1 minute read

Dun Charles Cini

Next Article
Saviour Farrugia

Saviour Farrugia

Merħba lill-Arċipriet il-Ġdid Dun Charles Cini

Advertisement

Tweled fil-10 ta’ Ġunju 1972, u huwa t-tieni iben u ż-żgħir tal-mejjet Nicholas Cini u Mary née Cassar. Minn dejjem kien joqgħod ġewwa Ħal Qormi. Sas-sena 1986, id-dar tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ San Sebastjan iżda wara mar joqgħod fil-parroċċa ta’ San Ġorġ. Ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu fl-iskola ta’ Santa Monika ġewwa Ħal Qormi izda ftit wara kompla fliskola Santa Giovanna Antida ġewwa l-Gudja. Minn hemm kompla s-Sekondarja fil-kulleġġ ta’ Santu Wistin ġewwa l-Pietà u kompla l-istudji tiegħu fil-kulleġġ ta’ De La Salle ġewwa Bormla. Wara kellu esperjenza ta’ xogħol fid-dipartiment tas-Sanità u wara mal-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma.

Fl-età ta’ 23 sena huwa daħal is-seminarju tal-Virtù ġewwa r-Rabat, fejn hemm beda l-kors tal-Bacellerat fil-Filosofija u Teoloġija fl-Università ta’ Malta. Flaħħar ta’ Lulju tal-2002 ġie ordnat saċerdot minn Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet ġewwa l-parroċċa ta’ Raħal Ġdid Kristu Re. Wara sena, fl-2003 l-Arċisqof bagħtu bħala viċi Arċipriet fil-parroċċa ta’ Ħaż Żebbuġ sal-2006. Minn hemm kellu opportunità li jservi bħala saċerdot fid-djoċesi ta’ Savona ġewwa l-Italja. Hemm serva bħala kappillan f’raħal żgħir bl-isem Alpicella. Fl-2010 ġie lura Malta fejn ġie assenjat bħala viċi kappillan ġewwa l-parroċċa ta’ Ħal Luqa. F’Ottubru tal-2017 l-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna talbu biex ikun assistent direttur ta’ Dar l-Emigrant ġewwa l-belt Valletta, fejn serva wkoll fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu kif ukoll fil-Knisja talĠezwiti. Fi ftit xhur l-istess Arċisqof talbu biex ikun Arċipriet tal-Furjana fl-aħħar ta’ Jannar 2018.

Il-passatempi ta’ Dun Charles huma l-ġnien u l-baħar. Minkejja li hu dejjem limitat bil-ħin għall-passatempi tiegħu, l-isbaħ mumenti għalih huma mal-ħbieb u l-qraba. Sakemm kellu għoxrin sena kien attiv fil-Museum fejn għenu ħafna biex jiskopri l-vokazzjoni tiegħu ta’ qassis. Tilef lil missieru ta’ 62 sena bla ma kien mistenni meta Dun Charles kellu 35 sena. Mument iebes ħafna peress li kien għadu kemm jibda l-esperjenza tiegħu ġewwa l-Italja.

Nawguraw lill-Arċipriet il-ġdid tagħna żmien twil fil-parroċċa tagħna. U nwegħduh it-talb tagħna. Ad Multos Annos.

This article is from: