
52 minute read
Mid-Djarju ta’ Ħidma fil-Knisja ta’ San Publju
Mill-20 ta’ Frar 1978 sal-20 ta Frar ta’ din is-sena (2018) ser ikunu għaddew 40 sena. Daqshekk inkun ili nżomm id-Djarju tax-xogħol li jsir filknisja Arċipretali tagħna ddedikata lill-Patrun u Protettur tagħna, u ta’ Malta, San Publju. 40 sena li matulhom elenkajna xogħlijiet ta’ kull xorta, kbar u żgħar li saru mal- u bejn il-ħitan massiċċi, interni u esterni ta’ din il-binja.
Fil-paġni li ġejjin ser taqraw dwar dawk, li fl-opinjoni tiegħi kienu x-xogħlijiet ta’ ċerta importanza u li l-aktar spikkaw. Insibu ġranet li fihom jissemma li sar ċertu xogħol, però, jista’ jkun, u dan ġara f’ħafna drabi, li fl-istess jum ikun tkompla xogħol mibdi, jew ta’ rutina inkella mhux daqstant ta’ interess. Ir-rapport fil-ktieb tas-sena l-oħra intemm fl-aħħar jum ta’ Jannar 2017. Illum nibdew minn:
Advertisement

FRAR 2017
L-Erbgħa 1: Pass kbir ieħor lejn it-tmiem taxxogħol kollu konness mar-restawr tal-brazzi tal-brazzuni. Lestejna l-għoxrin unit (racks) tal-injam li fuq kull waħda ser jintrefgħu tmien brazzi. Mill-parti ta’ quddiem tal-erba’ brazzi ta’ fuq nett, partijiet li jikkonsistu fix-shade, bozza u l-globu bdilna l-lastiku li żżomm din il-parti mal-kumplament tal-brazz. Reġgħu ġew iwweldjati f’posthom żewġ weraq taż-żingu li kienu nqalgħu minn wieħed minn dawn ilbrazzi. Seba’ brazzi msewwijin u lesti ngħataw passata żebgħa Hammerite Copper. Inxtraw vireg (hollow section) tal-aluminju. Seħibna r-restawratur kompla ħidmietu fuq wieħed millanġli li qed jirrestawra. Ħadem ukoll fuq ilkelma ADORAZZJONI li qed jiżbogħ fuq bord li fis-sajf ikun fuq il-bankina ħdejn il-bieb talkappella tan-Nazzarenu biex jindika li f’din ilkappella jkun hemm is-Sagrament espost għallAdorazzjoni.
Mid-Djarju ta’ Ħidma fil-Knisja ta’ San Publju
Minn Freddie Tonna
Il-Ħamis 2: Mill-vireg tal-aluminju qattajna 80 biċċa f’tulijiet ta’ 10 ċentimetri. Fir-restawr tal-anġli, seħibna llum ta passata ġibs fuq wieħed u żebgħa (base coat) fuq wiċċ anġlu ieħor. Filgħaxija, tlieta minn sħabna niżlu filkannierja ta’ ġewwa u ħadmu fuq ir-restawr tal-Ark li fil-ġranet talfesta jkun armat fi Triq San Tumas kantuniera ma’ Triq San Publju.
Is-Sibt 4: Mat-tarf ta’ fuq tas-saqajn tar-racks li għamilna biex fuqhom jintrefgħu l-brazzi talbrazzuni, invitajna dawk il-biċċiet tal-aluminju li konna qtajna mill-vireg. Dawn qed isiru biex meta r-racks ikunu fuq xulxin, is-saqajn jidħlu fil-hollow section, u ma jkunux jistgħu jiżolqu. Apparti dan, fuq kull rack, inkiteb innumru li jikkorrispondi man-numri miżbugħin fuq kull brazz, liema numri jindikaw il-filata li jridu jintramaw fiha. Membri tal-kumitat tasSoċjetà Filarmonika Vilhena lestew l-aħħar preparamenti fil-knisja għall-Kunċert tal-lejla ta’ Frate Allessando Brustenghi. Udjenza numeruża attendiet għal dan il-Kunċert.
It-Tnejn 6: Użajna l-winċ biex ir-racks, issa lesti minn kollox u bi 8 brazzi stivati f’kull wieħed, niżżilniehom minn fuq il-gallarija tal-orgni u poġġejniehom taħt il-koppletta tal-altar ta’ San Pawl. Tkompla r-restawr tal-anġli. Filgħaxija tkompla r-restawr fuq l-Ark. Wieħed mill-erba’ persuni li niżlu llum, ħa ħsieb jistiva kwantità ta’ bnadar f’kaxxi biex jittieħdu għall-ħasil.
L-Erbgħa 8: Il-units bil-brazzi tal-brazzuni, mill-knisja nġarrew lejn Klabb Papa Ġwanni Pawlu I li jinsab fuq iz-zuntier tan-naħa ta’ Balzunetta. Fuq iż-żewġ anġli li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqhom, illum, fuq wieħed minnhom tlesta l-ixkatlar, ingħata passata kolla u fuq il-wiċċ ġiet applikata passata base coat. Fuq l-anġlu l-ieħor sar xogħol fuq wiċċu u xuxtu. Il-Ġimgħa 10: Wasal il-jum li wara li żanżanna l-linef il-kbar tal-kappelluni, jitneħħew il-par linef li kienu nxtraw mill-knisja tal-patrijiet Franġiskani Minuri (Ta’ Ġiesu) tar-Rabat (Malta) fl-2003. Malli tniżżlu, dendilniehom mal-istess strippi li konna ġibniehom mir-Rabat, u ħadniehom fil-kappella tas-Sacro Cuor. Mattneħħija tal-linef, tneħħa wkoll minn fuq iċċinta, l-imradd li kien jintuża għat-tlugħ u l-inżul tagħhom. Wara din il-biċċa xogħol għaddejna mbagħad biex baxxejna, għall-ewwel darba għattejna, u rġajna għollejna ż-żewġ linef ilkbar ġodda tal-kappelluni. Aktar tard filgħaxija, inħarġet l-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes, tpoġġiet fuq il-bankun iż-żgħir u tqiegħdet quddiem il-pilastru, faċċata tal-Pulptu.
It-Tnejn 13: Wieħed minn sħabna ħadem filkappella tas-Sacro Cuor biex naddaf iż-żewġ linef li niżżilna tlett ijiem ilu. Tkompla wkoll irrestawr fuq iż-żewġ anġli.
L-Erbgħa 15: Il-post il-ġdid għaż-żewġ linef li tneħħew minn mal-pilastri maġġuri ta’ fuq ilPresbiterju ser ikun quddiem il-pilastri ta’ biswit il-kwadru titulari fil-Kor. Biex isir ix-xogħol għat-twaħħil f’posthom tal-imraddijiet li jtellgħu u jniżżlu dawn il-linef, u peress li l-kavallett, minħabba s-sedji tal-kor ma jistax jidħol wara l-altar maġġur kellna nużaw il-winċ tat-tużell, issa ferm aktar faċli nħaddmuh minn hawn isfel bl-elettriku, nimbragaw il-kavallett sħiħ, il-winċ għollieh sakemm qabeż l-altar maġġur u niżżilnieh wara. Minn fuqu, mtalla’ sa għoli li jista’ jsir xogħol fuq il-gwarniċun (iċ-ċinta) permezz ta’ rawlbolts twaħħal l-ewwel miżżewġ imraddijiet, dak tan-naħa tas-sagristija. Filgħaxija, l-erba’ arbli tal-brazzuni nħarġu mill-mezzanin ta’ Triq San Publju u ttieħdu fil-kappella tan-Nazzarenu. L-istess persuni li ġarrew l-arbli, niżżlu l-bradella tal-bankun li kien tal-vara ta’ San Duminku tal-Belt Valletta, fil-ħanut ta’ seħibna l-mastrudaxxa, ta’ taħt issagristija, biex wara li lesta r-restawr tal-bankun jaħdem ukoll fuq ir-restawr ta’ din il-bradella.
Il-Ħamis 16: Erġajna użajna l-kavallett, li ħallejna fil-Kor biex minn fuqu, twaħħal f’postu, fuq iċ-ċinta, l-imradd l-ieħor li miegħu trid tiddendel waħda mil-linef li neħħejna minn malpilastri ta’ fuq il-Presbiterju. Mal-ktajjen tażżewġ chain blocks li magħhom hemm imdendla l-linef il-kbar ġodda, tpoġġew żewġ ħdejjed li permezz tagħhom, il-piż tal-linef ma jibqax ilħin kollu fuq iċ-chain block. Waranofsinhar iżżewġ linef (bl-istripi b’kollox li huma mdendlin magħhom), li neħħejna minn mal-pilastri ta’ fuq ilPresbiterju ġarrejniehom mill-kappella tas-Sacro Cuor għal quddiem il-kanċell. Issa li l-kavallett ma kellniex aktar bżonnu fil-kor, imbragajnieh (il-kavallett) mal-winċ tat-tużell, imħaddem blelettriku u minn ġol-kor, għollejnieh, qabbiżnieh l-altar maġġur, niżżilnieh fuq il-Presbiterju u minn fuq ir-rampa, niżżilnieh fil-korsija. Kien imiss issa li ż-żewġ linef jittellgħu fuq ilPresbiterju. Dawn il-linef, l-istess bħall-kavallett ma jistgħux jiddaħlu fil-kor, minn imkien allura, kellna nerġgħu nużaw il-winċ tat-tużell u waħda, waħda, imbragajniehom bl-istrippa b’kollox, għollejniehom u qabbiżniehom għal wara l-altar maġġur. Fl-4:30pm wieħed minn sħabna ħareġ fuq il-gwarniċun u waħda waħda, imbragajnielu l-linef mal-wajer tal-azzar ankrat fiż-żewġ imraddijiet, u tellagħhom sal-għoli meħtieġ. Ikkumnika l-wajer tal-elettriku ġdid li stallajna magħhom, xgħelniehom u kollox kien sew. Ġew tajjeb u ntgħoġbu. Iċ-ċaqliq ta’ dawn iż-żewġ linef sar b’konsegwenza tal-inawgurazzjoni tażżewġ linef il-kbar ġodda fil-kappelluni.

Ħasil tal-altar maġġur
Is-Sibt 18: F’dar privata fil-Furjana sar ilħasil tal-ewwel lot ta’ bnadar tal-festa, dawk li jintramaw mat-trofej.
It-Tnejn 20: Grupp ta’ tmien persuni (sitt nisa u żewġt irġiel) ħaslu l-knisja kollha. Konsegwenza tal-kwadri li konna waħħalna mal-pilastri maġġuri ta’ fuq il-Presbiterju (San Franġisk u San Kalċidonju) it-tron tal-Arċisqof li fil-festa narmaw biswit l-altar maġġur ma nistgħux nibqgħu narmawh bħal qabel. Għaldaqstant, ittieħdu qisien li huma meħtieġa għall-mod ġdid ta’ kif ser jibda jintrama dan it-tron. Ix-xogħol fuq unit apposta għal dan il-għan, beda llum filworkshop. Persuna li volontarjament offra ruħu biex jaħdem liedna ġdida biex tintrama fit-toroq tagħna mal-festuni tad-dawl tal-festa, dalgħodu ġab aktar liedna maħduma u lesta. Il-liedna li ġab illum u l-oħrajn li kien ġab minn kemm ilu li beda jaħdem frixniehom ħdejn xulxin minn tulhom quddiem l-altari ta’ Sant’Antnin u San Lawrenz. X’ħin kejjilniehom sibna li ħadem, 250 metru.
It-Tlieta 21: Tkompla x-xogħol fuq il-unit li magħha ser nibdew narmaw it-tron tal-festa. Seħibna r-restawratur kompla r-restawr fuq żewġ anġli u aktar tard illejla, fil-workshop li s-Soċjetà Filarmonika Vilhena għandha fi Triq il-Kapuċċini volontier ieħor qata’ xi njam li ser jintuża fuq ir-restawr tal-Ark.
L-Erbgħa 22: Fis-7:30pm, fil-Każin Vilhena nżammet il-laqgħa annwali bejn il-kumitati tasSoċjetà Filarmonika Vilhena u l-Grupp Ħidma San Publju. Is-suġġett ta’ din il-laqgħa kien, ‘Ilfesta li ġejja’
Il-Ħamis 23: Inħaslu aktar bnadar tal-festa. Fi ‘Studio 7’ (ħdejn is-7 stazzjon tal-Via Sagra) tlesta x-xogħol ta’ żebgħa tal-kliem fuq il-board tal-Adorazzjoni.
Il-Ġimgħa 24: Dalgħodu fid-9:30am l-E.T. Mons. Arċisqof Charles Scicluna ġie fil-knisja ta’ San Publju u ċċelebra quddiesa bil-Ġermaniż għal grupp kbir ta’ turisti Ġermaniżi.
Is-Sibt 25: Fil-kannierja ta’ ġewwa sar xogħol ta’ tiswija fuq waħda mill-kolonni tal-injam tal-Ark. Simultanjament ma’ dan ix-xogħol, tkompla l-eżerċizzju ta’ żbarazzar f’din il-parti tas-sotterran tal-knisja. It-Tnejn 27: F’dar privata fil-Gżira saret ħidma fuq l-ikkompilar ta’ dan il-ktieb li għandek f’idejk. Ir-restawr fuq l-anġli wasal fil-fażi fejn fuq anġlu (a) ingħatat żebgħa kulur il-laħam fuq l-idejn u s-saqajn filwaqt li fuq anġlu (b) sar sfumar fuq il-wiċċ. Apparti dan inbeda l-irħamar fuq il-pedani taż-żewġ anġli.
MARZU 2017
L-Erbgħa 1: Tkompla x-xogħol fuq ir-restawr taż-żewġ anġli.
It-Tnejn 6: Fir-restawr taż-żewġ anġli nbeda l-proċess li ser iwassal għall-induratura fuq ilbordura tal-panneġġi. Il-Ġimgħa 10: Bid-dendil tad-damask l-iswed u t-tqegħid tal-istatwa tad-Duluri fuq il-prima, kollox fil-kappella ta’ Sant’Antnin, ingħata bidu għall-armar konness mal-Ġimgħa l-Kbira.
Is-Sibt 11: Waqt li tkompla l-ixkatlar fuq partijiet mill-Ark, fuq partijiet oħra lesti ngħatat passata ta’ Wood Primer.

Fażi mir-restawr tal-Ark
It-Tnejn 13: L-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes iddaħlet lura fin-niċċa tagħha. Fuq l-istess bankun li kienet il-Madonna, poġġejna l-istatwa tal-Inkurunat li ħriġna min-niċċa tiegħu filkappella tan-Nazzarenu u poġġejnieh fin-nava ta’ Sant’Anna. Mill-kannierja ta’ ġewwa ttellgħu tliet zukklaturi tal-Ark. Bil-winċ tallajna kollox fil-gallarija tal-orgni fejn immedjatament inbeda x-xogħol fuq il-bdil ta’ Injam immermer filbażijiet ta’ dawn iz-zukklaturi u fl-istess ħin, saru rinforzi wkoll fuq ġewwa tal-parti t’isfel. Fil-workshop, bdejna ħidma fuq sistema ġdida ta’ kif norbtu l-istrixxi (għoxrin b’kollox, ħamsa ma’ kull arblu) tal-female two pin connectors tal-elettriku mal-arbli tal-brazzuni. Apparti
t-tkompliha għall-induratura, fil-bażi tal-anġli ttaqqbu żewġ toqbiet li nifdu għal ġol pedistalli. Minn dawn it-toqob iridu jgħaddu boltijiet biex bihom, l-anġli jintrabtu mal-pedistalli.
Il-Ħamis 16: Fil-workshop tkompliet il-ħidma fuq l-ikkumnikar mill-ġdid tal-connectors talelettriku mal-brazzi tal-brazzuni, filwaqt li fuq il-gallarija tal-orgni, tlesta x-xogħol fuq il-bdil tal-injam immermer fuq tliet zukklaturi tal-Ark.
Il-Ġimgħa 17: Mill-kannierja ta’ ġewwa ttellgħet ir-raba’ zukklatura tal-Ark u nbeda r-restawr fuqha.
Is-Sibt 18: Tlieta minn sħabna, matul il-lejl li għadda daru mat-toroq tal-Furjana b’vettura Cherry Picker, jgħaddu l-ħbula minn ġottarjoli li magħhom, aktar qrib il-festa, jiddendlu l-pavaljuni. Fil-ħanut tal-mastrudaxxa li jinsab fi Triq San Publju (taħt is-sagristija), dawwarna l-bradella, dik li kienet tal-vara ta’ San Duminku tal-Belt biex seħibna jkun jista’ jkompli jaħdem fuq ir-restawr tal-wiċċ tagħha. Biċċa xogħol li kumplessivament, wara x-xogħol li għamel fuq il-bankun, ser jirrendi din l-opra qisha ġdida. Fil-knisja sar tindif fuq il-perspettivi skulturati ta’ fuq il-bibien tal-kappelluni u tal-kor. Inbeda wkoll it-tindif tal-pulptu. Fil-kannierja ta’ ġewwa tkompla l-ixkatlar u żebgħa Primer fuq diversi partijiet tal-Ark.
It-Tnejn 20: Il-fażi proprja tal-indurar talbordura ta’ fuq il-ħwejjeġ tal-anġli, bdiet illum meta ġie applikat il-murdent fuq sezzjoni talbordura ta’ wieħed mill-anġli.
It-Tlieta 21: L-Arċipriet għadu rikoverat fiddar (in-Naxxar) wara l-operazzjoni tal-hernia (ftuq).
Fil-knisja tkompla l-bdil ta’ njam immermer f’zukklatura tal-Ark. Saret il-kumnikazzjoni ta’ connectors mal-brazzi tal-brazzuni u tpoġġa l-ewwel deheb fuq il-bordura fil-panneġġ ta’ anġlu, u murdent fuq l-ieħor.
L-Erbgħa 22: Fi Studio 7, ir-rokna favorita ta’ seħibna r-restawratur, tkompla x-xogħol fuq iżżewġ anġli. Filgħaxija, intrama l-bankun u l-bradella tal-Madonna tar-Rużarju, li ttieħdu taħt il-gallarija tal-orgni. Permezz taċ-chain block imdendla mal-winċ, niżżilna l-istand tal-ħadid, intrabat mal-bradella u tgħatta biddrapp iswed. Il-Kurċifiss il-kbir inġieb missagristija, ittieħed taħt il-gallarija tal-orgni u mbragat mal-istess chain block, ittalla’ sakemm straħ fuq l-istand tal-ħadid. Malli tlestiet din l-operazzjoni kull min kien preżenti għen biex id-drapp tal-pavaljuni u l-bandalori tniżżlu fisSala San Publju.
Il-Ħamis 23: Maż-żewġ anġli li qed jaħdem fuqhom, lil seħibna, żdiedlu ieħor. Dan għandu ħsarat fiż-żewġ ġwienaħ.
Is-Sibt 24: Inbeda d-dendil tad-damask għallfesta.
Il-Ħadd 25: Iċ-Cherry picker reġa’ kien fittoroq tal-Furjana biex minn fuqu, tkompla xogħol ieħor fil-għoli konness mal-armar ta’ barra għall-festa.
It-Tnejn27: Wara l-bdil ta’ njam, stukkjar u xkatlar u żebgħa Primer, iz-zukklaturi tal-Ark ingħataw passata undercoat abjad. Fil-kappella tan-Nazzarenu, fejn għandna l-erba’ arbli talbrazzuni, bdejna l-irbit tal-istrixxi tat-two pins tal-elettriku mal-arbli proprji tal-brazzuni.
It-Tlieta 28: Bl-użu tal-kavallett dendilna d-damask tal-friż, il-lunetti l-kbar kollha tal-korsija u kappelluni u t-tmien pavaljuni tal-korsija. Donnu li naqra naqra, seħibna r-restawratur ser jgħaqqad klassi ta’ anġli, żdiedlu r-raba’ wieħed. Il-persuni li vvolontarjaw li jaħdmu fuq ir-restawr tal-Ark reġgħu kienu filkannierja ta’ ġewwa fejn komplew bl-istokkjar, xkatlar u żebgħa undercoat.

Iċ-‘Cherry picker’ għall-armar tal-ħbula tal-pavaljuni
Il-Ħamis 30: Mill-fdal tat-tapit il-ġdid talPresbiterju ksejna l-pedana tal-karru li fuqu nerfgħu l-bankun li rrestawra seħibna l-mastrudaxxa. Dan għamilnieh biex, kemm jista’ jkun, nevitaw il-grif u l-brix minn fuq din il-biċċa xogħol verament tajba li saret. Filgħaxija nżammet laqgħa li għalija attendew dawk kollha li ser ikunu involuti fil-Pranzu Buffet pprogrammat għal nhar il-Ħadd 23 ta’ April, jum ħruġ il-vara min-niċċa. Il-Ġimgħa 31: Inbeda l-armar fil-kappella tasSacro Cuor fejn ikollna l-Altar tar-Repożizzjoni (is-Sepulkru). Wara li poġġa aktar deheb fuq wieħed mill-anġli, seħibna beda jiżbarazza d-daħla għall-kappella tan-Nazzarenu (Studio7), dan in-vista li l-festa ta’ San Publju qed toqrob u jrid isir l-armar.
APRIL 2017
Is-Sibt 1: Tnaddfet in-niċċa ta’ San Publju minn barra u tkompla d-dendil tad-damask malpilastri u ħitan tal-knisja.
It-Tnejn 3: Grupp ta’ sitt nisa u s-sagristan, ħaslu l-altari kollha minbarra l-maġġur. Naddfu wkoll iz-zukklaturi kollha. Id-damask l-iswed u l-istatwa tad-Duluri tneħħew mill-kappella ta’ Sant’Antnin. Sar l-iddrizzar ta’ tmien pavaljuni. Bis-sistema li ntroduċejna xi snin ilu din ilbiċċa xogħol saret ferm eħfef. Mill-ħanut talmastrudaxxa ta’ taħt is-sagristija, ittellgħet il-bradella, tpoġġiet fuq il-bankun u fuqha, l-istatwa tad-Duluri. Wara x-xahar id-dieħel din il-bradella trid terġa’ titniżżel għand seħibna biex ilesti kompletament ir-restawr tagħha.
It-Tlieta 4: Fost il-ħafna xogħol li sar illum, lillmastrudaxxa ħadnielu balavostra antika għarrestawr ukoll, inkluż il-lostru. Din il-balavostra, mhux komuni fil-format tagħha u maħduma verament sabiħ kienet titpoġġa fin-nava, wara l-vara ta’ San Publju. Minn ġo vajlora mwaħħla fuqha kien jgħaddi pajp tar-ram li jwassal minn ħajt sa ħajt tan-nava, biex ma jgħaddux nies. Maż-żmien kien ġralha ħafna ħsara iżda seħibna l-ieħor, ir-restawratur residenti ħa ħsieb jirrestawraha, saħansitra ħadem anki biċċiet nieqsa. L-Erbgħa 5: Tkompla l-armar tas-Sepulkru li fih saru xi innovazzjonijiet bħal, pjattaforma ġdida għal taħt il-ġilandra tal-bellus u fidda, żewġ lasti twal imserrħa ma’ wara tal-altar li magħhom intrabat id-drapp l-abjad u l-kukkardi ħomor. Wara diversi snin nieqsa l-anġli rrestawrati reġgħu sabu posthom fis-Sepulkru. Bi preparazzjoni għal meta nhar il-Ġimgħa jinbeda l-armar tal-Ark, diversi partijiet minn din l-opra mill-isbaħ, ittellgħu mill-kannierja u tpoġġew fis-sede tal-Koperaturi tal-M.U.S.E.U.M. li jinsab taħt l-iskola fi Triq San Publju, bieb ma’ bieb maċ-ċentru tal-Floriana Senior Citizens.
Il-Ġimgħa 7: Jum id-Duluri. Tlesta x-xogħol fuq il-bdil tal-għata li jgħatti ż-żewġ pedani tal-ħadid li fuqhom jinbena l-Ark. Minn talplywood inbidlu għal injam. Il-bozoz li konna nixegħlu fil-brazzi li npoġġu fl-erba’ kantunieri tal-bradella tad-Duluri nbidlu m’oħrajn ġodda u aktar moderni, jixegħlu b’batteriji individwali u mhux aktar b’batterija ta’ karozza. Għall-ewwel darba, fil-faċċata tal-knisja dendilna erba’ bandalori b’motivi tal-Ġimgħa l-Kbira. Bħal dejjem, dik it-taqtira xita kull meta ndendlu xi ħaġa, ma naqsitx. Aktar tard il-lejla saret il-purċissjoni tad-Duluri li kellha attendenza tajba ħafna. Wara l-purċissjoni, bħalma kien il-każ f’dawn l-aħħar snin, ingħata bidu għallarmar tal-Ark fi Triq San Tumas kantuniera ma’ Triq San Publju. Tlesta l-infilsar fl-envelopes tal-formoli tal-arbural tal-festa indirizzati lillFurjaniżi li ma joqogħdux fil-lokalità.
Is-Sibt 8: Jum l-armar tal-Ark. Il-krejn dam ma ġie sad-9:30am. Ix-xogħol illum ħabbatna tant li l-armar komplet tlesta fil-5:00pm.
It-Tnejn 10: Impustati l-envelopes (aktar minn 700) bl-arbural lill-Furjaniżi li joqogħdu barra mill-Furjana. Fl-Għassa tal-Pulizija tal-Belt, tħallew karti relatati mal-permessi tal-Pulizija għall-festa. Fil-knisja, ittrasferejna l-erba’ brazzi minn fuq il-bradella tad-Duluri għal fuq dik tarRużarju, fejn hemm il-Kurċifiss il-kbir armat. Il-kumplament tal-ħin, sal-5:00pm, iddedikat għall-ħruġ u l-inżul ta’ diversi kaxxi u opri oħra ornamentali li jintramaw fil-knisja għall-festa. Bejn il-5:00pm u 7:00pm sar it-trasferiment tallinef mill-koppletti għan-navi tal-korsija. Għal dan ix-xogħol kien hemm grupp ta’ tnax-il raġel.
53

Fażi mill-armar tas-Sepulkru
It-Tlieta 11: Matul in-nofstanhar ta’ dalgħodu sar l-armar tas-slaleb fil-ġnien tal-Mall għallVia Sagra tal-lejla li ssir f’dan l-istess ġnien. Fil-Klabb Papa Ġwanni Pawlu I li jinsab fuq iz-zuntier tan-naħa ta’ Balzunetta, il-post fejn hemm merfugħin il-brazzi tal-brazzuni, poġġejna bozza LED f’kull brazz, b’kollox 164 bozza. Filgħaxija saret il-Via Sagra fil-ġnien talMall li għaliha, bħas-soltu, inġarr il-Kurċifiss il-kbir. L-attendenza għal din l-attività kienet waħda tajba wkoll. L-Erbgħa 12: Mid-dar (f’San Ġwann) talħajjata volontiera li tat servizz kbir, u tajjeb lill-knisja tagħna, ġibna l-aħħar seba’ pavaljuni miż-żgħar li kien jonqos għall-arkati ż-żgħar tal-kontra navi. Mill-ġnien tal-Mall żarmajna s-slaleb li ntużaw ilbieraħ filgħaxija waqt il-Via Sagra. Waqt li fis-Sepulkru ntramaw ix-xemgħat fil-gandlieri, fis-sitt arkati ż-żgħar li jgħaqqdu kappella m’oħra dendilna l-pavaljuni ż-żgħar (par f’kull ħnejja). Dawn il-pavaljuni, issa, huma ġodda kollha. Mal-pavaljuni dendilna wkoll is-sitt linef żgħar f’dawn il-ħnejjiet filkontra navi. Waranofsinhar grupp ta’ sebat irġiel ramaw il-qafas tal-ħadid tal-planċier fuq Misraħ San Publju (il-Fosos). Il-Ħamis 13: L-altar maġġur intrama bilgandlieri u appostli. Mill-Klabb Papa Ġwanni Pawlu I inġiebu l-qsari bil-ġulbiena u tqassmu fis-Sepulkru (fuq iz-zuntier tannaħa ta’ Balzunetta) u qassamnieha fl-altar tar-Repożizzjoni (s-Sepulkru). L-aħħar biċċa xogħol, baxxejna l-linef il-kbar ġodda talkappelluni sa għoli addattat.
Is-Sibt 15: Il-Maratona ta’ Sibt il-Għid bdiet mill5:00am meta grupp ta seba’ persuni bdew billi qassmu d-damask u poġġewh ħdejn il-postijiet fejn ried jiddendel. Immedjatament wara beda d-dendil minn fuq il-convejor u l-iskalapiża. Matul il-jum l-għajnuna żdiedet u f’xi ħin jew ieħor ġew tnax-il persuna oħra. Wieħed millvolontieri li ngħaqad magħna riċentament, ġab miegħu numru ta’ bnadar tawwalin ħodor, (ħadmithom ommu) li aktar tard illum ittellgħu mal-antinjoli ta’ Misraħ Sant’Anna. Minbarra d-dendil tad-damask ix-xogħol tal-lum inkluda wkoll id-dħul lura tal-istatwi tad-Duluri u l-Ecce Homo fin-niċeċ rispettivi tagħhom. Intuża l-winċ biex il-Kurċifiss il-kbir tniżżel minn fuq l-istand tal-ħadid immuntat fuq il-bradella tarRużarju, inġarr lejn is-sagristija u mtalla’ f’postu fuq il-kaxxarezzi. Raġa’ ntuża l-winċ biex ilbradelli tar-Rużarju u tad-Duluri ġew imbragati u mniżżla fuq il-karru tagħhom, iż-żewġ bankuni żżarmaw ukoll, stivati fuq il-karrijiet rispettivi tagħhom u merfugħin fil-kamra ‘tassiġġijiet (minn fejn jindaqqu l-qniepen), tniżżlu l-kumplament tal-gandlieri, balavostri, spallieri, lampieri, eċċ. Inbidlu l-gwarniċi tal-Via Sagra u dawk ta’ kuljum ittellgħu fil-gallarija tal-orgni. Il-ġilandra tal-bellus u fidda ġiet immuntata fuq il-karru li mbagħad, wara ħruġ il-vara min-niċċa, jiddaħħal minflok il-vara. Twaħħlu l-brazzi kollha (korsija, kappelluni, taħt in-navi u arzelel), u ntrama l-altar maġġur. Tkompla wkoll l-armar ta’ barra, ittellgħu pedistalli quddiem il-knisja u pilandri fi Triq il-Miratur.
It-Tnejn 17: Sitt nisa ħaslu u naddfu l-kanċell, Presbiterju, l-altari tas-Sacro Cuor u l-kor, issedji tal-kor u l-konfessinarji. Sar it-tqassim, u nbeda l-armar tal-gandlieri u xemgħat fuq l-altari rispettivi tagħhom. Tkompla għaddej ukoll l-iddrizzar tad-damask li involva wkoll it-twaħħil ta’ ħoloq fil-partijiet t’isfel tad-drapp biex ikun jista’ jistira ruħu mal-ħitan.
It-Tlieta 18: Tniżżlu l-units tat-trieħi tal-festa u l-meded tat-tużell mill-kappella tan-Nazzarenu. L-ornamenti kollha tat-tużell, u kulma hu relatat miegħu, mill-kappella tan-Nazzarenu ttieħdu fil-kappellun tal-Kurċifiss u fil-korsija, kollox viċin il-Presbiterju. Fit-3:30pm beda l-proċess tal-armar ta’ din l-opra mill-isbaħ. Ġaldarba lest l-armar u konna ċerti li kollox kien f’postu, b’ċaqliqa ta’ naqra ta’ swiċċ f’kaxxa żgħira f’idek, tara struttura, ta’ toqol konsiderevoli, tielgħa bilmod il-mod mingħajr il-ħtieġa fiżika ta’ erba’ persuni biex iħaddmu l-winċ fit-tieqa tal-koppla ta’ fuq l-altar maġġur. Meta jintlaħaq l-għoli meħtieġ, jintrabtu ż-żewġ ventijiet neżlin minnu (t-tużell) biex jinżamm fil-pożizzjoni proprja u ma jdurx. Ix-xogħol kollu sar ninn sittax-il persuna.

L-armar tat-tapit fuq il-Presbiterju
L-Erbgħa 19: Illum iddendlu l-lampieri ta’ quddiem l-altari, inbidlu l-gwarniċi tal-Via Sagra kompluti bis-slaleb, girlanda, plattini talħġieġ u l-fjuretti, tkompla l-armar tax-xemgħat fil-gandlieri ta’ fuq l-altari, iddendlu l-purtieri tal-bibien u wieħed minn sħabna dar diversi ħwienet biex jiġbor il-flus tar-riklami li ser jidhru fil-ktieb tal-festa. Saru wkoll tiswijiet fuq seba’ ta’ anġlu u sieq ta’ vetrina.
