dan l-inkwatru ma nafux. Jista’ jkun li dan inqered ukoll bil-Gwerra. L-uniku żewġ inkwatri antiki li jirrappreżentaw lil Santa Klara li għadna nsibu fil-knejjes tal-Kapuċċini huma: l-inkwatru li hemm fil-Kor ta’ fuq talknisja tal-Kalkara li ma nistgħux neskludu li hu l-istess wieħed li jsemmi hawn minn P. Pelaġju; u l-inkwatru ieħor fil-kor ta’ fuq filknisja tal-Kapuċċini fir-Rabat t’Għawdex.21 Wara r-referenza għall-inkwatru ta’ Santa Klara fil-kappella ta’ San Franġisk, P. Pelaġju jsemmi li fuq il-ħajt tal-ġenb, tan-naħa tax-xellug, kien

15

16 ACM, Misc. 54, f.59v.

17 Ibid.

18 Ibid., f.63v.

19 Ara Joseph Garzia, Il-Kapuċċini fil-Kalkara: Storja u Devozzjonijiet (Malta: Veritas Press, 2003), 246-248.

20 ACM, Misc. 54, f.59v.

21 Fuq din il-pittura ara Cassar, The Friaries and Churches of the Augustinians, the Franciscan Minor Conventuals and the Capuchins in Rabat, Gozo, 182.

Ara Paul Cassar, The Friaries and Churches of the Augustinians, the Franciscan Minor Conventuals and the Capuchins in Rabat, Gozo: History, Architecture and Works of Art, Long Essay submitted in part fulfilment of the requirements for the Degree of Bachelor of Arts Honours in History of Art presented in the Department of History of Art, Faculty of Arts, University of Malta, May 2010, 188.
Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 42
Il-kappella tal-Madonna tal-Grazzja fil-knisja l-antika tal-Kapuċċini

hemm inkwatru ieħor interessanti marbut ma’ ġrajja jew miraklu tal-Madonna.

“Mal-ħajt tal-ġenb tax-xellug hemm imdendel inkwatru ieħor li jixbah lil dak ta’ qablu li juri miraklu tal-Madonna li kien seħħ in konnessjoni ma’ statwa talirħam u midruba f’rasha b’daqqa ta’ xabla, bdiet tnixxi ħafna demm.”22

Dwar dan l-inkwatru, inkluż il-qies tiegħu, min għamlu u x’sar minn dan l-inkwatru, ma nafu xejn għajr dak li naqraw f’din ir-referenza fil-kitba ta’ P. Pelaġju. Wara din ir-referenza, P. Pelaġju jagħtina deskrizzjoni tal-artal li kien hemm filkappella ta’ San Franġisk. Huwa l-ewwel jgħid li “il-mejda [mensola] ta’ dan l-artal hi kollha vojta,” jiġifieri mingħajr gandlieri u l-affarijiet l-oħra li s-soltu jkun hemm fuq l-artal. Imbagħad ikompli jikteb:

“Il-mensola tal-artal hija magħmula kollha kemm hi mill-irħam ta’ lwien differenti, hekk ukoll il-pedana tal-artal u ż-żewġ tarġiet tal-istess paviment huma tal-irħam bajdani.”23

Il-fatt li dan l-artal fi knisja tal-Kapuċċini kien miksi kollu kemm hu bl-irħam juri li dan kien artal li kien hemm marbuta miegħu devozzjoni qawwija. Fil-fatt, P. Pelaġju jinfurmana li f’dan l-artal kien hemm meqjum il-corp sant ta’ Santa Benedetta martri.

“F’dan il-punt inkomplu b’dak li seħħ fl-1763 permezz tal-okkażjoni tal-festa tat-translazzjoni tal-ġisem ta’ Santa Benedetta martri mlibbsa ta’ erojka u li hi mqiegħda u mħarsa fil-vojt tal-mejda tal-altar, imħarsa minn grada tal-ħadid u ħġieġ kemm min-naħa ta’ quddiem talartal, kif ukoll minn wara. F’nofs l-irħama tal-mensa hemm l-arma ġentilizja talGran Mastru preżenti Fra Emanuele Pinto, Benefattur … Il-festa tal-Qaddisa Martri tiġi ċċelebrata b’solennità kull sena, filĦadd li jaħbat matul l-ottava tat-Tlugħ isSema tal-Mulej, u qabel isiru għaxart ijiem

22 ACM, Misc. 54, f.59v.

23 Ibid.

ta’ eżerċizzi bħala tħejjija għall-poplu, u li jiġi hawnhekk bi ħġaru u bi gratitudni għall-grazzji li jinqalgħu bl-interċessjoni tal-Qaddisa, kif tixhed il-lista tal-bosta ex voti murija fin-nota li ssegwi …”24

F’dan il-punt tal-kitba tiegħu, P. Pelaġju jagħti lista twila ta’ oġgetti prezzjużi li kienu ngħataw lil din il-knisja b’ringrazzjament għall-wegħdi maqlugħa bl-interċessjoni ta’ Santa Benedetta, li jidher li d-devozzjoni lejha kienet waħda pjuttost popolari u mifruxa sewwa. Saħansitra x-xbieha tagħha kienet ġiet stampata fuq imkatar tal-ħarir li fihom kien hemm miktub li l-corp sant tagħha hu meqjum fil-knisja tal-Kapuċċini tal-“Valletta,” kif kien magħruf il-kunvent talFurjana f’dak iż-żmien.25

Dehra tal-knisja l-ġdida tal-Kapuċċini

Minkejja li l-corp sant ta’ Santa Benedetta martri, fil-fatt, kien meqjum fl-artal tal-kappella ta’ San Franġisk fil-knisja l-antika tal-Kapuċċini fil-Furjana, mal-wasla ta’ dan il-corp sant, xi Patrijiet Kapuċċini riedu li l-fdalijiet qaddisa ta’ din il-martri jitqiegħdu fl-artal maġġur tal-istess knisja fejn kien hemm ukoll it-Tabernaklu talknisja. Min-naħa l-oħra, xi Patrijiet oħra kienu

24 Ibid., 59v-60r.

25 Edgar Vella, Treasures of Faith: Relics and Reliquaries in the Diocese of Malta during the Baroque Period 1600-1798 (Malta: Midsea Books, 2016), 68 jirriproduċi stampa ta’ wieħed minn dawn l-imkatar tal-ħarir magħmula fis-Seklu 18 u li jinsab konservat fil-Monasteru tal-Benedittini fl-Imdina.

Furjaniża 43
Ktieb tal-Festa u Storja

rraġunaw li ħaġa bħal din tista’ tnaqqas il-qima lejn is-Sagrament Imqaddes għaliex faċilment lin-nies jibdew iqimu aktar il-fdalijiet qaddisa ta’ din il-martri milli lill-Ewkaristija. Għalhekk, il-Patrijiet kienu talbu l-parir tal-Kongregazzjoni tal-Kult f’Ruma. F’din il-kwestjoni kien indaħal ukoll il-Kavallier, il-Balliju Lante delle Rovere, li ddefenda lill-Gwardjan tal-Kapuċċini li xtaq li dan il-corp sant jitqiegħed fuq l-artal maġġur tal-knisja. Bħala argument kien inġieb l-eżempju ta’ San Kalċidonju fil-Furjana li l-corp sant tiegħu jinsab meqjum proprju fl-artal ewlieni ta’ din il-kappella. It-tweġiba li ngħatat, iżda, kienet waħda negattiva u fir-rigward ta’ San Kalċedonju kien ġie miktub li dan kien tqiegħed hemm mingħajr il-permessi tas-superjuri u li dan kien qed joħloq inkonvenjent.26

Minn dak li jkompli jikteb P. Pelaġju nafu li l-kappella ddedikata lil San Franġisk fil-knisja l-antika tal-Kapuċċini fil-Furjana kellha kanċell biex jifridha mill-kumplament tal-knisja. ’Il barra minn dan il-kanċell, P. Pelaġju jsemmi li kien hemm konfessjonarju li kien jinsab imqiegħed bejn din il-kappella u dik ta’ ħdejha ddedikata lill-Madonna tal-Libertà u li kienet aktar qrib l-artal maġġur tal-knisja. P. Pelaġju jsemmi li fuq dan il-konfessjonarju kien hemm imdendel inkwatru ieħor li juri lil San Franġisk t’Assisi.

“Meta toħroġ mill-kanċell ta’ din ilkappella għal ġol-knisja sabiex tmur għallkappella ta’ ħdejha ddedikata lill-Madonna tal-Libertà, hemm konfessjonarju tal-injam abjad u lixx u mal-ħajt ta’ fuqu hemm imdendel inkwatru għoli erbat ixbar, bilgwarniċa tal-injam mogħtija l-lostru u li juri l-Qaddis tagħna, il-Patrijarka t’Assisi mitluf f’estasi fuq tapit tal-qasab, b’anġlu warajh sabiex iwieżnu.”27

P. Pelaġju jikteb ukoll li sabiex tgħaddi minn din il-kappella ddedikata lil San Franġisk għallkappella li kienet tmiss magħha, jiġifieri dik iddedikata lill-Madonna tal-Libertà, kien hemm

26 Ara ACM, Misc. 61, ff 152-3. Il-korrispondenza talBalliju Lante delle Rovere hija tradotta bl-Ingliż u ppubblikata f’Vella, Treasures of Faith, Appendix VII, 213-214.

27 ACM, Misc. 54, ff.60v-60r.

bieb u passaġġ. Hekk ukoll hemm fil-knisja tal-Kapuċċini fil-Kalkara u f’Għawdex, żewġ knejjes li fl-arkitettura tagħhom jixbhu ħafna lill-knisja l-qadima li l-Kapuċċini kellhom filFurjana. P. Pelaġju jitkellem ukoll fuq kappella oħra li kien hemm ħdejn dik ta’ San Franġisk u li kienet iddedikata lil Sant’Anna. Din il-kappella kienet tinsab qrib il-bieb ta’ barra u taħt il-Kor ta’ fuq fejn jitolbu l-Patrijiet. Bejn dawn iżżewġ kappelli, P. Pelaġju jagħmel referenza għal inkwatru ieħor interessanti.

“Taħt l-arkata tal-fetħa ta’ din il-kappella [ta’ Sant’ Anna] li tagħti għal ġewwa, jiġifieri taħt it-tieqa li tgħaqqad għall-Kor ta’ fuq, hemm konservata l-arma ġentilizja talEminentissimu Sinjur Kardinal Fundatur [Verdalle] minquxa fil-ġebla Maltija … fil-bieb tal-passaġġ għall-kappella li tmiss magħha u li hija ddedikata lil San Franġisk. Meta toħroġ għalhekk mill-kanċell għallknisja, fuq in-naħa tal-lemin hemm konfessjonarju tal-injam abjad u lixx u fuqu, imdendel mal-ħajt, hemm inkwatru impitter biż-żejt li l-gwarniċ tiegħu huwa tal-injam miżbugħ u li juri lill-Beatu tagħna Serafin minn Montegrano li madwar rasu hemm dijadema tal-fidda mogħtija minn wieħed mid-devoti tiegħu.”28

Jista’ jagħti l-każ li d-dijadema jew ir-raġġiera msemmija hawn, magħmula mill-fidda, hija waħda miż-żewġ raġġieri tal-fidda li huma kkonservati fil-Mużew tal-Kapuċċini filFurjana. Fil-fatt, waħda minn dawn iż-żewġ raġġieri mhijiex tonda kollha; minflok din hija maqtugħa min-naħa t’isfel b’mod illi turi li din kienet imwaħħla madwar ras xi qaddis impitter f’xi inkwatru. X’sar minn dan l-inkwatru, kif kien jew min għamlu, ma nafu xejn għajr dak li jikteb hawn P. Pelaġju.

Teatru ta’ Fidi Aktarx li minn din l-informazzjoni pjuttost twila u dettaljata li P. Pelaġju ħallielna bil-miktub dwar il-kappella ddedikata lil San Franġisk t’Assisi li kien hemm fil-knisja l-antika tal-Kapuċċini filFurjana, l-aktar ħaġa interessanti hija l-grupp ta’ tliet statwi li kien hemm: il-Kurċifiss kbir, il28 Ibid., f.59r.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 44

Madonna tad-Duluri u San Ġwann l-Evanġelista li kienu jitgħattew permezz tal-inkwatru lit-tila tiegħu kienet titla’ u tinżel b’faċilità kbira. Kull darba li dan l-inkwatru kien jitniżżel ’l isfel, dawn l-istatwi kienu jitgħattew. Kull darba mbagħad li kienu jtellgħu dan l-inkwatru, kienu jinkixfu dawn l-istatwi għall-qima ta’ dawk preżenti.

ta’ San Franġisk, kien hemm artal mekkaniku ieħor.30 F’dan l-artal, kien hemm numru ta’ relikwi fi speċi ta’ urni tal-injam li kienu jduru permezz ta’ roti mekkaniċi, xogħol fl-injam maħdumin minn Fra Ġużepp mill-Isla, Kapuċċin ta’ ħila kbira li kien iddisinja l-pjanta tal-kunvent u l-knisja tal-Kapuċċini fil-Kalkara u fir-Rabat t’Għawdex. Nafu wkoll li dan Fra Ġużepp kien ħadem ukoll it-Tabernaklu tal-artal maġġur talknisja tal-Kapuċċini fil-Furjana.

“Fis-sena 1724: Tabernaklu għas-SSmu Sagrament għall-knisja tal-Patrijiet Kapuċċini tal-Belt Valletta, maħdum fuq stil robust u mill-aktar imrażżan, xogħol kważi lixx għal kollox, iżda mżejjen b’intarsjar mill-aktar mirqum.”31

Din id-deskrizzjoni miktuba minn P. Luigi Bartolo, Kapuċċin, fil-manuskritt tiegħu miktub fis-Seklu 18, naqraw ukoll fuq dawn ir-relikwarji magħmulin minn Fra Ġużepp u li kienu jagħmlu parti mill-artal tal-Madonna tal-Libertà.

“Fis-sena 1734: gwarniċ kbir fuq stil imħallat, b’nisġa ta’ diversi aperturi żgħar li jiffurmaw Relikwarju sħiħ, u li jħaddan ukoll l-altar żgħir tal-Madonna tal-Libertà, fil-knisja tal-Kapuċċini tal-Belt Valletta.”32

Skont P. Pelaġju din il-ħaġa kienet isseħħ fil-jum tal-Ġimgħa matul ir-Randan waranofsinhar. Xi ħaġa simili għadna nsibuha f’xi santwarji, fejn il-pittura titulari tkun mgħottija permezz ta’ purtiera li tinkixef biss f’ċerti jiem għall-qima tad-devoti preżenti. Sandro Debono jikteb li minn dak li jgħidilna P. Pelaġju, f’din il-kappella ta’ San Franġisk kien hemm element qawwi mxebbah ma’ “teatru ta’ fidi.”29

Nafu li dan ma kienx l-uniku artal mekkaniku li kien hemm fil-knisja l-antika tal-Patrijiet Kapuċċini fil-Furjana. Fil-kappella ddedikata lill-Madonna tal-Libertà, li kienet maġenb dik

29 Sandro Debono, Imago Dei: Sculpted Images of the Crucifix in the Art of Early Modern Malta (Malta: PEG, 2005), 53. “The end result, as described, has a strong functional element akin to a theatre of faith. The general set up had to essentially function in response to necessities of cult irrespective of the aesthetic qualities of the individual works themselves.”

Dawn ir-relikwi kienu jkunu esposti għal xi ħin, imbagħad permezz ta’ dawn ir-roti mekkaniċi kienu jerġgħu jingħalqu. Xi ħaġa similli għadna nistgħu narawha fil-kappella tar-Relikwi li hemm fil-kunvent ta’ San Francesco a Ripa in Trastevere, f’Ruma.33 Illum, fil-Mużew talKapuċċini fil-Furjana, għad hemm esposta waħda minn dawn ir-roti mekkaniċi li kienet

30 Ara ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, f.26.

31 ACPM, Apparato Cronologico nel quale si regiftrano e fi nominano quei Religiosi Capuccini di nazione Maltesi, che furono eletti e costituiti Superiori, e Prelati nella loro Religione, o deputati, e promossi in altre dignità, impieghi e Ufficj onorevoli … Dall’Anno 1584 per infino al 1752. Autore e Collettore il Rev P. Luigi Bartolo della Valletta 1752, f.172.

32 Ara ibid.

33 Dwar ix-xebh bejn din il-kappella f’Ruma ma’ dik li kien hemm fil-knisja tal-Kapuċċini fil-Furjana ara Vella, Treasures of Faith, 95-96.

Storja Furjaniża 45
Il-Kurċifiss tal-injam imdendel fil-post fejn kien hemm l-inkwatru titulari
Ktieb tal-Festa u

tagħmel parti minn dan l-artal mekkaniku tarrelikwi.

L-Inkwatru ta’ San Franġisk t’Assisi

P. Pelaġju mhuwiex l-uniku kittieb li ħallielna deskrizzjoni tal-kappella ta’ San Franġisk filknisja l-antika tal-Kapuċċini fil-Furjana. Abela Ciantar li kiteb ftit snin wara P. Pelaġju, jgħid li fil-knisja l-antika kien hemm il-kappella ta’ San Franġisk u dik tal-Madonna tal-Libertà, li kienu ħdejn xulxin, u li kienu wkoll it-tnejn imħaffrin ’il ġewwa fil-ħajt.34 Huwa jaqbel ma’ P. Pelaġju meta jkompli jikteb li l-kappella ta’ San Franġisk kienet ġiet imżejna mill-ġdid fl-1609 mill-Kavallier F. Giovanni Lanfranco Ceba, Riċevitur tal-Gran Mastru Wignacourt, u tqiegħed fiha pittura ġdida li turi lil San Franġisk t’Assisi qed jirċievi l-pjagi. Ciantar jagħmel ukoll referenza għall-fatt li din il-kappella kienet ġiet imżejna b’dak li kien meħtieġ, kif insibu miktub fl-iskrizzjoni li hemm bl-arma tal-istess Gran Mastru u li hija mqiegħda fuq l-arkata tal-imsemmija kappella. Minkejja din id-deskrizzjoni, Abela Ciantar jibqa’ sieket fuq il-preżenza ta’ dan il-Kurċifiss u tal-istatwi li kien hemm miegħu f’din il-kappella. Lanqas ma jagħmel referenza għall-inkwatru li kien jitla’ u jinżel biex jgħatti lill-Kurċifiss u lil dawn l-istatwi.

Bħal Abela Ciantar, aktar tard imbagħad, Achille Ferris fid-deskrizzjoni li jagħti fuq il-knisja l-antika tal-Kapuċċini tal-Furjana, isemmi l-kappella ddedikata lil San Franġisk t’Assisi. Huwa jikteb li f’din il-kappella kien hemm pittura ta’ San Franġisk u jgħid li din kienet ġiet impittra mill-famuż pittur Malti, Stefano Erardi. Madanakollu, Ferris ma jsemmi xejn fuq ilpreżenza tal-Kurċifiss f’din l-istess kappella.35 Żewġ awturi oħra, li bħal Ferris isemmu li l-pittura ta’ San Franġisk li kien hemm f’din il-kappella kienet tpittret minn Stefano Erardi, huma Vincenzo Caruana dei Conti Gatto,36 u Patri Timotju mill-Belt Valletta.37 Dawn iż-żewġ

34 Ciantar, Malta Illustrata, Lib III, Not XIII, 325.

35 Achille Ferris, Descrizione Storica delle Chiese di Malta e Gozo (Malta, 1866), 240.

36 Ara Vincenzo Caruana dei Conti Gatto, Malta Artistica Illustrata (Malta: Tipografia della Casa di San Giuseppe, 1906), 58-59.

37 Timotju mill-Belt Valletta, Il-Knisja u l-Kunvent talKapuċċini tal-Furjana u l-Ordni Gerosolomitan, 105.

awturi, iżda, ma jagħtux l-għejun ta’ minn fejn kienu kisbu din l-informazzjoni.

P. Timotju jikteb li f’din il-kappella kien hemm inkwatru sabiħ li juri l-Madonna tal-Isperanza. Kien hemm ukoll statwa tal-Madonna talIsperanza u oħra ta’ San Franġisk t’Assisi li P. Filip Anton mill-Belt Valletta kien ġab minn Lecce.38

Verżjoni ta’ Kurċifiss ta’ Bernini Dwar l-istatwi msemmija minn P. Pelaġju li kienu juru tal-Madonna tad-Duluri u lil San Ġwann l-Evanġelista li kien hemm mal-Kurċifiss fil-kappella ta’ San Franġisk, ma nafu xejn: la kif kienu, la min għamilhom u wisq aktar x’sar minnhom. Sandro Debono fl-istudju tiegħu dwar Kurċifissi li nsibu fuq l-artali tal-knejjes filgżejjer tagħna, jikteb li l-kunċett ta’ kumpless ta’ tliet statwi li jiffurmaw ix-xena tal-Kurċifissjoni jfakkruna f’dawk li baqgħu magħrufin bħala “the Filacaja crucifixion group,” li kien hemm flOratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, u mogħtija fl-1653 mill-Kommendatur Fra Felicaja.39

Dettall tal-Kurċifiss tal-injam imdendel fuq l-artal maġġur

38 Timotju, Il-Knisja u l-Kunvent tal-Kapuċċini, 29.

39 Fuq il-miġja ta’ dawn l-istatwi f’Malta ara Hannibal Scicluna, The Church of St. John in Valletta (Rome: Casa M Danesi, 1955),142. Fl-1958 dawn l-istatwi tqiegħdu fil-passaġġ qabel tidħol għas-Sagristija talKonkatidral ta’ San Ġwann, fejn għadhom hemm

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 46

Dwar il-Kurċifiss imsemmi ma’ dawn iż-żewġ statwi, ma nistgħux neskludu li dan il-Kurċifiss li jsemmi P. Pelaġju huwa l-istess wieħed li llum narawh imdendel fuq l-artal maġġur tal-knisja tal-Kapuċċini fil-Furjana. Nafu li għal xi żmien, dan il-Kurċifiss kien imdendel fl-ewwel indana tat-taraġ ewlieni tal-kunvent tal-Kapuċċini filFurjana. Illum f’dan il-post fit-taraġ tal-kunvent, hemm Kurċifiss ieħor imdaqqas, xogħol millisbaħ maħdum mill-kartapesta, li meta nbniet il-knisja l-ġdida wara l-Gwerra kien tqiegħed fin-niċċa ħdejn il-bieb ta’ barra fejn illum hemm l-inkwatru ta’ San Rajmondo Nonato. Flimkien ma’ dan il-Kurċifiss f’din in-niċċa, kien hemm ukoll numru ta’ relikwi mżejna bil-ganutell. Dan il-Kurċifiss magħmul mill-kartapesta kien tneħħa mill-knisja u ddendel fit-taraġ tal-kunvent meta minn dan l-istess taraġ, il-Patrijiet neħħew il-Kurċifiss kbir tal-injam li tqiegħed fil-knisja fuq l-artal maġġur.

Fl-1968 bħala parti mit-tibdil li kien sar flistruttura tal-artal ewlieni ta’ din il-knisja wara l-Konċilju Vatikan II,40 kien tneħħa l-inkwatru titulari li kien hemm fuq l-artal maġġur biex floku tqiegħed dan il-Kurċifiss kbir tal-injam.41 Sandro Debono jsemmi lil dan il-Kurċifiss bħala verżjoni ta’ Kurċifissi oħra li juru lil Cristo morto maħdumin minn Gian Lorenzo Bernini (1598-1680), u li kienu saru popolari ħafna fisSeklu 18. Dan il-mudell kien magħmul minn Bernini għall-proġett tal-Papa Alessandru VII sabiex isebbaħ l-artali tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan permezz ta’ sett ġdid ta’ gandlieri u Kurċifiss. Skont Debono, is-sehem ta’ Bernini

sal-lum. Ara Dominic Cutajar, History and Works of Art of St John’s Church, Valletta - Malta (Malta: MJ Publications, 1999), 91.

40 Ara “Dalwaqt jitlestew l-artali ġodda tal-Kapuċċini,” Il-Ħaddiem (30.3.1968): 8.

41 Dan l-inkwatru titulari li juri s-sejba tas-salib minn Sant’Elena tpitter mill-Prof Ġużeppi Briffa fl-1955 wara li dak li kien hemm qablu kien inqered mal-knisja l-antika fil-Gwerra. Ara Andrè Azzopardi, “Sant’Elena fil-Knejjes Maltin,” In-Nazzjon (20.8.1997): 22; E.V. Borg, “Joseph Briffa (1901-1987),” Il-Ħajja (2.4.1987): 5. Għal xi żmien dan l-inkwatru kien tqiegħed fil-Kor ta’ fuq tal-kunvent sakemm imbagħad meta tkabbar il-Mużew tal-Kapuċċini fil-Furjana, kien tqiegħed f’dan il-Mużew fejn għadu hemm sal-lum. L-abbozz ta’ dan l-inkwatru ta’ Briffa jinsab fl-Arkivju tal-istess kunvent.

hawn ma kienx aktar milli ħażżeż id-disin għal dan il-Kurċifiss minħabba li hu magħruf li l-mudell attwali tax-xema’ nħadem minn Ercole Ferrata (1610-1686). Minkejja dan, jidher li Bernini segwa x-xogħol b’reqqa ta’ kif inħadem il-Kurċifiss, li wisq probabli baqa’ fil-pussess ta’ Ferrata minħabba li dan ġie mniżżel fost l-affarijiet li ħalla wara mewtu. Dan il-mudell, flimkien ma’ verżjoni ta’ Cristo Vivo, saru bejn is-snin 1658 u 1659.42

Debono jagħtina deskrizzjoni tal-Kurċifiss ta’ Bernini,43 filwaqt li jżid li l-Kurċifiss li nsibu filknisja tal-Kapuċċini fil-Furjana jerġa’ jinterpreta dan l-imsemmi prototip b’mod aktar ġdid, kif jidher fil-mudell vigoruż tal-figura ta’ Kristu mejjet. Dan il-mod jgħin sabiex din ix-xbieha tibqa’ tidher b’mod tajjeb, saħansitra meta tkun imdendla f’ċertu għoli. Il-polikromija użata hija ta’ kuluri xi ftit ċassi minflok ta’ kuluri qawwija li setgħu joħorġu aktar il-forma anatomika talKurċifiss.44 L-injama tas-salib fin-naħa vertikali

42 Ara Sandro Debono, The Sculptured Altar Crucifix in the Maltese Islands 1600-1800, A Long Essay Submitted in Part Fulfilment of the Requirements for the Degree of Bachelor of Arts (Honours) in History of Art Presented to the Art Programme, Faculty of Arts, University of Malta, June 2003, 100.

43 Ara ibid. “The dead Christ is interpreted with head bent down slightly to the left as if to counterbalance the flowing drapery folds of the perizonium which radiate in a rhythmic flow from a focal point on the left hip. The work is imbued with a pronounced emphasis on anatomical detail with the bent knees breaking the tension of the otherwise dead personality. The figure is also modelled with the specific intention of an optimal viewing from some 30 degrees below. Ercole Ferrata appears to have introduced elements into the model which do not form part of Bernini’s repertoire. The figure has long arms whilst a subdued expression of suffering is evident in the face. The figure is interpreted through a gentle controposto of the body. The stamp of Bernini’s ideas nonetheless remains decisive inspite of Ferrata’s technical virtuosity.”

44 Ara ibid., 101 “The polychromy however speaks of an insensitive flat colour applied to the work other than a pictorial rendition, which would have in turn developed further the anatomical forms. A close examination of the work has revealed the lack of a gesso preparation and this flat colour is applied directly onto the wood surface. [No stratification has been noted except for a greyish colour underneath the perizonium colour]. Various tooling marks are also visible on the torso and other parts of the body and thus the whole work has retained the freshness of the sculptor’s hand.

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża 47

kif narawha llum, kienet ġiet miżjuda miżżewġ trufijiet, iżda huwa biss iż-żjieda fuq innaħa t’isfel li kienet saret meta dan il-Kurċifiss tqiegħed fil-knisja.45

Dan il-Kurċifiss għand il-Patrijiet Kapuċċini fil-Furjana mhuwiex l-uniku wieħed f’Malta u li hu maħdum fuq il-mudell tal-Bernini. FilKonkatidral ta’ San Ġwann insibu Kurċifiss ieħor u li huwa ħafna iżgħar. Oriġinarjament dan il-Kurċifiss kien jintrama fuq l-artal tal-Kor talKonkatidral, sakemm imbagħad dan ġie meħud fit-Teżor. Dan il-Kurċifiss hu magħmul minn bronż indurat bil-fidda li jixbah ħafna lil dak li nsibu għand il-Patrijiet Kapuċċini.46 Kurċifiss ieħor li jixbah lil dak tal-Kapuċċini huwa dak li nsibu fil-knisja ta’ Sidtna Marija tal-Porto Salvo fl-Isla, xogħol attribwit lil Giuseppe Casha.47 Hekk ukoll il-Kurċifiss li nsibu fil-knisja talMadonna tad-Duluri f’Tal-Pietà48 u l-ieħor filqasam tal-M.U.S.E.U.M. f’Ħal Għaxaq.49

The perizonium is also executed with a concern for roughening out the main volumes.”

45 Informazzjoni mogħtija minn Br Publius Libreri OFMCap li kien preżenti meta tqiegħed il-Kurċifiss fuq l-artal tal-knisja. It-tul tal-injama li żdiedet minnaħa t’isfel hija ta’ 38 cm.

46 Ara “Da Gian Lorenzo Bernini, Crocifisso: La Valletta, Co-Cattedrale di San Giovanni,” in Restauri e Riscoperte di Scultura del Barocco Romano a Malta: Capolavori per l’Ordine dei Cavalieri di San Giovanni, a cura di Sante Guido (Malta: Midsea Books, 2005), 69-72.

47 Ara Debono, The Sculptured Altar Crucifix in the Maltese Islands 1600-1800, 103-104.

48 Ara ibid., 104-105.

49 Ara ibid., 106-107.

Dettall tal-Kurċifiss tal-injam antik fil-knisja tal-Kapuċċini

Konklużjoni

F’dan l-artiklu ppreżentajna t-tagħrif li P. Pelaġju Mifsud, Kapuċċin li għex fis-seklu 18, ħallielna dwar waħda mill-kappelli li kien hemm fil-knisja l-antika tal-Kapuċċini fil-Furjana. Hija tassew ħasra li din il-knisja ġġarrfet fitTieni Gwerra Dinjija, biex b’hekk inqerdu tant teżori u ħwejjeġ oħra li magħhom kien hemm marbutin devozzjonijiet u storja twila. Il-kitba ta’ P. Pelaġju iżda tfakkarna u turina kemm aħna xxurtjati li tal-inqas għandna deskrizzjoni pjuttost dettaljata ta’ dak li kien hemm f’din ilknisja, teżor u ġawhra fil-Furjana u li timmarka waħda mill-ewwel binjiet storiċi li nsibu f’din il-lokalità.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 48

Mill-20 ta’ Frar 1978 sal-20 ta Frar ta’ din is-sena (2018) ser ikunu għaddew 40 sena. Daqshekk inkun ili nżomm id-Djarju tax-xogħol li jsir filknisja Arċipretali tagħna ddedikata lill-Patrun u Protettur tagħna, u ta’ Malta, San Publju. 40 sena li matulhom elenkajna xogħlijiet ta’ kull xorta, kbar u żgħar li saru mal- u bejn il-ħitan massiċċi, interni u esterni ta’ din il-binja.

Fil-paġni li ġejjin ser taqraw dwar dawk, li fl-opinjoni tiegħi kienu x-xogħlijiet ta’ ċerta importanza u li l-aktar spikkaw. Insibu ġranet li fihom jissemma li sar ċertu xogħol, però, jista’ jkun, u dan ġara f’ħafna drabi, li fl-istess jum ikun tkompla xogħol mibdi, jew ta’ rutina inkella mhux daqstant ta’ interess. Ir-rapport fil-ktieb tas-sena l-oħra intemm fl-aħħar jum ta’ Jannar 2017. Illum nibdew minn:

FRAR 2017

L-Erbgħa 1: Pass kbir ieħor lejn it-tmiem taxxogħol kollu konness mar-restawr tal-brazzi tal-brazzuni. Lestejna l-għoxrin unit (racks) tal-injam li fuq kull waħda ser jintrefgħu tmien brazzi. Mill-parti ta’ quddiem tal-erba’ brazzi ta’ fuq nett, partijiet li jikkonsistu fix-shade, bozza u l-globu bdilna l-lastiku li żżomm din il-parti mal-kumplament tal-brazz. Reġgħu ġew iwweldjati f’posthom żewġ weraq taż-żingu li kienu nqalgħu minn wieħed minn dawn ilbrazzi. Seba’ brazzi msewwijin u lesti ngħataw passata żebgħa Hammerite Copper. Inxtraw vireg (hollow section) tal-aluminju. Seħibna r-restawratur kompla ħidmietu fuq wieħed millanġli li qed jirrestawra. Ħadem ukoll fuq ilkelma ADORAZZJONI li qed jiżbogħ fuq bord li fis-sajf ikun fuq il-bankina ħdejn il-bieb talkappella tan-Nazzarenu biex jindika li f’din ilkappella jkun hemm is-Sagrament espost għallAdorazzjoni.

Mid-Djarju ta’ Ħidma fil-Knisja ta’ San Publju

Il-Ħamis 2: Mill-vireg tal-aluminju qattajna 80 biċċa f’tulijiet ta’ 10 ċentimetri. Fir-restawr tal-anġli, seħibna llum ta passata ġibs fuq wieħed u żebgħa (base coat) fuq wiċċ anġlu ieħor. Filgħaxija, tlieta minn sħabna niżlu filkannierja ta’ ġewwa u ħadmu fuq ir-restawr tal-Ark li fil-ġranet talfesta jkun armat fi Triq San Tumas kantuniera ma’ Triq San Publju.

Is-Sibt 4: Mat-tarf ta’ fuq tas-saqajn tar-racks li għamilna biex fuqhom jintrefgħu l-brazzi talbrazzuni, invitajna dawk il-biċċiet tal-aluminju li konna qtajna mill-vireg. Dawn qed isiru biex meta r-racks ikunu fuq xulxin, is-saqajn jidħlu fil-hollow section, u ma jkunux jistgħu jiżolqu. Apparti dan, fuq kull rack, inkiteb innumru li jikkorrispondi man-numri miżbugħin fuq kull brazz, liema numri jindikaw il-filata li jridu jintramaw fiha. Membri tal-kumitat tasSoċjetà Filarmonika Vilhena lestew l-aħħar preparamenti fil-knisja għall-Kunċert tal-lejla ta’ Frate Allessando Brustenghi. Udjenza numeruża attendiet għal dan il-Kunċert.

It-Tnejn 6: Użajna l-winċ biex ir-racks, issa lesti minn kollox u bi 8 brazzi stivati f’kull wieħed, niżżilniehom minn fuq il-gallarija tal-orgni u poġġejniehom taħt il-koppletta tal-altar ta’ San Pawl. Tkompla r-restawr tal-anġli. Filgħaxija tkompla r-restawr fuq l-Ark. Wieħed mill-erba’ persuni li niżlu llum, ħa ħsieb jistiva kwantità ta’ bnadar f’kaxxi biex jittieħdu għall-ħasil.

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża Minn Freddie Tonna
49

L-Erbgħa 8: Il-units bil-brazzi tal-brazzuni, mill-knisja nġarrew lejn Klabb Papa Ġwanni Pawlu I li jinsab fuq iz-zuntier tan-naħa ta’ Balzunetta. Fuq iż-żewġ anġli li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqhom, illum, fuq wieħed minnhom tlesta l-ixkatlar, ingħata passata kolla u fuq il-wiċċ ġiet applikata passata base coat Fuq l-anġlu l-ieħor sar xogħol fuq wiċċu u xuxtu.

Il-Ġimgħa 10: Wasal il-jum li wara li żanżanna l-linef il-kbar tal-kappelluni, jitneħħew il-par linef li kienu nxtraw mill-knisja tal-patrijiet Franġiskani Minuri (Ta’ Ġiesu) tar-Rabat (Malta) fl-2003. Malli tniżżlu, dendilniehom mal-istess strippi li konna ġibniehom mir-Rabat, u ħadniehom fil-kappella tas-Sacro Cuor. Mattneħħija tal-linef, tneħħa wkoll minn fuq iċċinta, l-imradd li kien jintuża għat-tlugħ u l-inżul tagħhom. Wara din il-biċċa xogħol għaddejna mbagħad biex baxxejna, għall-ewwel darba għattejna, u rġajna għollejna ż-żewġ linef ilkbar ġodda tal-kappelluni. Aktar tard filgħaxija, inħarġet l-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes, tpoġġiet fuq il-bankun iż-żgħir u tqiegħdet quddiem il-pilastru, faċċata tal-Pulptu.

It-Tnejn 13: Wieħed minn sħabna ħadem filkappella tas-Sacro Cuor biex naddaf iż-żewġ linef li niżżilna tlett ijiem ilu. Tkompla wkoll irrestawr fuq iż-żewġ anġli.

L-Erbgħa 15: Il-post il-ġdid għaż-żewġ linef li tneħħew minn mal-pilastri maġġuri ta’ fuq ilPresbiterju ser ikun quddiem il-pilastri ta’ biswit il-kwadru titulari fil-Kor. Biex isir ix-xogħol għat-twaħħil f’posthom tal-imraddijiet li jtellgħu u jniżżlu dawn il-linef, u peress li l-kavallett, minħabba s-sedji tal-kor ma jistax jidħol wara l-altar maġġur kellna nużaw il-winċ tat-tużell, issa ferm aktar faċli nħaddmuh minn hawn isfel bl-elettriku, nimbragaw il-kavallett sħiħ, il-winċ għollieh sakemm qabeż l-altar maġġur u niżżilnieh wara. Minn fuqu, mtalla’ sa għoli li jista’ jsir xogħol fuq il-gwarniċun (iċ-ċinta) permezz ta’ rawlbolts twaħħal l-ewwel miżżewġ imraddijiet, dak tan-naħa tas-sagristija. Filgħaxija, l-erba’ arbli tal-brazzuni nħarġu mill-mezzanin ta’ Triq San Publju u ttieħdu fil-kappella tan-Nazzarenu. L-istess persuni li ġarrew l-arbli, niżżlu l-bradella tal-bankun li kien tal-vara ta’ San Duminku tal-Belt Valletta,

fil-ħanut ta’ seħibna l-mastrudaxxa, ta’ taħt issagristija, biex wara li lesta r-restawr tal-bankun jaħdem ukoll fuq ir-restawr ta’ din il-bradella.

Ħasil tal-altar maġġur

Il-Ħamis 16: Erġajna użajna l-kavallett, li ħallejna fil-Kor biex minn fuqu, twaħħal f’postu, fuq iċ-ċinta, l-imradd l-ieħor li miegħu trid tiddendel waħda mil-linef li neħħejna minn malpilastri ta’ fuq il-Presbiterju. Mal-ktajjen tażżewġ chain blocks li magħhom hemm imdendla l-linef il-kbar ġodda, tpoġġew żewġ ħdejjed li permezz tagħhom, il-piż tal-linef ma jibqax ilħin kollu fuq iċ-chain block. Waranofsinhar iżżewġ linef (bl-istripi b’kollox li huma mdendlin magħhom), li neħħejna minn mal-pilastri ta’ fuq ilPresbiterju ġarrejniehom mill-kappella tas-Sacro Cuor għal quddiem il-kanċell. Issa li l-kavallett ma kellniex aktar bżonnu fil-kor, imbragajnieh (il-kavallett) mal-winċ tat-tużell, imħaddem blelettriku u minn ġol-kor, għollejnieh, qabbiżnieh l-altar maġġur, niżżilnieh fuq il-Presbiterju u minn fuq ir-rampa, niżżilnieh fil-korsija. Kien imiss issa li ż-żewġ linef jittellgħu fuq ilPresbiterju. Dawn il-linef, l-istess bħall-kavallett ma jistgħux jiddaħlu fil-kor, minn imkien allura, kellna nerġgħu nużaw il-winċ tat-tużell u waħda, waħda, imbragajniehom bl-istrippa b’kollox, għollejniehom u qabbiżniehom għal wara l-altar maġġur. Fl-4:30pm wieħed minn sħabna ħareġ fuq il-gwarniċun u waħda waħda, imbragajnielu l-linef mal-wajer tal-azzar ankrat fiż-żewġ imraddijiet, u tellagħhom sal-għoli meħtieġ. Ikkumnika l-wajer tal-elettriku ġdid li stallajna magħhom, xgħelniehom u kollox kien sew. Ġew tajjeb u ntgħoġbu. Iċ-ċaqliq ta’ dawn iż-żewġ linef sar b’konsegwenza tal-inawgurazzjoni tażżewġ linef il-kbar ġodda fil-kappelluni.

Is-Sibt 18: F’dar privata fil-Furjana sar ilħasil tal-ewwel lot ta’ bnadar tal-festa, dawk li jintramaw mat-trofej.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 50

It-Tnejn 20: Grupp ta’ tmien persuni (sitt nisa u żewġt irġiel) ħaslu l-knisja kollha. Konsegwenza tal-kwadri li konna waħħalna mal-pilastri maġġuri ta’ fuq il-Presbiterju (San Franġisk u San Kalċidonju) it-tron tal-Arċisqof li fil-festa narmaw biswit l-altar maġġur ma nistgħux nibqgħu narmawh bħal qabel. Għaldaqstant, ittieħdu qisien li huma meħtieġa għall-mod ġdid ta’ kif ser jibda jintrama dan it-tron. Ix-xogħol fuq unit apposta għal dan il-għan, beda llum filworkshop. Persuna li volontarjament offra ruħu biex jaħdem liedna ġdida biex tintrama fit-toroq tagħna mal-festuni tad-dawl tal-festa, dalgħodu ġab aktar liedna maħduma u lesta. Il-liedna li ġab illum u l-oħrajn li kien ġab minn kemm ilu li beda jaħdem frixniehom ħdejn xulxin minn tulhom quddiem l-altari ta’ Sant’Antnin u San Lawrenz. X’ħin kejjilniehom sibna li ħadem, 250 metru.

It-Tlieta 21: Tkompla x-xogħol fuq il-unit li magħha ser nibdew narmaw it-tron tal-festa. Seħibna r-restawratur kompla r-restawr fuq żewġ anġli u aktar tard illejla, fil-workshop li s-Soċjetà Filarmonika Vilhena għandha fi Triq il-Kapuċċini volontier ieħor qata’ xi njam li ser jintuża fuq ir-restawr tal-Ark.

L-Erbgħa 22: Fis-7:30pm, fil-Każin Vilhena nżammet il-laqgħa annwali bejn il-kumitati tasSoċjetà Filarmonika Vilhena u l-Grupp Ħidma San Publju. Is-suġġett ta’ din il-laqgħa kien, ‘Ilfesta li ġejja’

Il-Ħamis 23: Inħaslu aktar bnadar tal-festa. Fi ‘Studio 7’ (ħdejn is-7 stazzjon tal-Via Sagra) tlesta x-xogħol ta’ żebgħa tal-kliem fuq il-board tal-Adorazzjoni.

Il-Ġimgħa 24: Dalgħodu fid-9:30am l-E.T. Mons. Arċisqof Charles Scicluna ġie fil-knisja ta’ San Publju u ċċelebra quddiesa bil-Ġermaniż għal grupp kbir ta’ turisti Ġermaniżi.

Is-Sibt 25: Fil-kannierja ta’ ġewwa sar xogħol ta’ tiswija fuq waħda mill-kolonni tal-injam tal-Ark. Simultanjament ma’ dan ix-xogħol, tkompla l-eżerċizzju ta’ żbarazzar f’din il-parti tas-sotterran tal-knisja.

It-Tnejn 27: F’dar privata fil-Gżira saret ħidma fuq l-ikkompilar ta’ dan il-ktieb li għandek f’idejk. Ir-restawr fuq l-anġli wasal fil-fażi fejn fuq anġlu (a) ingħatat żebgħa kulur il-laħam fuq l-idejn u s-saqajn filwaqt li fuq anġlu (b) sar sfumar fuq il-wiċċ. Apparti dan inbeda l-irħamar fuq il-pedani taż-żewġ anġli.

MARZU 2017

L-Erbgħa 1: Tkompla x-xogħol fuq ir-restawr taż-żewġ anġli.

It-Tnejn 6: Fir-restawr taż-żewġ anġli nbeda l-proċess li ser iwassal għall-induratura fuq ilbordura tal-panneġġi.

Il-Ġimgħa 10: Bid-dendil tad-damask l-iswed u t-tqegħid tal-istatwa tad-Duluri fuq il-prima, kollox fil-kappella ta’ Sant’Antnin, ingħata bidu għall-armar konness mal-Ġimgħa l-Kbira.

Is-Sibt 11: Waqt li tkompla l-ixkatlar fuq partijiet mill-Ark, fuq partijiet oħra lesti ngħatat passata ta’ Wood Primer.

It-Tnejn 13: L-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes iddaħlet lura fin-niċċa tagħha. Fuq l-istess bankun li kienet il-Madonna, poġġejna l-istatwa tal-Inkurunat li ħriġna min-niċċa tiegħu filkappella tan-Nazzarenu u poġġejnieh fin-nava ta’ Sant’Anna. Mill-kannierja ta’ ġewwa ttellgħu tliet zukklaturi tal-Ark. Bil-winċ tallajna kollox fil-gallarija tal-orgni fejn immedjatament inbeda x-xogħol fuq il-bdil ta’ Injam immermer filbażijiet ta’ dawn iz-zukklaturi u fl-istess ħin, saru rinforzi wkoll fuq ġewwa tal-parti t’isfel. Fil-workshop, bdejna ħidma fuq sistema ġdida ta’ kif norbtu l-istrixxi (għoxrin b’kollox, ħamsa ma’ kull arblu) tal-female two pin connectors tal-elettriku mal-arbli tal-brazzuni Apparti

u Storja Furjaniża 51
Fażi mir-restawr tal-Ark
Ktieb tal-Festa

t-tkompliha għall-induratura, fil-bażi tal-anġli ttaqqbu żewġ toqbiet li nifdu għal ġol pedistalli. Minn dawn it-toqob iridu jgħaddu boltijiet biex bihom, l-anġli jintrabtu mal-pedistalli.

Il-Ħamis 16: Fil-workshop tkompliet il-ħidma fuq l-ikkumnikar mill-ġdid tal-connectors talelettriku mal-brazzi tal-brazzuni, filwaqt li fuq il-gallarija tal-orgni, tlesta x-xogħol fuq il-bdil tal-injam immermer fuq tliet zukklaturi tal-Ark.

Il-Ġimgħa 17: Mill-kannierja ta’ ġewwa ttellgħet ir-raba’ zukklatura tal-Ark u nbeda r-restawr fuqha.

Is-Sibt 18: Tlieta minn sħabna, matul il-lejl li għadda daru mat-toroq tal-Furjana b’vettura Cherry Picker, jgħaddu l-ħbula minn ġottarjoli li magħhom, aktar qrib il-festa, jiddendlu l-pavaljuni. Fil-ħanut tal-mastrudaxxa li jinsab fi Triq San Publju (taħt is-sagristija), dawwarna l-bradella, dik li kienet tal-vara ta’ San Duminku tal-Belt biex seħibna jkun jista’ jkompli jaħdem fuq ir-restawr tal-wiċċ tagħha. Biċċa xogħol li kumplessivament, wara x-xogħol li għamel fuq il-bankun, ser jirrendi din l-opra qisha ġdida. Fil-knisja sar tindif fuq il-perspettivi skulturati ta’ fuq il-bibien tal-kappelluni u tal-kor. Inbeda wkoll it-tindif tal-pulptu. Fil-kannierja ta’ ġewwa tkompla l-ixkatlar u żebgħa Primer fuq diversi partijiet tal-Ark.

It-Tnejn 20: Il-fażi proprja tal-indurar talbordura ta’ fuq il-ħwejjeġ tal-anġli, bdiet illum meta ġie applikat il-murdent fuq sezzjoni talbordura ta’ wieħed mill-anġli.

It-Tlieta 21: L-Arċipriet għadu rikoverat fiddar (in-Naxxar) wara l-operazzjoni tal-hernia (ftuq).

Fil-knisja tkompla l-bdil ta’ njam immermer f’zukklatura tal-Ark. Saret il-kumnikazzjoni ta’ connectors mal-brazzi tal-brazzuni u tpoġġa l-ewwel deheb fuq il-bordura fil-panneġġ ta’ anġlu, u murdent fuq l-ieħor.

L-Erbgħa 22: Fi Studio 7, ir-rokna favorita ta’ seħibna r-restawratur, tkompla x-xogħol fuq iżżewġ anġli. Filgħaxija, intrama l-bankun u l-bradella tal-Madonna tar-Rużarju, li ttieħdu

taħt il-gallarija tal-orgni. Permezz taċ-chain block imdendla mal-winċ, niżżilna l-istand tal-ħadid, intrabat mal-bradella u tgħatta biddrapp iswed. Il-Kurċifiss il-kbir inġieb missagristija, ittieħed taħt il-gallarija tal-orgni u mbragat mal-istess chain block, ittalla’ sakemm straħ fuq l-istand tal-ħadid. Malli tlestiet din l-operazzjoni kull min kien preżenti għen biex id-drapp tal-pavaljuni u l-bandalori tniżżlu fisSala San Publju.

Il-Ħamis 23: Maż-żewġ anġli li qed jaħdem fuqhom, lil seħibna, żdiedlu ieħor. Dan għandu ħsarat fiż-żewġ ġwienaħ.

Is-Sibt 24: Inbeda d-dendil tad-damask għallfesta.

Il-Ħadd 25: Iċ-Cherry picker reġa’ kien fittoroq tal-Furjana biex minn fuqu, tkompla xogħol ieħor fil-għoli konness mal-armar ta’ barra għall-festa.

It-Tnejn27: Wara l-bdil ta’ njam, stukkjar u xkatlar u żebgħa Primer, iz-zukklaturi tal-Ark ingħataw passata undercoat abjad. Fil-kappella tan-Nazzarenu, fejn għandna l-erba’ arbli talbrazzuni, bdejna l-irbit tal-istrixxi tat-two pins tal-elettriku mal-arbli proprji tal-brazzuni.

It-Tlieta 28: Bl-użu tal-kavallett dendilna d-damask tal-friż, il-lunetti l-kbar kollha tal-korsija u kappelluni u t-tmien pavaljuni tal-korsija. Donnu li naqra naqra, seħibna r-restawratur ser jgħaqqad klassi ta’ anġli, żdiedlu r-raba’ wieħed. Il-persuni li vvolontarjaw li jaħdmu fuq ir-restawr tal-Ark reġgħu kienu filkannierja ta’ ġewwa fejn komplew bl-istokkjar, xkatlar u żebgħa undercoat.

picker’ għall-armar tal-ħbula tal-pavaljuni

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 52
Iċ-‘Cherry

Il-Ħamis 30: Mill-fdal tat-tapit il-ġdid talPresbiterju ksejna l-pedana tal-karru li fuqu nerfgħu l-bankun li rrestawra seħibna l-mastrudaxxa. Dan għamilnieh biex, kemm jista’ jkun, nevitaw il-grif u l-brix minn fuq din il-biċċa xogħol verament tajba li saret. Filgħaxija nżammet laqgħa li għalija attendew dawk kollha li ser ikunu involuti fil-Pranzu Buffet pprogrammat għal nhar il-Ħadd 23 ta’ April, jum ħruġ il-vara min-niċċa.

Il-Ġimgħa 31: Inbeda l-armar fil-kappella tasSacro Cuor fejn ikollna l-Altar tar-Repożizzjoni (is-Sepulkru). Wara li poġġa aktar deheb fuq wieħed mill-anġli, seħibna beda jiżbarazza d-daħla għall-kappella tan-Nazzarenu (Studio 7), dan in-vista li l-festa ta’ San Publju qed toqrob u jrid isir l-armar.

APRIL 2017

Is-Sibt 1: Tnaddfet in-niċċa ta’ San Publju minn barra u tkompla d-dendil tad-damask malpilastri u ħitan tal-knisja.

It-Tnejn 3: Grupp ta’ sitt nisa u s-sagristan, ħaslu l-altari kollha minbarra l-maġġur. Naddfu wkoll iz-zukklaturi kollha. Id-damask l-iswed u l-istatwa tad-Duluri tneħħew mill-kappella ta’ Sant’Antnin. Sar l-iddrizzar ta’ tmien pavaljuni. Bis-sistema li ntroduċejna xi snin ilu din ilbiċċa xogħol saret ferm eħfef. Mill-ħanut talmastrudaxxa ta’ taħt is-sagristija, ittellgħet il-bradella, tpoġġiet fuq il-bankun u fuqha, l-istatwa tad-Duluri. Wara x-xahar id-dieħel din il-bradella trid terġa’ titniżżel għand seħibna biex ilesti kompletament ir-restawr tagħha.

It-Tlieta 4: Fost il-ħafna xogħol li sar illum, lillmastrudaxxa ħadnielu balavostra antika għarrestawr ukoll, inkluż il-lostru. Din il-balavostra, mhux komuni fil-format tagħha u maħduma verament sabiħ kienet titpoġġa fin-nava, wara l-vara ta’ San Publju. Minn ġo vajlora mwaħħla fuqha kien jgħaddi pajp tar-ram li jwassal minn ħajt sa ħajt tan-nava, biex ma jgħaddux nies. Maż-żmien kien ġralha ħafna ħsara iżda seħibna l-ieħor, ir-restawratur residenti ħa ħsieb jirrestawraha, saħansitra ħadem anki biċċiet nieqsa.

L-Erbgħa 5: Tkompla l-armar tas-Sepulkru li fih saru xi innovazzjonijiet bħal, pjattaforma ġdida għal taħt il-ġilandra tal-bellus u fidda, żewġ lasti twal imserrħa ma’ wara tal-altar li magħhom intrabat id-drapp l-abjad u l-kukkardi ħomor. Wara diversi snin nieqsa l-anġli rrestawrati reġgħu sabu posthom fis-Sepulkru. Bi preparazzjoni għal meta nhar il-Ġimgħa jinbeda l-armar tal-Ark, diversi partijiet minn din l-opra mill-isbaħ, ittellgħu mill-kannierja u tpoġġew fis-sede tal-Koperaturi tal-M.U.S.E.U.M. li jinsab taħt l-iskola fi Triq San Publju, bieb ma’ bieb maċ-ċentru tal-Floriana Senior Citizens.

Il-Ġimgħa 7: Jum id-Duluri. Tlesta x-xogħol fuq il-bdil tal-għata li jgħatti ż-żewġ pedani tal-ħadid li fuqhom jinbena l-Ark. Minn talplywood inbidlu għal injam. Il-bozoz li konna nixegħlu fil-brazzi li npoġġu fl-erba’ kantunieri tal-bradella tad-Duluri nbidlu m’oħrajn ġodda u aktar moderni, jixegħlu b’batteriji individwali u mhux aktar b’batterija ta’ karozza. Għall-ewwel darba, fil-faċċata tal-knisja dendilna erba’ bandalori b’motivi tal-Ġimgħa l-Kbira. Bħal dejjem, dik it-taqtira xita kull meta ndendlu xi ħaġa, ma naqsitx. Aktar tard il-lejla saret il-purċissjoni tad-Duluri li kellha attendenza tajba ħafna. Wara l-purċissjoni, bħalma kien il-każ f’dawn l-aħħar snin, ingħata bidu għallarmar tal-Ark fi Triq San Tumas kantuniera ma’ Triq San Publju. Tlesta l-infilsar fl-envelopes tal-formoli tal-arbural tal-festa indirizzati lillFurjaniżi li ma joqogħdux fil-lokalità.

Is-Sibt 8: Jum l-armar tal-Ark. Il-krejn dam ma ġie sad-9:30am. Ix-xogħol illum ħabbatna tant li l-armar komplet tlesta fil-5:00pm.

It-Tnejn 10: Impustati l-envelopes (aktar minn 700) bl-arbural lill-Furjaniżi li joqogħdu barra mill-Furjana. Fl-Għassa tal-Pulizija tal-Belt, tħallew karti relatati mal-permessi tal-Pulizija għall-festa. Fil-knisja, ittrasferejna l-erba’ brazzi minn fuq il-bradella tad-Duluri għal fuq dik tarRużarju, fejn hemm il-Kurċifiss il-kbir armat. Il-kumplament tal-ħin, sal-5:00pm, iddedikat għall-ħruġ u l-inżul ta’ diversi kaxxi u opri oħra ornamentali li jintramaw fil-knisja għall-festa. Bejn il-5:00pm u 7:00pm sar it-trasferiment tallinef mill-koppletti għan-navi tal-korsija. Għal dan ix-xogħol kien hemm grupp ta’ tnax-il raġel.

Storja Furjaniża 53
Ktieb tal-Festa u

It-Tlieta 11: Matul in-nofstanhar ta’ dalgħodu sar l-armar tas-slaleb fil-ġnien tal-Mall għallVia Sagra tal-lejla li ssir f’dan l-istess ġnien. Fil-Klabb Papa Ġwanni Pawlu I li jinsab fuq iz-zuntier tan-naħa ta’ Balzunetta, il-post fejn hemm merfugħin il-brazzi tal-brazzuni, poġġejna bozza LED f’kull brazz, b’kollox 164 bozza. Filgħaxija saret il-Via Sagra fil-ġnien talMall li għaliha, bħas-soltu, inġarr il-Kurċifiss il-kbir. L-attendenza għal din l-attività kienet waħda tajba wkoll.

L-Erbgħa 12: Mid-dar (f’San Ġwann) talħajjata volontiera li tat servizz kbir, u tajjeb lill-knisja tagħna, ġibna l-aħħar seba’ pavaljuni miż-żgħar li kien jonqos għall-arkati ż-żgħar tal-kontra navi. Mill-ġnien tal-Mall żarmajna s-slaleb li ntużaw ilbieraħ filgħaxija waqt il-Via Sagra. Waqt li fis-Sepulkru ntramaw ix-xemgħat fil-gandlieri, fis-sitt arkati ż-żgħar li jgħaqqdu kappella m’oħra dendilna l-pavaljuni ż-żgħar (par f’kull ħnejja). Dawn il-pavaljuni, issa, huma ġodda kollha. Mal-pavaljuni dendilna wkoll is-sitt linef żgħar f’dawn il-ħnejjiet filkontra navi. Waranofsinhar grupp ta’ sebat irġiel ramaw il-qafas tal-ħadid tal-planċier fuq Misraħ San Publju (il-Fosos).

Il-Ħamis 13: L-altar maġġur intrama bilgandlieri u appostli. Mill-Klabb Papa Ġwanni Pawlu I inġiebu l-qsari bil-ġulbiena u tqassmu fis-Sepulkru (fuq iz-zuntier tannaħa ta’ Balzunetta) u qassamnieha fl-altar tar-Repożizzjoni (s-Sepulkru). L-aħħar biċċa xogħol, baxxejna l-linef il-kbar ġodda talkappelluni sa għoli addattat.

Is-Sibt 15: Il-Maratona ta’ Sibt il-Għid bdiet mill5:00am meta grupp ta seba’ persuni bdew billi qassmu d-damask u poġġewh ħdejn il-postijiet fejn ried jiddendel. Immedjatament wara beda d-dendil minn fuq il-convejor u l-iskalapiża. Matul il-jum l-għajnuna żdiedet u f’xi ħin jew ieħor ġew tnax-il persuna oħra. Wieħed millvolontieri li ngħaqad magħna riċentament, ġab miegħu numru ta’ bnadar tawwalin ħodor, (ħadmithom ommu) li aktar tard illum ittellgħu mal-antinjoli ta’ Misraħ Sant’Anna. Minbarra d-dendil tad-damask ix-xogħol tal-lum inkluda wkoll id-dħul lura tal-istatwi tad-Duluri u l-Ecce Homo fin-niċeċ rispettivi tagħhom. Intuża l-winċ biex il-Kurċifiss il-kbir tniżżel minn fuq l-istand tal-ħadid immuntat fuq il-bradella tarRużarju, inġarr lejn is-sagristija u mtalla’ f’postu fuq il-kaxxarezzi. Raġa’ ntuża l-winċ biex ilbradelli tar-Rużarju u tad-Duluri ġew imbragati u mniżżla fuq il-karru tagħhom, iż-żewġ bankuni żżarmaw ukoll, stivati fuq il-karrijiet rispettivi tagħhom u merfugħin fil-kamra ‘tassiġġijiet (minn fejn jindaqqu l-qniepen), tniżżlu l-kumplament tal-gandlieri, balavostri, spallieri, lampieri, eċċ. Inbidlu l-gwarniċi tal-Via Sagra u dawk ta’ kuljum ittellgħu fil-gallarija tal-orgni. Il-ġilandra tal-bellus u fidda ġiet immuntata fuq il-karru li mbagħad, wara ħruġ il-vara min-niċċa, jiddaħħal minflok il-vara. Twaħħlu l-brazzi kollha (korsija, kappelluni, taħt in-navi u arzelel), u ntrama l-altar maġġur. Tkompla wkoll l-armar ta’ barra, ittellgħu pedistalli quddiem il-knisja u pilandri fi Triq il-Miratur.

It-Tnejn 17: Sitt nisa ħaslu u naddfu l-kanċell, Presbiterju, l-altari tas-Sacro Cuor u l-kor, issedji tal-kor u l-konfessinarji. Sar it-tqassim, u nbeda l-armar tal-gandlieri u xemgħat fuq l-altari rispettivi tagħhom. Tkompla għaddej ukoll l-iddrizzar tad-damask li involva wkoll it-twaħħil ta’ ħoloq fil-partijiet t’isfel tad-drapp biex ikun jista’ jistira ruħu mal-ħitan.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 54
Fażi mill-armar tas-Sepulkru

It-Tlieta 18: Tniżżlu l-units tat-trieħi tal-festa u l-meded tat-tużell mill-kappella tan-Nazzarenu. L-ornamenti kollha tat-tużell, u kulma hu relatat miegħu, mill-kappella tan-Nazzarenu ttieħdu fil-kappellun tal-Kurċifiss u fil-korsija, kollox viċin il-Presbiterju. Fit-3:30pm beda l-proċess tal-armar ta’ din l-opra mill-isbaħ. Ġaldarba lest l-armar u konna ċerti li kollox kien f’postu, b’ċaqliqa ta’ naqra ta’ swiċċ f’kaxxa żgħira f’idek, tara struttura, ta’ toqol konsiderevoli, tielgħa bilmod il-mod mingħajr il-ħtieġa fiżika ta’ erba’ persuni biex iħaddmu l-winċ fit-tieqa tal-koppla ta’ fuq l-altar maġġur. Meta jintlaħaq l-għoli meħtieġ, jintrabtu ż-żewġ ventijiet neżlin minnu (t-tużell) biex jinżamm fil-pożizzjoni proprja u ma jdurx. Ix-xogħol kollu sar ninn sittax-il persuna.

Is-Sibt 22: Fil-kċina tas-Sala San Publju kien hemm kontinġent ta’ tnax-il persuna, kollha jaħdmu fuq il-preparamenti għall-pranzu ta’ għada. In-niċċa u l-vara ta’ San Publju ngħataw tindifa. Fil-faċċata tal-knisja, wara r-restawr estensiv li sar fuqhom, inkluż ir-racks li qegħdin merfugħin fuqhom, intramaw il-brazzi mal-arbli tal-brazzuni. Għal dan ix-xogħol kienu grupp ta’ sitta min-nies.

Il-Ħadd 23: Jum ħruġ il-vara min-niċċa. Fl-10:00 kellna l-purċissjoni bis-Santissmu Sagrament madwar it-toroq tal-Furjana akkumpanjata millBanda Vilhena li daqqet innijiet Ewkaristiċi. Wara d-dħul tal-purċissjoni, l-banda kompliet iddur mat-toroq tal-lokalità, iżda din id-darba esegwiet marċi brijużi. Fi tmiem il-quddiesa tal11:00am sar il-ħruġ tal-vara min-niċċa li għalih attendiet folla li mliet il-knisja. Malli l-vara ta’ San Publju nħarġet taħt il-Portiku, ingħatat tislima mill-Banda Vilhena. Għall-ħabta tas1:00pm aktar minn mitt ruħ niżlu fis-Sala San Publju fejn kellna l-ikla, li issa saret tradizzjonali f’jum ħruġ il-vara min-niċċa. L-ikla kienet filforma ta’ Buffet. Ix-xogħol ma ntemmx malli spiċċat l-ikla, anzi, inħaslu u ntrefgħu f’posthom, il-platti, pożati, borom u l-għodod kollha li ntużaw għal dan il-pranzu suċċess li kellna llum.

L-Erbgħa 19: Illum iddendlu l-lampieri ta’ quddiem l-altari, inbidlu l-gwarniċi tal-Via Sagra kompluti bis-slaleb, girlanda, plattini talħġieġ u l-fjuretti, tkompla l-armar tax-xemgħat fil-gandlieri ta’ fuq l-altari, iddendlu l-purtieri tal-bibien u wieħed minn sħabna dar diversi ħwienet biex jiġbor il-flus tar-riklami li ser jidhru fil-ktieb tal-festa. Saru wkoll tiswijiet fuq seba’ ta’ anġlu u sieq ta’ vetrina.

Il-Ħamis 20: L-altari komplew jiżżejnu bittqegħid tal-fjuretti tal-ganutell. L-altar maġġur intrama bit-tagħmira tal-festa. Inbeda t-tindif tal-linef tan-navi u tnaddfu l-armarji tassagristija. Fil-kċina tas-Sala San Publju bdew ilpreparazzjonijiet għall-pranzu ta’ nhar il-Ħadd li ġej.

Il-Ġimgħa 21: Apparti armar ieħor li sar illum, waranofsinhar, għall-ewwel darba, armajna t-tron bis-sistema l-ġdida tal-ħadida u t-tarjoli, sistema li ħadmet tajjeb ħafna u ffrankatilna tbatija, u periklu.

It-Tnejn 24: Il-ħasil tal-knisja kollha sar minn sitt nisa u raġel wieħed. Wara l-ħasil sar l-armar tat-twapet, ventaltari u trieħi fuq l-altari kollha u x-xemgħat ta’ quddiem il-vara. Fit-toroq tkompla l-armar ukoll. Għall-ħabta tal-4:30pm ingħata bidu għall-proċess tat-trasferiment tallinef, mill-koppletti għan-navi. Għal dan ixxogħol ingħaqad grupp ta’ tnax -il persuna.

It-Tlieta 25: Intramaw it-twapet ta’ fuq ilPresbiterju, taraġ tal-altar maġġur, tron, fuq l-Ambone, taraġ tal-altar tal-kor u madwar ilBattisteru. Sadanittant, żewġ aħwa nisa naddfu u ramaw is-Sala San Tumas bil-purtieri. Fuq Misraħ San Publju (il-Fosos) intrama l-injam tal-Planċier fuq il-qafas tal-ħadid.

L-Erbgħa 26: L-ewwel jum tat-Tridu. Minn kmieni filgħodu sar l-iżbarazzar tal-gallarija tal-orgni li wara, intramat bil-leġiji u siġġijiet biex jintużaw mill-mużiċisti u kantanti llejla waqt is-servizz mużikali. Fis-sagristija,

tal-Festa u Storja Furjaniża 55
L-armar tat-tapit fuq il-Presbiterju
Ktieb

Waqt il-pranzu ta’ jum ħruġ il-vara min-niċċa

inħareġ l-apparat irrakkmat kollu. Illum, filParroċċa tagħna, iżda l-aktar b’rabta mal-knisja Arċipretali ta’ San Publju ingħata l-ewwel pass għat-twettiq ta’ ħolma li ilha tinħolom sa millbini ta’ dan it-tempju maestuż tagħna, il-ftuħ ta’ MUŻEW PARROKKJALI. Mill-knisja ttieħdu pjaneti bojod irrakkmati u oħrajn ta’ kuluri liturġiċi differenti, żewġ ventaltari antiki, eċċ., lejn id-dar fejn kienu joqogħdu l-aħwa Pawlu, Gustav (Godfrey) u Lina Cuschieri illum kollha mejtin, id-dar fi Triq Sarria, li fil-futur ser tkun ikkonvertita fil-mużew li semmejt. Inzerta, li ma’ ritratti li tħallew f’din ir-residenza, sibna ritratt ta’ Giovanna Portelli, iz-zija tal-aħwa Cuschieri li f’din id-dar stess, irrakkmat tlieta mill-pjaneti

Manutenzjoni fuq l-Ark tal-festa Rutina ta’ kull xahar biex titfarfar il-vara u n-niċċa L-armar tal-antarjoli L-armar tal-gandlieri fuq l-altar maġġur
Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 56

li kienu esebiti. Bit-temp jippermetti, intramaw kwantità ta’ pavaljuni, bnadar u bandalori. Filgħaxija saret il-funzjoni tal-ewwel tat-Tridu.

dalgħodu, biswit il-pedistall li fuqu kien hemm San Trofimu, pedistall ieħor li fortunatament kien għad m’għandux statwa fuqu, intlaqat minn karozza u spiċċa maqlub fl-art. F’ħin minnhom dalgħodu ġew grupp imdaqqas ta’ turisti Taljani, inkluż żewġ saċerdoti li dawwarniehom malknisja kollha, niżżilniehom ukoll fil-kannierja. Interessaw ruħhom ħafna u apprezzaw irrikkezzi li għanda l-knisja tagħna. Filgħaxija ġew ħafna nies iduru u jaraw dak kollu li jagħmel il-knisja tagħna, ‘Ġenna tal-Art’. Ftit qabel l-10:30pm sar l-avviż li l-knisja kienet ser tagħlaq qabel jibda l-Festival tan-Nar tal-Art Mekkanizzat fuq Misraħ San Publju, Festival organizzat mill-Kunsill Lokali tagħna.

Il-Ġimgħa 28: L-aħħar jum tat-Tridu. Millkamra tal-apparat inħarġu l-isbaħ oġġetti li m’għadhomx jintużaw bħal: purtieri tattabernaklu, sopra kalċijiet, palell, eċċ. dawn ittieħdu fil-mużew li semmejt jumejn ilu (l-Erbgħa 26) u żidniehom mal-esebiti li diġà armati. Fil-knisja u fuq iz-zuntier tan-naħa ta’ Balzunetta, saret il-kommemorazzjoni tal-75 Anniversarju mill-attakk fuq il-knisja ta’ San Publju nhar it-28 ta’ April 1942. Filgħaxija saret il-manifestazzjoni bl-istatwa ta’ San Publju magħruf bħala, ‘Ta’ Balzunetta’ .

Is-Sibt 29: Lejlet il-Festa. Ma’ statwi oħra li benefattur Furjaniż għoġbu jagħmel biex jintramaw barra, dalgħodu, fuq pedistall armat viċin il-kantuniera bejn Triq San Publju u Triq il-Miratur, ittellgħet statwa ġdida li tirraffigura lil San Trofimu. Però, din l-istatwa lanqas il-proverbjali ‘mill-Milied sa San Stiefnu’ m’għamlet għax aktar tard illum stess, għamlet buffura riħ qawwi li qatgħet iċ-ċinga li biha kienet marbuta l-istatwa, u San Trofimu spiċċa fl-art bi ħsarat konsiderevoli. Bl-istess riħ, inqalbet ukoll raddiena kbira li kienet armata fuq Misraħ San Publju għall-Festival tan-Nar tal-Art Mekkanizzat tal-lejla. Aktar kmieni

Il-Ħadd 30: Jum il-Festa. Sbaħna b’temp millisbaħ. Il-Pontifikal, li għalih reġgħet attendiet ilPresident tar-Repubblika, l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca u s-Sur Edgar Preca, kellu attendenza verament tajba li żgur għoġbot lill-Eċċelenza Tiegħu Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Jidher li l-appelli ħadmu sew. Bħalma issa saret drawwa t-tieni qari sar mill-President tar-Repubblika iżda għall-ewwel darba, l-ewwel qari sar mis-Sur Preca, ir-raġel, tal-President tar-Repubblika. L-orkestra, solisti u l-Kor Ġesù Nazzarenu reġgħu kienu armati fil-kappellun tal-Kurċifiss. X’ħin għalqet ilknisja wara l-quddiesa tal-11:00am tneħħew il-bukketti minn quddiem il-vara, ramawlha l-bsaten u minn quddiem il-vara, lura lejn ilbieb ta’ barra, is-siġġijiet tal-korsija tressqu aktar lejn il-ġenb biex x’ħin il-lejla jasal il-ħin għall-ħruġ tal-vara mill-knisja, kollox ikun lest u ppreparat. X’ħin il-marċ tas-siegħa, li kien tajjeb ħafna, wasal ħdejn l-Ark, grupp ta’ Għawdxin flimkien mal-Arċipriet tal-Għarb xtaqu jżuru l-knisja. Daħħalniehom u saret spjegazzjoni fuq kollox. Tnejn minn sħabna l-volontieri żammew l-appuntament annwali tat-tfigħ ta’ karti minn fuq il-gwarniċun (ċinta) prinċipali fil-frontispizju fil-faċċata tal-knisja.

MEJJU 2017

It-Tnejn 1: Sar is-solitu żarmar tal-għada talfesta. Imiddu jdejhom f’dan ix-xogħol, f’xi ħin jew ieħor kien hawn 21 persuna. Barra wkoll, sar iż-żarmar tad-drapp kollu.

Jiddendel id-damask għall-festa Storja Furjaniża 57
Ktieb tal-Festa u

It-Tlieta 2: Bejn illum u nhar il-Ġimgħa 5, tkompla ż-żarmar, kemm ġewwa fil-knisja kif ukoll barra.

Is-Sibt 6: Filgħaxija, wara l-quddiesa tas6:30pm, fi knisja mneżżgħa kompletament millarmar kollu li kellha sa ġimgħa ilu, sar id-dħul tal-vara ta’ San Publju lura fin-niċċa tiegħu.

It-Tnejn 8: Bejn illum u nhar l-Erbgħa 10 inbeda u tkompla l-frix tad-damask (miftuħ kollu) fuq l-ixkaffar fil-maħżen tiegħu.

Il-Ħamis 11: Wara nofstanhar stivar ta’ kaxxi u oġġetti relatati mal-festa ta’ San Publju li għaddiet, il-ħidma kompliet f’qadjiet u xiri konnessi mal-ikla ta’ għada.

Il-Ġimgħa 12: Fl-istess ħin li fis-Sala San Publju kienu qegħdin isiru l-aħħar preparamenti għall-ikla tal-lejla, fuq wara tal-istess sala, iddrapp tal-pavaljuni u l-bandalori li fil-festa kellna armati barra, fit-toroq, tneħħa minn ġol-lasti rispettivi tagħhom. Id-drapp intewa u ttalla’ fil-knisja. Il-ġurnata ta’ xogħol għal dawk li baqgħu sakemm inħaslu u ntrefgħu l-platti, pożati u l-għodod kollha li ntużaw għall-ikla li saret il-lejla, intemmet fis-01:00am.

It-Tlieta 16: Bil-kisi tal-art bil-kartun, seħibna r-restawratur reġa’ beda jarma ‘Studio 7’ fiddaħla ta’ ħdejn il-kappella tan-Nazzarenu, viċin is-seba’ stazzjon tal-Via Sagra. Bil-vettura ‘cherry picker’ tneħħew il-fustuni tad-dawl minn mal-kolonni tal-faċċata tal-knisja u r-rifletturi li jdawlu l-Ark u ċ-ċineg li jirfduh rispettivament.

Il-Ħamis 18: Bi Studio 7 armat, bdew tiswijiet fuq: gandlier ta’ kuljum tal-altar ta’ San Pawl u fuq żewġ Kurċifissi, wieħed tal-bronż u l-ieħor tal-injam.

Is-Sibt 20: Jum il-final tat-Trophy kontra Sliema Wanderers. Minflok xogħol fil-knisja llum kulħadd qagħad igawdi l-atmosfera ta’ qabel illogħba. Fis-2:30pm, il-plejers, coach, president u membri oħra tal-kumitat tal-Floriana F.C., ġew fil-knisja ta’ San Publju fejn intlaqgħu millArċipriet Fr. Richard Borg li għamel kelmtejn tal-okkażjoni u tahom il-barka tiegħu. Ittieħdu wkoll ritratti quddiem in-niċċa ta’ San Publju, bil-vara fl-isfond. Il-Final irbaħnieha 2-0 u kemm fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali kif ukoll fil-Furjana kellna ċelebrazzjonijiet kbar.

It-Tnejn 22: Mal-istivar tal-istatwi kollha li jintużaw fil-festa, inklużi l-anġli tat-tużell u ta’ Triq Il-Konservatorju, intrefa’ wkoll iddrapp tal-pavaljuni u l-bandalori tal-armar ta’ barra. Minn fuq Misraħ San Publju żżarma l-Planċier li kien tħalla hemm u ntuża waqt iċċelebrazzjonijiet tar-rebħ tat-trophy.

Il-Ħamis 25: Biż-żarmar tal-antinjoli li sar illum, tneħħa dak kollu armat fit-toroq tagħna b’konnessjoni mal-festa ta’ San Publju li għaddiet.

It-Tnejn 15: Ħames persuni ħaslu l-knisja kollha u s-sagristija. Fuq l-ixkaffar fil-maħżen tad-damask, infirex l-aħħar damask li kien għad fadal. Fuq il-gallarija tal-orgni, sar xogħol ta’ olterazzjonijiet fuq il-karru li fuqu nerfgħu l-meded tat-tużell. Bil-ħidma li saret, tnaqqsu l-problemi, u t-tbatija meta dawn il-meded jitneħħew (għall-inżul) u jitqiegħdu lura (meta jerġgħu jittellgħu) fuq il-karru (rack) tagħhom. Fuq barra, inbeda ż-żarmar tal-antinjoli mittoroq.

It-Tnejn 29: Reġgħet inħaslet il-knisja kollha u s-sagristija.

It-Tlieta 30: Fi ‘Studio 7’ tlesta xogħol ta’ restawr fuq iż-żewġ Kurċiffisi.

L-Erbgħa 31: Mill-kannierja għal fuq ilgallarija tal-orgni ttellgħu partijiet mill-Ark li immedjatament, fuqhom, inbeda l-ħruq tażżebgħa antika. Fl-istess ħin, fil-workshop ingħata bidu għall-manifattura ta’ unit/rack tal-injam għat-trasport tal-ornamenti ‘tal-flynuts’ tat-tużell.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 58
Armar ġdid għall-faċċata tal-knisja

2017

Il-Ħamis 1: Bi preparazzjoni għall-festi Ewkaristiċi ta’ Corpus, l-Ewwel Tqarbina u l-Qalb ta’ Ġesù, l-altar maġġur intrama bilgandlieri tal-prima, sekonda u l-appostli filwaqt li ddendel ukoll id-damask fuq il-Presbiterju.

It-Tnejn 5: Fil-gallarija tal-orgni tkompliet ilħidma fuq il-karru/lift għall-ġilandra tal-bellus u fidda u tkomplija tal-ħruq u xkatlar fuq partijiet tal-Ark rispettivament.

It-Tlieta 6: Fil-workshop, tlesta x-xogħol kollu konness mal-kostruzzjoni ta’ rack li tikkonsisti f’unit ta’ xkaffar għall-irfigħ u t-trasport talornamenti tat-tużell (8 b’kollox) li nirreferu għalihom bħala tal-flynuts, għax b’dan it-tip ta skorfini jintrabtu meta jintramaw mat-tużell.

Il-Ġimgħa 9: Tfasslu erba’ inforor ġodda għallventaltari tas-sekondi festi ta’ San Lawrenz, talKarmnu, Sant’Antnin u San Pawl.

Is-Sibt 10: Wara l-quddiesa tad-9:00am ilġilandra tal-bellus u fidda ntramat fuq il-Prima tal-maġġur.

L-Erbgħa 14: Mill-maħżen tal-gandlieri tniżżlu l-gandlieri tal-festa tal-altar ta’ San Lawrenz u ntramaw fuq il-maġġur bħala Terza. Tpoġġiet ukoll il-parti t’isfel (ta’ quddiem it-tabernaklu) tal-ġilandra. Quddiem l-altar ta’ San Lawrenz intrama l-baldakkin. Bix-xogħol isfel fil-knisja, lest tkompla mbagħad fuq il-gallarija tal-orgni preċiżament fuq il-karru/lift għall-ġilandra talbellus u fidda.

batterija (ta’ karozza). Lil din id-ditta, kull meta jkollna bżonn batteriji biex inħaddmu amplifiers u/jew nixegħlu bozoz madwar xi statwi waqt purċissjonijiet dejjem sibniehom biex jisilfuna dawn it-tipi ta’ oġġetti. Minn fuq l-armar filkappellun tar-Rużarju, intuża plastik eħxen (inxtara dalgħodu) biex ħadna moll (disinn) ġdid tal-kwadru ċentrali. Il-plastik, kompluta b’marki neċċessarji, inqalgħet, intwiet u lesta biex titwassal lill-pittur John Grima.

Il-Ġimgħa 16: Fuq il-karru/lift li qed jinħadem fil-gallarija tal-orgni għall-ġilandra tal-bellus u fidda saru diversi provi li rriżultaw f’aktar żviluppi tekniċi marbutin mas-sigurtà talistruttura. Malli tlesta dan ix-xogħol, l-istruttura kollha ġiet imbragata mal-winċ, tniżżlet u tmexxiet, fuq ir-roti inkorporati, sas-sagristija u sa wara l-altar maġġur, fil-kor. Hemmhekk (fil-kor) żarmajna l-kumnikazzjonijiet taddawl u s-sistema tal-Public Address minn malamplifiers, eċċ li hemm fuq l-armarju ta’ taħt ittaraġ ta’ wara l-altar maġġur (jintuża għall-armar u l-mixegħla tax-xemgħat), u neħħejna kollox, inkluż it-taraġ. L-istruttura tal-karru/lift tparkjat minflok it-taraġ, eżatt f’nofs l-altar maġġur, taħt il-ġilandra. Permezz tal-imradd stallat malistruttura, għollejna l-lift sa mal-pjattaforma ġiet livell mal-prima tal-altar maġġur. S’hemmhekk ħadmet tajjeb iżda biex nippruvaw l-effettività ta’ dan il-proġett, irrdu nistennew sa nhar is-Sibt l-24 ta’ dan ix-xahar meta dakinhar, inżarmaw l-altar maġġur mill-armar kollu li hemm fuqu. Sadanittant, il-karru/lift reġġajnieh lura lejn is-sagristija, ftaħna n-niċċa tal-ġilandra u daħħalnieh f’din in-niċċa li ser tkun il-post permanenti għal din l-istruttura kompluta bilġilandra fuqha. Sewwa jgħid il-Malti li ‘ħaġa taqla’ ’l-oħra’. Anki f’dan il każ hekk ġara. Bit-taraġ ta’ wara l-altar maġġur, maqlugħ minn postu, kaxkarnieh ’il barra mill-kor via s-sagristija. Bqajna sejrin bih taħt il-gallarija tal-orgni, imbragajnieh u bil-winċ, tallajnieh filgallarija tal-orgni fejn ser issirlu manutenzzjoni ġenerali, xogħol li nbeda immedjatament.

Il-Ħamis 15: Il-ġurnata tal-lum inbdiet filMarsa fejn mingħand ditta li tispeċjalizza filbatteriji ta’ karozzi u vetturi oħra, issellifna

It-Tnejn 19: Wara żmien, pjuttost twil weqfin minn xogħol fuq l-armar fil-kappellun tarRużarju, illum seħibna r-restawratur, minflok fi ‘Studio 7’ irritorna hemm fuq u b’żebgħa bajda

ĠUNJU
Iż-żarmar tat-tużell Furjaniża 59
Ktieb tal-Festa u Storja

beda jiżbogħ dawk il-postijiet f’arkata ta’ dan il-kappellun li tirrikkjedi dan il-kulur.

L-Erbgħa 21: Mingħand ditta fir-Rabat li tispeċjalizza fil-bejgħ tal-għodod, inxtraw żewġ jiggers, wieħed kbir u ieħor iżgħar. Bix-xogħol li sar s’issa fuq it-taraġ ta’ wara l-altar maġġur, apparti t-tarġa ġdida (waħda fuq kull naħa) li żidulu l-għoli, allura aktar kumdità u inqas periklu għat-tlugħ/inżul għal/minn fuq il-Prima tal-altar maġġur, minflok is-seratizzi li kellu fuq wara tiegħu biex jirfduh (kienu għalxejn, għax mhux imwaħħlin mal-istruttura), saru square bars tal-ħadid. Mal-parti ta’ wara, inħolqot arkata bħalma hemm fuq quddiem. Ġie sod, b’saħħtu ħafna u permezz ta’ tmien roti, ser ikun ferm aktar faċli biex jitressaq. Biex, ‘fejn qlejna bajda, naqlu tnejn’, minħabba s-susa li kellu l-biċċa l-kbira tal-injam tat-turġien, kien deċiż li jinbidel kollu.

Is-Sibt 24: Wara l-quddiesa tad-9:00am sar iż-żarmar ta’ kollox minn fuq l-altar maġġur bil-ġilandra tal-bellus u fidda titpoġġa fl-art, fil-kor. Sar iż-żarmar ukoll minn mal-altari talknisja kollha ta’ dawk l-oġġetti konnessi malfesti Ewkaristiċi li għadna kif iċċelebrajna. Kif tlesta dan ix-xogħol, min-niċċa tal-ġilandra, fissagristija nħareġ il-karru/lift u ttieħed wara l-altar maġġur. Il-parti t’isfel tal-ġilandra tpoġġiet fuq il-lift u bit-tħaddim tal-imradd tal-idejn, għollejnieha sal-livell tal-prima tal-altar maġġur biex rajna x’hemm bżonn li jsir. Niżżilna kollox, għabbejna l-kumplament tal-ġilandra fuq dan ilkarru/lift u ħadna kollox lura lejn is-sagristija via l-kuritur. Quddiem in-niċċa (tal-ġilandra) erġajna ħaddimna l-imradd. Ippruvajna ngħollu l-istruttura kollha, iżda rriżulta li jridu jsiru aktar modifiki. Daħħalna l-karru bil-ġilandra b’kollox fin-niċċa, u għalaqnieha.

It-Tlieta 27: Tlestiet l-applikazzjoni ta’ żebgħa bajda fuq boċċi żgħar fil-girlanda dekorattiva li ddur mal-kwadru ċentrali fis-saqaf tal-kappellun tar-Rużarju.

L-Erbgħa 28: Fit-trijangolu ta’ fuq tieqa, dejjem fis-saqaf tal-kappellun tar-Rużarju, seħibna beda jiżbogħ, biż-żebgħa bajda wkoll il-wiċċ ta’ anġlu u bsaten dekorattivi.

Il-Ħamis 29: Bħall-boċċi dekorattivi li semmejna jumejn ilu nsibu wkoll fl-ornamenti l-oħra li huma tal-istess format (girlanda ta’ weraq) li minn fuq iċ-ċinta tas-sekond ordni jitilgħu sa ma jagħlqu mal-irjus tal-anġli u li bihom, l-iskultur Furjaniż Nazju Cefai, kien iddelinja l-ispazi tassaqaf fejn kellha ssir il-pittura, bejn il-pendenti u t-triangoli ta’ fuq it-twieqi. Illum, il-boċċi msemmija bdew jinżebgħu b’żebgħa bajda.

Il-Ġimgħa 30: Ix-xogħol fil-kappellun tarRużarju tkompla billi kien applikat murdent fuq partijiet tal-perspettiva ta’ waħda miż-żewġ twieqi li għandna f’dan il-kappellun.

LULJU 2017

Is-Sibt 1: Ix-xogħol tal-lum ikkonċentra fuq it-taraġ ta’ wara l-altar maġġur li għal dawn l-aħħar jiem kien fuq il-gallarija tal-orgni fejn sar refurbishment u rinfurzar fuqu. Bix-xogħol lest, dalgħodu, wara l-quddiesa tad-9:00am imbragajna l-istruttura sħiħa, bil-winċ u bqajna sejrin bih sa wara l-altar maġġur, fil-kor. Bittarġa li żdiditlu fuq kull naħa, l-għoli ġie tajjeb f’relazzjoni mal-għoli tal-prima tal-maġġur. Bit-taraġ f’postu, irmedjajna għal xi bżonnijiet li riedu jsiru fl-armarju li fih l-amplifier u xi apparat ieħor tal-P.A.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 60
Xogħol ta’ welding fil-workshop tal-knisja

It-Tnejn 3: Wara nuqqas twil, erġajna għallinduratura fuq l-armar fil-kappellun tar-Rużarju. Ħdimna fuq il-parti ta’ fuq tal-perspettiva talġebel ta’ waħda mit-twieqi. Tkompla wkoll l-użu ta’ żebgħa bajda biex jinżebgħu l-boċċi li hemm mal-motiv ta’ weraq li jitilgħu parallel mal-pendenti fejn ġejja l-pittura. Filgħaxija, il-ħajjata volontiera reġgħet ġiet il-knisja biex kejlet drapp ġdid li ser tħit bħala għata għallgradenzina ta’ fuq il-Presbiterju.

It-Tlieta 4: Fuq il-bejt tal-Youth Centre, in vista tat-tkomplija tat-tqattigħ, u l-bini mill-ġdid talħitan immermrin li jmissu mal-kappellun tarRużarju, ħloqna lqugħ biex jipproteġina mixxemx tisreġ, bħalma ħdimna fiha llum.

Il-Ħamis 6: Fuq l-armar fil-kappellun tarRużarju tkomplew l-induratura u ż-żebgħa. Wara l-altar maġġur, fil-kor, sar xogħol li rrenda l-istruttura tal-ħadid tat-taraġ soda u ma tiċċaqlaqx.

It-Tlieta 11: Iż-żewġ jiggers mixtrijin ixxahar li għadda żżanżnu llum meta tkompla t-tqattigħ tal-ġebel immermer tal-ħajt li jmiss mal-kappellun tar-Rużarju. It-tinda li għamilna għenet ħafna biex tilqa’ r-raġġi tax-xemx iżda s-sħana hemm fuq, kienet tremenda.

It-Tnejn 17: Ilbieraħ waranofsinhar mar iddawl tal-knisja fuq ix-xaqliba ta’ Balzunetta. Minn eżami fuq il-main switch board talknisja, irriżulta, li kien mar phase tal-gvern għaldaqstant, sar rapport lill-Enemalta. Aktar tard dalgħodu ġew ħaddiema tal-Enemalta iżda sabu li l-ħsara ġejja minn barra, fit-triq. Bħala mezz ta’ emerġenza għamlu kumnikazzjoni temporanja biex sar bypass (ibbriġġjaw) biex sakemm tissewwa l-ħsara fuq barra, fit-triq, filknisja jkun hemm il-provista tad-dawl.

It-Tlieta 18: Aktar liedna ġdida maħduma f’residenza privata minn volontier, inġiebet il-knisja. B’żebgħa fil-kulur roża tlestiet iżżebgħa tal-bsaten ta’ mad-dawra kollha talgwarniċ ċentrali fis-saqaf tal-kappellun tarRużarju. Filgħaxija l-ħajjata volontiera ġabet sett ta’ drappijiet li ħadmet, u ppruvawhom malgradenzina.

Il-Ġimgħa 21: Lil seħibna l-volontier li qed jaħdem liedna ġdida biex tintrama mal-festuni tad-dawl fit-toroq tal-Furjana matul il-ġranet tal-festa ta’ San Publju, ħadnielu, fid-dar tiegħu tal-villeġġjatura f’San Pawl il-Baħar, kwantità ta’ plastik maqtugħ biex ikun jista’ jkompli jaħdem. Minn San Pawl il-Baħar morna fitTeknoPark tal-Mosta. Hemmhekk morna għand id-ditta Armstrong (qabel kienu fil-ByPass talImrieħel). Din id-ditta tispeċjalizza fit-tqaxxir ta’ żebgħat antiki minn fuq għamara u aperturi. Tkellimna ma’ persuna u staqsejnieh jekk, wara li tinħadem stima, ikunux jistgħu jaħdmu fuq il-bibien esterni tal-knisja. Intqalilna li kollox jiddependi mill-qisien tal-bibien u dan in vista li l-proċess jinkludi li l-aperturi jitniżżlu b’banjijiet. Roll ta’ plastik aħdar ittieħed f’dar privata fil-Gżira fejn il-plastik beda jitqatta’ filqisien addattati għal-liedna.

Jinżebgħu s-siġġijiet

Il-Ġimgħa 28: Lill-ħajjata, ingħtatilha aktar frenża biex tħitha mat-tvalji li qed tħit għallgradenzina. Ir-romblu tal-plastik li semmejna ġimgħa ilu, tqatta’ kollu.

Is-Sibt 29: Matul in-nofstanhar ta’ filgħodu tkompla x-xogħol fuq il-bejt tal-Youth Centre, u wara nofsinhar twaħħal flushing ġdid fit-toilet ta’ fuq tas-sagristija, minflok ieħor li ilu bilħsara żmien twil.

Waqt iż-żebgħa tas-siġġijiet
61
Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża

It-Tnejn 31: Fl-Oratorju tal-fratellanza tasSantismu Sagrament u ta’ San Publju, waħħalna ħġieġa mdaqqsa, minflok ħġieġa oħra li kienet inkisret f’waħda miż-żewġ bibien tal-antiporta. Fuq l-armar fil-kappellun tar-Rużarju wieħed minn sħabna kompla juża żebgħa beige fuq partijiet mill-perspettiva tal-ġebel ta’ tieqa.

AWWISSU 2017

Il-Ħamis 3: Il-kulur beige ġie applikat (it-tieni passata) fuq il-ħnejjiet fil-kappellun tar-Rużarju, u issa, it-tieni passata wkoll fuq iċ-ċinta tasSekond Ordni.

Il-Ġimgħa 4: Fis-13:10 tal-lum, lestejna l-aħħar tqattigħ li kien jonqos mill-ġebel immermer tal-ħitan li jmissu mal-kappellun tar-Rużarju, u poġġejna l-aħħar kantun, b’hekk il-ħajt kollu huwa mibni.

It-Tlieta 8: Fil-gallarija tal-orgni tkompla x-xogħol fuq il-ħruq ta’ żebgħa antika u xkatlar fuq partijiet mill-Ark.

Il-Ħamis 10: B’konnessjoni ma’ dak li konna għedna rigward il-ħsieb li l-bibien tal-knisja jinqalgħu biex jittieħdu għat-tqaxxir, illum, minn fuq waħda miż-żewġ bibien tal-bieb maġġur tal-knisja, qlajna waħda mill-armi talinjam, skolpiti u ttieħedet il-Mosta għand idditta Armstrong, li tispeċjalizza f’dan it-tip ta’ xogħol. Mir-riżultat li joħroġ minn dak li ser isir fuq din l-arma jiddependi jekk il-proġett isirx, jew le.

Il-Ġimgħa 11: L-arma li semmejt ilbieraħ tlestiet u ġibnieha lura lejn il-Furjana. Ir-riżultat huwa wieħed tajjeb ħafna. Ix-xogħol għoġbu lillArċipriet u ta l-go ahead biex jitwettaq proġett ieħor. Seħibna r-restawratur, illum minflok mar jiżbogħ fuq l-armar fil-kappellun tar-Rużarju, ħadem fuq il-kitba ta’ frażi fuq kartella li tgħid ‘TAWNA KULMA KONNA NINĦTIEĠU’. Meta jitlesta x-xogħol mill-kappellun tarRużarju u nkunu ttrasferejna l-armar għallkappellun tal-Kurċifiss, din il-frażi ser tkun riprodotta fuq il-kartella fis-Sekond Ordni ta’ dak il-kappellun. Il-kartella li ħadem fuqha llum, meta narmaw il-Kurċifiss, postha ser ikun taħt it-twavel ta’ fuq iċ-ċinta, eżatt fuq il-kwadru

titulari ta’ dak il-kappellun, bħalma hija dik li għandna f’tar-Rużarju.

It-Tnejn 14: Ieħor minn sħabna, naddaf ilfaċċata tal-fidda tal-pedistall tal-istatwa talMadonna ta’ Lourdes.

Il-Ħamis 17: Ħaddiema tal-EneMalta sewwew il-ħsara li kienet żviluppat fis-sistema talelettriku tal-knisja tagħna. Il-ħsara ma kinitx ġewwa fil-Main Switch u/jew Main Fuse Box, iżda taħt l-art fuq il-bankina biswit il-bieb tassagristija fi Triq San Tumas. Biex illokalizzaw il-ħsara, minbarra quddiem il-bieb tas-sagristija kellhom iħaffru wkoll aktar ’il fuq, quddiem ilbieb tal-Oratorju.

Minflok il-linji kkuluriti li jiddentifikaw il-lok fejn hu l-post partikulari tal-partijiet tal-Ark meta jkun qed jintrama, il-warrani kollu ta’ kull parti li ġiet irrestawrata s’issa, inżebgħu skont il-kulur partikulari. B’hekk l-identifikazzjoni hija ferm aktar viżibbli.

Kisi bil-membrane fuq il-kamra ż-żgħira li tgħatti l-winċ

Il-Ġimgħa 18: Bħalma nagħmlu fuq l-istatwi l-oħra kollha meta nittrasferuhom minn fuq ilkarru tagħhom għal fuq bradella, u viċi versa, illum, għall-ewwel darba użajna l-winċ u ċ-chain block biex niżżilna l-istatwa ta’ Sta Marija minn fuq il-bankun għal fuq karru, u dritt għal ġonniċċa tagħha fil-kappella ta’ San Ġużepp. Bdiet tiġi applikata l-ewwel passata ta’ Buffa (liquid membrane) fuq l-art imtarrġa (fuq il-bejt) talkoppletta li tiġi fuq in-niċċa tal-vara ta’ San Publju. Is-Sibt 19: Waqt li fuq Misraħ San Publju kien għaddej il-Kunċert tat-Tenur Joseph Calleja, filgallarija tal-orgni nżebagħ il-warrani ta żewġ lunetti tal-Ark bil-kuluri tal-identifikazzjoni, waħda kulur blue u l-oħra kulur aħdar.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 62

It-Tlieta 22: Apparti x-xogħol ta’ tqattigħ u bini mill-ġdid ta’ medda kbira tal-ħajt li jmiss malkappellun tar-Rużarju li kellu l-ġebel immermer, xogħol simili, iżda fuq skala iżgħar, tlesta llum fuq partijiet ta’ ħajt li jmiss ma’ dan li semmejt.

L-Erbgħa 23: Il-parti ta’ fuq tal-ħajt il-ġdid u parti mill-bejt ta’ fuq il-kappellun tar-Rużarju ngħataw passata qatran.

Il-Ħamis 24: Fuq il-bejt tad-dar tal-Arċipriet., permezz ta’ ċilindru tal-gass u burner issewwew partijiet tal-water proofing membrane li kienu nqalgħu minn ma’ xulxin. Xogħol simili sar ukoll fuq il-bejt tal-Oratorju tal-Fratellanza tasSsmu. Sagrament u ta’ San Publju.

Is-Sibt 26: Illum jaħbat it-tielet anniversarju minn meta tallajna t-travi u t-twavel biex għalaqna l-kappellun tar-Rużarju għall-pittura u d-dekorazzjoni. Illum ukoll tħabbret il-mewt ta’ seħibna Toni Bugeja, volontier li ta sehem kbir lill-knisja Arċipretali tagħna. Bejn 9:30am u 2:30pm, f’xemx taqli l-ankri, u sħana tremenda, li żdiedet aktar bl-użu tal-burner tal-gass, b’tulijiet ta’ water proofing membrane ksejna ż-żona kollha ta’ fuq il-ħitan li bnejna ġodda fuq il-bejt tal-Youth Centre li jmissu mal-kappellun tar-Rużarju.

It-Tnejn 28: Fuq il-bejt tal-koppletti tan-naħa ta’ Balzunetta, il-liquid membrane ‘Buffa’ qed tkun applikata fuq l-art imtarrġa tal-koppletta ta’ Sant’Anna. Fuq il-bejt tal-korsija sar xogħol ta’ rinfurzar tat-twavel li jiffurmaw il-pont li joħloq aċċess komdu min-naħa għall-oħra tal-korsija.

It-Tlieta 29: Il-bradella li kienet tal-vara ta’ San Duminku tal-Belt Valletta, tniżżlet fil-ħanut ta’ seħibna l-mastrudaxxa ta’ taħt is-sagristija biex wara x-xogħol estensiv ta’ restawr u lostru li għamel fuq il-bankun ta’ din il-bradella, issa jillostra din l-aħħar parti wkoll.

L-Erbgħa 30: Postijiet tal-water proofing membrane li nqalgħu minn ma’ xulxin fuq ilbejt tal-korsija, reġgħu issaħħnu u twaħħlu.

SETTEMBRU 2017

Is-Sibt 2: Il-ħadid tal-pont li jaqsam il-korsija ngħata passata żebgħa Hammerite.

Il-Ħadd 3: Għal dawn l-aħħar tlett ijiem, sar tqattigħ tal-plastik aħdar (għal-liedna) f’dar filGżira. Il-bieb ta’ barra tal-mezzanin fi Triq San Publju, fejn jintrafa’parti mill-armar ta’ barra kien xkatlat u mogħti passata żebgħa Primer

It-Tnejn 4: Inħaslet il-knisja kollha. Il-ħadid kollu li sar meta l-winċ tat-tużell sar jaħdem blelettriku, inżebagħ b’żebgħa Hammerite L-Erbgħa 6: Filgħaxija saret laqgħa konnessa mal-Pranzo in Giardino li ser issir fil-15 ta’ Ottubru li ġej fil-ġurnata ta’ Ġenna ta’ Ġonna organizzata mill-Kunsill Lokali Floriana. Il-Ħamis 7: Xogħol li sar illum: Tpoġġiet f’postha bieba li nħadmet għall-kabina mibnija fuq il-bejt tal-korsija u li fiha hemm installat ilwinċ li bih, mill-gallarija tal-orgni, intellgħu u nniżżlu dak kollu meħtieġ. Mill-kannierja ta’ ġewwa ttellgħu aktar partijiet mill-Ark, dritt għal fuq il-gallarija tal-orgni fejn tkompla l-ħruq taż-żebgħa antika. Xkaffa fil-forma ta’ tron li nħadmet għall-istatwa tal-Madonna li postha hu f’waħda mill-kmamar fil-Youth Centre, ingħatat passata lostru tal-pinzell. Sar stokkjar fuq il-bibien tal-mezzanin u l-kamra magħrufa bħala ‘Florians’, il-kamra li Anthony (Twannie) Piscopo (il-Pisc) kien juża bħala uffiċċju meta kien responsabbli mix-xogħlijiet fil-knisja u l-festa.

Manutenzjoni fuq apparat li narmaw bih
63
Ktieb tal-Festa u Storja
Furjaniża

It-Tnejn 11: Għall-festa liturġika tagħha, l-istatwa tad-Duluri nħarġet min-niċċa, tqiegħdet fuq il-bankun iż-żgħir u tpoġġiet quddiem ilpilastru ta’ faċċata tal-Pulptu. L-ewwel att filproġett tal-qlugħ tal-bibien kollha tal-knisja biex jittieħdu għand ditta li tispeċjalizza fit-tqaxxir ta’ żebgħat antiki minn fuq aperturi tal-injam, eċċ., twettaq illum meta fid-daħla tal-bieb ta’ barra ġie installat travett, minn ħajt għal ħajt u ’l fuq mill-bieb il-maġġur. Fl-ewwel kamra talYouth Centre, fejn isir it-tagħlim tad-duttrina, mal-ħajt fil-għoli dendilna l-poster li kien sar meta l-Arċipriet, Dun Richard Borg, għalaq 40 sena Saċerdot. Mal-ħajt tal-faċċata fil-kamra l-oħra ta’ ġewwa, iddendlet l-ixkaffa/tron, u fuqha tpoġġiet l-istatwa tal-Madonna. B’hekk din l-istatwa reġgħet irritornat f’postha wara li kienet tneħħiet meta sar ix-xogħol tal-brix talħitan f’dan is-sit.

It-Tlieta 12: Ġurnata impenjattiva ħafna fuq ilbieb maġġur. Waqt l-operazzjoni biex naqilgħuh minn postu ħabbtuna konsiderevolment iżżewġ partijiet ta’ fuq nett u waħda mid-dojoq ta’ ġenb. Dan il-bieb jikkonsisti fi tmien biċċiet. Iż-żewġ bibien t’isfel u waħda mill-partijiet tan-nofs, tgħabbew fuq trakk li silifna s-Sur Joe Hili u tlaqna bihom lejn il-Mosta, għand id-ditta ‘Armstrong’. Lura l-knisja qlajna l-kumplament tal-partijiet li kien għad jonqos u għabbejniehom fuq it-trakk. Għall-ħabta tat3:30pm erġajna rħejnielha lejn il-Mosta, din iddarba mgħobbijin bil-ħames partijiet tal-bieb. Ħattejna kollox għand Armstrong u minflok, għabbejna l-biċċiet li ġibna dalgħodu, imqaxxrin u lesti, u rritornajna l-Furjana. It-trakk iddaħħal fil-Portiku sa eżatt mal-għatba tal-bieb il-kbir. B’numru ta’ boards imbarrajna l-fetħa tal-bieb il-kbir.

L-Erbgħa 13: Peress li l-bieb il-kbir tal-knisja jinsab imbarrat b’mod temporanju, matul il-lejl kollu li għadda, sa dalgħodu, tnejn minn sħabna baqgħu f’karozza fil-faċċata tal-knisja. Erbgħa minn sħabna bdew jużaw żebgħa Hammerite Copper biex jiżbgħu l-ħadida ta’ fuq (orizzontali) tas-siġġijiet tal-knisja. Bdew minn dawk filkappellun tar-Rużarju u lestew 78 siġġu.

Il-Ħamis 14: Sa minn kmieni dalgħodu tkompla x-xogħol fuq il-bibien tal-knisja. Inqalgħu

l-partijiet t’isfel (dawk li jinfetħu u jingħalqu) taż-żewġ bibien laterali, tan-naħa ta’ Triq San Publju u ta’ fuq iz-zuntier ta’ Balzunetta, tgħabbew fuq it-trakk u dritt għall-Mosta. Tlieta minn sħabna regolari u wieħed li daħal jgħinhom komplew jiżbgħu aktar siġġijiet. Illum ħadmu fil-kappellun tal-Kurċifiss u lestew 80 siġġu. Il-Ġimgħa 15: Konna 5 persuni biex irnexxielna ntellgħu f’postha t-tmien u l-aħħar parti talbieb il-kbir tal-knisja. Sħabna li qed jiżbgħu s-siġġijiet, bdew dawk tal-korsija. Sa xħin telqu kienu lestew 87 siġġu.

Is-Sibt 16: Biex jinqalgħu l-bibien laterali bilfors iridu jitneħħew l-antiporti. Huwa proprju dak li seħħ dalgħodu minn wara l-quddiesa tad-9:00am. L-ewwel ma tneħħiet kienet dik tan-naħa ta’ Triq San Publju. Bl-antiporta mhix hemm irnexxielna nħaddmu l-ispanjuletti biex ftaħna beraħ dan il-bieb li l-aħħar darba li nfetaħ hekk kien 7 jew 8 snin ilu, meta konna qegħdin niżbgħu l-knisja kollha. Appena tlesta x-xogħol fuq din ix-xaqliba, saret l-istess proċedura fuq l-antiporta u l-bieb tan-naħa ta’ Balzunetta. Waranofsinhar ġie volontier li naddaf l-irħam tal-11 -il salib (it-12-il wieħed huwa moħbi wara l-Pulptu) tal-konsagrazzjoni tal-knisja, l-irħama bil-kitba Olia Sacra li tinsab mal-pilastru biswit in-niċċa tal-Madonna ta’ Lourdes, il-lapida li tfakkar it-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-bini talportiku u l-faċċata eżistenti (1885) u ż-żewġ irħamiet ovali waħda fuq kull naħa fil-parti t’isfel tal-kwadru titulari, fil-kor.

It-Tnejn 18: Qlajna l-bieb kollu laterali tannaħa taz-zuntier ta’ Balzunetta, u dritt għallMosta. Għall-għeluq temporanju tal-fetħa bla bieb, minflok boards, użajna twavel ippustjati waħda ħdejn waħda vertikalment u invitati ma’ tavla oħra orizzontali. Seħibna l-manifattur talliedna, ġab aktar xogħol lest. 60 siġġu ieħor minn tal-korsija kellhom il-ħadida l-mimduda ta’ fuq miżbugħa.

It-Tlieta 19: Il-ġurnata tal-lum bdiet bil-qlugħ talbieb tan-naħa ta’ Triq San Publju, u bħal ta’ qablu bqajna sejrin bih il-Mosta, għand Armstrong. Lura l-knisja, tneħħiet il-barrikata tat-twavel minn mal-fetħa tal-bieb tan-naħa ta’ Balzunetta u mmuntajna l-bieb lura f’postu. Malli l-bieb kien

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 64

kompletament armat, b’kollox 6 biċċiet, tpoġġiet lura f’postha wkoll, l-antiporta. It-twavel reġgħu ntużaw fin-naħa l-oħra tal-knisja biex għalaqna l-fetħa kkaġunata mit-tneħħija tal-bieb tan-naħa ta’ Triq San Publju. Seħibna, ‘il-fabbrika talliedna’, jaħdem qisu magna. Illum reġa’ ġab aktar liedna maħduma. Ħames persuni minn sħabna lestew iż-żebgħa fuq l-aħħar 62 siġġu talkorsija. Bix-xogħol tal-lum tlestew is-siġġijiet tal-knisja kollha. Waranofsinhar, inġiebu lura (mill-Mosta) l-partijiet kollha tal-bieb tan-naħa ta’ Triq San Publju.

L-Erbgħa 20: Bil-bibien laterali maħdumin preċiż bħal xulxin, għall-armar lura f’postu tal-bieb tan-naħa ta’ Triq San Publju rrepetejna l-proċess kollu tal-bieraħ, meta mmuntajna l-bieb tan-naħa ta’ Balzunetta, inkluż it-tqegħid lura f’postha tal-antiporta. Mid-dar fi Triq isSuq fejn kien joqgħod Mons. Dun Mikelanġ Camilleri (R.I.P.) għad-dar fejn kienu joqogħdu l-aħwa Cuschieri, id-dar li ser tkun ikkonvertita fil-Mużew Parrokkjali, bit-trakk ta’ Joe Hili, li għoġbu jħalli għad-dispożizzjoni tagħna, ġarrejna vetrina u xi oġġetti oħra li jkunu utili kemm għall-Mużew kif ukoll għal meta, xi darba, isseħħ il-ħolma l-oħra li jkun rijabilitat ix-xelter tal-gwerra li hemm fil-kannierja. Il-Ġimgħa 22: F’San Pawl il-Baħar, tajna kwantità ta’ plastik aħdar lil seħibna li qed

jaħdem il-liedna. Bi preparazzjoni għal meta naslu biex naqilgħu l-bieb ta’ barra tal-kappella tan-Nazzarenu, ħadna battikata biex neħħejna ċ-ċelu tal-antiporta ta’ din il-kappella u l-bsaten li kienet tistrieħ fuqhom, altrimenti, il-bieb ma jinqalax.

Is-Sibt 23: Il-bibien tal-mezzanin u l-Florians, it-tnejn fi Triq San Publju ngħataw passata żebgħa.

It-Tnejn 25: Fuq l-armar tal-kappellun tarRużarju, bdiet tingħata t-tieni passata beige fuq partijiet tas-Sekond Ordni.

It-Tlieta 26: Il-bieb tal-kappella tan-Nazzarenu nqala’ bla tbatija, u ttieħed għat-tqaxxir ilMosta. Lura l-Furjana ġie seħibna Charlie Tonna u martu Lily, tkellimna u sellimna lil xulxin għall-aħħar darba qabel ma’ għada, jitilqu lura lejn l-Awstralja. Fil-kappella tan-Nazzarenu, qlajna ċ-ċappetta t’isfel nett minn maż-żewġ ċaċċiżi. Dan il-qlugħ kellu jsir peress li fiż-żewġ ċappetti hemm il-parti tal-pern maqsumin filpumelli. Ħabat tajjeb li f’dak il-ħin ġie seħibna r-restawratur li jiġi wkoll missier seħibna l-ieħor, l-inġinier, li ħoloq u vvinta s-sistema biex ilwinċ tat-tużelli ġie jaħdem bl-elettriku, u l-mod ta’ kif qed tinfetaħ u tingħalaq il-bieba tan-niċċa tal-Madonna tar-Rużarju. Iċ-ċappetti twasslu għand l-inġinier li bl-għodod tiegħu, sal-4:30pm kien irmedja għall-ħsara li kien fihom. Il-fetħa tal-bieb tan-Nazzarenu ngħalqet bit-twavel.

L-Erbgħa 27: Il-programm tax-xogħol għallum ikkonsista, fil-qlugħ tal-bieb tal-‘kamra tassiġġijiet’ (minn fejn jindaqqu l-qniepen minn isfel fil-kampnar tan-naħa ta’ Triq San Publju) u t-tqegħid lura f’postu tal-bieb tal-kappella tanNazzarenu.

Il-Ħamis 28: Poġġejna lura f’postu l-bieb tal‘kamra tas-siġġijiet’. Fil-workshop inbeda x-xogħol fuq il-manifattura ta’ mejda biex fiha jiġi installat sink li nużaw f’xi attivitajiet, mhux fis-Sala San Publju, bħal fuq iz-zuntier tan-naħa ta’ Balzunetta meta jkollna l-pranzu fil-‘Ġenna ta’ Ġonna’. Inħadem ukoll karru għall-apparat BainMarie (Banju Marija) li jintuża fil-kċina tas-Sala San Publju.

Manutenzjoni fuq it-taraġ ta’ wara l-altar maġġur
65
Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża

Il-Ġimgħa 29: Tlestiet it-tieni passata beige fuq is-Sekond Ordni tal-kappellun tar-Rużarju.

Is-Sibt 30: L-aħħar jum ta’ Settembru jimmarka l-ħruġ tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju minniċċa u l-espożizzjoni tagħha fil-knisja għal matul ix-xahar ta’ Ottubru kollu, ix-xahar tar-Rużarju Mqaddes. Fi tmiem l-operazzjoni tal-ħruġ talistatwa min-niċċa u t-trasferiment tagħha, biċchain block għal fuq il-bradella, ittieħdu taħt in-nava ta’ quddiem in-niċċa ta’ San Publju. Normalment post din l-istatwa huwa taħt in-nava tal-kappella ta’ Sant’Anna iżda meta, bħal-lum, noħorġu wkoll l-istatwa ta’ Santa Tereża talBambin Ġesù, għal ftit jiem toqgħod hi (Santa Tereża) fin-nava ta’ Sant’Anna. B’konnessjoni mal-festa tal-Madonna tar-Rużarju li ser niċċelebraw bħal għada ġimgħa (il-Ħadd 7 ta’ Ottubru 2017) l-altar maġġur intrama bilgandlieri tas-sekondi festi u l-ġilandra l-bajda. Iddendel ukoll id-damask, tas-sekondi festi, fuq il-Presbiterju.

L-Erbgħa 4: Biex il-bibien esterni kollha talknisja jkunu għaddew mill-proċess tat-tqaxxir, illum qlajna l-bieb tal-Oratorju tal-fratellanza tasSantismu Sagrament u ta’ San Publju, u ttieħed il-Mosta. L-altar tar-Rużarju ntrama għall festa ta’ din Ommna taħt dan it-titlu. Fil-workshop inbeda xogħol fuq qafas tal-ħadid li meta jitlesta ser ikun forn imdaqqas ġdid. Dalgħodu, u anki waranofsinhar għamel maltemp qawwi, b’xita bil-qliel, sajjetti u ragħad. Waqt l-eqqel talmaltemp il-knisja kienet fi dlam kważi totali.

Il-Ħadd 8: Il-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li s-soltu kienet issir fil-jum talĠimgħa, jew is-Sibt filgħaxija, għall-ewwel darba, saret dalgħodu. It-temp kien mill-isbaħ tant li kienet anki s-sħana. L-attendenza wkoll kienet tajba.

It-Tnejn 9: B’konnessjoni max-xogħol li qed isir fuq il-forn ġdid, minn Ħaż-Żebbuġ inxtara tul ta’ felt u minn Ħal Qormi, żewġ vireg angle iron. Il-felt huwa materjal, qisu suf, imwaħħal fuq foil. Dan huwa fire retardant u jservi ta’ iżolatur, iżomm it-temperatura u s-sħana milli tintilef fuq barra tal-istruttura.

OTTUBRU 2017

It-Tnejn 2: Il-ħitan u pilastri tal-knisja tan-naħa ta’ Triq San Publju jbatu minn ħafna umdità bilkonsegwenza li ż-żebgħa tintefaħ u titqaxxar. Illum Johnnie imbarka fuq il-brix tal-ħitan milqutin minn din il-ħsara.

It-Tlieta 10: Wara żmien pjuttost twil li kien ilu għad-dispożizzjoni tagħna, it-trakk tas-Sur Joe Hili ttieħed lura ħdejn l-imħażen tad-ditta tiegħu. Lil Joe ngħidulu grazzi għal dan l-att ta’ benefiċenza kbir lejn il-knisja Arċipretali tagħna. B’konnessjoni mal-wirja li ser tittalla’ fil-Mużew Parrokkjali dakinhar li fil-Furjana l-Kunsill Lokali tagħna ser jorganizza edizzjoni oħra tal-‘Ġenna ta’ Ġonna’, filgħaxija, għamilna żjara lill-Professur Dr Oliver Friggieri, f’Birkirkara fejn apparti l-kollezzjoni ta’ kotba li kiteb, u kienu tradotti f’diversi lingwi, li diġà rregala lill-knisja ta’ San Publju, tana wkoll xogħlijiet oħra tiegħu flimkien ma’ typewriter li kien juża, disinni li penġa hu stess, kopja bikrija tal-Oratorio Pawlu ta’ Malta (miktuba bittypewriter) u b’ħafna notamenti tal-awtur stess imħażżin fuqha, u żewġ posters pubbliċitarji ta’ wieħed mill-kotba tiegħu.

Il-Ħamis 12: Il-forn il-ġdid tlesta u tniżżel bilwinċ. Tajna bidu għall-armar fiżiku tal-wirja tax-xogħlijiet letterarji, u oġġetti oħra, konnessi mal-Professur Furjaniż, Dr. Oliver Friggieri. Din

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 66
Armar tal-gandlieri fuq l-altar maġġur

il-wirja ser tittella’ fid-dar numru 2, Triq Sarria, id-dar fejn kienu joqogħdu l-aħwa Cuschieri, ilfond li ser ikun ikkonvertit f’Mużew tal-knisja Arċipretali ta’ San Publju.

Il-Ġimgħa 13: B’konnessjoni mal-ġurnata ‘Ġenna ta’ Ġonna’ li ser tinżamm nhar il-Ħadd li ġej, inġiebu kwantità ta’ pjanti biex jitpoġġew fil-knisja. Saru l-preparamenti biex mill-kċina tas-Sala San Publju jinġarru oġġetti li ser jintużaw għall-‘Pranzo in Giardino’ li nagħmlu fuq iz-zuntier tan-naħa ta’ Balzunetta.

Is-Sibt 14: Aktar preparamenti għall-ġurnata ta’ għada.

Il-Ħadd 15: F’temp sajfi mill-isbaħ il-Kunsill Lokali tagħna organizza edizzjoni oħra ta’ ‘Il-Furjana, Ġenna ta’ Ġonna’. Matul iljum kien hawn attendenza kbira ddur u żżur l-attrazzjonijiet imferrxa mal-Furjana kollha. Ilknisja baqgħet miftuħa l-ġurnata kollha. Reġgħu kienu aċċessibbli għall-pubbliku l-kamra talarloġġ, il-kampnar tan-naħa ta’ Balzunetta u fuq l-armar fil-kappellun tar-Rużarju. Il-pranzu ta’ fuq iz-zuntier ta’ Balzunetta mar tajjeb ħafna. Malli ntemm il-pranzu sar il-ħasil tal-platti u l-pożati li ttieħdu lura lejn il-kċina tas-Sala San Publju. Tneħħew ukoll l-imwejjed, siġġijiet u dak kollu li kien hemm armat.

It-Tnejn 16: Żarmajna l-wirja mill-kamra laterali tal-Mużew Parrokkjali. Il-pjanti u l-umbrelel ġew irritornati lis-sidien proprji li silfuhomlna. Fil-knisja, tkompla l-brix tażżebgħa li ntefħet bl-umdità fiz-zuklatura ta’ taħt it-tnax-il stazzjon tal-Via Sagra.

Il-Ġimgħa 20: Fuq il-bejt tal-Youth Centre bdejna nkaħħlu l-fili tal-ħajt il-ġdid (il-parti parallel ma’ Triq San Tumas) li konna bnejna minflok dak immermer. Bejn it-2 ta’ dan ixxahar u llum, (tlettax-il sessjoni), seħibna lesta l-brix tal-ħitan u pilastri fejn kien hemm il-ħsara bl-umdità.

It-Tnejn 23: Bil-brix lest, seħibna beda jkaħħal il-fili u l-ħsarat li tfaċċaw fil-ġebel, fejn barax.

It-Tnejn 30: Lestejna għal kollox it-tikħil talfili taż-żewġ ħitan ġodda kollha li bnejna fuq il-bejt tal-Youth Centre, liema ħitan imissu malkappellun tar-Rużarju.

NOVEMBRU 2017

L-Erbgħa 1: L-istatwa tal-Madonna tarRużarju, minflok ma ddaħlet lura fin-niċċa tagħha, żarmajnieha minn fuq il-pedistall tagħha, niżżilnieha fuq karru u ħadnieha fil-kappella tan-Nazzarenu fejn ser tgħaddi minn proċess ta’ tindif. Dan ix-xogħol ġie kkummissjonat lil persuna li mhuwiex dak li fil-kors ta’ dan ir-rapport nirreferi għalih bħala ‘seħibna r-restawratur residenti’. Dak xogħlu huwa volontarju. L-ispejjeż għat-tindif ser iħallashom benefattur Furjaniż. Ix-xogħol kollu ta’ dalgħodu sar fl-isfond ta’ rehearsals li kienu qed jagħmlu diversi korijiet barranin li jinsabu hawn Malta għall-‘Festival Internazzjonali tal-Korijiet’. Il-Ħamis 2: It-tindif tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju, inbeda llum. Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija sar rehearsal mill-orkestra, ‘St. Paul’s Chamber Ensemble’.

Il-Ġimgħa 3: Fit-toilet tal-Youth Centre sar ilbrix tal-ħitan qabel jerġgħu jitkaħħlu mill-ġdid. Illum, il-mużika kienet protagonista fil-knisja tagħna. Filgħodu tkomplew il-provi tal-korijiet filwaqt li filgħaxija sar il-Kunċert ta’ mużika sagra mis-‘St. Paul’s Chamber Ensemble’.

Fuq u taħt: It-trasport ta’ forn mogħti b’rigal lill-knisja Furjaniża 67
Ktieb tal-Festa u Storja

Is-Sibt 4: Il-knisja tagħna kienet waħda millvenues fejn inżammet il-kompetizzjoni tal‘Festival Internazzjonali tal-Korijiet’.

It-Tnejn 6: Tajna l-Buffa (liquid membrane) fuq strixxa fl-art li tiġi eżatt taħt il-ħajt il-ġdid fuq il-bejt tal-Youth Centre. Bdejna t-tikħil talfili fil-ħitan tat-toilet fil-Youth Centre.

It-Tlieta 7: Bix-xogħol tat-tindif qed terġa’ toħroġ is-sbuħija fuq il-karnaġjon u l-ħwejjeġ tal-Madonna (tar-Rużarju) u l-Bambin, dan wassal biex din il-biċċa xogħol teskala, minn tindif għal restawr sħiħ. L-Arċipriet wasal fi ftehim finanzjarju mar-restawratur biex ixxogħol isir.

Il-Ħamis 9: In-niċċa tal-Ecce Homo ż-żgħir ta’ biswit il-bieb laterali tan-naħa ta’ Triq San Publju, sofriet ukoll mill-umdità. Neħħejna l-faċċata tal-kawba ta’ din in-niċċa u neħħejna l-istatwetta tal-injam tal Ecce Homo biex seħibna sata’ jobrox il-ħsara f’din in-niċċa żgħira mħaffra fil-pilastrino (pilastru żgħir). Kompla wkoll it-tikħil mal-ħitan u pilastri ta’ dik ix-xaqliba.

Is-Sibt 18: Qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija ġie ppreżentat Power Point li wera x-xogħlijiet li saru minn-Novembru tas-sena l-oħra (2016), sal-lum.

It-Tlieta 21: Fil-workshop inbeda xogħol fuq imwejjed ġodda tal-injam għas-Sala San Publju. Tlesta t-tikħil tal-ħitan u pilastri tan-naħa ta’ Triq San Publju.

L-Erbgħa 22: Wara l-brix u t-tikħil, seħibna beda l-ixkatlar ta’ kull fejn kaħħal.

Il-Ħamis 23: Intwew u kienu infilsati flenvelopes il-formoli tal-arbural b’risq il-pittura u l-linef.

Il-Ħamis 30: Fil-workshop tkompla x-xogħol fuq is-saqajn għall-imwejjed il-ġodda għas-Sala San Publju.

DIĊEMBRU 2017

Il-Ġimgħa 1: Bi preparazzjoni għall-armar konness mal-festi tal-Milied u ta’ San Publju ta’ Jannar, mill-maħżen tad-damask inħarġu tmien pavaljuni tal-festa, u ddendlu fin-navi talkorsija.

Is-Sibt 2: Sar l-iddrizzar tal-pavaljuni.

It-Tnejn 4: Seħibna għadu għaddej bl-ixkatlar ta’ mal-ħitan u pilastri li kaħħal.

Il-Ħamis 7: Benefattriċi Furjaniża rregalat girlanda tal-ganutell, li ħadmet hi stess, għallistatwa ta’ Santa Tereża.

It-Tnejn 11: Immedjatament wara l-quddiesa tat08:00 (tad-09:00 saret fil-knisja ta’ Sarria), inbeda l-ħasil tal-knisja kollha. Armajna l-presepju l-kbir. Filgħaxija, udjenza sabiħa ħafna attendiet għallkunċert tal-Milied, ‘A Christmas Celebration’ esegwit mill-Malta Concert Orchestra ta’ Pjazza Teatru Rjal. Minn dan il-kunċert inġabret issomma ta’ €700 b’risq Puttinu.

Il-Ħamis 14: Tlestew l-imwejjed għas-Sala San Publju. Saru tmienja, erbgħa twal u erbgħa iqsar. Fuq is-saqaf tal-bar tas-sala ntrama l-presepju silhouette.

Il-bradella ser titniżżel fil-ħanut tal-mastrudaxxa
Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 68
Il-bradella mniżżla fil-ħanut tal-mastrudaxxa

Il-Ġimgħa 15: Fis-Sala San Publju intramat ilChristmas Tree u nbdew il-preparamenti għallBuffet Dinner ta’ għada.

Is-Sibt 16: Il-Buffet Dinner tal-Milied sar illejla fis-Sala San Publju. Kien hemm kummenti favorevoli ħafna kemm għall-preżentazzjoni, isservizz u fuq kollox, il-kwalità tal-ikel.

It-Tnejn 18: Mal-pilastri tal-korsija dendilna s-slogans tal-Milied. Bil-ġilandra tal-bellus u fidda armata fuq l-altar maġġur, fis-sagristija, filparti t’isfel tan-niċċa tagħha, armajna presepju. Fil-parti ta’ fuq imbagħad, wara li ħloqna xkaffa poġġejna fuqha l-gandlier bil-Kurċifiss u l-istatwetti tal-injam ta’ San Pietru u San Pawl, kollox tas-sekondi festi.

Is-Sibt 23: Saru l-aħħar preparamenti konnessi mal-Milied, inkluża l-mejda li minn fuqha, għada wara l-quddiesa ta’ nofsillejl, dawk preżenti jkunu servuti b’qagħaq tal-għasel u kafè.

Il-Ħamis 28: L-istess skultur li ħadem, fl-injam, is-seba’ lopop għal-linef il-ġodda tan-navi, illum ġie l-knisja b’konnessjoni mal-ħsieb biex jinħadmu wkoll iż-żewġ lopop kbar għal-linef ġganteski tal-kappelluni.

Il-Ġimgħa 29: Filgħaxija, fis-Sala San Publju l-Arċipriet Dun Richard Borg żamm ir-riċeviment annwali li hu joffri bħala ringrazzjament lil dawk kollha li matul is-sena jagħtu servizz volontarju lill-Parroċċa.

Il-Ħadd 31: Matul il-ġurnata saru preparamenti biex, fuq suġġeriment ta’ wħud minn sħabna, fissala ta’ fuq nett tal-Youth Centre isir party talaħħar tas-sena, liema attività saret u ċċelebrajna l-bidu ta’ sena ġdida.

JANNAR 2018

Il-Ġimgħa 5: Sar l-iżbarazzar tas-sala ta’ fuq nett tal-Youth Centre u s-Sala San Publju. Minn nhar it-Tlieta 2 sal-lum, f’dar privata fil-Gżira sar xogħol ta’ kitba konness ma’ dan il-ktieb li għandek f’idek.

It-Tnejn 8: Sar iż-żarmar tal-armar kollu li kellna fil-knisja konness mal-Milied.

L-Erbgħa 10: Il-pittur Għawdxi John Grima ġie l-knisja u kejjel l-abside.

Il-Ġimgħa 12: Pajpijiet tal-plastik inqatgħu f’tulijiet u nbidlu f’kontenituri biex illasti tal-lanterni jibdew jintrefgħu fihom, individwalment, b’hekk ikunu merfugħin u mħarsa ferm aħjar. Għal matul is-sena, filkappella tan-Nazzarenu twaħħlu par brazzi però, għall-festa, illum inġiebu par oħra li kienu għand ditta li tnaddaf dawn l-oġġetti.

Is-Sibt 13: Bi preparazzjoni għall-festa liturġika ta’ San Publju, il-vara tal-Patrun tagħna nħarġet min-niċċa u ngħatat tindifa, kemm hi kif ukoll in-niċċa kollha. Aktar tard illum ukoll, bi tbatija kbira minħabba t-toqol li fih, inġieb, u tniżżel fil-kċina tas-Sala San Publju, forn kbir tal-pizza li benefattur Furjaniż għoġbu jirregala lill-knisja Parrokkjali tagħna. Għall-ġarr intuża trakk ta’ wieħed minn sħabna wkoll.

It-Tnejn 15: L-altari tal-kor u l-maġġur intramaw bil-gandlieri u statwetti. Tinġarr il-bradella tad-Duluri
69
Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża
Tqegħid lura f’postu ta’ wieħed mill-bibien Waqt it-tibdil tal-bieb il-kbir Il-bibien jitgħabbew fuq trakk Bil-bieb il-kbir maqlugħ, tingħalaq il-fetħa Bibien biż-żebgħa mqaxxra migjubin lura mingħand id-ditta Armstrong Parti mill-bieb il-kbir titgħabba fuq trakk Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 70

It-Tlieta 16: L-iskultur imqabbad biex jagħmel disinn għal-lopop tal-linef il-kbar tal-kappelluni rritorna l-knisja dalgħodu. Saret diskussjoni fuq id-disinn li pprepara, u l-lopop ġew ordnati.

Filgħaxija, il-vara ta’ San Publju bil-bankun b’kollox, inħarġet min-niċċa u fost il-ferħ ta’ numru sabiħ ta’ tfal preżenti, li għenu fl-imbuttar biex mexxew il-vara, wassluha sa taħt in-nava.

Il-Ħamis 18: Għand id-ditta f’Ħal Qormi li tispeċjalizza fit-tiswija u t-tindif ta’ oġġetti tarram u l-kromju, ittieħdu par gandlieri u brazz tal-festa tas-sekondi navi.

Preparamenti għal ikla fil-kċina tas-Sala San Publju
L-armar tal-presepju l-kbir Il-bidu tat-tindif tal-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes
Olterazzjonijiet fuq il-‘conveyor’
Furjaniża 71
Ktieb tal-Festa u Storja

Is-Sibt 20: Apparti l-aħħar preparamenti għallfesta liturġika ta’ San Publju, fil-workshop, inħadem karru tal-injam għal dan il-forn li semmejt nhar it-13 ta’ dan ix-xahar.

Il-Ħadd 21: Grupp kbir ta’ Furjaniżi telgħu għal dik li issa saret, ġurnata tradizzjonali f’Għawdex biex tkun iċċelebrata l-festa liturġika ta’ San Publju fil-kappella ddedikata lilu, fl-Għasri.

It-Tnejn 22: Iċċelebrajna l-festa liturġika ta’ San Publju.

It-Tlieta 23: Sar iż-żarmar tal-armar kollu konness mal-festa liturġika ta’ San Publju li ċċelebrajna lbieraħ.

L-Erbgħa 24: Ħdimna fuq il-ħsieb tal-mod u l-kif tinbidel is-sistema ta’ kif inniżżlu u nittrasferixxu l-linef tan-navi, mill-koppletti għan-navi. Seħibna li ħa ħsieb isewwi l-ħsarat li kien hemm bl-umdità fil-ħitan tan-naħa ta’ Triq San Publju qed juża żebgħa undercoat fuq il-partijiet imkaħħla.

Il-Ħamis 25: Il-karru għall-forn tlesta u tniżżel fil-kċina tas-Sala San Publju.

Il-Ġimgħa 26: Sar ix-xiri ta’ kulma hemm bżonn għall-ikla ta’ għada.

Is-Sibt 27: Uħud minn dawk involuti fit-tisjir u preparamenti tal-ikel, għamlu 17-il siegħa ta’ ħidma sakemm illejla saret l-ikla fl-okkażjoni doppja tal-festa liturġika ta’ San Publju u l-ħatra tal-Arċipriet Dun Richard Borg bħala Monsinjur Onorarju tal-Katidral. Il-ħidma ma waqfitx ma’ tmiem l-ikla, li reġgħet kienet tajba ħafna, iżda baqgħet sejra sas-sigħat bikrin tal-Ħadd.

Il-Ħadd 28: Numru ta’ Furjaniżi konna preżenti fil-Katidral tal-Imdina fejn assistejna għallinvestitura tal-Arċipriet Dun Richard Borg bħala Monsinjur Onorarju tal-Katidral.

It-Tnejn 29: Ingħata l-bidu fiżiku għall-proġett li ser iwassal biex jinbidel totalment il-mod ta’ kif isir it-trasferimenti tal-linef tan-navi tal-korsija. Għall-ħabta tas-1:30pm ġie crew televiżiv Ġappuniż tal-istazzjon (Ġappuniż) NHK li ġibed filmati tal-knisja tagħna kemm minn barra kif ukoll minn ġewwa. Magħhom bħala attriċi kellhom lill-Maltija, Larissa Bonaci. Meta lestew mill-knisja niżlu jkomplu jiffilmjaw fis-Sala San Publju.

It-Tlieta 30: Mingħand ‘Pawlu tal-Wied’, f’Ħal Qormi, inxtrat biċċa pjanċa ħoxna tal-ħadid li trid titqatta’ f’erba’ plakki li fuqhom iridu jeħlu roti ġodda li nxtraw għall-conveyor Għeżież qarrejja, għat-28 sena konsekuttiva għadkom kif qrajtu dan ir-rapport. L-ewwel darba li ktibt kien fil-Ktieb tal-Festa tal-1995. Ir-rapport jibqa’ dejjem, il-verżjoni konċiża tad-djarju sħiħ li nżomm u li huwa ferm iktar iddettaljat bi spjegazzjonijiet tax-xogħol li jsir u jinkludi l-ismijiet ta’ min jagħmlu. Rapport, li fost, u minkejja d-diffikultajiet li taf toffri l-ħajja, juri li l-ħidma baqgħet miexja, anzi, żdiedet. Aqta’ l-pittura, ir-restawr tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju u l-lopop (li għad iridu jsiru), kollha xogħlijiet ikkommissjonati, il-bqija kollu, sar mill-volontieri tal-knisja tagħna. Ma nistgħu qatt nieqfu nirringrazzjaw,

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 72
Il-Kurċifiss il-kbir jitniżżel għall-aħħar darba fis-sagristija

u nfaħħru, lill-benefatturi li għal kull talba li ssir jirrispondu bil-qalb u b’mod qawwi. Hawnhekk irrid nirrimarka però, li l-maġġoranza tal-għotjiet li jidħlu, taqta’ numru żgħir, jiġu minn residenti fil-Furjana. Ikun ferm sewwa u xieraq kieku mis-700 envelope li nimpustaw lill-Furjaniżi li joqogħdu barra mil-lokalità, jirritornaw aktar, tkun kemm tkun id-donazzjoni. Aħna li twelidna bejn Bieb il-Bombi u d-Daħla tal-Belt, inkluż fejn hemm it-Tritoni, dejjem ftaħarna li ġaladarba Furjaniżi, Furjaniżi u Ever Green

għal dejjem, inkunu fejn inkunu. L-irċevuta għall-għotjiet li jingħataw insibuha fil-paġni ta’ dan il-ktieb, u s-sodisfazzjon, dak qrajnieh firrapport, narawh u mmissuh mal-ħitan tat-tempju għażiż tagħna. Niltaqgħu ma’ ħafna nies mhux Furjaniżi li jgħidulna, “fil-knisja ta’ San Publju jsiru l-mirakli’’. Jalla l-Bambin ikompli jagħtina s-saħħa, il-għomor u l-paċi biex taħt it-tmexxija tal-Arċipriet, inkomplu nwettqu, ‘il-mirakli’. Il-festa t-tajba lil kulħadd.

Express Garage Joe Magro 11, Pjazza Sant’Anna, Floriana For Accessories, Tyre Repairs, etc. … Tel: 2123 3647 Mob: 9949 9981 Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża 73
99, St. Lucia Street, Valletta Sweet Box, Arriva Bus Terminus, Valletta Tel: 2124 8608 Mob: 9982 9311 Email: dolceriaclyde@hotmail.com Dolceria ClydeVALLETTA

Dun Anton Debono

Il-qassis li ma kienx jaf jistrieħ L-ewwel parti

Skont Dun Anton Xiberras (1922-2006), qassis Ġiljaniż min-Naxxar, f’kitba tiegħu tal-1999 li ġġib l-isem ta’ ‘Il-Poplu ta’ San Ġiljan jimxi …’1 jgħidilna li, ‘żmien twil ilu, fis-subborg ta’ San Ġiljan ġew nies minn Birkirkara, mill-Għargħur u min-Naxxar prinċipalment.’ Peress li hu kien imwieled in-Naxxar, ma setax jonqos li ma jkunx jaf b’Naxxarin bħalu li marru joqogħdu San Ġiljan2 – kif wara kollox spiċċa biex għamel hekk huwa wkoll wara li ġie mibgħut hemmhekk fl-1948 fuq stedina tal-Arċisqof Gonzi ħalli jgħin lil Dun Anton Debono, Naxxari bħalu, peress li dan tal-aħħar kien qed imexxi l-parroċċa t’hemmhekk tista’ tgħid waħdu. Peress ukoll li, il-Għargħur hu pajjiż ġar tan-Naxxar, kien jaf ukoll b’xi Għargħawrin li marru jgħixu f’dan issubborg marittmu. Fost it-talin Karkariżi nsibu lil Dun Anton Debono u li dwaru ser nitkellmu f’din is-sensiela ta’ kitbiet mill-pinna tiegħi.

Minn tagħrif li ksibna mill-ktieb ‘Il-Floriana – fil-mixja Nisranija tagħha’ (2014)3, Kapitlu 5, p. 165, ta’ Patri Alessandru Bonnici O.F.M. Conv., u l-artiklu l-ieħor, ‘L-Arċipriet il-Ġdid tal-Furjana huwa Naxxari fil-persuna ta’ Dun Anton Debono’ ta’ Dun Anton Xiberras, meħud mid-Djarju tan-Naxxar, Għadd nru 27, is-VII Sena, 19524, liema żewġ għejun ta’ min jorbot

1 Din kienet dehret fil-ktieb ‘Dun Anton – ktibietu miġbura, Vol. 2, pġ. 247.

2 Jien inzertajt ukoll Naxxari u ilni noqgħod San Ġiljan sa mis-sena 2000.

3 Il-Mons. Dun Richard Borg, ukoll Naxxari, għoġbu jirregalali dan il-ktieb.

4 Dun Xiberras kien iddedika din il-ħarġa lil Dun Debono. Infatti, fil-faċċata ta’ quddiem insibu dan li ġej: Dedika / lill- / Wisq Revendu Arċipriet ġdid tal-Furjana / In-Naxxari / Dun Anton Debono / Ġa kappillan ħabrieki / U maħbub mill-Parroċċa kollha / Ta’ San Ġiljan / Fejn dam imexxi għal għaxar snin /

sewwa fuqhom, insiru nafu li Dun Anton twieled f’Birkirkara fl-1 ta’ Lulju 1910 minn Ġużeppi Debono (? – 1948) u Marjanna min-Naxxar, imwielda Magri. Huwa tgħammed jumejn wara mill-Viċi Parroku Dun Mikiel Buttigieg. Bħala parrini kellu lil Ġużeppi u Kruċifissa Magri li jiġu l-ġenituri min-naħa t’ommu.

Ftit tas-snin wara li twieled, il-familja Debono ġarret u telgħet toqgħod in-Naxxar fi Triq ilKbira, faċċata ta’ Triq San Ġorġ, fejn il-familja kellhom ukoll ħanut tal-laħam imiss eżatt maddar. Kellu jkun proprju f’dan l-eqdem raħal talkampanja li Dun Debono għex l-ikbar parti ta’ ħajtu. Flimkien ma’ tfal oħra ta’ mparu huwa beda jattendi l-iskola primarja tal-Gvern u ta’ sitt snin irċieva l-Ewwel Tqarbina. Nhar it-18 ta’

Vigarju Kurat għal sentejn / Fil-parroċċa tal-Gudja / Viċi-Parroku fil-parroċċa / Tan-Naxxar raħal twelidu / Issa li Ruma għollietu għall-ġieħ / Hekk kbir u tassew mistħoqq / Fil-parroċċa li tqim lil Pubblju / Iben San Pawl li għammed lin-Naxxar.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018
Kitba ta’ Mro. Manoel Pirotta DNESM (Lyon) [M.A.] Dip CNR (Lyon) [B.A. (Hons.)] Hon VCM LFIBA CT, FVCM (Hons.) FTCL FLCM FNCM LTCL LMusLCM LMusTCL (Comp.)
76
Dun Anton Xiberras

Lulju 1918 imbagħad, irċieva wkoll il-Griżma tal-Isqof minn idejn l-Isqof Angelo Portelli filknisja parrokkjali tan-Naxxar. Aktarx ukoll li, bħal ħafna tfal oħra li ġew qablu u warajh, idduttrina kien jitgħallimha mingħand ċertu Dun Ġakomin Galea (1880-1966). Mhux ta’ b’xejn għalhekk li, hu kien jitqies dejjem min-Naxxar, ir-raħal li fih għadda żgħuritu u żgħożitu.

Kien ukoll f’dan ir-raħal li “għall-ewwel darba ħass il-vokazzjoni lejn is-Saċerdozju”5. Huwa daħal jistudja s-Seminarju Veskovili tal-Furjana, fejn, xi snin wara, “in-nies tar-raħal ratu liebes is-suttana li tant xerqitlu meta sar Kjeriku għallewwel darba”6. Kien ukoll f’dan iż-żmien li tilef lill-għażiża ommu. Nhar il-25 ta’ Lulju 1937 imbagħad, ġie ordnat saċerdot minn idejn Mons. Mikiel Gonzi, Isqof t’Għawdex7 Kien ukoll fil-parroċċa tan-Naxxar li “qaddes l-ewwel Quddiesa fost il-ferħ ta’ missieru, ħutu Ġużeppi8, Anġlu9, Lela10 u Ċelest11, qrabatu, ħbiebu u n-nies tar-raħal kollu”. Bħala qassis novell huwa “amministra l-ewwel Sagramenti, fejn għammed, qarar, qarben, tejjeġ, ta l-Griżma tal-morda, bħala Viċi-Parroku tan-Naxxar”12

Mingħand Dun Xiberras insiru nafu wkoll li “sal-1940 kien għadu n-Naxxar fejn ħadem sħiħ għall-poplu li tant ħabb u li kien tiegħu, għax miegħu trabba, studja, lagħab, talab u fostu ħadem meta sar Saċerdot”. Ġara iżda li, “l-Arċisqof ta’ Malta malajr tefa’ għajnejh fuqu u riedu Kappillan”13. Dan ifisser li, Dun Debono ftit seta’ jgawdih ’il pajjiżu bħala Saċerdot.

Fil-Parroċċa tal-Gudja bħala Vigarju Kurat

Mill-istess Djarju tan-Naxxar Għadd nru 27, isVII Sena, Diċembru 1952, p. 93, tal-istess awtur

5 Mill-istess artiklu ta’ Dun Anton Xiberras.

6 Idem.

7 Skont Dun Anton Xiberras dan ġara fix-xahar t’Awwissu.

8 Kien għalliem fl-iskejjel.

9 Kien jaħdem bħala skrivan.

10 Kienet miżżewġa lil Salvu Borg “Tas-Salvatur”.

11 Kienet miżżewġa l-Mellieħa. Mietet bl-aħħar tarbija tagħha, Gejtu.

12 Mid-Djarju ta’ Dun Anton Xiberras.

13 Idem.

nisiltu aktar tagħrif fejn jgħidilna hekk: “Kien filgwerra tal-1939-43, meta l-qilla tal-għedewwa Taljani u Ġerminżi nxteħtet fuq Malta. Il-qassis żagħżugħ (Dun Anton Debono) tan-Naxxar irħielha lejn il-Gudja. L-ajruplani tal-għadu kienu theddida għalih u għall-pajżani l-ġodda (il-Gudjani). L-ajrudrom ta’ Ħal-Luqa fil-qrib kien jagħmel mill-Gudja target oħra. Il-Vigarju Kurat il-ġdid, li kien ħalla l-paċi tan-Naxxar, ried jaħseb, x’aktarx waħdu għall-ħtiġiet mhux biss spirtwali, imma wkoll materjali tal-Gudjani.”

Fl-istess artiklu msemmi, id-Djarista Naxxari jkompli jgħidilna li: “(Dun Anton Debono) dam sentejn f’dan ir-raħal fejn ħadem sħiħ, fejn sofra, fejn assista feruti (l-istess bħalma għamel aktar tard fin-Naxxar) u talab fuq il-mejtin, fejn wettaq ix-xogħol kollu tal-ħajja pastorali.”

Il-ħidma tiegħu bħala Vigarju Kurat baqa’ jwettaqha sal-aħħar nett “sakemm laħaq Kappillan ġdid għall-Gudja, Dun Anton Rapa14”. Wieħed jinnota hawnhekk li, f’din l-istorja għandna tliet qassisin bl-istess isem ta’ Anton –Dun Xiberras, Dun Debono, u Dun Rapa.

14 Qabel kien delegat tal-Isqof Miliek Gonzi/

Il-Kappella ta’ San Pawl bl-istatwa tal-ġebel ta’ San Pawl qed jippriedka quddiemha Furjaniża 77
Ktieb tal-Festa u Storja
For more information and bookings, visit our website
or contact us directly on 2125 0520 or food.beverage@excelsior.com.mt SUNDAY BUFFET LUNCH we use the freshest of ingredients for our ADULTS €35 INCLUDING FOOD AND 1 COFFEE KIDS 6-12 €10 FOOD ONLY KIDS UNDER 6 FREE FOOD ONLY il-Festalill-Furjant-Tajba i kollha .
www.excelsior.com.mt

Lura fil-parroċċa tan-Naxxar L-istess Djarista Naxxari jkompli jgħarrafna li: “Dun Anton Debono reġa’ sellem lill-Gudja u lill-poplu li kien ħabbu, u dar lejn in-Naxxar mill-ġdid”. Hawn Dun Debono “wera l-ħeġġa ta’ qabel fix-xogħol tal-ministeru”. Jidher li għal xi żmien, Dun Debono u Dun Xiberras kienu jmorru jippassiġġaw fl-inħawi ta’ San Pawl tatTarġa15 u Birguma16, ftit ’il barra mill-qalba tanNaxxar. Skont id-Djarista, mhux l-ewwel darba wkoll li fihom Dun Debono kien jirrakkuntalu “fuq xi traġedji tal-Gudja, fil-ferħ u n-niket talpoplu, li fih kien imdaħħal personalment”. U għall-kuntrarju ta’ kif soltu kien iħobb jagħmel, Dun Xiberras did-darba ma ġiehx f’rasu jniżżel imqar il-kontenut ta’ wieħed minn dawn irrakkonti kollha fid-Djarju tiegħu.

Fil-ftit xhur li l-Ex-Vigarju Kurat tal-Gudja dam in-Naxxar qabel ma reġa’ ġie msejjaħ x’imkien ieħor, huwa ntefa’ minnufih fil-qadi tas-servizzi ministerjali tal-ġurnata, l-istess kif kien jagħmel qabel ma faqqgħet il-Gwerra. Ħafna mis-servizz li kien jagħti Dun Anton Debono nsibuhom imniżżlin fid-Djarju tal-Gwerra ta’ Dun Anton Xiberras. L-ewwel servizz irreġistrat insibuh proprju fl-ewwel ktieb bid-data tas-17 ta’ Frar 1942, li dakinhar inzerta ħabat it-Tlieta talKarnival u lejlet Ras ir-Randan, fejn Dun Debono

15 Raħal ċkejken fil-konfini tan-Naxxar li jinsab f’”Tat-Tarġa” li fuqha nbniet kappella ddedikata lillkonverżjoni ta’ San Pawl. Din inbniet fl-1696 skont data li hemm fuq il-bieb tal-ġenb. Jingħad li, l-istatwa tal-Qaddis li hemm quddiemha twaqqfet fuq il-post eżatt minn fejn l-Appostlu tal-Ġnus kien jipprietka u minn fejn leħnu kien jinstema’ saħansitra mill-gżira Għawdxija. Tant li, l-Għawdxin, imqanqlin millħeġġa tal-għaġeb tiegħu kienu jaqsmu l-fliegu biex jitgħammdu minn idejh. “Fuq l-arma tan-Naxxar insibu wkoll miktubin il-kelmiet PRIOR CREDIDI, il-motto tan-Naxxarin, u li jfissru EMMINT QABEL L-OĦRAJN. It-tifsir ta’ dal-kelmiet ġej minn tradizzjoni qadima ħafna li n-Naxxarin kienu l-ewwel nies li, ħabta tas-sena 60 W.K., laqgħu lill-Appostlu Missierna San Pawl fosthom, billi n-Naxxar huwa l-iktar qrib ilpost tan-Nawfraġju, illum San Pawl il-Baħar, u tawh kull għajnuna. Jidher ċar ħafna li San Pawl, li, skont ittest tal-Atti tal-Appostli ‘urew magħna imħabba mhix żgħira’ l-ewwel ma għamel għallem lin-Naxxarin ta’ dawk iż-żminijiet it-Tagħlim ta’ Kristu. (Enċiklopedija tan-Naxxar: Dun Anton Xiberras)

16 Inħawi bejn in-Naxxar u l-Għargħur u li jmiss ukoll mar-raħal ċkejken ta’ San Pawl tat-Tarġa.

għamel prietka waqt is-siegħa tal-Adorazzjoni. Xahar eżatt wara, fil-knisja parrokkjali tanNaxxar kienet ġiet iċċelebrata quddiesa f’ġieħ San Patrizju u li għaliha attendew 950 suldat tal-Irish Fusiliers li kienu stazzjonati f’San Pawl tat-Tarġa. Qassis tagħhom kien qaddes baxx, megħjun fuq il-presbiterju mill-Kappillan u żewġ ministri, fosthom Dun Dobono, kif ukoll suldat ċerimonjier. (Ritratt antik li fih tidher ħierġa l-Bambina mill-bieb tal-knisja parokkjali tan-Naxxar nhar il-Festa tagħHa)

Ġrajja oħra mniżżla f’ħafna dettall mid-djarista żagħżugħ Naxxari kienet dik li seħħet il-Ġimgħa, 20 tal-istess xahar fejn dik il-ħabta l-ħbit mill-ajru kien spiss ħafna, kemm bil-lejl kif ukoll matul il-ġurnata. Dakinhar biss, il-ħbit kien wieħed intensiv u li fih mietu “xi erba’ min-nies filBarriera tal-Belt, tnejn minnhom suldati”. Imma l-agħar kien għadu ġej għax fl-istess ġurnata sar ħbit ieħor deskritt bħala l-aqwa ħbit ta’ dik is-sena u forsi wkoll tal-gwerra kollha. F’dan l-eħrex ħbit tal-għadu mill-ajru sar “l-akbar attakk fuq il-mitjar Ta’ Vnezja17 meta “fuq mitt bomber tal-għadu tefgħu l-bombi tagħhom filmitjar li kien jixgħel donnu bil-lejl.” Xi bombi waqgħu wkoll ħdejn il-kappella tal-Kunċizzjoni ġon-Naxxar stess li ħallew ħerba sħiħa. Din ilkappella kienet tefgħa ta’ ġebla ’l bogħod minn fejn kienet toqgħod il-familja ta’ Dun Debono. Dun Xiberras kien wieħed minn dawk iżżgħażagħ qalbenin li, wara li l-barrages (ħamsa

17 Fil-kitbiet tiegħu Dun Xiberras kien iniżżlu dejjem bħala “Ta’ Fneżja”. Inħawi barra mill-Mosta fejn qabel kien hemm mitjar militari tal-R.A.F. fiż-żmien il-Gwerra u li ta’ spiss kien jiġi attakkat mill-għadu.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 80

fl-istess ħin) battew, issogra joħroġ mix-xelter fejn kien qed jistkenn biex imur jara b’għajnejh stess x’kien ġara u jiddeskrivi sal-anqas dettall id-diżastru li sabu quddiem għajnejhom:

“Mill-iskola ’l isfel il-ħġieġ ċekċek taħt saqajna. Fit-triq kien hemm il-karozza tal-A.R.P. talMosta. Suldati tal-R.A.F., Father Navin, Dun Anton Debono u l-Kappillan kienu fil-post. Dar kienet tidher imġarrfa. Il-bokka ta’ xelter imtajra u d-dar ta’ biswitha bil-bibien ġewwa. Tal-A.R.P. u l-pulizija b’għajta wara l-oħra jekk jonqosx xi ħadd. Ma wieġeb ħadd. “Hawn raġel, ara min se jgħinna l-aħwa!” għajjat wieħed talA.R.P. Ma fhimtux għall-ewwel imma mbagħad rajthom jersqu lejja, għal taħt il-ħajt. Sewwasew wara riġlejja kien hemm katavru, vittma talbalal. “Armaw l-aħwa! Agħtuna daqqa t’id” reġa’ nstema’ min jgħajjat. Żewġ S.C. tar-raħal żammew l-istretchers u daqs tliet ġuvintur refgħu l-katavru għal fuqu li mbagħad daħlu ġol-karozza. Tifel, Ġużepp Sciberras, ta’ xi 17-il sena nstab mejjet ġot-taraġ tal-kenn. Il-Professur Xuereb ta l-għajnuna tiegħu.”

Nhar it-2 t’April tal-istess sena f’Ħamis ixXirka mbagħad, insibu lil Dun Debono bħala wieħed minn żewġ ministri li assistew lillKappillan waqt il-quddiesa ta’ filgħodu u li fiha saret iċ-ċerimonja tal-ħasil ta’ riġlejn l-Appostli. Filgħaxija wkoll wara l-Via Sagra, Dun Debono niseġ ġmiel ta’ prietka tal-passjoni ta’ ’l fuq minn siegħa u li fiha kont “tistħajlek tara ’l Kristu awlillejl qabel ma miet”18

Il-Vara ta’ San Pubblju tinġieb in-Naxxar Mit-tieni ktieb tad-Djarju tal-Gwerra ta’ Dun Xiberras xieraq nisiltu wkoll ġrajja ferm importanti għall-Furjaniżi peress li kien proprju l-Erbgħa, 29 t’April tal-1942 li filgħodu “ġabu l-vara ta’ San Publiju mill-knisja li ġġarrfet ilbieraħ (28 t’April) b’disa’ bombi laqtiet dritti, u fejn mietu ġol-kannierja li sfrundat xi sebgħa u għoxrin ruħ fosthom Dun Pawl Portelli li kien qed iqaddes. Il-vara qegħduha fil-knisja tagħna (tan-Naxxar) taħt in-nava ħdejn S. Tereża.”

Prietki

Prietka oħra ta’ Dun Debono li hemm imniżżla fid-Djarju hi dik li saret il-Ħadd filgħaxija, 3 ta’ Mejju fil-festa ta’ Santu Kruċ fuq “il-Kixfa tasSalib Imqaddes”. Prietki oħra li nsibu mniżżlin f’Mejju huma dawk tal-Ġimgħa 8, nhar il-festa tal-Madonna ta’ Pompej, it-Tnejn 11, il-Ħamis 21, kif ukoll dik ta’ matul il-jum tal-Ħadd 28 ta’ Ġunju fil-festa ta’ Santa Rita. Prietka oħra li niseġ kienet dik fuq San Vitorju Martri, kumpatrun tal-knisja tan-Naxxar, jum il-festa tiegħu il-Ħadd filgħaxija, 13 ta’ Settembru, eżatt wara li sar l-għasar solenni bil-vuċijiet.

18 Mid-Djarju tal-Gwerra.

Fix-xahar t’Ottubru tal-istess sena nsibu wkoll li r-Rużarju kien isir bl-espost u ta’ sikwit jingħad minn Dun Debono (It-Tlieta 5). Fix-xahar talMejtin ukoll, Dun Debono mhux l-ewwel darba li kien jagħmel il-prietka tal-erwieħ. Dan kien isir filgħaxija wara l-Għasar tal-Mejtin. Fil-fatt insibu li, Dun Debono kien il-prokuratur talfesta tal-erwieħ tant li, fl-għodwa tal-Ħadd l-1 ta’ Novembru, kien ħareġ jiġbor għaliha marraħal tan-Naxxar. Il-Ħadd, 15 tal-istess xahar insibu wkoll li kien sar xi katekiżmu minnu. Prietka oħra mingħand l-istess predikatur kienet dik li saret it-Tlieta filagħxija, 8 ta’ Diċembru, fil-kappella tal-Kunċizzjoni. Prietka oħra hija rreġistrata li saret is-Sibt, l-għada tal-Milied, preċiżament fit-tieni jum tal-Kwaranturi.

Festa liturġika ta’ San Pubblju Mill-istess Djarju nsiru nafu wkoll li, fit-Tnejn, 18 ta’ Jannar 1943, il-vara ta’ San Pubblju kienet ittellgħet fuq il-presbiterju għall-festa li kellha ssirlu l-Ħamis. Infatti, l-Erbgħa 20 filgħaxija sar

Dun Anton Debono
Storja Furjaniża 81
Ktieb tal-Festa u

l-għasar tal-Qaddis, b’ħames kappi. L-artal kien armat b’tużżana gandlieri bojod u fjuretti sbieħ ħafna, kif ukoll ventartal, kanupew, u apparat aħmar bħal ta’ nhar San Vitorju. Id-Djarista jkompli jżid jgħid li: “Il-vara tal-Qaddis ħdejn il-maġġur fuq il-presbiterju kienet imdawra biex-xema’ u bil-ward”. Għall-festa ta’ San Pubblju n-Naxxar, li ħabtet il-Ħamis 21 tax-xahar, il-programm kien kif ġej: “Fis-7.00 am kant tat-terza, fis-7.15 am quddiesa kantata bil-ministri b’vuċijiet tat-tfal. Sar ukoll l-osklu bl-ostensorju wara l-Kredu. Qaddes il-Kappillan.” Filgħaxija mbagħad, “fil5.00 pm sar l-Għasar falsa-burdun; ċelebrant iċ-ċerimonier tal-Isqof furjaniż, paniġierku mill-W.M. Dun Pawlin Azzopardi, Kanonku ta’ Bormla, Antifna u Barka Sagramentali. Wara sar l-osklu tan-nies tal-ostensorju. Kurunelli u santi tal-Qaddis tqassmu fil-quddiesa.”

Ġirja sa San Ġiljan Mill-istess Djarju tal-Gwerra nsiru nafu wkoll li kull nhar ta’ Ħamis filgħaxija, is-siegħa adorazzjoni kienet tkun ppredikata minn Dun Debono. (Ara Frar 4, 11, 18, u 4 ta’ Marzu 1943) Fid-19 ta’ Frar, 1943, li dakinhar kien ħabat ilĠimgħa, l-istess djarista jagħtina l-aħbar sabiħa li: “Dun Anton Debono (“Ta’ Ġeġikk”) kien ġie maħtur Kappillan ta’ San Ġiljan”19. L-istess djarista jirrakkontalna f’ħafna dettall kif is-Sibt, 27 tal-istess xahar huwa qatta’ jum sħiħ San Ġiljan ma’ Dun Debono.

“Fit-8.00 ta’ filgħodu tlaqna bil-karozza millmisraħ tal-knisja t’hawn, waqafna l-Imsida. Hemmhekk qgħadna filliera wara n-nies, ħallasna l-art, ġiet karozza li wasslitna l-Balluta20 Hemmhekk tlajna l-knisja21, il-Kappillan il-ġdid

19 Fil-Personlia Ġiljaniża, Dun Xiberras jagħti d-data tat22 ta’ Frar minflok. Min-naħa tiegħi aktar noqgħod fuq it-tagħrif mogħti fid-Djarju personali tiegħu.

20 Oriġinarjment, dan kien l-isem ta’ waħda miż-żewġ ramliet li jżejnu lis-subborg marittimu ta’ San Ġiljan. Skont Joseph Storace tissejjaħ hekk “għax fil-misraħ ta’ quddiem il-baħar kien hemm, għal żmien twil, ħafna siġar tal-Ballut”. (Tas-Sliema u San Ġiljan – Empire Press, 1930)

21 Hawn qed jirreferi għall-knisja l-qadima, sa dak iżżmien parrokkjali, magħrufa bħala ‘Ta’ Lapsi’. Ilknisja parrokkjali l-ġdida kienet għadha ħafna ’l bogħod milli tinbena. Il-knisja ‘Ta’ Lapsi’ tinsab f’nofs telgħa wieqfa ħafna.

qeda xi ħwejjeġ li kellu, dorna l-knisja sa fuq ilkampnar fejn rajna veduta tal-għaġeb, bil-baħar, djar, knejjes, palazzi, għelieqi u ġonna.22

Fis-6.10pm tlaqna minn hemm, u stennejna l-Balluta għall-karozza tal-5.30 pm. Ma kienx hemm u tlaqna bil-mixi. F’nofs triq waqqafna trakk, kien kollu Afrikani suldati, li kellmuna blIngliż, imma li qalu ma jafux fejn kienu sejra, u ħallejniehom. Wasalna sa ħdejn il-laneċ, qbadna karozzin sal-Imsida, stennejna sat-8.00 pm l-Imsida bit-tama ta’ xi karozza, ma ġietx, ħadna tazza kukkadina minn ħanut, sibna karozzin, wassalna sa Birkirkara fuq il-pont; minn hemm tlaqna bil-mixi, imma l-Bambin ried li ltqajna ma’ karozza li tellgħatna r-raħal. Kienu xi d-9.00 pm.”

Dun Debono jilħaq kappillan Fl-istess Djarju tal-Gwerra l-awtur kien niżżel ukoll li, kien proprju nhar il-Ħadd, 4 t’April 1943 li “Dun Anton Debono tan-Naxxar ħa l-pussess ta’ kappillan f’San Ġiljan.” Kif ser naraw tajjeb fl-artiklu li għandi mħejji għalikom għas-sena d-dieħla, il-ġurnata hija differenti minn dik li jagħtina l-istess djarist fil-Personalia Ġiljaniża li fiha nsibu damma ta’ tagħrif dwar saċerdoti, kappillani, isqfijiet, kardinali, papiet b’rabta mas-subborg Ġiljaniż. Dan għaliex, id-data li jagħtina hawnhekk hija dik tal-5 ta’ Marzu tal-imsemmija sena – differenza ta’ xahar sħiħ. Ngħid għalija, aktar noqgħod fuq id-data li jagħtina l-istess awtur fid-Djarju talGwerra. Dan peress li hu kien jieħu ħsieb iniżżel il-ġrajjiet tal-ġurnata kif kienu jkunu għadhom friski ġo moħħu. Intant, l-għada tal-pussess, Dun Xiberras flimkien ma’ sħabu tar-raħal wara l-ħin tal-iskola kienu baqgħu sejrin San Ġiljan għand Dun Debono bħala l-kappillan il-ġdid li min-naħa tiegħu laqagħhom tajjeb. Wara li Dun Xiberras u sħabu kienu irregalawh b’fonti tal-

22 Sa dak iż-żmien l-inħawi ta’ madwar il-knisja l-qadima kien għeri mill-ħafna bini li naraw illum. Imma anki fi żmien il-Parrokkat tiegħu, Dun Anton Debono kien ġa ħa l-inizjattiva “biex tinbena knisja ġdida akbar u f’imkien aktar ċentrali li tkun tesa’ lill-parruċċani kollha meta ssir xi funzjoni solenni, bħalma hi l-festa tal-Qaddis Patrun”. (Joseph Storace: Il-Ħajja talQaddis u l-Istorja tas-Subborg San Ġiljan, p. 23)

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 82

L-Arċipriet Dun Anton Debono fisSagristija l-Furjana

metall huma reġgħu rħewlha lejn ir-raħal bilmixi minn tal-Balal23

Għeluq: Dan l-artiklu qiegħed niddedikah lil Dun Richard Borg B.A., Lic.D., Naxxari bħali, li għadu kemm laħaq Monsinjur tal-Katidral Metropolitan tal-Imdina.

23 Inħawi bejn in-Naxxar u San Ġwann, li fl-imgħoddi kien magħruf bħala l-Imsieraħ.

CHARLES CASSAR For all your needs on Air Conditioners Service & Repairs Phone 7987 9535 Email cassar.charles@gmail.com
LOUIS GALEA GOLDSMITH • JEWELLER TRICOLOR SPECIALIST DIAMOND • CUTWORK REPAIRS • ENGRAVING FLORIANA Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża 83

L-IKONOGRAFIJA – Publju ta’ Malta

L-istatwa li ddur minn post għall-ieħor biex ixxerred id-devozzjoni lejn il-qaddis

1. Għalkemm Statwa, din hi Ikona

L-istatwa ta’ Publju ta’ Malta, bħall-kitba ta’ kull ikona oħra, miktuba bi ħsieb u b’riflessjoni u ppreżentata għar-riflessjoni tal-oħrajn, trid tnissel ħsibijiet u talb li jwasslu lejn il-blata tagħna: KRISTU ĠESÙ li jgħidilna “Li min jara Lili jara lil Missieri.” Dan inissel fil-bniedem li jara din ix-xbieha spazju, tieqa, li minnha jittawwal biex hekk jilmaħ il-Preżenza ta’ Alla permezz tal-persuna li diġà għexet il-Vanġelu, ħajjitha fi Kristu Ġesù Sidna.

Din l-istatwa, imqiegħda fuq l-għuda, bradella merfugħa minn 6 reffiegħa dgħajfa bħall-ġarar tal-fuħħar li jġorru teżor prezzjuż. Tintrefa’ bi 3 bsaten, l-enerġija tat-twemmin f’Alla Missier u l-Iben Ġesù, il-Kristu u l-Ispirtu s-Santu. Marbut ma’ pedistall bi tmien faċċati, virtujiet u beatitudnijiet li n-Nisrani mistieden li jgħix biex jilħaq il-ħajja fil-milja tagħha. Dan nagħmluh bix-xemgħa tal-magħmudija mdawla f’idejna sakemm niltaqgħu ma’ Kristu Ġesù il-Mulej, iddawl u t-triq tagħna u nkunu jistħoqqilna l-kliem: “Idħol qaddej fidil fis-saltna u ħu l-kuruna talglorja”.

2. Ir-Raġġiera

Is-Sinjal tal-Preżenza ta’ Alla fil-ħajja talbniedem li jiddawwal meta jinfetaħ għal Alla u l-Messaġġiera tiegħu, speċjalment għal Ibnu Kristu Ġesù u l-Aħbar it-Tajba li tana: L-EVANĠELJU

3. Wiċċ Publju ta’ Malta:

Fl-Atti tal-Appostli nsibu, li dawk li ħelsu millgħarqa ġew milqugħa minn Publju il-Ħakem tal-Gżira -Malta li politikament kienet tagħmel mal-Provinċja ta’ Sqallija. Il-Praetor ta’ Sqallija kien irrappreżentat f’Malta minn Legat li kien jissejjah Melitensium Primus Omnium. Dan kien Publju, Malti, mogħni b’uffiċċju Ruman.

Bniedem ta’ għerf u għaqal fit-tmexxija ta’ poplu li tiegħu kien il-Ħakem. Il-Ħakem li b’għemilu u bl-eżempju ġibed il-Maltin ta’ żmienu lejn dawk li raw l-għarqa biex għenuhom kemm damu fi gżiritna u kemm meta baħħru mill-ġdid minn artna. Dan hu li ġie mrawwem biex ikun ir-ras tal-komunità Nisranija ġdida f’Malta.

4. L-idejn ta’ Publju ta’ Malta Il-lemin – id ta’ ħakem li jmexxi u jagħti tmexxija lill-poplu, imma mimlija ħlewwa fil-laqgħa li ta lir-refuġjati, inklużi Pawlu, Luqa u Aristarku li nnawfragaw fi gżiritna. Hu, li l-ewwel li jilqagħhom f’daru. L-id ix-xellugija ferma fuq iċ-Ċippus ta’ Melqart, wirt u twemmin il-passat li Malta ħaddnet. Kliem barbaru, imħażżeż fuqha, Puniku, ilsien il-Feniċi, b’talba lejn l-allat u s-superstizzjonijiet tagħha u nsibu fiha wkoll, tradizzjoni Griega. L-id il-leminija issa tbiddel ir-rotta u toffri direzzjoni ġdida fejn ser inħarsu biex inġibu l-enerġija biex naqdfu ’l quddiem bi Kristu, ma’ Kristu u fi Kristu.

5. Riġlejn Publju ta’ Malta Ir-riġel tal-lemin, fis-sod wieqaf fuq blat Gżiritna u l-blata l-ġdida li fuqha bdejna ninbnew fi

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018
Kitba ta’ Patri Raymond Falzon ofm. f’isem l-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta Din id-dinjità hi rrappreżentata permezz tażżigarella ta’ rasu. (Ara Atti 28, 7)
84
Statwa ta’ San Publju fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl

Kristu Ġesù, li jistedinna nibnu d-dar tagħna fuq il-blat u mhux fuq ir-ramel. Is-sieq l-oħra x-xellugija, filwaqt li sserraħ fuq iċ-Ċippus, flistess ħin jisħaq ras is-sultan tad-dinja bir-raġuni, tal-ġungla, l-iljun. L-iljun maestuż u f’idejh ilballun, il-kontroll tad-dinja. Il-Liġi tal-ġungla li min hu kbir jaħtaf u juri l-qawwa tiegħu billi jkasbar liż-żgħir, lill-batut u lid-dgħajjef għax ma jiflaħx jeħodha miegħu. L-iljun hu s-simbolu u l-istrument tal-qerda u l-martirju. L-iljun li b’xagħru mqanfed u mżejjen bis-seba’ sriep: il-ġibdiet tal-bniedem; l-aljenazzjonijiet tal-bniedem li jġibu l-qerda imma mirbuħa, bħalma San Pawl bil-qawwa ta’ Alla u l-Ispirtu ta’ Kristu li takkumpanjah, rebaħ fuq il-lifgħa li xejjen minn idejh.

6. Ilbies Publju ta’ Malta

Surtu, hi mżejna bi lbies li jikxef is-sejħa tiegħu–ta’ ħakem; żigarella fuq rasu u tunika Rumana bajda b’faxxi ħomor taħt il-mantell ħamrani rikk; il-kamżu tal-bizzilla/xogħol artistiku kif jaħdem Alla fil-Pjan tal-Fidwa. Fil-każ tagħna, nisġa ta’ avvenimenti bħall-bizzilla – in-nawfraġju ta’ Pawlu, Luqa, Aristarku u sħabhom, ilħuġġieġa u l-lifgħa, il-fejqan ta’ missier Publju u t-tliet xhur fostna fejn ġie milqugħ b’imħabba u ħlewwa sew hu u sew in-nawfragi kollha. Ilmantell/Casula hu s-setgħa mgħoddija lilu bittqegħid tal-idejn flimkien mal-Palju/Grieg u Mitra/Rumana u Baklu, li barra minn ħakem narawh bħala l-Isqof tal-Gżira, ragħaj it-tajjeb.

Publju ta’ Malta, mexxej, għalliem, u dak li jqaddes. Mużajk ta’ passaġġi minn Knisja Nattiva għal dik Biżantina u Rumana.

F’din l-ikona ta’ Publju ta’ Malta, hemm miġbura ġrajjiet il-komunità Nisranija ta’ Knisja Maltija.

L-istatwa ġiet maħduma fuq stil tal-istatwi magħrufa f’Lecce taħt id-direzzjoni ta’ Patri Raymond Falzon OFM. Il-wiċċ, l-idejn, issaqajn u l-iljun huma skultura tal-fuħħar minn Antoine J. Hili, il-vestwarju fin inħadem minn Doreen Gatt, filwaqt li l-kamżu restawrat kien jintuża mill-Kanonku Dekan Publio Farrugia, kanonku tal-kolleġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta u eks Prokuratur tal-knisja ta’ San Publju fil-Furjana. Il-bradella u l-predestall flimkien ma’ xogħol ieħor ġie maħdum minn Stephen Camilleri. Xogħol ieħor fl-istatwa sar minn Stephen Giusti u Publio Agius.

Din il-biċċa xogħol tal-arti ġiet ikkummisjonata mill-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta u blapprovazzjoni ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna qed tintuża f’diversi pellegrinaġġi bħala mezz ta’ devozzjoni lejn dan il-qaddis ta’ importanza nazzjonali. Fl-ewwel sena milleżekuzzjoni tagħha l-istatwa ħarġet f’madwar sitt postijiet fosthom f’pellegrinaġġ fuq ilGżejjer ta’ San Pawl, f’Burmarrad, il-post tradizzjonalment marbut mal-oqsma tal-qaddis u anke ġewwa r-residenza San Vinċenz De Paule.

publjumlt@gmail.com

facebook: Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta

21384796 www.caruanasunshades.com Mob: 99888987, 79237305 Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża 85
Tel:

Il-bank tiegħek fil-qalb tal-komunità

L-HSBC huwa l-bank li jinsab fil-qalba tal-komunità tiegħek. B’għarfien internazzjonali u esperjenza lokali, aħna nistgħu ngħinuk tieħu ħsieb aħjar il-finanzi tiegħek. Il-fergħat tagħna huma miftuħin kuljum f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, b’xi wħud mill-fergħat joffru wkoll servizz ta’ filgħaxija. Għalhekk ejja żurna u flimkien niddiskutu l-bżonnijiet bankarji tiegħek. L-impjegati tagħna, kollha mħarrġa fil-customer service u mmexxija minn branch manager b’esperjenza kbira fil-qasam bankarju jinsabu ħerqana biex ikunu ta’ servizz għalik.

PANORAMIC DINING AT IL-VEDUTA. BREATHTAKING VIEWS. MEDITERRANEAN FOOD. SOOTHING AMBIENCE. ENJOY A WIDE SELECTION OF MEDITERRANEAN PIZZA, PASTA, AND GRILLS WITH FAMILY AND FRIENDS IN A WARM SOOTHING AMBIENCE. IS-SAQQAJJA, RABAT. TEL 21454666 / 21453656. EMAIL: info@veduta.com.mt ĊEMPEL 2380 2380 ŻUR hsbc.com.mt MUR fl-eqreb fergħa
Approvat u maħruġ mill-HSBC Bank Malta p.l.c. 116, Triq l-Arċisqof, Valletta VLT1444. 101009 – 02/2018
Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 86
Nirnexxu flimkien

Ħidma pastorali fil-parroċċa

San Publju: Floriana 6 ta’ Frar 2017 – 4 ta’ Frar 2018

Bħas-soltu dan ir-rapport jibda minn fejn waqaf ir-rapport tas-sena l-oħra jiġifieri nhar il-5 ta’ Frar 2017. L-ewwel attività prinċipali li kellna fil-Knisja tagħna wara dik id-data, kien il“Healing Service’’ organizzat minn Dr. John nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Frar fis-7.30 pm.

L-Erbgħa ta’ wara, l-ewwel ta’ Marzu kien l-Erbgħa tal-Irmied u l-bidu tar-Randan. Dakinhar it-Tqegħid tal-Irmied sar fil-Quddies kollu. Għalkemm m’għamlitx xita, l-1 ta’ Marzu kien jum ta’ kesħa kbira. Għalhekk, iċĊelebrazzjoni Penitenzjali ta’ qabel il-Quddiesa ta’ filgħaxija saret fil-Knisja stess.

L-attendenza kemm għaċ-Ċelebrazzjoni Penitenzjali kif ukoll għall-Quddiesa kienet tajba ħafna u nżammet atmosfera ta’ ġabra u devozzjoni l-ħin kollu.

L-ewwel attività ewlenija tar-Randan kienet il-laqgħa għat-tfal li saret nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu fil-5.15 pm. fil-Knisja. Fil-laqgħa, li għaliha attendew madwar 50 tifel u tifla, saret spjega dwar l-importanza tar-Randan fil-ħajja tan-Nisrani. Fi tmiem il-laqgħa t-tfal ingħataw chart tar-Randan u l-Karus tal-Karità.

Il-Laqgħa Staġjonali saret it-Tnejn ta’ wara, 6 ta’ Marzu. Fil-Quddiesa ta’ filgħaxija, waqt l-Omelija, l-Arċipriet spjega xi jfisser iż-żmien tar-Randan għan-Nisrani individwali u għallkomunità Nisranija. Dakinhar konna madwar 70 fil-Knisja.

Kif nafu, fir-rebbiegħa kollox jiġġedded u jerġa’ jieħu l-ħajja mill-ġdid wara x-xhur tax-xitwa.

Għalhekk f’dan iż-żmien tant importanti filħajja tal-Knisja u tagħna lkoll, kemm bħala individwi kif ukoll bħala komunità, il-Parroċċa dejjem toffrilna ħafna okkażjonijiet biex tgħinna

f’din il-Mixja tagħna lejn il-Festa tal-Qawmien mill-Mewt tal-Mulej.

Dawn jinkludu programm ta’ tagħlim u riflessjoni, ħinijiet ta’ talb privat u komunitarju kif ukoll inizjattivi ta’ Karità.

It-tfal tad-Duttrina miġbura quddiem il-vara ta’ San Publju

L-Arċipriet dam ġimagħtejn irtirat matul dan ir-Randan. Bl-għajnuna ta’ ħafna persuni kif ukoll il-koperazzjoni ta’ kulħadd, il-ħidmiet tarRandan tas-soltu saru kważi kollha. Barra minn hekk żdiedu ukoll anki xi attivitajiet oħra.

Ħinijiet ta’ Talb u Riflessjoni

• Ħin ta’ Adorazzjoni privata kull nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa bejn l-4.30 pm u s-6.30 pm u Adorazzjoni Komunitarja kull nhar ta’ Ħamis fis-7.00 pm.

• Tliet Ċelebrazzjonijiet Penitenzjali;

• Il-Via Sagra, li bħas-snin ta’ qabel tkun meditata kull nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija; minn din is-sena l-Via Sagra bdiet tkun meditata wkoll nhar ta’ Ħamis fis-5.45 pm. (qabel irRużarju) u nhar ta’ Ġimgħa filgħodu, wara l-Quddiesa tad-9.00am. Għall-ewwel darba, l-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta organizzat Via Sagra fi Triq l-Isqof Mawru Caruana nhar il-Ħamis 6 ta’ April filgħaxija.

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża
87
Minn Paul Vella

• Il-Quddiesa fil-Klabb tal-Boċċi lejlet il-Festa tad-Duluri saret bħas-soltu imma din is-sena l-Quddiesa għand is-Sorjiet tas-Sacred Heart ma saritx.

L-aħħar okkażjoni kbira qabel il-Ġimgħa Mqaddsa kienet il-Ġimgħa, 7 ta’ April, Festa tadDuluri. Numru kbir ta’ nies ġew għall-Quddiesa ta’ filgħaxija li dakinhar kienet fis-6.00pm. u wara ħadu sehem fil-Proċessjoni tad-Duluri. Xħin daħlet il-Proċessjoni għall-ħabta tat-8.00 pm, saret Quddiesa oħra.

L-attendenza għal din il-Quddiesa li saret għallewwel darba fl-2007 kienet tajba biżżejjed biex tħeġġiġna ħalli tibqa’ ssir.

• Għat-tielet sena konsekuttiva, waqt ilQuddiesa tas-Sibt 1 ta’ April, lejlet il-Ħames Ħadd tar-Randan, kellna programm ta’ Kant mill-Kor alternat ma’ ħsibijiet qosra marbutin mal-Liturġija ta’ dan iż-żmien.

Programm ta’ Tagħlim u Formazzjoni: Minbarra l-Laqgħa għat-tfal u l-Laqgħa Staġjonali imsemmijin aktar ’il fuq, il-Parroċċa offriet wkoll:

• Żewġ korsijiet ta’ Eżerċizzi fil-Knisja, wieħed filgħodu u l-ieħor filgħaxija u kors ieħor għat-tfal fl-iskola.

• Servizz ta’ Tħejjija għal-Liturġija tal-Ħadd kull nhar ta’ Sibt tar-Randan fis-6.00pm; il-Liturġija tal-Kelma kienet ippreżentata permezz ta’ powerpoint fil-Quddiesa tas-Sibt filgħaxija u f’tad-9.00 am tal-Ħadd.

• Laqgħa oħra għat-tfal tal-Klassijiet tadDuttrina fil-Knisja fil-5.15 pm, lejlet il-festa tad-Duluri.

Ħafna inizjattivi ta’ Karità fosthom: Il-Parroċċa tat l-offerta ta’ €950 fil-ġabra għasSeminarju li saret nhar ir-raba’ Ħadd tar-Randan.

Għall -34 sena konsekuttiva, tqassmu l-envelopes tal-Karità fil-ħames Ħadd tar-Randan. Dawn inġabru fil-Qima tas-Salib, fil-Ġimgħa l-Kbira.

Il-Karus tal-Karità li ngħata lit-tfal inġabar f’Jum it-Tfal fil-ġimgħa tal-Festa.

Fir-Randan tas-sena 2017 kellna Ċelebrazzjoni unika. Nhar il-Ħadd 12 ta’ Marzu, Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ikkonsagra l-Knisja tas-Salib Imqaddes (tal-Kapuċċini). Iċċelebrazzjoni bdiet fl-10.30 am.

