
1 minute read
lil ħutna Furjaniżi
Żewġ ħatriet mill-Q.T. il-Papa Franġisku lil ħutna Furjaniżi

Advertisement
Dun Pawl Camilleri maħtur Monsinjur tal-Papa u Patri Herbert Friggieri SJ mogħti l-Onorifiċenza Pro Ecclesia et Pontifice
Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju 2017, l-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, fi tmiem l-Ordinazzjoni Presbiterali li saret fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt, ħabbar innomina ta’ Dun Pawl Camilleri bħala “Cappellano di sua Santità” jew kif jingħad popolarment bħala “Monsinjur tal-Papa”. In-nomina f’dan il-każ mhix ħatra li ssir millArċisqof tal-post iżda hija ħatra li ssir permezz ta’ digriet maħruġ mill-Papa. Dan id-digriet, maħruġ mis-Segreteria di Stato tas-Santa Sede ġie mogħti personalment millE.T. Mons. Arċisqof lil Dun Pawl Camilleri fi tmiem din il-quddiesa.

Matul is-sena l-oħra, Furjaniż ieħor, ħuna Patri Herbert Friggieri SJ, ġie wkoll onorat mill-Papa. Nhar is-Sibt 25 ta’ Novembru 2017, waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa solenni ta’ lejlet il-festa ta’ Kristu Re, iċċelebrata filknisja parrokkjali ta’ Kristu Re ġewwa Raħal Ġdid (fejn huwa jaqdi l-ministeru ta’ Viċi Parroku), Patri Herbert irċieva l-onorifiċenza Pro Ecclesia et Pontifice.
Kien il-W.R. Kappillan tal-Parroċċa ta’ Raħal Ġdid, ilKan. Onor. Dun Marc André Camilleri, li flimkien malkomunità parrokkjali Pawlista għamlu talba lill-E.T. Mons. Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna biex fl-okkażjoni tal-50 sena ta’ ħajja reliġjuża filKumpanija ta’ Ġesù u b’rikonoxxenza għall-ħidma kbira tiegħu fil-parroċċa, Patri Herbert jiġi onorat mill-Q.T. il-Papa.

