
2 minute read
fil-Festa San Publju
Il-Festa ta’ San Publju hija wisq għażiża għalina. L-ispirtu ħaj tal-festa jgħix magħna s-sena kollha. Dan huwa dovut lejn l-impenn li jkollna tul is-sena kollha. Frott il-ħidma ta’ dan il-Każin tul is-sena, jissarraf fil-ġimgħa tal-festa.
Il-Banda Vilhena toffri ħames servizzi fil-festa ta’ San Publju, fejn prinċipalment toffri spettaklu, twassal messaġġ ta’ ferħ permezz tal-mużika u tallegra kif jixraq u b’riżultat ta’ dan tattira lin-nies waqt il-marċi. Aħna bħala parruċċani ta’ din il-Parroċċa nissieħbu f’familja waħda u niċċelebraw lill-Patrun tant maħbub.
Advertisement
Il-banda, ċelebrazzjonijiet kif ukoll it-tiżjin u n-nar huma nukleu importanti fil-festa Maltija kif ukoll f’festa Nisranija. Imma l-aktar importanti huwa li l-festa niċċelebrawha blaktar mod dinjituż permezz tal-preżenza tagħna fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-knisja. Li nersqu lejn issagramenti huwa d-dover tagħna u dan juri biċċar min aħna. F’San Publju naraw kull imħabba, tolleranza u rispett. Aħna biex niċċelebraw din il-festa bil-banda u billi nkunu preżenti filfunzjonijiet ikun tajjeb, imma mhux biżżejjed. Irridu nimitaw lil San Publju permezz tal-virtujiet li għaddielna u li tant għożżew ta’ qabilna.

L-għajnuna li San Publju offra lil Pawlu u sħabu kif insibu fl-Atti tal-Appostli, huma mera ta’ mħabba u jibqgħu lezzjoni għalina llum. Jekk nimxu fuq dawn il-passi f’kull mod inkunu qed ngħixu r-reliġjon skont it-tagħlim ta’ Kristu.
Il-Każin Vilhena minkejja d-diffikultajiet ta’ popolazzjoni żgħira u kif ukoll pjuttost anzjana ta’ din il-lokalità dejjem wera impenn serju primarjament; kif ukoll joffri sehem kbir filfesta ta’ San Publju. Sabiex nattiraw aktar nies għal din il-festa rridu niġġeddu u noffru dik ixxi ħaġa ġdida kull sena. Ir-responsabbiltà tagħna hija li nippriservaw dak li writna, napprezzaw li flimkien nesponu u noffru u niggarantixxu futur. Għal dawn l-aħħar snin, il-Każin ħa inizzjattiva kemm fl-armar ta’ pavaljuni għal Triq il-Miratur, u hawn wieħed jista’ jinnota li issa waslu fi
Il-Banda Vilhena fil-Festa San Publju ...
Minn Christopher Vella
tmiemhom. Barra dawn, saret statwa ta’ San Publju u titla’ f’festa għaliha li dan il-Każin joffri l-Ħamis tal-festa, fejn trijonfalment tintrefa’ fuq pedestall grandjuż fi Triq il-Miratur. Dawn kollha jikkumplimentaw mal-armar tal-faċċata tal-każin li hija fenomenali. Is-sena l-oħra l-Każin żanżan bandiera kbira għall-arblu fuq il-bejt tal-każin, liema bandiera kompliet żejnet il-festa tagħna. Ma’ dan it-tiżjin il-Każin kien ħa inizjattiva sabiex jinġabru donazzjonijiet għannar sabiex il-festa tagħna tikber u tkun dejjem isbaħ. Dan kollu qatt mhu biżżejjed.
Flimkien mal-Grupp Ħidma, il-Każin ikollu parti integrali sabiex il-festa tagħtina dak issodisfazzjon mixtieq minna u fl-istess waqt noffru spettaklu lil kull min iżurna. Magħna jingħaqad il-Kunsill Lokali u l-għaqdiet talFloriana li flimkien bir-responsabbiltà rispettiva tagħhom, nibnu flimkien il-festa li hi llum. Sabiex intejbu dan kollu, inħeġġu għal aktar għajnuna kif ukoll għal aktar benefatturi li f’għajta waħda u kollettiva ngħidulkom grazzi.
Minn din il-paġna nawguraw futur sabiħ u nirringrazzjaw lil Mons. Richard Borg li temm il-ħidma tiegħu f’din il-Parroċċa u nawguraw lil Dun Charles Cini għall-ħatra tiegħu bħala Arċipriet tal-Floriana.
