2 minute read

Kemm hu sabiħ

1913 u kellu l-qofol tiegħu fil-parti tal-Floriana magħrufa bħala “l-Għalqa tal-Biskuttin” fejn kienet intramat tribuna kbira, kif ukoll waqt ilKungress Ewkaristiku Reġjonali li wkoll kien sar fil-Floriana.

Biex jibqa’ mfakkar is-sehem tal-Banda “Vilhena” waqt il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali tas-sena 1913 kienet saret bandalora li tħallset mill-Ammiraturi. Din il-bandalora tinsab ġo vetrina f’waħda mis-swali tas-Sede tas-Soċjetà.

Advertisement

Matul is-snin tas-Seklu għoxrin kull meta xi membru mill-Familja Rjali tal-Ingilterra kien iżur Malta, il-Banda kienet tkun minn tal-ewwel biex tagħti s-servizzi tagħha. Uħud minn dawn l-okkażjonijiet huma mfakkra permezz ta’ standarti, ritratti u rigali li wieħed jista’ jarahom fis-Sede tas-Soċjetà.

Dati importanti oħrajn fl-istorja tas-Soċjetà huma dawk tas-sena 1925 u l-1945, b’tal-ewwel ikun iċ-Ċentinarju tal-Martirju ta’ San Publiju u tat-tieni ċ-Ċentinarju tat-twaqqif tal-Parrocca ta’ San Publiju.

Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet kbar li kienu saru fl1960 għaċ-Ċentinarju ta’ San Pawl, il-Banda kellha sehem importanti. Hekk seħħ ukoll 49 sena wara fl-2009, meta l-istatwa titulari ta’ San Publiju giet meħuda l-Belt Valletta sa quddiem il-Konkatidral ta’ San Gwann fejn kienet ittieħdet ukoll l-Istatwa Titulari ta’ San Pawl mill-Kolleggjata ta’ San Pawl Nawfragu.

Matul dawn il-144 sena ta’ Storja, is-Soċjetà għaddiet minn żminijiet sbieħ kif ukoll koroh. Fost dawn wieħed isemmi t-telfa ta’ bosta oġġetti prezzjuzi u importanti li kienet tippossedi s-Soċjetà meta l-Każin intlaqat bil-bombi talgħadu waqt it-Tieni Gwerra Dinija, kif ukoll meta bosta mużiċisti u partitarji kellhom jemigraw lejn postijiet imbiegħda matul is-snin ħamsin.

Fil-preżent, is-Sede tal-Banda Vilhena tinsab flaktar triq li tintuża matul il-jum, Triq Sant’Anna. Din it-triq tirrakkonta parti kbira mill-Istorja talGżejjer Maltin kif ukoll l-Istorja glorjuża ta’ din il-Banda tal-Floriana.

Kienu bosta dawk il-Presidenti, membri talKumitati, Surmastrijiet, mużiċisti u partitarji li ħadmu matul is-snin li ilha mwaqqfa din isSoċjetà biex jinżamm ħaj dak li bdew b’tant kuraġġ il-fundaturi tagħha 144 sena ilu.

Kemm hu sabiħ li tisraq weġgħa u troddha f’saħħa lill-batut; li timsaħ dmugħ minn qalb il-bniedem biex daħqa ġġib li qatt ma tmut.

li tkisser ġlied ta’ bejn żewġ aħwa biex tnissel sliem f’tagħhom l-imħuħ. li loqma twarrab għalkemm żgħira, biex trejjaq ftit lil min bil-ġuħ.

Wisq tant sabiħ li l-faqar toqtol biex twelled ġid lil min m’għandux, li l-għira, l-mard u d-dwejjaq tneżża’, biex tlibbes faraġ fejn m’għadux.

Charles Stivala

Sabiħ li tħott min b’xejn jistagħna biex tibni ’l dak li bla xogħol hu, li l-qlub muġugħa flimkien tiġbor w ixxerred fihom ferħ kuljum.

Hu wisq sabiħ li taħdem f’ħajtek biex żgur tistrieħ f’did-dinja aħjar, w iżjed sabiħ li tħobb lill-proxxmu u l-mibegħda tordom f’bjar.

Sabiħ li l-ġid li b’għaqal tgezzez, taqsmu bil-qalb ma’ ħafna fqar, li tagħti ħajtek għal ħaddiehor, kemm lil dawk żgħar inkella kbar.

This article is from: