4 minute read

Il-Parrokat ta’ Monsinjur Richard Borg fil-Floriana

Next Article
Saviour Farrugia

Saviour Farrugia

Il-Parrokat ta’ Monsinjur Richard Borg fil-Floriana

Advertisement

Nagħtu ħarsa fil-qosor lejn il-ġrajjiet ewlenin filMixja Nisranija tal-Floriana matul il-Parrokat ta’ Monsinjur Richard Borg.

Kien Parrokat ta’ sittax-il sena u għalhekk ma jistax ikun li jissemma dak kollu li seħħ matul dawn il-ħafna snin. Ser insemmu biss xi ftit mill-ġrajjiet ewlenin.

Nhar is-Sibt l-ewwel ta’ Diċembru elfejn u wieħed, il-Kurja tal-Arċisqof ħabbret in-nomina ta’ Monsinjur Richard Borg bħala Arċipriet tal-Floriana. Ġimagħtejn wara, jiġifieri s-Sibt ħmistax ta’ Diċembru, huwa ċċelebra l-Quddiesa tas-6.30pm, fil-Parroċċa bħala Arċipriet.

Id-digriet uffiċjali tal-għażla tiegħu bħala Arċipriet ħareġ nhar it-Tnejn ta’ Marzu elfejn u tnejn. Nhar is-Sibt sbatax ta’ Marzu ngħata l-Pussess mill-Kanċellier Monsinjur Carmelo Zammit f’isem l-Arċisqof.

Fost il-ħafna ġrajjiet li seħħu minn dakinhar sallum ta’ min isemmi:

• L-introduzzjoni tal-abbatini bniet fis-sena elfejn u ħamsa. Minn dik is-sena sal-lum, madwar ħamsin tifla libsu l-libsa ta’ abbatini; numru tassew sabiħ meta wieħed iqis innumru żgħir ta’ tfal li hawn fil-Parroċċa.

• L-installazzjoni ta’ dawl fiss mal-faċċata tal-Knisja; dan inxtegħel għall-ewwel darba nhar Sibt il-Għid tas-sena elfejn u sitta. F’ dik is-sena wkoll beda l-proġett tar-restawr taddamask.

• Fl-elfejn u ħdax, Monsinjur Borg ingħata t-Trofew Tonna.

• Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona, illum Emeritus, ikkonsagra l-Altar-Mejda ġdid talirħam nhar is-Sibt disgħa u għoxrin ta’ Marzu tas-sena elfejn u tmienja.

• Kellna l-Viżta Pastorali fil-Parroċċa ta’

Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona fis-sena elfejn u disgħa.

• Fl-għeluq tas-Sena Pawlina, nhar id-disgħa u għoxrin ta’ Ġunju elfejn u disgħa ddaħħlet l-istatwa ta’ San Publju fil-Belt Valletta.

• Saret terħa rrakkmata bid-deheb għall-altar ta’ San Ġużepp. Din kienet rigal tal-gazzetta

‘Il-Furjana’.

• Is-Soċjetà Vilhena rregalat sett ta’ kapep ġodda għall-festa. • Iċ-ċelebrazzjoni tal-Festi Ċentinarji fis-snin elfejn u għaxra u elfejn u ħdax biex ifakkru l-erba’ mitt anniversarju minn meta l-isqof

Gargallo ddikjara lil San Publju Patrun ta’

Malta u l-mitejn sena minn meta l-iskultur

Vinċenzo Dimech naqqax l-istatwa ta’ San

Publju.

• Id-dħul ta’ Papa Benedettu Sittax, fil-Knisja tagħna nhar il-Ħadd tmintax ta’ April elfejn u għaxra waqt iż-żjara tiegħu f’Malta. Dan kien unur kbir għall-Parroċċa għaliex ftit huma l-Knejjes fid-dinja li fihom daħal Papa.

Dakinhar is-seba’ linef il-ġodda tal-korsija inxtegħlu flimkien għall-ewwel darba. • Waqt il-Festi Ċentinarji, l-Arċipriet bierek u inawgura l-Ambone l-ġdid, tal-irħam ukoll.

Dakinhar kien il-Ħadd ħdax ta’ April elfejn u għaxra.

• Bħala parti minn dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ċentinarji saret Proċessjoni bl-istatwa ta’

San Publju nhar il-Ħadd tlieta u għoxrin ta’

Jannar elfejn u ħdax filgħodu.

• F’din is-sena wkoll kellna l-Ordinazzjoni ta’ żewġ saċerdoti ġodda mill-Parroċċa tagħna:

Dun David Torpiano u Patri Stephen Magro,

Franġiskan.

• Nhar it-tlettax ta’ Diċembru ta’ dik is-sena wkoll kien inawgurat l-Orgni diġitali ġdid tal-Knisja waqt kunċert ta’ kant tal-Milied min-New Choral Singers.

• Saret Proċessjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp tar-Rabat minn Sarria sal-Knisja nhar issebgħa u għoxrin ta’ April elfejn u tlettax.

Din saret fl-għeluq il-ħamsin sena millinkoronazzjoni ta’ din l-istatwa fi Pjazza

San Publju (il-Fosos). Il-Ktieb ta’ Patri

Alessandru Bonnici, Konventwali, bl-isem

“Il-Floriana fil-Mixja Nisranija tagħha” kien ippubblikat fl-elfejn u erbatax.

• Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena, f’Lulju tal-elfejn u sittax, il-Festa ta’ San Kalċedonju saret fil-

Knisja minflok fil-Kappella tiegħu fil-Kurja.

Għal din l-okkażjoni r-relikwa ta’ dan ilqaddis kienet fil-Knisja għal erbat ijiem.

• Saru wkoll ħidmiet ta’ restawr ta’ kwadri, statwi, kif ukoll ħafna xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bjut u naħiet oħra tal-Knisja kif ukoll restawr tal-bibien kollha. Sar ukoll tapit għall-presbiterju kollu.

• Inbeda wkoll il-proġett tal-pittura. Fil-

Kappelluni tar-Rużarju, sa issa sar ħafna xogħol biex dan ikun lest għall-pittura li tinsab fi stadju avvanzat. • Fil-Parrokat ta’ Monsinjur Richard Borg sar ir-restawr tal-armar kollu ta’ barra tal-festa ta’

San Publju. Minbarra dan saru wkoll diversi żidiet ta’ armar ġdid.

• Fil-jum tal-festa Liturġika ta’ San Publju talelfejn u sbatax inxtegħlu għall-ewwel darba ż-żewġ linef il-kbar tal-Kappelluni. Nhar il-

Ħadd tmienja u għoxrin ta’ Jannar, l-Arċipriet ingħata l-Pussess bħala Monsinjur Onorarju fil-Katidral tal-Imdina minn Monsinjur

Arċisqof Charles Scicluna.

Dawn kienu ġrajjiet jew okkażjonijiet ta’ darba. Tajjeb li wieħed isemmi wkoll li nbdew ħafna inizjattivi oħra. Fost dawn ta’ min isemmi:

• Bdiet issir Ġimgħa Marjana fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru li tiftaħ sena Pastorali ġdida fil-

Parroċċa. Din tgħin ukoll biex tiżdied iddevozzjoni lejn il-Madonna. Għall-istess skop beda jsir pellegrinaġġ Marjan f’Mejju mill-Knisja għal għand il-Kapuċċini u ieħor f’Lulju għas-Santwarju tal-Madonna fil-

Mellieħa.

• Iċ-ċimiterju tar-ritratti tal-mejtin li jintrama fil-Knisja matul ix-xahar ta’ Novembru kull sena.

• Introduzzjoni ta’ ġranet aktar spissi ta’

Adorazzjoni f’diversi perjodi tas-sena.

Twaqqaf grupp ta’ Talb għall-vokazzjonijiet li l-membri tiegħu joffru t-talb tagħhom f’jum partikolari tal-ġimgħa għall-vokazzjonijiet.

• L-għażla ta’ motto Parrokkjali għal kull sena biex iservi ta’ gwida spiritwali għallparruċċani; dan il-motto ikun fuq banner ma’

pilastru maġenb l-altar u jibqa’ hemm is-sena kollha.

• Iċ-ċelebrazzjoni tal-Festa ta’ San Publju fil-

Kappella ddedikata lilu fl-Għarb Għawdex fl-aħħar Ħadd ta’ Jannar.

• Quddies fil-beraħ fl-ewwel ġimgħa tax-xhur tas-sajf u f’xi okkażjonijiet oħra; din hija waħda mill-inizjattivi biex il-Knisja tidher ’il barra mill-ħitan tagħha.

• Il-Ħadd ħdax ta’ Marzu elfejn u tmintax, Monsinjur Borg itemm uffiċjalment ilParrokat tiegħu bħala Arċipriet tal-Floriana.

• F’isem kulħadd aħna nirringrazzjawh ta’ dawn is-sittax-il sena servizz bħala r-Ragħaj

Spiritwali tagħna, nawgurawlu għall-ħidma ġdida li għad trid tiġi fdata f’idejh mill-

Knisja u nitolbu għalih. Ad Multos annos

Monsinjur.

53 Msida Road, Yacht Marina, Gzira Tel: 2133 4255, 21 31 3748 Email: npace@gauciborda.com Web: www.gauciborda.com

https://www.facebook.com/GauciBordaCoLtd

This article is from: