
3 minute read
Dun Ġużepp Borg Micallef
Tislima lil Dun Ġużepp Borg Micallef

Advertisement
Kitba ta’ Stephen Tonna
Dun Ġużepp Borg Micallef twieled fil-Furjana nhar l-14 ta’ Diċembru 1922 sejħa tal-Mulej biex imur jaħdem fl-għalqa tiegħu, u ddeċieda li jsir saċerdot. Fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, Ġużepp beda l-istudji tiegħu fis-Seminarju. Fost it-tbatija u l-għaks kbir li kien hawn f’dawk iż-żminijiet mudlama, irnexxielu jtemm b’suċċess l-istudji u b’ħerqa kbira stenna dik il-ġurnata tant mistennija meta f’Marzu tal-1949 ġie Ordnat saċerdot minn idejn l-Arċisqof, l-E.T Mons. Mikiel Gonzi.
Sa mill-bidu nett tal-Ordinazzjoni tiegħu, Dun Ġużepp, li fil-Furjana kien magħruf bil-laqam tal-familja, ‘Ta Seba’ Soldi’ għamel bħala l-missjoni prinċipali tiegħu, it-tagħlim talkatekeżi. Ta’ kull ġimgħa kien jiġbor numru ta’ tfal, u dak iż-żmien fil-Furjana kien hawn bilmijiet, u jgħallimhom il-katekiżmu. It-tagħlim kien jagħmlu kemm fil-knisja kif ukoll fil-post ta’ fuq iz-zuntier tan-naħa ta’ Balzunetta, eżattament taħt id-dar fejn għexu l-aħwa Cuschieri, id-dar li llum, parti minnha diġà utilizzajniha bħala l-Mużew tal-Parroċċa, proġett li fil-futur irid jikber u jiżviluppa sakemm id-dar kollha tkun qed isservi għal dan l-iskop ta’ Mużew.
Kif diġà għedt, għas-saċerdot Borg Micallef il-katekiżmu kien xi ħaġa indispensabbli filmissjoni tiegħu. Dan wasslu biex fis-sena 1968, flimkien ma’ saċerdot ieħor Furjaniż,

F’Jum l-Ewwel Quddiesa Solenni

Trofew Tonna 2016 man-Nominati l-oħra Tislima ta’ ħbieb bejn Dun Ġużepp u Stephen Tonna l-Ħadd Ħruġ il-vara min-niċċa 2017
Dun Godwin Saliba, waqqfu l-Kummissjoni Kateketika fid-Djoċesi ta’ Malta. Għal Dun Ġużepp il-kitba kienet forza kbira. Matul ħajtu mill-pinna, u aktar tard millcomputer tiegħu ħarġu eluf ta’ artikli, kontribut li baqa’ jagħmlu sal-aħħar nifs ta’ ħajtu. Ta’ kull xahar, baqa’ jibgħat il-materjal għall-fuljett ‘IlBastun’ li huwa leħen il-Floriana Senior Citizens.


Dun Ġużepp ma’ Stephen Tonna u Charles Zammit Moore Il-katavru ta’ Dun Ġużepp merfugħ min-neputijiet tiegħu
Rigward il-karattru tiegħu, nasal biex ngħid li kultant, kien iħawdek. Per eżempju kif tispjega l-fatt li fi kliemu dejjem stqarr li assolutament ma jħobbx, u ma jaqbilx li jsiru opri ta’ tiżjin fil-knejjes għax skont hu, “ħela’ ta’ flus’’ iżda mbagħad, kellu kollezzjoni vasta u komprensiva ta’ ritratti u slides bl-opri kollha li tipposjedi l-knisja tagħna, u jaġġorna kull meta ssir xi ħaġa ġdida. Lil Dun Ġużepp niddiskrivih bħala bniedem, ‘aggressiv b’imħabba’, targumenta kemm targumenta, miegħu ma tiġġieled qatt.
Aħna l-Furjaniżi għandna verament għalxiex inkunu kburin u grati lejn dan il-personaġġ ħabrieki li assolutament qatt ma fittex ilpopolarità, jew unuri. Kien Furjaniż per eċċellenza li bil-mod tiegħu ħabb u segwa dak kollu li hu Furjaniż. Minkejja l-istat ta’ saħħtu, xorta waħda, f’siġġu tar-roti, inġieb fil-knisja ta’ San Publju biex nhar it-23 ta’ April tas-sena l-oħra (2017) fostna u magħna, gawda l-ħruġ tal-vara ta’ San Publju min-niċċa.
Il-ġisem bla ħajja ta’ dan is-saċerdot Furjaniż inġieb fl-istess knisja li fiha 95 sena qabel kien inġieb għall-ewwel darba biex tgħammed, irċieva l-Ewwel Tqarbina, il-Griżma tal-Isqof, u fl-1949 iċċelebra l-Prima Messa. Fl-istess knisja li min jaf kemm-il quddiesa qaddes u kemmil sagrament amministra. Issa, imserraħ fuq żewġ banketti f’nofs il-korsija, numru kbir ta’ saċerdoti mmexxija mill-Arċisqof l-E.T. Mons Charles Scicluna u knisja mimlija bin-nies, saret koncelebrazzjoni b’sufraġju għal ruħu. Din kienet l-aħħar tislima lil dan is-saċerdot, iben denn tal-Furjana. L-omelija għamilha l-eks Arċipriet tagħna Mons Richard Borg.

Malli spiċċa r-rit funebri, it-tebut intrafa’ fuq l-ispallejn min-neputijiet u membri oħra talfamilja u għall-aħħar darba, ħarġu ‘liz-ziju Ġuż’ mill-knisja ddedikata lil San Publju.
B’differenza mill-funerali l-oħra, malli l-korteo funebri ħareġ minn Bieb il-Bombi, ma qabadx triqtu lejn iċ-ċimiterju tal-Addolorata, iżda fuq xewqa ta’ Dun Ġużepp stess, xewqa li tennieha kemm-il darba, ġibed lejn l-Imsida bid-destinazzjoni finali tkun l-Università f’TalQroqq fejn ittieħed f’laboratorju.
Mill-ġdid grazzi u strieħ fis-sliem għażiż Dun Ġużepp, arrivederci.