
4 minute read
Il-Proġett tal-Pittura
Ix-Xogħol fil-Kappellun tar-Rużarju

Advertisement
Kitba ta’ Stephen Tonna
Fil-jiem ta’ matul ix-xhur ta’ Ġunju u Lulju rġajna tajna passata żebgħa oħra fuq il-partijiet kollha li mhumiex mgħottijin bil-folji talfibreglass. Ma ninsewx li l-pittura mhix ser teħel direttament fuq il-ġebla, iżda fuq dawn il-folji li konna ħdimna aħna stess, maqtugħin skont ilmoll meħud u invitati mas-saqaf u l-ħitan. Biex il-pittur ikun jista’ jaqta’ t-tila fil-forma ta’ fejn, meta mpittra, tkun ser teħel, ikollu bżonn ta’ moll, jiġifieri, disinn eżatt tal-post partikulari. Fil-mod ta’ kif huwa mqassam is-saqaf tagħna ma tistax sempliċiment tieħu qisien skont ittul u l-wisa’, iżda bilfors irid jittieħed il-moll. Bl-erba’ pendenti lesti, anki mill-pittura, huwa proprju dak li għamilna fuq il-kwadru ċentrali.
L-aħjar mezz li sibna għal din il-biċċa xogħol huwa d-double sided tape li minnu waħħalna diversi strixxi fuq il-folja tal-fibreglass imwaħħla mas-saqaf. Qbadna mbagħad folja plastik kbira ta ċertu saħħa, u bdejna nifirxuha u ‘nafsuha fuq it-tape sakemm weħlet u ksejna ż-żona kollha. Permezz ta’ xafra, qtajna l-plastik żejjed sakemm mas-saqaf, baqa’ biss, il-forma talkwadru tan-nofs. Minħabba l-ħxuna tal-plastik stajna faċilment naqilgħu l-plastik minn mattape mingħajr ma nqattgħuh. Bil-moll maqlugħ u rrumblat f’idejna, twassal immedjatament f’Għawdex biex il-pittur, jagħmel il-parti tiegħu fit-tfassil tat-tila u konsegwentement il-pittura tal-kwadru ċentrali.
Irridu nfakkru, li meta nitkellmu fuq il-‘Proġett tal-Pittura’ ma nkunux qegħdin nirreferu biss għal dan tal-kappellun, tar-Rużarju, iżda wkoll għal dak li jrid isir fil-kappellun tal-Kurċifiss.
Kienu diversi l-persuni li telgħu fl-istudio talpittur biex jaraw il-proċess tal-istess pittura.
Fil-bidu ta’ din is-sena, John Grima (il-pittur) beda jaħdem fuq iż-żewġ panewijiet li hemm

Induratura fuq waħda mill-ħnejjiet
Xkatlar fuq l-istukkjar tal-viti li jżommu l-fibreglass
Jitqatta’ l-ġebel immermer


fuq it-twieqi kif ukoll saru ħafna preparamenti biex jibda jpitter l-abside (arzella), li hija l-akbar parti tal-proġett pittoriku.
Bħalma sar fil-kors ta’ diversi proġetti kbar oħra tul is-snin fil-knisja tagħna, dan il-proġett ukoll ser ikun immarkat bil-bidla tar-Ragħaj Spiritwali tal-Parroċċa tal-Furjana, meta, minn taħt it-tmexxija tal-Arċipriet Mons. Richard Borg, il-Parroċċa għaddiet għal taħt il-ħarsien ta’ Dun Charles Cini sa minn nhar it-Tnejn 12 ta’ Marzu 2018 meta l-mandat tiegħu sar effettiv.
Ħidma kbira ħafna, u rridu nżidu, ta’ tbatija kbira wkoll wettaqnieha fuq il-bejt tal-Youth Centre, preċiżament mal-ħitan li jmissu malkappellun tar-Rużarju. Matul is-snin, l-elementi rrendew il-ġebel ta’ dan il-ħajt fi stat ta’ deterjorament qawwi, tmissu b’idek u jitfarfar qxur, qxur. Id-deċiżjoni li fuq dan il-ħajt irid isir intervent qawwi ttieħdet mill-fatt li, x’jiswa li għamilna dak ix-xogħol kollu, u spejjeż kbar konnessi mad-dekorazzjoni u l-pittura fis-saqaf tal-kappellun tar-Rużarju meta mbagħad, tmiss miegħu fuq barra għandna ġerħa enormi miftuħa għall-elementi kollha! Żgur li fil-futur konna ser inbatu l-konsegwenzi. Wara konsultazzjoni u pariri ta’ Perit, bdejna x-xogħol.

Il-ħidma bdiet billi permezz ta’ jiggers, qattajna l-ġebel immermer f’fond ta 20 ċentimetru (8 pulzieri) f’fond biżżejjed li eliminajna l-ġebel ħażin kollu. It-tqattigħ baqa’ nieżel sal-filata li fuqha jistrieħ il-bejt, il-filata li serviet ta’ pedament għall-bini tal-ħajt il-ġdid. Il-ġebel, użajna knaten tal-franka fil-ħxuna ta’ 15-il ċentimetru (6 pulzieri) b’25 ċentimetru għoli (10 pulzieri).

Il-final tat-tqattigħ

Waqt il-bini tal-ħajt minflok dak immermer

Parti mill-ħajt lest u t-tindif

Dehra minn kantuniera tal-ħajt il-ġdid
Stirar tal-plastik mas-saqaf biex jittieħed il-moll tal-kwadru ċentrali
Mal-pittur John Grima qabel ma qlajna moll tal-plastik
Dehra ġenerali tal-ħajt, kważi lest Waqt it-tikħil tal-fili
Kisi bil-waterproofing membrane



Il-proċess tal-bini mill-ġdid ta’ dan il-ħajt ħa ż-żmien tiegħu. Xogħol li kien ta’ tbatija kbira kemm minħabba t-toqol tal-knaten, dawk imneħħija kif ukoll dawk imqiegħda u minħabba l-qilla tax-xemx u s-sħana tremenda li refgħalna s-sajf li għadda (2017). Meta mkejjel, dan il-ħajt


fih tul ta’ tnax-il metru u nofs (ftit aktar minn 496 pied) b’għoli ta’ metru u sebgħa u tmenin ċentimetru (5 piedi u 8 pulzieri).
Bl-għajnuna ta’ Alla u ta’ San Publju, ix-xogħol tal-bini tlesta. Biex ix-xogħol li għamilna jservi għal ħafna snin, ħadna ħsieb li l-parti ta’ fuq talħajt, li tiġi fuq il-kappellun, ksejnieha bil-water proofing membrane tas-sħana filwaqt li l-fili kollha tal-ħajt il-ġdid, kaħħalniehom b’materjal li ma jagħmilx ħsara lill-ġebla. Kemm għaddehra estetika kif ukoll għall-iskop li sar, b’dan il-ħajt, ilħaqna l-aspettattivi li ħdimna għalihom, ċioè, li ħlisna mid-diżastru li kien hemm u s-salvagward intern tal-kappellun tar-Rużarju.
Dan kien proġett ieħor kollu kemm hu frott talħidma tal-volontieri tagħna. Grazzi speċjali tmur lejn is-Sur Tony Amaira, volontier u l-benefattur tat-tlettax-il vjaġġ tal-ġebel użat, it-trasport u t-tlugħ tiegħu sa fuq il-bejt tal-Youth Centre.
Unisex Hair Salon - By Louise Tel: 27284568 Mob: 7988 8985 75, Gunlayer Street, Floriana Email: madame_eloise@hotmail.com



KW 27A, KW 27A, Corradino Industrial Estate Corradino Industrial Estate PaolaPaola
telephone 21660505/06telephone 21660505/06 email sales@neriku.comemail sales@neriku.com website www.neriku.comwebsite www.neriku.com
KW 27A, Corradino Industrial Estate Paola
telephone 21660505/06 email sales@neriku.com website www.neriku.com