Ġimgħa Mqaddsa 2017 Din hija l-aqwa ġimgħa fis-Sena Liturġika; għalhekk hija l-unika waħda mill-ġimgħat kollha tas-sena li l-Knisja ssejħilha Qaddisa.

Fil-weekend ta’ qabel, jiġifieri waqt il-Quddies tas-Sibt 1 ta’ April filgħaxija u tal-Ħadd 2 ta’ April tqassam programm dettaljat bil-ħinijiet taċ-ċelebrazzjonijiet u funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa lil dawk kollha li ġew il-Knisja.

Ħadd il-Palm: 9 ta’ April Iċ-Ċelebrazzjoni ewlenija li tfakkar id-Daħla ta’ Ġesù f’Ġerusalemm bdiet bit-Tberik tażŻebbuġ ħdejn il-Museum fid-9.00 am. Wara saret Proċessjoni sal-Knisja fejn kompliet ilQuddiesa fid-9.15 am. It-Tberik taż-Żebbuġ b’forma sempliċi sar ukoll fil-Quddiesa tas-Sibt filgħaxija.

L-Arċipriet jispjega lit-tfal il-ġrajja tat-28 ta’ April 1942

L-għada t-Tnejn, 10 tax-xahar, il-Quddiesa ta’ filgħaxija saret Sarria, u wara saret ukoll il-Via

Funzjoni fil-knisja bi preparazzjoni għall-festa liturġika ta’ San Publju
Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 88

Sagra. F’dan il-jum ukoll l-attendenza kienet numeruża.

Via Crucis fil-Mall: It-Tlieta 11 ta’ April Wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja, morna flimkien f’Proċessjoni sal-Ġnien tal-Mall. Hemmhekk saret il-Via Crucis li din is-sena kienet ibbażata fuq ħsibijiet ta’ Papa Franġisku. Iċ-ċelebrazzjoni kienet devota u kien hemm ġabra fost il-ħafna nies li attendew, b’mod speċjali lejn l-aħħar meta kien dalam u bħassoltu żdiedu wkoll in-nies.

Bħal kull sena, il-membri tal-Grupp Ħidma San Publju ħadu ħsieb ħafna mill-preparazzjonijiet għal din l-okkażjoni, l-istess bħalma jagħtu l-għajnuna tagħhom fl-attivitajiet kollha li jsiru fil-Knisja u barra matul is-sena kollha. Nirringrazzjawhom.

L-Erbgħa: 12 ta’ April Qabel il-Quddiesa ta’ filgħaxija saret Ċelebrazzjoni Komunitarja tal-Qrar, bħala l-aħħar tħejjija għat-Tridu tal-Għid.

Uħud mill-anzjani li rrakkuntaw l-esperjenzi tagħhom dakinhar li sfat attakkata l-knisja (28 ta’ April 1942) Il-grupp ta’ anzjani li rrakkuntaw l-esperjenzi tagħhom tal-attakk fuq il-knisja. Il-purċissjoni tat-traslazzjoni titlaq mid-Depot tal-Pulizija Waqt it-traslazzjoni bi Gwardja tal-Unur immuntata minn membri tal-Korp tal-Pulizija In-nominati għat-Trofew Tonna flimkien mal-Bord tal-gazzetta IL-FURJANA u Dun Renè Camilleri Dr. Matthew Paris jippreżenta t-Trofew Tonna lil Dr. George Grech, ir-rebbieħ tat-Trofew Tonna 2017
89
Ktieb tal-Festa u Storja
Furjaniża

It-Tridu tal-Għid: il-Ħamis 13 – il-Ħadd 16 ta’ April

Il-Knisja tqis dawn it-tlitt ijiem, mhux bħala tliet festi, imma bħala festa waħda ċċelebrata fuq tlitt ijiem. Għalhekk qabel il-Quddiesa tal-Ħamis wara l-Via Sagra, dejjem issir spjega dettaljata tat-tifsira ta’ dawn it-tlitt ijiem qaddisa.

It-Tridu tal-Għid beda bil-Quddiesa Konċelebrata ta’ Ħamis ix-Xirka filgħaxija. Għat-tieni sena ngħaqdu magħna ġrupp ta’ Kattoliċi Eritrej li ħadu sehem attiv billi kantaw xi innijiet fil-Quddiesa waqt li wħud minnhom ħadu sehem fil-funzjoni tal-Ħasil tar-Riġlejn.

Wara kien hemm Adorazzjoni u Viżti organizzati. Nhar il-Ġimgħa l-Kbira filgħodu kien hemm ilViżti.

Fit-3.00 pm tlabna l-Via Sagra u fit-3.30 pm saret it-Tifkira tal-Passjoni, li fiha għall-erbgħa u tletin sena konsekuttiva ngħataw l-offerti flenvelope tal-Karità waqt il-Qima tas-Salib.

L-għada, is-Sibt, il-Vġili tal-Lejl tal-Għid beda fit-8.00pm. Wara li smajna l-Kelma ta’ Alla, ġeddidna l-Wegħdiet tal-Magħmudija u wara komplejna nieħdu sehem fl-Ewkaristija tal-Għid.

Kienet ċelebrazzjoni sabiħa li wieħed m’għandux jitlifha għal xejn b’xejn. U fuq kollox ma ddumx daqs kemm wieħed jaħseb.

Kienet innutata l-parteċipazzjoni ta’ għadd ta’ żgħażagħ, anki bħala letturi, mhux biss fil-Vġili imma matul il-Ġimgħa Mqaddsa kollha.

L-attendenza għall-Quddiesa tal-10.30 am. ta’ nhar Ħadd il-Għid kienet numeruża. Ftit qabel it-tfal inġabru ħdejn l-istatwa tal-Madonna f’Balzunetta u minn hemm marru f’ċelebrazzjoni ta’ Ferħ lejn il-Knisja għall-Quddiesa. Din kienet it-tieni sena li fiha ċ-ċelebrazzjoni saret fil-Quddiesa tal-10.30 u mhux tad-9.00 am.

Il-kummenti ġenerali kienu li ċ-ċelebrazzjonijiet kollha tal-Ġimgħa Mqaddsa kienu esperjenza ta’ ġabra u devozzjoni, il-funzjonijiet kienu organizzati tajjeb ħafna u anki l-attendenza dejjem kienet tajba u xi ftit aħjar mis-sena ta’ qabel.

Il-Kor Parrokkjali anima l-kant kollu matul din il-ġimgħa. Ta’ min ifakkar li l-Kor tagħna jagħti s-servizz mhux biss matul il-Ġimgħa Mqaddsa imma wkoll fil-Festa Parrokkjali, fil-Festi Ewkaristiċi, fil-Milied u l-okkażjonijiet ewlenin kollha, kif ukoll fil-Quddiesa tas-Sibt filgħaxija s-sena kollha. Nirringrazzjawhom mill-ġdid.

Festa ta’ San Publju Din is-sena, il-Festa Parrokkjali kienet iċċelebrata bejn l-20 u t-30 ta’ April. Filprogramm ta’ din is-sena minbarra l-attivitajiet tas-soltu kien hemm ukoll oħrajn ġodda u okkażjonijiet speċjali.

San Publju tat-tfal

Il-Ħamis 20 ta’ April

Il-Velja ta’ Talb biex joħroġ il-ġid mill-Festi Maltin saret xorta waħda mill-Arċipriet.

Il-Ġimgħa 21 ta’ April

Dan kien Jum ta’ Supplika biex joħroġ ġid spiritwali mill-Festa.

Filgħaxija, l-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta organizzat serata mużiko-Letterarja ‘Benigne Suscipiens’. Din saret fil-Palazz ta’ San Anton u kienet taħt il-patroċinju tal-E.T. il-President ta’ Malta.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 90

Is-Sibt 22 ta’ April: Jum il-Benefatturi

Matul dan il-Jum sar talb għall-Benefatturi kollha tal-Parroċċa. Il-Quddiesa ta’ filgħaxija kienet għall-erwieħ ta’ dawk li mietu mill-festa ta’ qabel sa dakinhar.

Wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija l-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta organizzat serata oħra llum fi Triq l-Isqof Mawru Caruana. Matulha ngħata tagħrif dwar Santi ta’ San Publju, l-istatwa ta’ San Publju kif ukoll dwar spunti estetiċi tagħha.

Il-Ħadd 23 ta’ April: Jum il-Floriana, ilKatekeżi u s-Solidarjetà F’dan il-jum issir stedina speċjali lill-Furjaniżi li jgħixu barra mill-Floriana. Il-ġbir kollu li sar f’dan il-jum kien għall-Karità.

Fid-9.45am bdiet il-Proċessjoni bis-Sagrament u l-Vjatku Solenni akkompanjat mill-Banda Vilhena. Wara l-Quddiesa tal-11.00am, inħarġet il-Vara min-Niċċa. L-Ikla tal-Festa, li din is-sena wkoll saret fis-Sala San Publju, bdiet fis-1.00pm.

Waqt il-Quddiesa ta’ filgħaxija saret ilpreżentazzjoni tat-trabi.

It-Tnejn 24 ta’ April: Jum it-Tfal Bħas-soltu l-Festa tat-Tfal saret it-Tnejn ta’ qabel il-Festa. Dakinhar il-Quddiesa kienet fis6.00 pm. u t-tfal taw il-karus tal-Karità u ngħata rigal ta’ tifkira lit-tfal kollha.

It-Tlieta 25 ta’ April: Jum l-Għaqdiet F’dan il-Jum flimkien mal-għaqdiet kollha talParroċċa, kienu mistiedna wkoll rappreżentanti tal-Parroċċa personali tal-Eritrej Kattoliċi imma, sfortunatament din is-sena minħabba l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom ma setgħux jattendu.

Ta’ min wieħed ifakkar b’sodisfazzjoni li huma dejjem ġew meta stedinniehom. Wara l-Quddiesa sar ir-riċeviment għar-rappreżentanti talgħaqdiet kollha, reliġjużi u ċivili, tal-Parroċċa fis-Sala San Publju. Waqt dan ir-riċeviment, ingħaddu l-voti tal-għaqdiet biex jintgħażel ir-rebbieħ tat-Trofew Tonna għal din is-sena, b’inizjattiva tal-Gazzetta l-Furjana.

It-Trofew Tonna din is-sena ngħata lil Dr. George Grech M.D.

l-Erbgħa 26 ta’ April

Dan kien l-ewwel Jum tat-Tridu li l-Parroċċa tiddedikah għall-familji. Għalkemm dan il-Jum huwa għall-familji kollha ssir stedina speċjali lil dawk il-koppji li għalqu, 10, 25, 40 u 50 sena miżżewġin flimkien ma’ dawk li żżewġu f’din is-sena.

Il-Ħamis 27 ta’ April It-Tieni Jum tat-Tridu huwa l-Jum tal-Komunità Parrokkjali. Qaddes Monsinjur Pawlu Cremona Arċisqof Emeritus u waqt il-Quddiesa ġġedded il-mandat tal-Katekisti, Letturi, Animaturi, Ministri Straordnarji tat-Tqarbin u r-Reffiegħa tal-Vara.

Il-Ġimgħa 28 ta’ April Il-Parroċċa żżomm dan l-aħħar jum tat-Tridu bħala Jum is-saċerdoti, reliġjużi, vokazzjonijiet u morda. Waqt il-Quddiesa tad-9.00 am, ingħata s-Sagrament tal-Griżma tal-Morda.

Is-sena 2017 kienet il-75 anniversarju millħbit mill-ajru fuq il-Knisja. Fit-7.50 pm., ilħin eżatt li fih il-Knisja kienet ibbumbardjata, indaqqet il-mota tal-mewt bħalma tindaqq flGħid tal-Imwiet. Il-Quddiesa tat-8.00 am, kienet b’suffraġju għall-vittmi tal-Ħbit mill-arju fuq ilKnisja u għall-vittmi tal-gwerer kollha.

L-E.T. Mons Arċisqof Charles J. Scicluna iżur l-esibizzjoni fil-Mużew Parrokkjali
91
Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża

It-tfal tal-Iskola kellhom Quddiesa fl-10.00 am fil-Knisja u wara ħarġu fuq iz-zuntier, ħdejn illapida, fejn tqiegħdet kuruna u saret spjega dwar dak li kien ġara. Għadd ta’ anzjani li għexu dik il-ġrajja rrakkontaw it-tifkiriet u taw l-esperjenzi tagħhom ta’ dakinhar. Wara, dawn l-anzjani ħadu ritratt flimkien quddiem l-istatwa ta’ San Publju.

Fi tmiem il-Quddiesa Konċelebrata ta’ filgħaxija, kienu ppreżentati l-flus li l-komunità Parrokkjali ġabret għall-Karità waqt il-Ġimgħa Mqaddsa u l-Festa. Din is-sena dawn l-għotjiet li ammontaw għal €1665 ingħataw hekk: parti lill-Missjoni tal-Patrijiet Kapuċċini fil-Kenja, parti lill-ALS Foundation, parti lill-SKAS u parti oħra ngħatat lill-familji/persuni fil-bżonn fil-Parroċċa.

Ta’ min jinnota li, fil-Ktieb tal-Festa tas-sena li għaddiet kien ippubblikat rendikont finanzjarju dettaljat tal-Parroċċa li jkopri l-aħħar 15-il sena li matulhom kien Arċipriet Mons. Richard Borg. Matul dawn il-15-il sena, ingħataw €129, 686 bħala Karità. Dan jammonta għal madwar ħdax fil-mija tad-dħul kollu tal-Parroċċa f’dan iż-żmien. Din hija somma sabiħa ħafna meta wieħed jiftakar li finanzjarjament, il-Parroċċa tiddependi fuq il-kontribuzzjonijiet tal-membri tal-Komunità, fuq il-ġabriet speċjali li jsiru kultant u fuq id-donazzjonijiet li benefatturi jagħtu lill-Knisja.

Is-Sibt 29 ta’ April: lejlet il-Festa Kien hemm attendenza tajba għaż-żjara spjegata tal-Knisja li saret filgħodu.

Fis-6.00pm. bdiet it-Traslazzjoni tar-Relikwija mill-Headquarters tal-Pulizja u wara l-Għasar u Ċelebrazzjoni Ewkaristika kienet iċċelebrata l-Quddiesa fis-7.30 pm. Il-Ħadd 30 ta’ April Jum il-Festa Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ntlaqa’ fi Triq Sant’Anna u wara li wasal il-Knisja akkompanjat mill-Arċipriet, il-Kleru u l-Poplu, mexxa l-Quddiesa Pontifikali fid-9.15 am. Flimkien ma’ kongregazzjoni numeruża li mliet il-Knisja, assistew għall-Pontifikal l-E.T. ilPresident ta’ Malta u dinjitarji oħrajn.

Lejlet u nhar il-Festa, waħda mill-kmamar tad-dar numru 2, Triq Sarria, infetħet b’wirja

ta’ lbies liturġiku ta’ saċerdoti mejtin li ġew mogħtija lill-Parroċċa. Din il-wirja, li żaruha u faħħruha ħafna nies, fosthom Mons. Arċisqof, tista’ titqies bħala tentattiv għall-bidu ta’ Proġett ta’ Mużew Parrokkjali.

Mejju 2017

Id-dħul tal-vara ta’ San Publju lura fin-niċċa sar wara l-Quddiesa ta’ ringrazzjament li tagħlaq ilFesta, nhar is-Sibt 6 ta’ Mejju.

It-Tlieta 9 ta’ Mejju, il-membri tal-Museum iċċelebraw il-Festa ta’ San Ġorġ Preca fil-Knisja waqt il-Quddiesa ta’ filgħaxija.

Jumejn wara, jiġifieri l-Ħamis 11 ta’ Mejju, numru sabiħ ta’ nies marru f’Pellegrinaġġ għall-Kappella tad-Domna Mirakoluża fil-Blata l-Bajda fejn hemm midfun San Ġorġ Preca. Hemmhekk l-Arċipriet qaddes il-Quddiesa tas-6.00 pm. u wara Mr. R. Pace, membru tal-Musuem, kellem lil dawk preżenti dwar l-ispirtwalità kif mgħallma minn San Ġorġ Preca.

Jum l-Omm kien ċelebrat is-Sibt 11 ta’ Mejju fil-Quddiesa tas-6.30 pm. Fl-aħħar tal-Quddiesa ngħatat tifkira sabiħa mhux biss lin-numru kbir ta’ ommijiet preżenti imma wkoll lin-nisa kollha li kienu għall-Quddiesa.

Naqsu xi ħidmiet/attivitajiet li s-soltu jsiru matul dan ix-xahar. Minħabba ċirkostanzi li ħadd ma kellu kontroll fuqhom, f’Mejju li għadda ma ngħadx ir-Rużarju fil-Knisja qabel il-Quddiesa tat-7.45 am., u lanqas ma ngħad ir-Rużarju f’Balzunetta nhar ta’ Ġimgħa. Lanqas ma sar il-Pellegrinaġġ annwali bl-istatwa tal-Madonna għall-Knisja tal-Kapuċċini.

Din is-sena lanqas ma sar it-Tberik tad-Djar, għalkemm tbierku l-Klabbs u l-Każini.

Nhar it-Tlieta 23 ta’ Mejju 2017, miet Dun Ġużepp Borg Micallef. Dun Ġużepp, li f’dan l-aħħar żmien kien jgħix fid-Dar tal-Kleru, kellu 94 sena u kien l-aktar saċerdot anzjan ta’ Malta. Il-funeral tiegħu sar nhar is-Sibt 27 ta’ Mejju filgħodu; kien lejlet il-Festa tat-Tlugħ tal-Mulej fis-sema. Il-Konċelebrazzjoni, li fiha ħadu sehem għadd kbir ta’ saċerdoti, tmexxiet

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 92

minn Monsinjur Arċisqof. L-Omelija saret millArċipriet li tkellem fuq is-servizz kbir li Dun Ġużepp ta lill-Parroċċa u lid-Djoċesi b’mod speċjali fil-qasam tal-Kateketika kif ukoll l-imħabba kbira li kellu lejn persuni b’diżabiltà u anzjani.

Fuq kollox, Dun Ġużepp huwa ta’ eżempju għall-anzjani; ħafna drabi dawn iċiedu għattentazzjoni li jgħidu li dak li kellna nagħmlu issa għamilnieh u għalhekk issa nieqfu.

Minkejja l-età kbira tiegħu, Dun Ġużepp baqa’ attiv u jinteressa ruħu fil-Knisja u fil-ħajja ta’ madwaru sal-aħħar. Grazzi Dun Ġużepp.

Il-Fundazzjoni U ta’ Dun Ġwann ixxandar ilQuddiesa ta’ filgħaxija mill-Knisja tagħna fuq l-istazzjon tat-televiżjoni Xejk.

Dan huwa servizz li qed ikun offrut lil persuni madwar Malta li għal xi raġuni ma jkunux jistgħu jiġu l-Knisja. Ħafna, kemm mill-Parroċċa u anki minn Parroċċi oħra jkunu qed jistennew din ilQuddiesa.

Ġunju: Ix-xahar tal-Festi Ewkaristiċi Nhar il-Ħadd 11 ta’ Ġunju, 8 tifel u tifla talParroċċa rċevew l-Ewkaristija għall-ewwel darba. Dawn it-tfal u anki l-ġenituri tagħhom kellhom programmm sħiħ ta’ tħejjija speċjalment matul il-ġimgħa ta’ qabel.

Din is-sena, matul il-Ġimgħa Ewkaristika kellha tingħata enfasi speċjali lit-tagħlim dwar l-Ewkaristija.

Il-Ġimgħa Ewakristika bdiet nhar il-Ħamis 15 ta’ Ġunju, b’jum sħiħ ta’ Adorazzjoni fil-Knisja,

u wara l-Quddiesa Solenni Konċelebrata ta’ filgħaxija saret il-Proċessjoni Ewkaristika.

Jum il-Missier inzerta waqt din il-ġimgħa. Ittifkira ta’ dan il-Jum saret fil-Quddiesa tas-Sibt filgħaxija, 17 ta’ Ġunju. Ingħataw tifkiriet sbieħ li ntgħoġbu ħafna, mhux lill-missirijiet biss, imma lill-irġiel kollha preżenti.

Il-Ħadd 18 ta’ Ġunju, il-Knisja baqgħet miftuħa l-jum kollu għall-Adorazzjoni.

Biex ikompli jsir enfasi fuq it-tagħlim dwar l-Ewkaristija din is-sena saret Laqgħa Staġjonali nhar it-Tnejn 19 ta’ Ġunju waqt il-Quddiesa ta’ filgħaxija. Sa ftit snin ilu kienu jsiru tliet laqgħat staġjonali: fl-Avvent, fir-Randan u fil-Ġimgħa Ewkaristika; imma l-laqgħa ta’ matul il-Ġimgħa Ewkaristika ma baqgħetx issir. Ħaġa tajba li issa reġgħet bdiet.

Fil-jiem l-oħra kien hemm ħinijiet ta’ Adorazzjoni kuljum waqt li nhar il-Ħamis, 22 tax-xahar, kien hemm Jum sħiħ ta’ Adorazzjoni fil-Museum.

Il-Ġimgħa Ewkaristika ntemmet l-għada l-Ġimgħa 23 ta’ Ġunju bil-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù. Dan kien jum ieħor sħiħ ta’ Adorazzjoni fil-Knisja, u filgħaxija, wara l-Quddiesa Solenni Konċelebrata, saret il-Proċessjoni Ewkaristika.

Kien innutat li, l-attendenza tan-nies għal dawn il-Proċessjonijiet, din is-sena kienet anqas missnin ta’ qabel; min-naħa l-oħra kien hemm aktar ordni u ġabra l-ħin kollu u speċjalment filProċessjoni tal-Ġimgħa.

F’dan ix-xahar waqfu x-xandiriet tal-Quddies ta’ filgħaxija mill-Fondazzjoni U mill-Parroċċa tagħna. Dan għaliex matul ix-xhur tas-sajf ilFondazzjoni U se tkun ixxandar minn diversi Parroċċi waqt il-festi parrokkjali tagħhom. L-istaġun tas-Sajf: (minn wara l-Festi Ewkaristiċi sal-aħħar ta’ Settembru): Din is-sena wkoll, il-Kappella tan-Nazzarenu nfetħet għall-Adorazzjoni bejn is-7.00 u d-9.00 pm, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-3 ta’ Lulju u l-15 ta’ Settembru. F’jumejn minnhom l-ewwel nofs siegħa tkun adorazzjoni organizzata.

L-E.T. Mons Arċisqof Charles J. Scicluna fi triqtu lejn il-Każin Vilhena Furjaniża 93
Ktieb tal-Festa u Storja

Kull nhar ta’ Ħamis l-ewwel nofs siegħa taladorazzjoni ssir fil-Knisja u l-Kappella tiftaħ wara. Grazzi lil Mrs. A. Gauci li kważi kuljum kienet tieħu ħsieb tiftaħ u tagħlaq il-Kappella.

L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta organizzat Pellegrinaġġ għall-Gżejjer ta’ San Pawl. Inizjlament dan kellu jsir nhar il-Ħadd 2 ta’ Lulju. Minħabba li dakinhar kien maltemp dan il-Pellegrinaġġ sar il-Ħadd ta’ wara, 9 ta’ Lulju.

xhur tas-sajf. Dawn isiru s-Sibt filgħodu, darba kull ħmistax.

Il-laqgħat tal-Grupp Bibliku waqfu għax-xhur tas-sajf bl-intenzjoni li jerġgħu jibdew f’Ottubru. Matul is-sajf iżda, id-direttriċi tal-Grupp Sr. C. Deguara ma baqgħetx tgħix fil-Floriana imma marret fil-Kunvent f’Tal Virtù. Għalhekk ilGrupp Bibliku ma reġax beda jiltaqa’. Ta’ min jieħu l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lil Sr. Deguara għas-servizz li hi tat b’ġenerożità kbira għal ħafna snin fil-Parroċċa.

Is-Sibt 15 u l-Ħadd 16 ta’ Settembru saret ilġabra annwali għall-Missjoni fl-Art Imqaddsa. Il-Parroċċa tat € 220.

Ottubru Malli beda Ottubru l-ħajja u l-attività talParroċċa reġgħu għar-ritmu normali wara li dan kien naqqas xi ftit matul ix-xhur tas-sajf.

Il-Pellegrinaġġ

Parrokkjali annwali għasSantwarju tal-Madonna tal-Mellieħa sar nhar itTlieta 11 ta’ Lulju.

Imbagħad nhar il-Ħamis 20 ta’ Lulju, ingħaqadna mal-Arċipriet biex irroddu ħajr lil Alla fl-43 anniversarju tal-ordinazzjoni tiegħu.

Din is-sena wkoll saru tliet Quddisiet fil-beraħ matul is-sajf. L-ewwel waħda saret fil-Ġnien Re Ġorġ V nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Lulju fit-8.15 pm. It-tieni Quddiesa saret ukoll f’dan il-ġnien nhar il-Ġimga 4 ta’ Awwissu. Ta’ min jgħid li għallbidu li bdiet issir din il-Quddiesa f’dan il-ġnien l-attendenza kienet tkun bejn 100-130. Mażżmien l-attendenza naqset, għalkemm ta’ min jgħid li n-numru ta’ nies li jiffrekwentaw dan ilġnien naqas wkoll. Din is-sena saret propaganda għal din il-Quddiesa, l-aktar permezz ta’ flyers li tqassmu mal-pubblikazzjoni Flimkien-Qalb Waħda. Din is-sena l-attendenza kienet ftit aħjar.

It-tielet Quddiesa, dik tal-ġimgħa 1 ta’ Settembru saret fil-Klabb tal-Boċċi. Hemmhekk l-attendenza kienet aħjar.

Bħas-snin ta’ qabel l-Arċipriet organizza kors ta’ sitt laqgħat għat-tfal tal-Griżma matul dawn ix-

L-ewwel attività kienet il-Ġimgħa Marjana. Din bdiet b’feature Marjan nhar is-Sibt 30 ta’ Settembru fis-6.00 pm.

It-Tnejn ta’ wara, 2 ta’ Ottubru, l-Arċipriet beda Kors ta’ Katekeżi fil-forma ta’ omelija fil-Quddiesa tat-Tnejn filgħaxija. Dan il-Kors kompla sakemm bdiet in-Novena tal-Milied u s-suġġett tal-ispjegi ta’ din is-sena, minbarra xi eċċezzjonijiet imsemmija aktar ’il quddiem f’dan l-artiklu, kien: ‘L-10 Kmandamenti.’

Il-Ħamis 5 ta’ Ottubru saret laqgħa għal-Letturi u Animaturi tal-Quddies wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija.

Il-Ħamis 5, il-Ġimgħa 6 u s-Sibt 7 tax-xahar kienu jiem ta’ tħejjija għall-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Is-Sibt fis-6.00 pm, ingħad l-Għasar (Talba ta’ Filgħaxija) u fil-Quddiesa, minflok omelija saru ħsibijiet qosra dwar il-Madonna, alternati ma’ Kant Marjan mill-Kor Parrokkjali.

Il-Konklużjoni tal-Ġimgħa Marjana kienet ilProċessjoni tal-Madonna tar-Rużarju li din is-sena, bi prova, saret il-Ħadd 8 ta’ Ottubru filgħodu, wara l-Quddiesa tad-9.00 am.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 94
L-E.T. Mons Arċisqof Charles J. Scicluna jqaddes quddiesa bil-Ġermaniż lil grupp ta’ turisti Tedeski

Għat-tieni darba, Jum it-Tagħlim Nisrani kien iċċelebrat fost il-ġimgħa, jiġifieri nhar it-Tlieta 11 ta’ Ottubru. Din is-sena wkoll l-attendenza tat-tfal, tal-ġenituri u tal-membri tal-għaqdiet reġgħet kienet aħjar milli meta ċ-ċelebrazzjoni kienet issir il-Ħadd. Fil-Quddiesa kien imġedded il-Mandat tal-Katekisti.

L-Arċipriet radd ħajr lill-Katekisti kollha, kbar u żgħar u semma b’mod speċjali lil Mr. A. DeBattista u lil Ms.R. Ellul li ilhom katekisti b’mod regolari għal numru kbir snin.

Il-Ħadd ta’ wara, 15 ta’ Ottubru, il-Parroċċa tat is-sehem tagħha fl-attività ‘Ġenna ta’ Ġonna’ organizzata mill-Kunsill Lokali. L-attività bdiet bil-Quddiesa tal-10.30 am. li kienet iċċelebrata fil-Ġnien tal-Mall. Il-Knisja kienet miftuħa l-ġurnata kollha u kull min ġie seta’ jitla’ fuq ilbejt u fuq l-armar tal-pittura.

• Kunċert fuq l-orgni tal-Knisja bejn il11.15am u l-12.15 pm. L-organista kien Fr. Aurelio Mule’ Stagno

• Wirja tal-kotba kollha miktuba mill-Professur Oliver Friggieri fid-Dar numru 2, Triq Sarria.

Il-Ħadd ta’ wara 23 ta’ Ottubru, flimkien malKnisja kollha ċċelebrajna l-Ġurnata Missjunarja. Il-ġbir li sar għall-Missjoni din is-sena laħaq issomma ta’ € 2065.

Din is-sena wkoll kellna okkażjoni speċjali għaliex is-sena 2017 kienet il-225 anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja.

Sar programm ta’ tħejjija matul il-ġimgħa ta’ qabel:

• Waqt il-Quddiesa ta’ filgħaxija tat-Tnejn 23 ta’ Ottubru il-Katekeżi kienet dwar ‘ilQdusija tal-Knisja’ minflok dwar ‘L-10 Kmandamenti’.

• Waqt il-Quddiesa tal-Erbgħa 25, filgħaxija, saret spjega dwar ‘il-persuni bħala Tempju ta’ Alla.’

• It-Tlieta 24 tax-xahar saret laqgħa għat-tfal kollha fil-Knisja fil-5.15 pm. Din il-laqgħa għat-tfal saret minflok dik li soltu ssir fil-bidu tax-xahar waqt il-Ġimgħa Marjana.

• B’sodisfazzjoni wieħed jinnota li l-attendenza tat-tfal kienet ta’ madwar 50. Għall-Parroċċa tagħna, dan huwa numru tassew kbir.

• Il-Ħamis 26 tax-xahar, il-Knisja baqgħet miftuħa għal jum sħiħ ta’ Adorazzjoni.

F’nofsinhar saret ikla fuq iz-zuntier b’risq ilFesta.

Dawn imsemmija hawn fuq huma l-attivitajiet li l-Knisja tagħmel f’dan il-jum kull sena.

Din is-sena, ma’ dawn saru żewġ inizjattivi ġodda:

• Is-Sibt, 28 tax-xahar, sar feature fis-6.00 pm. biex jispjega t-tifsira tal-Konsagrazzjoni talKnisja. Il-Quddiesa tas-6.30 pm, bdiet bitTalba ta’ Filgħaxija (l-Għasar). Sar wkoll talb addattat għall-okkażjoni mfassal fuq ittalb li jsir waqt il-konsagrazzjoni propja talKnejjes.

• Il-Quddiesa tad-9.00 am, tal-Ħadd kienet il-Quddiesa solenni tat-Tifkira talKonsagrazzjoni.

L-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju
95
Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża

Biex tkompli tkun imfakkra din l-okkażjoni saru santi sbieħ ħafna forma ta’ bookmarks li tqassmu lil kull min ġie l-Knisja f’dawn il-jiem.

Xi ħaġa li forsi ftit minna jafu hija li fil-Knisja hemm lapida li tfakkar il-Konsagrazzjoni. Din qiegħda fuq in-naħa tax-xellug meta tħares lejn il-bieb il-kbir tal-Knisja. Din il-lapida flimkien mas-slaleb tal-Konsagrazzjoni kienu mnaddfa matul din is-sena.

Bħas-snin li għaddew, mill-aħħar ta’ dan ixxahar, reġgħu bdew features nhar ta’ Sibt fissitta ta’ filgħaxija bi tħejjija għall-Quddiesa. FilQuddies tas-Sibt filgħaxija u tal-Ħadd filgħodu tad-9.00 am. il-Liturġija tal-Kelma tkun bilpowerpoint. Din l-inizjattiva kompliet b’mod regolari sal-Festa tal-Epifanija, biex imbagħad terġa’ tibda fiż-żmien tar-Randan.

Novembru

Malli ntemm Ottubru ħafna nies ġiebu r-ritratti tal-għeżież mejtin tagħhom biex jintrama ‘ċimiterju’ fil-Knisja stess permezz ta’ dawn irritratti. Din kienet il-ħdax-il sena konsekuttiva li ntrama dan ‘iċ-ċimiterju.’

Flimkien mal-Knisja kollha aħna ċċelebrajna l-Festa tal-Qaddisin kollha nhar l-Erbgħa 1 ta’ Novembru u t-Tifkira tal-Fidili mejtin kollha l-għada, 2 tax-xahar.

Il-Ġimgħa 3 ta’ Novembru sar Kunċert misSaint Paul’s Chamber Ensemble fil-Knisja fis-7.30 pm. Id-donazzjonijiet li nġabru waqt dan il-Kunċert ingħataw lill-Ghana Mission Foundation.

Il-Ħadd ta’ wara, 5 ta’ Novembru, 12-il tifel u tifla mill-Parroċċa rċevew is-Sagrament talKonfermazzjoni(Griżma tal-Isqof). Minn ħafna qabel din id-data, it-tfal, il-ġenituri u l-parrini kellhom programm regolari ta’ tħejjija.

Kull sena, it-tfal li jirċievu l-Griżma jkunu mistiedna biex jissieħbu fil-Youth Centre talParroċċa fejn kull nhar ta’ Erbgħa jiltaqgħu għal ftit ħin ta’ tagħlim u rikreazzjoni. Din issena l-istedina saret ukoll imma sfortunatament, l-attendenza ma kienet tajba xejn, tant li din l-inizjattiva kellha tieqaf.

Hawnhekk ta’ min isemmi wkoll li apparti millabbatini l-kbar li għadhom jagħtu servizz filParroċċa, in-numru ta’ abbatini li għandna bħalissa fil-Parroċċa huwa żgħir ħafna. Dan għaliex innumru ta’ tfal fil-Parroċċa huwa żgħir kif ukoll għaliex ħafna ma jkunux jistgħu jew iridu jinrabtu li jattendu għal-laqgħat ta’ formazzjoni u jagħtu s-servizz tagħhom waqt iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Imma ta’ min isemmi wkoll li

i) ftit snin ilu biss kellna 22 abbati; dawk li jiġu għall-Quddiesa tas-Sibt filgħaxija u għallfunzjonijiet ewlenin jiftakru kif l-abbatini kienu jimlew il-Presbiterju; u

ii) mill-2005, meta beda jkollna abbatini bniet fil-Parroċċa, madwar 50 tifla libsu l-libsa ta’ abbatini.

Min jaf… forsi bi ftit rieda tajba min-naħa tattfal u l-ġenituri s-sitwazzjoni preżenti tkun tista’ titjieb.

Il-Ħadd 26 ta’ Novembru kienet il-Festa ta’ Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien kollu. Mons Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona qaddes ilQuddiesa tal-10.30 am tal-Ħadd 12 Novembru. Waqt din il-Quddiesa tqassmu l-flus miġbura mill-Fondazzjoni U fil-Maratona ta’ ġbir għallMissjoni li saret f’Settembru b’din il-festa, aħna flimkien mal-Knisja temmejna s-Sena Liturġika.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 96
L-altar maġġur armat għal matul ix-xahar ta’ Ottubru, ix-xahar tar-Rużarju

L-Avvent, il-Milied u ż-żmien tal-Milied Il-Ħadd ta’ wara 3 ta’ Diċembru bdiet Sena Liturġika ġdida bl-ewwel Ħadd tal-Avvent. Ta’ min ifakkar li l-Avvent mhux kull sena jibda fl-istess ġurnata. L-Avvent jinkludi fih l-erbat iħdud ta’ qabel il-Milied. Peres li din is-sena l-Milied ġie t-Tnejn, dan l-Avvent kien l-iqsar wieħed li jista’ jkun. Minkejja dan, il-programm ta’ tħejjija għall-Milied kien bħas-soltu wieħed intensiv.

Malli beda l-Avvent tqiegħed ma’ wieħed millpilastri ta’ maġenb l-altar banner bil-motto talParroċċa għas-Sena Liturġika ġdida. Il-motto magħżul għal din is-sena huwa: ‘Sinjur Alla, Int Missierna u aħna wliedek.’

Din il-frażi hija addattatament ta’ waħda mittalbiet ta’ San Ġorġ Preca.

Fl-ewwel Ħadd tal-Avvent, jiġifieri s-Sibt 2 ta’ Diċembru filgħaxija u l-għada l-Ħadd sar iċ-Ċensiment Djoċesan dwar l-attendenza talQuddies tal-Ħadd. Grazzi għall-koperazzjoni ta’ kulħadd, kif ukoll għall-għajnuna ta’ numru ta’ helpers li għenu f’kull Quddiesa kollox mar sew.

It-Tnejn 4 ta’ Diċembru filgħaxija saret ilLaqgħa Staġjonali tal-Avvent. Fil-Quddiesa, permezz ta’ omelija, l-Arċipriet spjega t-tifsira spiritwali ta’ dan l-istaġun.

L-għada, it-Tlieta, 5 tax-xahar saret il-laqgħa tal-Avvent għat-tfal fil-Knisja fil-5.15 pm. F’din il-laqgħa, li għaliha l-attendenza reġgħet kienet tajba ħafna, minbarra l-ispjega ta’ xi jfisser dan l-istagun, it-tfal kienu mgħallmna kif jagħmlu, b’mod sempliċi, il-girlanda tal-Avvent. Fl-aħħar tal-laqgħa t-tfal ingħatalhom il-Kalendarju talAvvent.

Saru diversi inizjattivi waqt in-Novena, li bħassoltu tqassmet fost l-għaqdiet tal-Parroċċa. F’jumejn min-Novena għedna t-Talba ta’ Filgħaxija (l-Għasar) fil-bidu tal-Quddiesa, darbtejn oħra kellna features qosra waqt ilQuddiesa minflok l-omelija, darb’oħra kellna ċelebrazzjoni komunitarja tal-Qrar qabel ilQuddiesa li matulha kellna l-għajnuna ta’ konfessur minn barra l-Parroċċa, u f’ġurnata

oħra kien mogħti s-Sagrament tal-Griżma talMorda waqt il-Quddiesa.

Nhar is-Sibt 16 ta’ Diċembru fil-Quddiesa ta’ filgħaxija minflok omelija sar kunċert ta’ Kant tal-Milied mill-Kor Parrokkjali alternat ma’ riflessjonijiet qosra. It-titlu tal-kunċert ta’ din issena kien ‘Marija tirrakkonta’ . Waqt il-Quddiesa l-Arċipriet ħabbar li Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ħatru bħala Monsinjur Onorarju talKatidral tal-Imdina. Wara l-Quddiesa saret l-ikla annwali tal-Milied.

Il-Ġimgħa 22 tax-xahar, wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija kellna kunċert ta’ Kant tal-Milied minNew Choral Singers. Il-Knisja kienet mimlija b’nies minn Malta kollha u d-donazzjonijiet li nġabru dakinhar ingħataw lill-Fondazzjoni Karl Vella.

Fl-aħħar jum tan-Novena, jiġifieri s-Sibt ta’ wara, 23 ta’ Diċembru, il-Quddiesa ta’ filgħaxija kienet fil-5.30 pm. Wara l-Quddiesa l-membri tal-Museum għamlu l-Proċessjoni Tradizzjonali bil-Bambin madwar it-toroq tal-Parroċċa u wara l-Proċessjoni sar programm fis-Sala talKoperaturi.

L-għada l-Ħadd, waqt il-Quddiesa tad-9.00 am. tbierku l-Bambini tat-tfal. Minbarra l-attivitajiet li saru fil-Knisja, saru żjarat lir-residenti fid-dar tal-Anzjani talFloriana u f’xi Djar residenzjali oħra u fl-Isptar Mater Dei.

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ Ferħ ta’ qabel il-Quddiesa ta’ nofsillejl tal-Milied bdiet fil-10.45 pm. Kien fiha, qari, feature qasir, talb u kant mill-Kor Parrokkjali u kantanti żgħar kif ukoll il-Prietka

Waqt quddiesa fix-xahar ta’ Ottubru
97
Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża

tal-Milied li din is-sena saret minn żewġ aħwa, tifel u tifla.. Sfortunatament, l-attendenza filLejl tal-Milied kienet anqas minn dik tas-snin ta’ qabel.

Il-ġimgħa bejn il-Milied u l-ewwel tas-Sena kienet mimlija attivitajiet ukoll: l-aħħar tlitt ijiem tas-sena, jiġifieri l-Ġimgħa 29, is-Sibt 30 u l-Ħadd 31 ta’ Diċembru kienu jiem sħaħ ta’ Adorazzjoni. Il-Ħamis 28 ta’ Diċembru sar ilparty għat-Tfal u l-għada l-Ġimgħa 29 sar dak tal-helpers.

Minħabba li l-aħħar tas-sena, inzerta l-Ħadd, il-Quddiesa ta’ filgħaxija kienet fil-5.30 pm. Wara l-Quddiesa ingħad it-Te Deum u saret Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Dakinhar, l-attendenza kienet tajba ħafna.

Matul dan l-istaġun, il-Knisja tkun imżejna kif jixraq. Minbarra l-istilla l-kbira, ħdejn il-kanċell ikun hemm il-girlanda tal-Avvent imfassla madwar il-Blandun. L-erba’ xemgħat jinxtegħlu, waħda waħda, fil-bidu tal-Quddiesa tas-Sibt filgħaxija. Ix-xemgħa tan-nofs li tirrappreżenta lil Kristu tixtegħel fil-bidu tal-Quddiesa ta’ nofsillejl tal-Milied.

Fil-Korsija jintrama Presepju, sempliċi imma sabiħ, li tbierek fl-ewwel jum tan-Novena. Ħdejn dan il-Presepju issir wirja ta’ għadd ta’ Presepji żgħar maħduma minn diversi persuni.

Ħdejn il-pulptu tintrama s-siġra tal-Milied, b’tifkira tal-arblu tar-razza ta’ Ġesù. Ħdejn din is-siġra kull min ried qiegħed ikel u oġġetti oħra li ngħataw lid-dar Angela House.

Il-ġbir għall-Karità sar peremzz ta’ stickers li twaħħlu ma’ board biex jiffurmaw il-kelma ‘GRAZZI’ u saru diversi ġabriet b’mod speċjali dik tal-aħħar tas-sena. Din is-sena s-somma miġbura kienet €1565. Minn dawn €1200 ingħataw lid-Dar tal-Providenza u l-bqija tqassmu bejn il-Hospice Movement u familji/ persuni fil-bżonn mill-Parroċċa.

Jannar 2018 Għalkemm il-qofol tal-attivitajiet ta’ dan ix-xahar ikunu ċċentrati madwar il-Festa Liturġika ta’ San Publju kellna wkoll diversi okkażjonijiet oħra.

Mill-għada tal-ewwel tas-Sena, jiġifieri mitTlieta 2 ta’ Jannar, Monsinjur Paul Camilleri beda jqaddes fil-Parroċċa b’mod regolari l-Quddiesa tat-8.00 am, fil-ġranet ta’ matul ilġimgħa, għaliex għalissa fil-Ħdud l-Festi għadu jagħti s-servizz tiegħu fil-Parroċċa tal-Iklin. Għalkemm Dun Pawl ilu impenjat f’Parroċċi oħra għal aktar minn 30 sena, dejjem baqa’ jagħti servizz utli b’mod regolari, l-aktar permezz ta’ qrar, fil-Floriana.

Nhar is-Sibt 13 ta’ Jannar fis-6.00 pm. kellna feature bl-isem ‘Il-Patruni tagħna.’ Dan ilfeature kien miktub mill-Arċipriet għall-Festi ċentinarji li saru ftit snin ilu u ġie addattat ftit biex ikun jista’ jsir din is-sena.

It-Tlieta ta’ wara, 16 tax-xahar, saret laqgħa għattfal fil-Knisja fil-5.15 pm, u nħarġet l-istatwa ta’ San Publju min-niċċa.

Fil-Knisja kollha, matul il-ġimgħa bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar isir Talb għall-Għaqda fost l-Insara. Għalhekk nhar il-Ħamis 18 ta’ Jannar il-Quddiesa ta’ filgħaxija kienet il-Quddiesa għall-Għaqda fost l-Insara. Din kienet ukoll ittema tal-Adorazzjoni li saret wara l-Quddiesa. Minħabba li l-Festa Liturġika ta’ San Publju nzertat it-Tnejn, it-Traslazzjoni u l-Għasar ta’ Lejlet il-Festa saru qabel il-Quddiesa tas-Sibt filgħaxija. Dan għaliex minbarra li nhar ta’ Ħadd il-Quddiesa ta’ filgħaxija tibda fil-5.30 pm., ilQuddiesa tas-Sibt filgħaxija hija dik l-aktar frekwentata u l-biċċa l-kbira ta’ dawk li jattendu

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 98
Wieħed mill-korijiet waqt il-provi

jkunu mill-Parroċċa waqt li l-Ħadd l-aktar li jkun hemm huma nies minn barra. Din il-bidla rnexxiet għax kemm għall-Għasar kif ukoll għall-Quddiesa kien hemm ħafna nies.

Dan minkejja li dakinhar kien hemm ċelebrazzjonijiet fil-Belt. Għal din l-istess raġuni, l-Ikla tal-Festa kienet trasferita għasSibt ta’ wara 27 tax-xahar. L-Ikla ta’ din issena minbarra li kienet għall-Festa kienet ukoll fl-okkażjoni tal-ħatra tal-Arċipriet bħala Monsinjur.

Minħabba li l-pussess tal-Arċipriet se jkun ilĦadd 28 ta’ Jannar, iċ-ċelebrazzjoni tal-Festa ta’ San Publju, fil-Kappella ddedikata lilu fl-Għarb Għawdex din is-sena saret il-Ħadd 21 ta’ Jannar u mhux il-Ħadd ta’ wara l-Festa bħas-snin ta’ qabel. Għal din l-attività li kienet organizzata mill-Grupp Ħidma San Publju kien hemm l-għajnuna tal-Kunsill Lokali.

Dakinhar ukoll l-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta organizzat pellegrinaġġ minn Burmarrad għallKappella tal-Ħġejjeġ f’San Pawl il-Baħar. Għalkemm dawn iż-żewġ attivitajiet inzertaw fl-istess ġurnata, l-attendenza fit-tnejn li huma kienet tajba.

It-Tnejn 22 ta’ Jannar iċċelebrajna l-Festa Liturġika ta’ San Publju. Filgħodu, il-Quddiesa tad-9.00am, kienet għat-tfal tal-Iskola. Filgħaxija, it-Talba ta’ Filgħaxija bdiet fis6.00pm, u l-Quddiesa solenni tal-Festa fis6.30pm. Wara l-Quddiesa tkantat l-Antifona waqt li l-Vara nġarret f’Purċissjoni qasira fil-Knisja stess. Fl-aħħar saret ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Il-Knisja kienet mimlija u ċ-ċelebrazzjoni xxandret mill-Fondazzjoni U ta’ Dun Ġwann fuq it-televiżjoni.

Għal din l-okkażjoni l-Ktieb ‘Il-Floriana filMixja Nisranija tagħha’ ta’ Fr. Alessandru Bonnici OFM Konv. kien offrut għall-bejgħ bi prezz ridott ħafna.

L-investitura tal-Arċipriet bħala Monsinjur Onorarju tal-Katidral Nhar il-Ħadd 28 ta’ Jannar, fid-8.45am, il-

Monsinjuri elettti fosthom l-Arċipriet tagħna ngħataw il-ħatra ta’ Kanonċi (Monsinjuri) talKatidral. Wara t-talba tal-bidu, inqara d-digriet tal-ħatra u l-Monsijuri l-ġodda, wieħed wieħed, kienu mlibbsa l-insinji ta’ Monsinjuri, jiġifieri, ir-rukkett, il-muzzetta, is-salib u l-berettin millArċisqof. Inqara u kien iffirmat il-ġurament tal-ħatra u mbagħad il-Monsinjuri l-ġodda ikkonċelebraw flimkien mal-Arċisqof, inNunzju Apostoliku u l-membri tal-Kapitlu filPontifikal tal-Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, it-titular tal-Katidral.

Għadd ta’ persuni mill-Parroċċa kienu preżenti għal din l-okkażjoni.

Frar 2018 Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Frar, flimkien mal-Knisja kollha ċċelebrajna l-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju. (Il-Kandlora) Il-Quddiesa ewlenija kienet dik ta’ filgħaxija li fiha sar itTberik tax-xemgħat.

Il-mejda tal-ġurija internazzjonali waqt il-Festival Internazzjonali tal-Korijiet. Mal-ġurati jidher Mro Profs Joseph Vella li miet fil-25 ta’ Frar 2018.

L-għada s-Sibt 3 ta’ Frar, il-Quddiesa ta’ filgħaxija kienet b’suffraġju tad-disa’ ħaddiema li mietu fid-diżgrazzja tat-Tarzna tat-3 ta’ Frar 1995. Fi tmiem din il-quddiesa l-Arċipriet

99
Ktieb tal-Festa u Storja
Furjaniża
Il-purċissjoni bil-Bambin fil-knisja It-tfajjel Mattias Camilleri jkanta fil-lejl tal-Milied meta l-Bambin tpoġġa f’riġlejn ommu Marija It-tfal Rico u Elias waqt il-prietka tal-Milied Xarba sħuna wara l-quddiesa ta’ nofsillejl Uħud mit-tfal waqt il-party tal-Milied Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 100

ħabbar li l-Parrokat tiegħu issa wasal biex jintemm u li l-Arċipriet il-ġdid tal-Floriana sa jkun Dun Charles Cini, imwieled Ħal Qormi.

Ta’ min ngħidu grazzi kbira lil Monsinjur Richard Borg għall-ħidma bla heda li wettaq b’entużjażmu u ħeġġa kbira fil-Floriana għal dawn l-aħħar sittax-il sena u nagħtu merħba mill-qalb li Dun Charles u nwegħduh li nkomplu naħdmu għall-ġid ta’ parroċċa tagħna. Ad multos annos.

Din is-sena r-Randan jibda nhar l-Erbgħa 14 ta’ Frar. Kważi kull sena, il-pellegrinaġġ ippjanat qabel il-Quddiesa ta’ filgħaxija ma jsirx minħabba temp ħażin. Għalhekk biex ikunu evitati ħafna inċertezzi kważi sal-aħħar, din is-sena kien deċiż minn qabel li l-pellegrinaġġ ma jsirx u minflok iċ-ċelebrazzjoni penitenzjali ssir fil-Knisja stess qabel il-Quddiesa. Kif kien innutat kull darba li sar hekk, l-attendenza kienet akbar u kien hemm aktar ġabra u devozzjoni filkongregazzjoni.

Grazzi

Nirringrazzjaw l-ewwel u qabel kulħadd lil Alla għal tant grazzji li xerred fuqna biex dawn ilħidmiet setgħu jsiru għall-glorja tiegħu u għallġid tal-Komunità Parrokkjali.

Nirringrazzjaw lil San Publju Patrun tagħna li ngħata lilna biex ikun ta’ eżempju u gwida fil-mixja Nisranija tagħna. Aħna żguri li l-interċessjoni tiegħu qatt ma tonqosna.

Grazzi lill-Arċipriet u lis-saċerdoti għas-servizz kontinwu li jagħtu fil-Parroċċa. Għandna lkoll napprezzaw li dan is-servizz li lkoll ilhom jagħtu għal ħafna snin b’dedikazzjoni kbira.

Grazzi wkoll lill-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Grupp Ħidma San Publju, ilmembri tal-Għaqdiet, Gruppi u Kummissjonijiet tal-Parroċċa kif ukoll lil tant voluntiera li b’ġenerożità kbira taw l-għajnuna u l-kontribut tagħhom biex il-ħidma msemmija f’dan l-artiklu, kif ukoll ħafna ħidma oħra li ssir filParroċċa setgħu jsiru.

Konklużjoni Il-ħafna ħidmiet u inizjattivi ma jsirux weħidhom. Isiru għax hawn ħafna persuni li jagħtu s-sehem tagħhom.

Kulħadd persważ li riżorsa qawwija li għandha l-Parroċċa hija l-għadd kbir ta’ voluntiera dedikati li jagħmlu ħafna ħidma b’risq il-Knisja u l-ħidmiet u l-attivitajiet kollha tagħha.

Jalla li, fir-rapport ta’ sena oħra, jkun jista’jinkiteb li l-għadd ta’ volontiera f’kull qasam ta’ ħidma li għandha l-Parroċċa, żdied.

Il-Festa t-Tajba lil kulħadd.

The Top Shop 70, St Thomas Street, Floriana • Tel: 2122 0651 Għal kull xorta ta’ ħwejjeġ tal-aħħar moda bi prezzijiet ferm tajbin kif ukoll żraben u bjankerija Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża 101
IT’S THE QUALITY THAT COUNTS! Importers & Distributor of Office Consumables Arch Lever Files, Archive Boxes, Binders, Hanging Files, Indexes, Folders & Filing Trays Self-Adhesive Labels for all kinds of Laser, Ink-Jet, Matrix Printers and also Photocopiers Desk Organisers, Drawer Cabinets, Pen Tidy, Magazine Racks, Waste Paper Baskets Star Stationery Supplies Ltd 54, Conservatory Street, Floriana FRN 1522, Malta Tel: 2122 0372, 2124 1182 Fax: (356) 2124 1930 Mob: 9949 3048 E-mail: vindar@maltanet.net Your One Stop Shop for your Everyday Needs Mob: 7944 4789 Vilhena Band Club St. Anne Street, Floriana Weekly Live Music Mob: 79209556 For all kinds of Pyro Technics Events specialising in Weddings and all types of feasts in Aerial and Ground fireworks Email: muscatcolin@gmail.com Mob: 99429033 Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 102

Tislima lill-Furjaniżi

Bħall-Furjaniżi kollha jien inħossni kburi u ferħan li twelidt u trabbejt f’dan is-subborg tant sabiħ. Sa minn tfuliti ili nikteb, u jien u nikteb dejjem feġġet quddiemi l-ħajja Furjaniża, blambjenti tagħha. Fir-rumanzi tiegħi kollha kont imnebbaħ mill-inħawi Furjaniżi ta’ kull naħa, mill-Furjana qrib il-Port, fejn twelidt, salFurjana ta’ Balzunetta, fejn trabbejt u għext għal żmien twil. Meta bdejt nikteb ir-rumanz It-Tfal Jiġu bil-Vapuri sibt ruħi npinġi lill-Furjana ta’ tfuliti, kif kont għamilt ukoll fir-rumanz ta’ ftit qabel, Giżimin li Qatt ma Jiftaħ, rakkont dwar il-ħajja f’Balzunetta tas-snin ħamsin u sittin.

Hekk ukoll, aktar tard, fir-rumanzi La Jibbnazza Niġi Lura u Dik id-Dgħajsa f’Nofs il-Port, fraħt u bkejt jien u npinġi bir-reqqa l-atmosfera talPort il-Kbir, mimli ħajja, dgħajjes u bastimenti u nies u nies matul il-jum kollu. In-novelli talktieb Stejjer għal Qabel Jidlam huma wkoll ambjentati fil-Furjana. Ma hemmx għalfejn ngħid li fil-kitba tal-ktieb tat-tifkiriet, Fjuri li ma Jinxfux, il-Furjana kienet dejjem hemm, u fil-fatt il-volum fih ħafna deskrizzjonijiet Furjaniżi tas-snin ħamsin u sittin u sebgħin.

Mingħajr il-Furjana ma kontx inkun kittieb, u matul dawn is-snin kollha kienu l-Furjana u n-nies tal-Furjana li ispirawni f’kulma ktibt. Inħossni kburi li llum li dawn il-kotba ġew maqlubin f’diversi lingwi, u ġew maħruġin f’diversi pajjiżi, l-isem tal-Furjana ħareġ hu wkoll ’il barra minn pajjiżna.

Insellem minn qalbi lill-Furjaniżi, tal-lum kif ukoll lil dawk ta’ żminijiet imgħoddija. Nirringrazzjahom għall-apprezzament kbir li dejjem sibt mingħandhom. Fihom sibt il-ħila biex bnejt ir-rumanzi tiegħi. Kienu huma li ispirawni. F’dan L-Innu tal-Furjanizi fittixt li nesprimi dan kollu. L-Innu għadu ma ġiex immużikat. Qiegħed nippubblikah hawn għallewwel darba għalkemm ilu miktub diversi snin. Għad jonqsu li jkun immużikat.

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża
103
Kummenti ta’ Oliver Friggieri

L-Innu tal-Furjaniżi

Hawn qtajna l-ewwel fjuri ta’ tfulitna, Hawn ġrejna mifluġin wara l-ballun, Hawn xtaqna l-ewwel xewqa ta’ żgħożitna, Hawn fhimna l-ferħ, hawn fhimna l-ferħ xi jkun.

F’dir-roqgħa t’art imdawra fuq kull naħa Bis-swar u l-ġonna rajna lil xulxin, U ftehemna li bħal aħwa nibqgħu ngħixu Kif għexna meta konna tfal ċkejknin.

Ritornell: Itiru s-snin minn fuqna, Furjaniżi, Jitbiddel kollox u kulħadd maż-żmien! It-tfal ta’ lbieraħ saru rġiel u nisa, Ma jibqa’ ħadd, ma jibqa’ xejn kif kien.

Kemm tbiddlu wċuħ, kemm għebu, kemm ġew ġodda, Biex xorta bqajna nagħrfu lil xulxin!

U bqajna miexja t-triq li bdejna darba, U bqajna ġemgħa waħda magħqudin.

Hawn kienet il-benniena ta’ xortina, Hawn l-ewwel logħob, u l-ewwel alfabett, Hawn rajna l-ewwel tajra tmiss is-sema, Hawn tirna magħha ’l fuq qisna farfett.

Il-Mall u Fuq il-Fosos, Balzunetta, L-Argotti, Taħt il-Forka, Wara s-Sur, Il-Kappuċċini, Triq Sant’Anna, ix-Xagħra, Il-Biskuttin u Triq il-Miratur.

Ritornell: Itiru s-snin minn fuqna, Furjaniżi, Jitbiddel kollox u kulħadd maż-żmien! It-tfal ta’ lbieraħ saru rġiel u nisa, Ma jibqa’ ħadd, ma jibqa’ xejn kif kien.

Kemm tbiddlu wċuħ, kemm għebu, kemm ġew ġodda, Biex xorta bqajna nagħrfu lil xulxin! U bqajna miexja t-triq li bdejna darba, U bqajna ġemgħa waħda magħqudin.

Hawn xtaqna l-ewwel xewqa ta’ tfulitna, Hawn ħlomna l-ewwel ħolma tal-futur, Hawn kbirna ferħanin u rajna d-dinja Tidħqilna ta’ kuljum u ddur u ddur.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 104

Fl-iskola daħlu wrajna t-tfal il-ġodda, U ħriġna biex ma nerġgħu nidħlu qatt, Iżd’għadna nħarsu lura w it-tagħlima Li ħadn’ hemmġew ma nessihielna ħadd.

Ritornell: Itiru s-snin minn fuqna, Furjaniżi, Jitbiddel kollox u kulħadd maż-żmien! It-tfal ta’ lbieraħ saru rġiel u nisa, Ma jibqa’ ħadd, ma jibqa’ xejn kif kien.

Kemm tbiddlu wċuħ, kemm għebu, kemm ġew ġodda, Biex xorta bqajna nagħrfu lil xulxin! U bqajna miexja t-triq li bdejna darba, U bqajna ġemgħa waħda magħqudin.

Il-pubblikazzjonijiet kollha tal-Professur Oliver Friggieri ġew regalati lill-Mużew tal-Parroċċa flimkien ma’ typewriter li kien juża.

Christine Buhagiar Nail Technician 19, Triq il-Mall, Floriana Custom Jewellery for Sale Mob: 9955 6157 Waxing Services also available Il-Kumitat talFloriana F.C. Nursery jawgura l-Festa t-Tajba lil kulħadd Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża 105
E: aludeymark@gmail.com M: 9986 3155 - Joseph Giusti M: 7944 2616 - Brian Bonello Ent. B., Garage No. 9, Industrial Zone Valletta Road, Marsa MRS 3000 Opening soon near St Publius Parish Church Il-Kumitat taltal-Partit Nazzjonalista tal-Furjana jawgura l-Festa t-Tajba lil kulħadd Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 106

L-altar ta’ San Publju fil-Knisja

Parrokkjali ta’ Santa Marija

fl-Imqabba

© Kan. Dr Jonathan Farrugia

Ħajr għar-ritratti: Mark Micallef Perconte

Kull ġens minn dejjem kellu l-eroj tiegħu, sew filkuntest pagan kif ukoll filkuntest Nisrani. Fi żmien ir-reliġjonijiet arkajċi u klassiċi kull art kellha d-divinità proprja tagħha li kien ikollha kult mifrux ma’ kullimkien. F’Malta nistgħu ngħidu li l-eqdem divinità magħrufa hija l-alla tal-fertilità Astarte ffigurata bħala l-mara l-ħoxna, li eventwalment mal-miġja tal-Griegi u r-Rumani nbidlet fil-qima lejn Hera/ Juno, id-divinità femminili ewlenija fil-Panteon klassiku. Mal-miġja talKristjaneżmu post l-allat beda jittieħed mill-martri tal-post jew – fejn martri ma kienx hemm – mill-ewwel isqfijiet tal-ibliet.

L-artal armat għall-festa ta’ Santa Marija

F’Malta nistgħu ngħidu li l-kult tal-ewwel isqof kien minsuġ ħaġa waħda mal-kult tal-Appostlu li ġab il-fidi Nisranija fi gżiritna. Għalkemm fl-Atti tal-Appostli ma naqrawx li Pawlu ħalla lil Publju, li kien il-Prinċep tal-gżira, bħala mexxej spiritwali fir-rwol ta’ isqof, dan huwa b’xi mod spjegabbli minn perspettiva storika. Tajjeb ngħidu li sal-ewwel parti tat-tieni seklu l-Knisja madwar id-dinja magħrufa ta’ dak iżżmien ma kinitx immexxija minn isqfijiet imma minn kulleġġi presbiterali1. Hija ħaġa minn ewl

1 Dan jgħodd anke għal Ruma. L-ismijiet tal-‘Papiet’ li nsibu fil-listi huma fil-fatt ismijiet ta’ presbiteri li kellhom aktar prominenza minn oħrajn, imma ma kinux isqfijet li kellhom awtorità assoluta bħalma

id-dinja, madanakollu, li Publju kellu xi forma ta’ rwol ewlieni sagru fit-tmexxija ta’ artna (u minħabba f’hekk hu meqjum bir-raġun bħala l-ewwel isqof ta’ Malta) wara li Pawlu telaq lejn Ruma. Waħda mill-provi tista’ tkun il-fatt li Publju jidher li kien l-ewwel wieħed li emmen f’Alla ta’ Pawlu għax kien proprju f’daru li twettaq l-ewwel miraklu ta’ fejqan2

Skont tradizzjoni ħajja u antikissima l-eqdem knejjes f’Malta ddedikati lil San Pawl kienu mibnija fuq siti marbutin mal-figura ta’ Publju: il-knisja ta’ San Pawl Milqi fil-limiti ta’ Burmarrad fejn jingħad li kellu l-villa tiegħu l-Prinċep, u l-katidral talImdina li skont it-tradizzjoni nbena fuq s-sit tal-palazz ta’ Publju. Għaldaqstant bilfors li dawn l-inħawi żammew ħajja fihom il-memorja tal-mexxej li laqa’ għandu lin-nawfragu, u hu għalhekk li nsibu testimonjanzi antikissimi ta’ Publju fil-katakombi ta’ Sant’Agata, kif ukoll fi xbihat imferrxin mal-gżira3 .

Għal ħafna snin kien maħsub li l-kult ta’ San Publju jidher li kiseb għall-ewwel darba awtonomija mill-kult Pawlin lejn is-sena 1605

naraw li kellhom fit-tieni nofs tat-tieni seklu.

2 Atti tal-appostli, 28, 8.

3 Ġerardu mill-Furjana ofm cap, San Publju ta’ Malta skont l-għorrief, Malta 1954, xx-xxi.

Ktieb
tal-Festa u Storja
Furjaniża
107

meta l-Granmastru Alof de Wignacourt waqqaf il-knisja ddedikata lil San Publju raffigurat bħala Isqof fuq il-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat. Wara din id-data bdew jidhru ’l hawn u ’l hinn altari fil-knejjes ta’ Malta u Għawdex. Fl-1733 bdiet tinbena knisja ddedikata lil San Publju li kellha ssir parroċċa fl-1844 fil-Furjana4, waqt li f’Għawdex inbniet kappella ddedikata li dan il-qaddis bejn l-1850 u l-1852 fl-inħawi ta’ Għammar fil-Għarb5. Iżda fl-2014 Giovanni Bonello ppubblika poeżija li ġġib l-isem ta’ Inno della Vittoria miktuba minn Gregorio Xerri, ilBaruni ta’ Cicciano, li nkitbet ftit żmien wara l-Assedju l-Kbir ta’ Malta (1565). Fiha r-rebħa tal-Assedju tiġi attribwita lill-Maltin (mhux lillKavallieri!) u lill-qaddis tagħhom Publju (nostro Publio) li flimkien mal-qawwiet tas-sema ġabu r-rebħa6. Din hija xhieda indelibbli li fost ilpoplu Malti – sa minn qabel ma nbniet l-ewwel knisja ddedikata lil San Publju li nafu biha – ġa kien hemm qima lejn dan il-qaddis, mhux biss qima popolari bħalma kien hemm lejn qaddisin oħra, imma qima lejh bħala protettur fit-taqbida u għalhekk, anke bħala Patrun.

San Publju fl-Imqabba

L-uniku altar marbut ma’ dan il-qaddis li nsibu fl-irħula tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta jinsab filknisja parrokkjali ta’ Santa Marija fl-Imqabba. B’kumbinazzjoni feliċi dan l-altar jinsab biswit il-battisteru tal-parroċċa u fil-pittura tiegħu juri l-konsagrazzjoni ta’ San Publju. Għalkemm filkitbiet dwar il-knisja u fl-arkivji tal-parroċċa ġeneralment jirreferu għalih bħala l’altare di San Paolo, nemmen illi kieku l-għan ta’ meta twaqqaf kien li jkun iddedikat lil San Pawl, it-tema tal-kwadru u tad-dekorazzjonijiet ta’ madwaru kienu jkunu differenti.

Tajjeb ngħidu li dan l-altar ma kienx jeżisti fittwaqqif tal-parroċċa fl-1598 u lanqas ma kien jinsab fl-eqdem knejjes li kienu jeżistu fuq is-

4 Alexander Bonnici ofm conv, Il-Floriana fil-mixja nisranija tagħha, Malta 2014, 16.

5 Roderick Busuttil, Il-knisja ta’ San Publiju – Għarb, www.kappellimaltin.com/Il-Kappelli/Sett06/GRB_ San_Publiju/grb_san_publiju.html

6 Giovanni Bonello, Gregorio Xerri’s poem for the Great Siege of 1565, minn The Sunday Times 23-3-2014. Nirringrazzja lil Dun David Torpiano talli wassalli din l-informazzjoni.

sit tal-knisja parrokkjali tal-lum. Din tlestiet lejn is-sena 1699 u kellha żewġ altari aktar minn ta’ qabilha għax il-kursija ttawlet, u għalhekk waqt li l-altari l-oħra xi ftit jew wisq żammew it-titlu tagħhom, kellhom jinsabu żewġ dediki ġodda għall-altari li żdiedu.

Il-pittura prinċipali tal-artal tal-konsagrazzjoni ta’ San Publju (1)

Skont il-kitbiet ta’ Dun Lawrenz Zammit, storiku Mqabbi li kien l-ewwel wieħed li ġabar u ppubblika l-istorja tal-knisja tal-Imqabba u talopri li fiha, l-altar iddedikat lill-konsagrazzjoni ta’ San Publju twaqqaf fl-17107, u kien l-aħħar altar li ħa t-titlu minn fost dawk kollha li hemm fil-knisja. Skont il-viżta pastorali tal-Isqof Cocco Palmieri li saret fl-1699 nafu li l-knisja l-ġdida kienet lesta. Iż-żewġ altari l-ġodda, li eventwalment saru, ta’ San Antnin u talkonsagrazzjoni ta’ Publju ma jissemmewx. Dan ifisser li l-post għalihom kien imħejji (ladabra l-bini tal-knisja kien lest) imma kienu għadhom ma ngħatawx it-titlu. Fil-fatt dak ta’ San Antnin ħa l-isem fl-1703, grazzi għall-benefatturi Maria

7 Lawrenz Zammit, Decrizioni storica tal-cnisia tal Imkabba, Malta 1927, 18.

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 108

u Antonia Agius li l-arma tagħhom għadha tidher skulturata fil-prospettiva tal-altar, waqt li dak tal-konsaggrazzjoni ta’ Publju tħallas millpoplu tal-Imqabba fl-17108 .

Mill-viżti pastorali li saru wara, nafu xi ftit jew wisq l-attività li kienet marbuta ma’ dan l-altar. L-isqof Alpheran de Bussan li żar il-knisja fl1745, sab dan l-altar fi stat tajjeb ħafna u jgħid li kellu dak kollu li kien meħtieġ għall-kult liturġiku. Kellu wkoll lampier jixgħel quddiemu. Fuqu kienu jiġu ċċelebrati żewġ festi, waħda fil-21 ta’ Jannar f’ġieħ San Publju u l-oħra fl-10 ta’ Frar f’jum is-solennità tanNawfraġju ta’ San Pawl, li huwa raffigurat fis-soprakwadru. Kull sena, fis-26 ta’ Awwissu, fuqu kienet issir tifkira b’suffraġju ta’ Dun Enrico Cuschieri, il-Kappillan li bil-ħeġġa tiegħu nġabru l-flus millpoplu biex sar dan l-altar. Din it-tifkira kienet issir b’quddiesa kantata bil-kant tal-libra, bit-tberik talqabar, bid-daqq tal-qniepen u bil-mixegħla ta’ erba’ xemgħat fuq dan l-altar. Barra din tas-26 ta’ Awwissu kienu wkoll jiġu offruti tliet quddisiet oħra għal ruħ Dun Enrico Cuschieri u dawn kienu jsiru waħda fil-festa ta’ San Publju, oħra fil-konverżjoni ta’ San Pawl u oħra fis-solennità tan-Nawfraġju.

Il-prokuratur tal-Veneranda Lampade kien jieħu ħsieb dan l-altar kif ukoll iċ-ċelebrazzjoni ta’ tliet quddisiet li kienu jsiru permezz ta’ legat imħolli minn Tereża Cuschieri fl-atti tan-nutar Injazju Debono tal-25 ta’ Lulju 1726. Dawn kienu jiġu ċċelebrati waħda fil-festa tal-Lunzjata, oħra filfesta tal-Viżitazzjoni u oħra fil-festa titulari ta’ Santa Marija9

8 Zammit, 18.

9 Tony Terrible, Il-knisja parrokkjali ta’ Santa Marija flImqabba, manuskritt f.12.

Il-pittura li nsibu ssebbaħ dan l-altar, li hija xogħol pjuttost tajjeb ta’ artist mhux magħruf, imma li jqarreb lejn il-bottega ta’ Michele Busuttil li kien attiv fis-seklu XVIII, tirrapppreżenta l-konsagrazzjoni ta’ Publju bħala l-ewwel isqof Malti. Eżatt fiċ-ċentru tal-pittura jidhru l-buqari taż-żjut li jintużaw fil-konsagrazzjoni ta’ isqof. Tiddomina fuqhom hemm il-figura ta’ San Pawl, b’idu fuq ras Publju li jinsab għarkupptejh quddiemu, u b’id l-oħra jżomm ix-xabla, simbolu tal-martirju li kellu jieħu ’l quddiem. Pawlu liebes ilbies bil-kuluri li mdorrijin narawh: libsa ħadra u mantell aħmar. Publju mill-banda l-oħra liebes ilbies liturġiku: kamżu abjad flimkien ma’ stola u kappa lewn id-deheb.

Kull wieħed minn dawn il-persunaġġi għandu tliet figuri warajh. Publju għandu raġel iżomm ktieb li donnu qed juri lil San Pawl minn fejn għandu jaqra –dan forsi hu San Luqa, li s-soltu jkun rappreżentat bi ktieb jew b’ikona f’idu u li nafu li ġie Malta ma’ San Pawl. Imbagħad hemm żagħżugħ qed iżomm il-baklu u ħjiel ta’ raġel ieħor qed iħares. Pawlu għandu warajh żewġt irġiel oħra jitkellmu bejniethom u persunaġġ liebes elmu tal-gwerra u ilbies partikulari, li jagħti l-impressjoni li hu ċ-ċenturjun Ruman, qiegħed iżomm bastun f’idejh. Imbagħad quddiem Pawlu hemm tfajjel għarkupptejh iżomm platt bil-mitra fuqu. Ixxena tidher qed isseħħ ġo kamra ta’ xi palazz, quddiem tieqa jew terazzin li minnu jidher pajsaġġ bis-siġar. Fil-parti ta’ fuq, imbagħad, ixxena donnha tinfetaħ għas-sema, b’xi anġli qed iħarsu ferħanin lejn dak li qed jiġri10

10

Dan il-partikular jidher f’żewġ pitturi oħra li jinsabu fil-knisja tal-Imqabba fl-altar ta’ maġenb dan tal-konsagrazzjoni ta’ San Publju: il-pittura talViżitazzjoni u dik tal-Madonna tal-Karmnu li qabel kienet is-sottokwadru ta’ dan l-istess artal.

Storja Furjaniża 109
Is-soprakwadru ta’ San Pawl u l-lifgħa
Ktieb tal-Festa u

Minkejja li dal-kwadru fih ħafna żbalji (bħal ngħidu aħna l-istil tal-ilbies ta’ Publju li ma bediex jintuża hekk qabel il-medjuevu, kif ukoll il-mitra u l-baklu, l-użu tal-ktieb liturġiku li minnu qed jaqra San Pawl u l-ilbies militari taċ-ċenturjun), madanakollu huwa kwadru li fih armonija stilistika sabiħa ħafna, b’uċuħ u figuri mpittrin b’mod verament sabiħ.

Jekk il-kwadru huwa sabiħ, l-istess u aktar nistgħu ngħidu għal dak li hemm madwaru. Ilkwadru jinsab ġo gwarniċun tal-ġebel skulturat u fuq kull naħa għandu kolonna mnaqqxa fi stil sempliċi. Fil-parti t’isfel ta’ kull kolonna hemm imnaqqxa fil-ġebel l-arma ta’ San Publju: mitra bi ħjiel ta’ palma warajha. M’hemmx altari oħra fil-knisja tal-Imqabba li jġibu l-arma malkolonni. Mal-faċċata tal-bażi li fuqha hemm iserrħu l-kolonni hemm imnaqqxa l-arma ta’ San Pawl: is-sejf b’lifgħa mdawra miegħu. Aktar ’l isfel hemm disinn ieħor bil-weraq, iż-żigarelli u l-boċċi. Fin-naħa ta’ fuq tal-kwadru mbagħad hemm disinn simettriku b’erba’ fjuri differenti fuq kull naħa b’kerubin fin-nofs. L-iskultura hija tassew fina u fost l-isbaħ li nsibu fil-knisja. Skont Dun Lawrenz Zammit din tlestiet fl-1895 u hija xogħol l-iskultur Qormi Wenzu Montebello11

Fuq dawn, ġo gwarniċun ieħor tal-ġebel hemm pittura żgħira, li tidher li hija xogħol l-istess artist, li turi l-mument drammatiku meta San Pawl farfar il-lifgħa fin-nar (avolja n-nar ma jidhirx!). Madwar il-figura ta’ Pawlu jidhru bosta nies iħarsu mistagħġba. Huwa interessanti ħafna l-mod li bih l-artist qassam il-persunaġġi: fuq naħa hemm in-nawfragi (Pawlu, iċ-ċenturjun li

11 Zammit, 18-19.

jidher ukoll fil-kwadru l-kbir, persunaġġ ieħor li jista’ jiġi identifikat ma’ San Luqa, u suldat); fuq in-naħa l-oħra hemm l-indiġeni tal-gżira, li minn ilbieshom jidhru li kienu minn kull strat tas-soċjetà (fqar nofshom imneżżgħin, sinjuri,

Il-ventartal li jintuża f’Santa Marija L-arma ta’ San Pawl mal-bażi L-arma ta’ San Publju mal-kolonni
Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 110

nies komuni u anke wieħed b’turban li jagħti l-impressjoni li hu xi Tork jew Musulman!). L-abitanti tal-gżira jidhru qaqoċċa madwar persunaġġ liebes aktar rikk mill-oħrajn, uħud minnhom iħarsu lejh u dan id-dettall iwassalna biex nikkonkludu li mhu ħadd għajr Publju. Apparti minn dan, il-qagħda wieqfa tiegħu, l-interess dixxiplinat li qed juri u l-fatt li qisu qiegħed isikket in-nies juru l-awtorità talPrinċep. Minkejja li diffiċli jitqabblu l-uċuħ ta’ dan il-persunaġġ u dak ta’ Publju fil-kwadru l-kbir minħabba d-differenza fid-daqs tal-pitturi, nistgħu ngħidu li t-tnejn jirrappreżentaw raġel matur b’daqna pulita fuq wiċċu, li faċilment jista’ jkun li huma l-istess bniedem.

Fiċ-ċentru tal-pittura jidher il-ġifen qed jitfarrak mal-blat waqt li fin-naħa ta’ fuq jidher anġlu żgħir itir b’xabla jew virga f’idu.

Il-mensa tal-altar hija tal-irħam aħdar skur u fin-nofs tagħha hemm medaljun bl-arma ta’ San Pawl.

Dan l-altar jintrama biss fil-festa titulari talparroċċa, għax wara li ntilfu l-ventaltari sekondi fl-1942 qatt ma reġgħu saru oħrajn ġodda għall-festi sekondarji u għal dawk tal-altari. Ilventaltar li jintuża huwa tal-injam indurat bissimbolu tal-Madonna rrakkmat bid-debeb fuq il-lama li kien inħadem fis-snin Ħamsin minn Helen Pizzuto u tħallas mill-aħwa Monsinjuri Ġanpatist u Angelo Ghigo. Il-fjuretti talganutell inħadmu l-Qrendi fis-snin Tmenin waqt li l-gandlieri ta’ kuljum iżżanżnu fl-1966 wara

li Mons Angelo Ghigo ħallas £75 għalihom u £11.8.0 għax-xemgħat tagħhom12. Forsi wieħed jiskanta bl-interess li wrew dawn iż-żewġ monsinjuri Mqabbin f’dan l-artal partikulari; dan jagħmel aktar sens meta niftakru li wieħed minnhom, Dun Anġlu, għamel 22 sena Arċipriet tal-Floriana, u s-snin li fihom mexxa din ilparroċċa (1931-1952) ma kinux snin faċli għax bata mal-poplu Florjaniż dak kollu li fissret ilgwerra għal dan is-subborg. Kif jgħid sewwa P. Alexander Bonnici: “L-ebda Arċipriet ma għadda minn ġrajja doloruża tant kbira daqs dik ta’ Ghigo, li ra l-knisja parrokkjali tiġġarraf. L-akbar impenn tiegħu tal-parrokat tiegħu kien li jaħdem biex il-knisja terġa’ tinbena u jibdew isiru mill-ġdid l-opri li kienu ntilfu”13. Bilfors għalhekk li kif ismu baqa’ marbut mal-Floriana u l-Patrun tagħha, daqstant ieħor San Publju baqa’ f’qalbu. Għal ħafna snin dan l-altar ma kellux gandlieri għall-festi, imma nxtraw għallprezz ta’ €1750 b’inizjattiva tiegħi fl-2011 u tħallsu minn Charles Farrugia, li fiż-żmien kien kunsillier tal-Imqabba.

Il-preżenza ta’ dan l-altar b’dak li juri jista’ jkun xhieda oħra li f’Malta l-kult ta’ San Pawl ma kienx mifrud minn dak ta’ San Publju daqs kemm ta’ San Publju ma kienx mifrud minn ta’ San Pawl. 12

Arkivju parrokkjali tal-Imqabba, Notizie storiche..., f. 93 13 Bonnici, 162.

Idħlu fis-sit tagħna biex tkunu aġġornati fuq l-avvenimenti u l-proġetti li norganizzaw 23, Triq Sant’Anna, il-Furjana

Nawguraw il-Festa t-Tajba lill-Furjaniżi kollha!
u Storja Furjaniża 111
Ktieb tal-Festa
Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130 Bank of Valletta p.l.c. is a public limited company regulated by the MFSA and is licensed to carry out the business of banking and investment services in terms of the Banking Act (Cap. 371 of the Laws of Malta) and the Investment Services Act (Cap.370. of the Laws of Malta). A BOV contactless card gives you all the convenience of a regular credit or debit card, but also enables swift processing for low value transactions. Simply tap your contactless card and the transaction will be processed in seconds. pay with your BOV Contactless Cards Simple | Swift | Secure BOV CARDS Terms and Conditions are available from www.bov.com or contact 2131 2020 A5 LANDSCAPE BW.indd 2 28/03/2018 12:12 Ta’ Grezzju Florist Flowers for all Occasions Marthese 21826945 • 79599195 Mary Grace 21807775 • 79210730 Farm House 38, Sqaq Ganton Żabbar FLORIANA AJAX SPORTS CLUB Floriana Ajax Sports Club Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 112
We supply: Discount Stores, Ironmongeries, Hawkers, Bars, Ship Chandlers, Confectioners, Hotels, Restaurants, Household Goods Stores, Gift Stores, Furnished Flats & Gifts Schemes St Thomas Street, Floriana Telephone Number: 21233641/21220687 Fax: 21240729 Email: fle1881@gmail.com FIRM LORENZO ELLUL (EST. 1881) IMPORTERS & WHOLESALERS Bake-stove with lid and iron grid (Borma forn) Il-Festa t-Tajba MINORITY LEADER KUNSILL LOKALI TAL-FLORIANA m 79248100 e jamesaaronellul@gmail.com Il-Festa t-Tajba MINORITY LEADER KUNSILL LOKALI TAL-FLORIANA m 79248100 e jamesaaronellul@gmail.com EUROPA TOURS cOnTAcT US FOR yOUR FREE cOPy 2125 0526, 2124 3562 www.europatours.org EUROPA TOURS 31 St Anne Street Floriana (taħt il-loġġoġ) Email: info@europatours.org EUROPA TOURS cOnTAcT US FOR yOUR FREE cOPy 2125 0526, 2124 3562 www.europatours.org Floriana Email: info@europatours.org OR yOUR FREE cOPy 0526, 2124 3562 www.europatours.org EUROPA TOURS 31 St Anne Street Floriana (taħt il-loġġoġ) Email: info@europatours.org 18, Sant’Anna, Furjana Tel: 2123641 Mob: 79236417 Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża 113

Din is-sena ħija waħda importanti fl-istorja tasSoċjetà Filarmonika “Vilhena”. Dan għaliex kien eżatt 144 sena ilu li fil-Floriana kienet twaqqfet uffiċjalment din is-Soċjetà bl-għan prinċipali jkun dak li tkompli tkabbar il-Festa ta’ San Pubilju bis-sehem mużikali tagħha.

L-ewwel referenza għal banda fil-Floriana teħodna lura għall-ewwel jum tax-xahar ta’ Novembru tas-sena 1867. Dakinhar fil-ħarġa tal-ġurnal “Ordine” kien deher rapport dwar is-sehem ta’ banda mill-Floriana fil-festi kbar li kienu saru f’dan il-lokal f’ġieħ il-Beatu ġdid Benedittu li kien Kapuċċin minn Udine. Ilġurnal kien irrapporta li s-Sibt 26 ta’ Ottubru 1867 il-Banda kienet daqqet fil-Pjazza u kien ħemm ukoll il-logħob tan-nar.

Fil-ħarga tal-ġurnal “Corriere Mercantile Maltese” tat-28 ta’ Dicembru 1874 deher rapport ieħor fejn inkiteb li kienet twaqqfet Banda talFloriana bħal dawk li kienu għadhom kemm twaqqfu fil-Belt Valletta bl-isem ta’ “La Valette” u “La Nazionale” li kienu magħrufa bħala talAjkla u tal-Istilla.

Permezz ta’ dan it-tagħrif wieħed jifhem li lejn is-sena 1867 għalkemm diġà kien ħemm xi forma ta’ banda fil-Floriana, is-Soċjetà Filarmonika twaqqfet uffiċjalment lejn is-sena 1874.

Il-Banda Vilhena 144 Sena ta’ Storja

L-Isem li ġie mogħti lil din is-Soċjetà kien dak ta’ “Vilhena”, għall-Gran Mastru De Vilhena li kellu rabtiet kbar ma’ dan is-Subborg.

L-ewwel President tas-Soċjetà kien in-negozjant magħruf mill-Floriana, Baldassare Portanier.Lewwel Surmast kien Mro. Giuseppe Borg li kien iben Mro. Indri Borg, il-magħruf Surmast fundatur tal-baned f’Malta.

Ta’ min jgħid li meta l-banda kienet għadha ma twaqqfitx uffiċjalment is-Surmast kien Mro. Karmnu Farrugia. Dan kien ukoll l-ewwel Surmast tal-Banda “La Nazionale’ li llum hija l-Banda Cittadina “King’s Own”.

Taħt id-direzzjoni ta’ numru ta’ Surmastrijiet magħrufa, il-Banda “Vilhena” ippreżentat għadd ta’ Programmi ta’ livell muzikali għoli.

Fost dawn il-programmi kien hemm dak li baqa’ jissemma għal tul ta’ żmien li kien sar Fuq ilFosos tal-Floriana nhar it-8 ta’ Lulju 1883, u dak li kien sar f’Għar id-Dud f’Tas-Sliema bi stedina tal-Każin Soċjali tal-Borża.

Programm importanti kien dak li l-Banda “Vilhena” tellgħet quddiem folla kbira nies waqt iċ-Ċerimonja tat-tqegħid tal-Ewwel Ġebla tal-Faċċata l-ġdida tal-Knisja Arċipretali ta’ San Publiju fl-1885.

Minbarra s-sehem tagħha fil-Festa ta’ San Publju, il-Banda kienet tiġi mistiedna biex iddoqq waqt festi oħrajn barra mil-lokal kif ukoll kienet tagħti s-sehem tagħha waqt il-fieri li kienu jsiru fil-Ġonna tal-Argotti.

Iżda bla dubju ta’ xejn żewġ okkażjonijiet kbar li kienet ħadet sehem fihom il-Banda “Vilhena” kienu waqt il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li kien sar f’Malta fis-sena

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018
114

1913 u kellu l-qofol tiegħu fil-parti tal-Floriana magħrufa bħala “l-Għalqa tal-Biskuttin” fejn kienet intramat tribuna kbira, kif ukoll waqt ilKungress Ewkaristiku Reġjonali li wkoll kien sar fil-Floriana.

Biex jibqa’mfakkar is-sehem tal-Banda “Vilhena” waqt il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali tas-sena 1913 kienet saret bandalora li tħallset mill-Ammiraturi. Din il-bandalora tinsab ġo vetrina f’waħda mis-swali tas-Sede tas-Soċjetà.

Matul is-snin tas-Seklu għoxrin kull meta xi membru mill-Familja Rjali tal-Ingilterra kien iżur Malta, il-Banda kienet tkun minn tal-ewwel biex tagħti s-servizzi tagħha. Uħud minn dawn l-okkażjonijiet huma mfakkra permezz ta’ standarti, ritratti u rigali li wieħed jista’ jarahom fis-Sede tas-Soċjetà.

Dati importanti oħrajn fl-istorja tas-Soċjetà huma dawk tas-sena 1925 u l-1945, b’tal-ewwel ikun iċ-Ċentinarju tal-Martirju ta’ San Publiju u tat-tieni ċ-Ċentinarju tat-twaqqif tal-Parrocca ta’ San Publiju.

Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet kbar li kienu saru fl1960 għaċ-Ċentinarju ta’ San Pawl, il-Banda

kellha sehem importanti. Hekk seħħ ukoll 49 sena wara fl-2009, meta l-istatwa titulari ta’ San Publiju giet meħuda l-Belt Valletta sa quddiem il-Konkatidral ta’ San Gwann fejn kienet ittieħdet ukoll l-Istatwa Titulari ta’ San Pawl mill-Kolleggjata ta’ San Pawl Nawfragu.

Matul dawn il-144 sena ta’ Storja, is-Soċjetà għaddiet minn żminijiet sbieħ kif ukoll koroh. Fost dawn wieħed isemmi t-telfa ta’ bosta oġġetti prezzjuzi u importanti li kienet tippossedi s-Soċjetà meta l-Każin intlaqat bil-bombi talgħadu waqt it-Tieni Gwerra Dinija, kif ukoll meta bosta mużiċisti u partitarji kellhom jemigraw lejn postijiet imbiegħda matul is-snin ħamsin.

Fil-preżent, is-Sede tal-Banda Vilhena tinsab flaktar triq li tintuża matul il-jum, Triq Sant’Anna. Din it-triq tirrakkonta parti kbira mill-Istorja talGżejjer Maltin kif ukoll l-Istorja glorjuża ta’ din il-Banda tal-Floriana.

Kienu bosta dawk il-Presidenti, membri talKumitati, Surmastrijiet, mużiċisti u partitarji li ħadmu matul is-snin li ilha mwaqqfa din isSoċjetà biex jinżamm ħaj dak li bdew b’tant kuraġġ il-fundaturi tagħha 144 sena ilu.

Kemm hu sabiħ…

Kemm hu sabiħ li tisraq weġgħa u troddha f’saħħa lill-batut; li timsaħ dmugħ minn qalb il-bniedem biex daħqa ġġib li qatt ma tmut.

li tkisser ġlied ta’ bejn żewġ aħwa biex tnissel sliem f’tagħhom l-imħuħ. li loqma twarrab għalkemm żgħira, biex trejjaq ftit lil min bil-ġuħ.

Wisq tant sabiħ li l-faqar toqtol biex twelled ġid lil min m’għandux, li l-għira, l-mard u d-dwejjaq tneżża’, biex tlibbes faraġ fejn m’għadux.

Sabiħ li tħott min b’xejn jistagħna biex tibni ’l dak li bla xogħol hu, li l-qlub muġugħa flimkien tiġbor w ixxerred fihom ferħ kuljum.

Hu wisq sabiħ li taħdem f’ħajtek biex żgur tistrieħ f’did-dinja aħjar, w iżjed sabiħ li tħobb lill-proxxmu u l-mibegħda tordom f’bjar.

Sabiħ li l-ġid li b’għaqal tgezzez, taqsmu bil-qalb ma’ ħafna fqar, li tagħti ħajtek għal ħaddiehor, kemm lil dawk żgħar inkella kbar.

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża 115
Xandiriet Live minn Radju Vilhena 96.1 FM Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Publju, id-Direttur Brian Zammit flimkien ma’ DJs, preżentaturi u xandara jawgurawlek il-Festa t-Tajba Email: bryanzammit@hotmail.com Tel: 21255820 Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018 116

Saviour Farrugia

Din is-sena jaħbat għeluq il-50 sena mill-mewt ta’ Saviour (Salvu) Farrugia.

Salvu, bħal ħafna Furjaniżi oħra kien reffiegħ tal-vara artistika ta’ San Publju. L-ewwel darba li refa’ kien fil-festa tal1957. Fost ir-reffiegħa li refa’ magħhom insibu lil: Toni Dalli, Ġużi Alamango, Ċensu Camenzuli, Pawlu (tad-Deheb) Calleja u Ninu (ix-Xellu) Pace. Salvu dam jerfa’ għal 11-il sena, bl-aħħar refgħa tkun fil-festa ta’ San Publju li kienet iċċelebrata fil-Furjana, nhar ilĦadd 28 ta’ April 1968. Dakinhar ħabat ukoll is-26 anniversarju mill-ħbit u l-qerda li sofriet il-knisja tagħna fit-Tieni Gwerra Dinjija. Sfortunatament, kważi xahrejn wara l-ħerba talgwerra, u lejlet il-festa ta’ San Ġwann il-Battista (23 ta’ Ġunju 1968), il-Mulej għoġbu jsejjaħlu biex ikun miegħu fis-sema pajjiżna. Hemmhekk, Salvu, mhux jerfa’ x-xbieha ta’ San Publju, iżda akkwista post ħdejh għall-eternità.

Bħalma ġieli ktibt, il-mertu tal-imħabba u d-devozzjoni li kellu Salvu lejn San Publju, għaddiehom ukoll lil uliedu. Fost l-oħrajn insibu lil Mary, miżżewġa Iles. Mary tinsab ħdejn missierha jgawdu l-Glorja tas-Sema. Fis-snin 80 u 90 Mary kienet tagħmel parti mill-grupp tal-festa. Ħadmet qatigħ f’attivitajiet ta’ ġbir ta’

fondi għall-festa. Hemm ukoll ibnu Martin li mexa fuq il-passi ta’ missieru u sal-festa tas-sena l-oħra (2017) kien wieħed mill-grupp tar-reffiegħa talvara ta’ San Publju. Minbarra bħala reffiegħ, Martin ta, u kull meta jkun hemm bżonn, għadu jagħti l-kontribut tiegħu f’dak li jkun hemm bżonn fiddiversi ħidmiet fil-knisja tagħna. U bintu oħra, Antoinette, miżżewġa Cauchi, għadha attiva u tagħti s-sehem volontarju tagħha fil-ħidma filParroċċa bħalma huwa l-qari fil-qasam liturġiku, tqassim ta’ fuljetti, arranġamenti ta’ fjuri, eċċ. Il-mertu għall-kontribut ta’ dawn in-nies huwa ovvjament tagħhom, għax huma jwettquh, iżda primarjament il-mertu huwa wkoll ta’ missierhom, Salvu. L-aqwa xhieda tal-valuri ta’ mħabba u devozzjoni li Salvu nissel f’uliedu lejn Missierna San Publju, huwa proprju dan il-Ġublew tad-Deheb minn mewtu, għax dak li żera’ hu, illum, 50 sena wara għadha tibbenefika minnu l-Parroċċa tagħna.

Sakemm tasal dik il-ġurnata li niltaqa’ miegħek u narak għall-ewwel darba, ovvjament ħdejn San Publju, kompli strieħ fis-sliem Salv. Jekk kellek it-tjubija u l-kariżma ta’ wliedek Mary, Martin u Antoinette, fost l-oħrajn, tilqagħni żgur.

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża
kull tip
Sfumar fuq Bnadar, Pavaljuni jew Bandalori ċempel lil Evan Abela fuq 77000015 jew facebook https://www.facebook.com/evan.abela.9
Għal
ta’
117
Stephen Tonna

Donaturi – Arbular Festa 2017

Il-kunjom u l-isem f’ordni alfabetiku

Nota: Din il-marka (?) wara ċerti donaturi tindika li l-lokalità mhix magħrufa.

OFFREW €5

Cuschieri Sylvia (il-Furjana), Micallef Carmen (ilFurjana), Polidano Violet (il-Furjana)

OFFREW €10

Agius Paul & Carmen (il-Furjana), Alamango Żaren (il-Furjana), Attard Anthony (ir-Raħal ilĠdid), Attard Carmel (il-Furjana), Barbara Peter (il-Fgura), Borg Sant Veronika (il-Mosta), Bugeja Tony (il-Furjana), Caruana Alfred (Ħal-Balzan), Ciantar Vincent (il-Furjana), Ellul Mary (inNaxxar), Farrugia Doris (Valletta), Farrugia Maudy (il-Furjana), Formosa Carmel (Valletta), Formosa Joseph M. (tal-Pieta), Mallia Louis (B’Kara), Mallia Tony (B’Kara), Raimondo Anthony (il-Furjana), Sammut Rose (Santa Venera), Schembri Antonia (B’Kara), Scicluna Mary (il-Furjana), Sultana Ramon (il-Gżira), Van Buren family (Ingilterra), Vassallo Marco (San Ġwann), Walls family (U.K.), Xuereb John (Raħal il-Ġdid), Xuereb Archer Grace (il-Mosta),

OFFREW €15

Agius Alfred & Lina (il-Furjana), Agius Maria & Paul (il-Furjana), Bugeja Joseph (il-Mellieħa), Cauchi Ġuża (il-Qawra), Cefai Godfrey & M’Anne (il-Furjana), Cordina Michael (iż-Żejtun), Debono Maria (il-Furjana), Galea Margaret (il-Furjana), Spiteri Mr. & Mrs. J. (il-Furjana), Vella Clark Mr. & Mrs. L. (l-Imsida). Zahra Winnie (il-Furjana).

OFFREW €20

Abela Assunta (il-Furjana), Aquilina Maria (ilFurjana), Attard Jane (Ħ’Attard), Attard Jane & Wilfred (il-Furjana), Attard Margaret (il-Furjana), Attard MaryRose (Ħal-Tarxien), Attard R. (Ħ’Attard), Attard Victor & Marlene (il-Furjana), Azzopardi Aurora (Lora) (il-Furjana), Azzopardi John (il-Furjana), Baldacchino Doris (il-Furjana), Barbaro Sant Emily (il-Mosta), Bartolo Publius (il-Furjana), Bonett Anthony (?), Bonett Francis (Imsida), Borg Emmanuel (Santa Lucia), Borg Vincent (il-Fgura), Busuttil Adrian (il-Furjana), Busuttil Anna (Ħal-Kirkop), Camenzuli Mrs. V.S. (il-Furjana), Camilleri Charlie (il-Furjana), Camilleri

Virginia (il-Furjana), Camoin Doris (il-Furjana), Caruana Gladys (il-Furjana), Caruana Louis (ilFurjana), Cassar Carmen (il-Gżira), Cassar John & Therese (il-Furjana), Cauchi Doris (il-Furjana), Conti Joyce (il-Furjana), Darmanin Antonia (ilFurjana), Debattista J. & family (il-Furjana), Debattista Joseph (il-Furjana), Debattista Toninu (il-Furjana), Ellul P.L.(B’Kara), Falzon Antida (ilFurjana), Falzon Noel (San Ġiljan), Farrugia Joe (iżŻejtun), Farrugia Melanie (iż-Żurrieq), Fenech Mr. & Mrs. Emanuel (il-Furjana), Friggieri family (ĦalBalzan), Giusti Margaret (il-Furjana), Grech Doris (il-Furjana), Grech Cremona Carmen (il-Furjana), Iles Jeffrey (il-Furjana), Mallia Louise (B’Buġia), Mercieca Raymond J. (il-Furjana), Mifsud Aldo (Ħal-Balzan), Mifsud Mr. & Mrs. J.A.(il-Furjana), Mizzi Rose & Anġlu (il-Furjana), Mintoff Victor (B’Kara), Polidano Frans (G’Mangia), Resident (il-Furjana), Schembri Marylene (il-Furjana), Spiteri Carmen & Alex (il-Furjana), Spiteri Louis (is-Swieqi), Spiteri Margaret (il-Furjana), Spiteri M’Giacinta (is-Swieqi), Spiteri Victoria (il-Furjana), Stivala Mr & Mrs Charles (il-Furjana), Sultana Hughie (l-Iljun) (il-Furjana), Sultana Phyllis (ilFurjana), Tabone Emanuel (il-Furjana), Tabone Tony (il-Furjana), Testa Mary (il-Furjana), Thirkett Tania (il-Furjana), Vassallo Alfred (il-Furjana), Vassallo Frances (B’Kara), Vella Josephine (il-Furjana), Vella Mr & Mrs (il-Furjana), Xuereb Rita (il-Furjana), Zerafa Karmenu & Tessie (iż-Żurrieq), Zerafa Paul & Nanette (il-Furjana).

OFFREW €25

Alamango Mary (il-Furjana), Amaira Tony (B’Kara), Barry Marceline P. (Ħal Balzan), Borg Sandro & Doris (B’Kara), Busuttil Maria (il-Furjana), Ellul Mr. & Mrs. Charlie (il-Furjana), Meli Marianne (il-Furjana), Muscat Family (il-Furjana), Paris Christopher (B’Kara), Rizzo Lucy (il-Furjana), Vassallo Saviour (B’Kara), Zammit Karen (ilFurjana).

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018
118

OFFREW €30

Alamango Anna (il-Furjana), Attard Familja (ilFurjana), Bugeja Carmen (il-Furjana), Camilleri Carmel & Therese (il-Furjana), Cauchi Francis & Antoinette (il-Furjana), Ellul Rosa (il-Furjana), Galea Agatha (il-Furjana), Muscat Misses (il-Furjana), Partit Nazzjonalista (il-Furjana), Sciberras John & Mary (il-Furjana), Spiteri Charles (il-Furjana), Spiteri Mario (il-Mosta), Tabone John (il-Furjana), Tedesco MaryAnne & Manuel (il-Furjana), Vassallo Mr & Mrs Publius (il-Furjana), Vella Paul & Antonia (il-Furjana)

OFFRA €38

Xuereb Louis (Raħal il-Ġdid).

OFFREW €40

Cachia Mary (il-Furjana), Caruana Publius (ilFurjana), Cauchi Ċettina (il-Furjana), Dimech Carmen (il-Furjana), Dimech Grace (il-Furjana), Farrugia MaryAnne & Alfred (il-Furjana), Fenech Vincent (il-Furjana), Gauci Joseph C. (il-Furjana), Micallef Alfred (il-Furjana), Muscat Familja (ilFurjana), Muscat Victor (Pembroke), Pantaleresco Maria Antoinette (il-Furjana), Vella Familja (ilFurjana), Zammit McKeon Imħallef Joseph (ĦalLija).

OFFREW €50

Agius Publio (il-Furjana), Bonett Paul (il-Qawra), Bonello Simon & Grace (il-Furjana), Borg Emanuel (il-Furjana), Borg Ġina (in-Naxxar), Camilleri Godwin (Blata l-Bajda), Castillo Familja (ilFurjana), Cauchi Alfred (il-Marsa), Ciantar Mark (Ħal Tarxien), Coleiro Tonna Mae (il-Furjana), Cordina Antida (il-Furjana), Fabri David (ilFurjana), Farrugia Marcel (il-Furjana), Farrugia MaryAnne & Alfred (il-Furjana), Formosa Mary (ilFurjana), Gauci Carmelo (il-Furjana), Giusti John (il-Furjana), Guazzo Alfred (Tal-Pieta), Holland Carmen (il-Furjana), Mallia Manuel (il-Furjana), Mamo Carmelo (il-Furjana), Mockridge Albert & Mary (il-Furjana), Mockridge Mr. & Mrs. W. (il-Furjana), Mousù Peter, Simone & family (il-Furjana), Mousù Lucia (il-Furjana), Micallef G. familja (il-Furjana), Muscat Doris (il-Furjana), N.N. (il-Furjana), N.N. (il-Furjana), N.N. (in-Naxxar), Pawley Beatrice (il-Furjana), Pawley Walter (ĦalQormi), Pisani Rose (l-Imsida), Portelli Tessie (ilFurjana), Sarakinos Denise (il-Furjana), Sultana Peter (il-Furjana), Testa Joseph G. (il-Furjana), Zarb Lina & Charles (il-Furjana), Zarb N. (il-Furjana), Zarb Publio (Santa Venera).

OFFREW € 60

Attard Paul (il-Furjana), Pace Louis (Tas-Sliema).

OFFREW €70

Galea Mro. & Mrs. Sammy (il-Furjana), Magro Adriana (il-Furjana), Piscopo Pawlu (il-Furjana).

OFFREW €100

Borg Emanuel (il-Furjana), Borg Josephine (Joyce) (il-Furjana), Ellul Joe (Fleur De Lys-B’Kara), Farrugia Alice (il-Furjana), Miceli Farrugia Lilian (Ta’ Xbiex), Formosa Paul (Is-Swieqi), Gatt Joseph & Elpide (il-Furjana), Gauci Ray. (il-Furjana), Giusti Stephen & Michelle (il-Furjana), Magro Publius (Raħal il-Ġdid), Saliba Charles (il-Furjana).

OFFREW €120 Dalli Maria & Family (il-Furjana).

OFFREW €140 Torpiano/Camilleri familji (il-Furjana).

OFFRA €150 Debattista Charles (l-Imsida).

OFFRA €200 Galea Victor (il-Furjana).

OFFRIET €250 Falzon Grace (il-Ħamrun). Donazzjonijiet miġbura kull xahar minn Margaret Galea

OFFREW €30 Cauchi Dorothy, Cauchi Cettina, Galea Margaret, Spiteri Charles.

OFFRIET €60 Brincat Doris.

OFFRIET €100 Vivi Camenzuli

Grazzi mill-qalb lid-donaturi kollha

Ktieb tal-Festa u Storja Furjaniża 119

Donaturi – Arbural Proġetti

Offrew €5

Alamango Żaren (Il-Furjana), Cauchi Doris (Il-Furjana), Conti A. (Il-Furjana), Debono Tony (Ħal-Għaxaq), Falzon Gorg (-), Zahra Winnie (Il-Furjana)

Offrew €10

Baldachino Doris (Il-Furjana), Barbara Peter (Il-Fgura), Darmanin Antonia (Il-Furjana), Debono Maria (Il-Furjana), Galea Margaret (Il-Furjana), Formosa Carmel, Micallef Carmen (Il-Furjana), Muscat Charlie (Iż-Żurrieq), Muscat Walter (Ħ’Attard), Schembri Antonia (Birkirkara), Vella Lina (San Pawl Il-Baħar), Xuereb John (Paola), Zammit Moore Charles (Ħ’Attard)

Offra €12

Attard Anthony (Paola)

Offrew €15

Bugeja Joseph (Mellieħa), Camilleri Godwin (Ħamrun), Cefai Godfrey (Floriana).

Offrew €20

Alamango John (il-Furjana), Amaira Tony (Birkirkara), Attard Jane (Il-Furjana), Aquilina Maria (Il-Furjana), Attard Carmel (Floriana), Attard Margaret (Floriana), Azzopardi Aurora (Il-Furjana), Bonett Frances (l-Imsida), Bonnet Paul (Il-Qawra), Borg Emmanuel (Santa Lucia), Bugeja Carmen (Il-Furjana), Camoin Dolores (Il-Furjana), Camilleri Familja (Il-Furjana), L-Imħallef Caruana Colombo Victor (Tas-Sliema), Conti Joyce (Il-Furjana), Dimech Carmen (Il-Furjana), Dimech Grace (Il-Furjana), Ellul Charles Mr&Mrs (il-Furjana), Falzon Antida (Il-Furjana), Falzon George Emm. (Il-Furjana), Formosa Mary (Il-Furjana), Gatt Joseph & Elpides (Il-Furjana), Giusti Stephen & Michelle (Il-Furjana), Polidano Violet (Il-Furjana), Portelli Theresa (Il-Furjana), Spiteri Charles (Il-Furjana), Spiteri Mario (IlMosta), Sultana Dom Mary (Il-Furjana), Testa Mary (IlFurjana), Vassallo Publius Mr& Mrs (Il-Furjana), Vella C.& A (Il-Furjana), Wright Mr & Mrs D. (Il-Furjana)Natalie Zarb (Il-Furjana), Zarb Carmen (Il-Furjana), Zerafa Tessie & Carmel (iż-Żurrieq), Zerafa Paul & Nanette (Il-Furjana)

Offrew €24

Xuereb Louis (Paola)

Offriet €25

Spiteri Maria Giacinta (Is-Swieqi)

Offrew €30

Vella George (Il-Furjana), Mousu Lucia (Il-Furjana),

Piscopo Galea Agatha (il-Furjana), Cauchi Josephine (Il-Qawra), Micallef Georgina (Il-Furjana), Vella Paul & Antonia (Il-Furjana), Rizzo Lucy (Il-Furjana)

Offrew €35

Farrugia Alfred & Mary Anne (Il-Furjana)

Offriet €40

Fenech Maria (Il-Furjana)

Offrew €50

Attard Jane & Wilfred (Il-Furjana), Borg Lolly (IlFurjana), Cassar Dione (Il-Furjana), Castillo Family (IlFurjana), Cauchi Dorothy (Il-Furjana), Coleiro Tonna May (Il-Furjana), Elbourn Connie (Il-Furjana), Ellul Rose (Il-Furjana), Fabri David (Il-Furjana), Gauci Carmelo (Il-Furjana), Gauci Joseph (Il-Furjana), Grima Anna(?), Higgins Jane (Il-Furjana), Pawley Walter (Ħal Qormi), Miceli Farrugia L. (Ta’ Xbiex), Mockridge Mr.&MrsW. (Il-Furjana), Navarro Evliyn (Il-Furjana), N.N. (Il-Furjana), Sammut Rose (Santa Venera), Spiteri Charles (Il-Furjana), Tonna Coleiro May (Il-Furjana), Testa Joseph (Il-Furjana)

Offrew €60

Cauchi Cettina (Il-Furjana), Muscat MCM l-Aħwa (IlFurjana), Zarb Publius (Santa Venera)

Offriet €70

Bugeja Agnes (Ħ’Attard)

Offrew €80 Piscopo Pawlu u ħutu (Il-Furjana).

Offrew €100 Bonello Simon (Il-Furjana), Friggieri Oliver (B’Kara), Mamo Carmelo (Il-Furjana), N.N. (Il-Furjana) Holland Carmen (Il-Furjana), Mockridge Albert&Mary (IlFurjana), Saliba Charles (Il-Furjana), Testa Joseph (?), Il-Familja Torpiano (Il-Furjana)

Offra €300

Galea Victor (Il-Furjana)

Offra €400

Debattista Charles (l-Msida)

Offrew €2000

NN

Parroċċa San Publju Il-Furjana 2018
Grazzi mill-qalb
120
lid-donaturi kollha
danishbakery.com.mt Danish Bakery Limited, B22, Bulebel
Industrial Estate,
Zejtun, ZTN 3000, Malta. T: +356 2248 3600 E: sales@danishbakery.net

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Ktieb Festa San Publju 2018 by Dale Cachia - Issuu