
2 minute read
Il-Banda Vilhena 144 Sena ta’ Storja
Din is-sena ħija waħda importanti fl-istorja tasSoċjetà Filarmonika “Vilhena”. Dan għaliex kien eżatt 144 sena ilu li fil-Floriana kienet twaqqfet uffiċjalment din is-Soċjetà bl-għan prinċipali jkun dak li tkompli tkabbar il-Festa ta’ San Pubilju bis-sehem mużikali tagħha.
L-ewwel referenza għal banda fil-Floriana teħodna lura għall-ewwel jum tax-xahar ta’ Novembru tas-sena 1867. Dakinhar fil-ħarġa tal-ġurnal “Ordine” kien deher rapport dwar is-sehem ta’ banda mill-Floriana fil-festi kbar li kienu saru f’dan il-lokal f’ġieħ il-Beatu ġdid Benedittu li kien Kapuċċin minn Udine. Ilġurnal kien irrapporta li s-Sibt 26 ta’ Ottubru 1867 il-Banda kienet daqqet fil-Pjazza u kien ħemm ukoll il-logħob tan-nar.
Advertisement

Fil-ħarga tal-ġurnal “Corriere Mercantile Maltese” tat-28 ta’ Dicembru 1874 deher rapport ieħor fejn inkiteb li kienet twaqqfet Banda talFloriana bħal dawk li kienu għadhom kemm twaqqfu fil-Belt Valletta bl-isem ta’ “La Valette” u “La Nazionale” li kienu magħrufa bħala talAjkla u tal-Istilla.
Permezz ta’ dan it-tagħrif wieħed jifhem li lejn is-sena 1867 għalkemm diġà kien ħemm xi forma ta’ banda fil-Floriana, is-Soċjetà Filarmonika twaqqfet uffiċjalment lejn is-sena 1874. L-Isem li ġie mogħti lil din is-Soċjetà kien dak ta’ “Vilhena”, għall-Gran Mastru De Vilhena li

Minn Mario Fenech
kellu rabtiet kbar ma’ dan is-Subborg.
L-ewwel President tas-Soċjetà kien in-negozjant magħruf mill-Floriana, Baldassare Portanier.Lewwel Surmast kien Mro. Giuseppe Borg li kien iben Mro. Indri Borg, il-magħruf Surmast fundatur tal-baned f’Malta.
Ta’ min jgħid li meta l-banda kienet għadha ma twaqqfitx uffiċjalment is-Surmast kien Mro. Karmnu Farrugia. Dan kien ukoll l-ewwel Surmast tal-Banda “La Nazionale’ li llum hija l-Banda Cittadina “King’s Own”.
Taħt id-direzzjoni ta’ numru ta’ Surmastrijiet magħrufa, il-Banda “Vilhena” ippreżentat għadd ta’ Programmi ta’ livell muzikali għoli.
Fost dawn il-programmi kien hemm dak li baqa’ jissemma għal tul ta’ żmien li kien sar Fuq ilFosos tal-Floriana nhar it-8 ta’ Lulju 1883, u dak li kien sar f’Għar id-Dud f’Tas-Sliema bi stedina tal-Każin Soċjali tal-Borża.
Programm importanti kien dak li l-Banda “Vilhena” tellgħet quddiem folla kbira nies waqt iċ-Ċerimonja tat-tqegħid tal-Ewwel Ġebla tal-Faċċata l-ġdida tal-Knisja Arċipretali ta’ San Publiju fl-1885.
Minbarra s-sehem tagħha fil-Festa ta’ San Publju, il-Banda kienet tiġi mistiedna biex iddoqq waqt festi oħrajn barra mil-lokal kif ukoll kienet tagħti s-sehem tagħha waqt il-fieri li kienu jsiru fil-Ġonna tal-Argotti.
Iżda bla dubju ta’ xejn żewġ okkażjonijiet kbar li kienet ħadet sehem fihom il-Banda “Vilhena” kienu waqt il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li kien sar f’Malta fis-sena