Il-Ħamis 20: L-altari komplew jiżżejnu bittqegħid tal-fjuretti tal-ganutell. L-altar maġġur intrama bit-tagħmira tal-festa. Inbeda t-tindif tal-linef tan-navi u tnaddfu l-armarji tassagristija. Fil-kċina tas-Sala San Publju bdew ilpreparazzjonijiet għall-pranzu ta’ nhar il-Ħadd li ġej. Il-Ġimgħa 21: Apparti armar ieħor li sar illum, waranofsinhar, għall-ewwel darba, armajna t-tron bis-sistema l-ġdida tal-ħadida u t-tarjoli, sistema li ħadmet tajjeb ħafna u ffrankatilna tbatija, u periklu. Is-Sibt 22: Fil-kċina tas-Sala San Publju kien hemm kontinġent ta’ tnax-il persuna, kollha jaħdmu fuq il-preparamenti għall-pranzu ta’ għada. In-niċċa u l-vara ta’ San Publju ngħataw tindifa. Fil-faċċata tal-knisja, wara r-restawr estensiv li sar fuqhom, inkluż ir-racks li qegħdin merfugħin fuqhom, intramaw il-brazzi mal-arbli tal-brazzuni. Għal dan ix-xogħol kienu grupp ta’ sitta min-nies.
Il-Ħadd 23: Jum ħruġ il-vara min-niċċa. Fl-10:00 kellna l-purċissjoni bis-Santissmu Sagrament madwar it-toroq tal-Furjana akkumpanjata millBanda Vilhena li daqqet innijiet Ewkaristiċi. Wara d-dħul tal-purċissjoni, l-banda kompliet iddur mat-toroq tal-lokalità, iżda din id-darba esegwiet marċi brijużi. Fi tmiem il-quddiesa tal11:00am sar il-ħruġ tal-vara min-niċċa li għalih attendiet folla li mliet il-knisja. Malli l-vara ta’ San Publju nħarġet taħt il-Portiku, ingħatat tislima mill-Banda Vilhena. Għall-ħabta tas1:00pm aktar minn mitt ruħ niżlu fis-Sala San Publju fejn kellna l-ikla, li issa saret tradizzjonali f’jum ħruġ il-vara min-niċċa. L-ikla kienet filforma ta’ Buffet. Ix-xogħol ma ntemmx malli spiċċat l-ikla, anzi, inħaslu u ntrefgħu f’posthom, il-platti, pożati, borom u l-għodod kollha li ntużaw għal dan il-pranzu suċċess li kellna llum.
It-Tnejn 24: Il-ħasil tal-knisja kollha sar minn sitt nisa u raġel wieħed. Wara l-ħasil sar l-armar tat-twapet, ventaltari u trieħi fuq l-altari kollha u x-xemgħat ta’ quddiem il-vara. Fit-toroq tkompla l-armar ukoll. Għall-ħabta tal-4:30pm ingħata bidu għall-proċess tat-trasferiment tallinef, mill-koppletti għan-navi. Għal dan ixxogħol ingħaqad grupp ta’ tnax -il persuna.
It-Tlieta 25: Intramaw it-twapet ta’ fuq ilPresbiterju, taraġ tal-altar maġġur, tron, fuq l-Ambone, taraġ tal-altar tal-kor u madwar ilBattisteru. Sadanittant, żewġ aħwa nisa naddfu u ramaw is-Sala San Tumas bil-purtieri. Fuq Misraħ San Publju (il-Fosos) intrama l-injam tal-Planċier fuq il-qafas tal-ħadid.
L-Erbgħa 26: L-ewwel jum tat-Tridu. Minn kmieni filgħodu sar l-iżbarazzar tal-gallarija tal-orgni li wara, intramat bil-leġiji u siġġijiet biex jintużaw mill-mużiċisti u kantanti llejla waqt is-servizz mużikali. Fis-sagristija,
55

Manutenzjoni fuq l-Ark tal-festa

Rutina ta’ kull xahar biex titfarfar il-vara u n-niċċa

L-armar tal-gandlieri fuq l-altar maġġur L-armar tal-antarjoli


Waqt il-pranzu ta’ jum ħruġ il-vara min-niċċa
inħareġ l-apparat irrakkmat kollu. Illum, filParroċċa tagħna, iżda l-aktar b’rabta mal-knisja Arċipretali ta’ San Publju ingħata l-ewwel pass għat-twettiq ta’ ħolma li ilha tinħolom sa millbini ta’ dan it-tempju maestuż tagħna, il-ftuħ ta’ MUŻEW PARROKKJALI. Mill-knisja ttieħdu pjaneti bojod irrakkmati u oħrajn ta’ kuluri liturġiċi differenti, żewġ ventaltari antiki, eċċ., lejn id-dar fejn kienu joqogħdu l-aħwa Pawlu, Gustav (Godfrey) u Lina Cuschieri illum kollha mejtin, id-dar fi Triq Sarria, li fil-futur ser tkun ikkonvertita fil-mużew li semmejt. Inzerta, li ma’ ritratti li tħallew f’din ir-residenza, sibna ritratt ta’ Giovanna Portelli, iz-zija tal-aħwa Cuschieri li f’din id-dar stess, irrakkmat tlieta mill-pjaneti
li kienu esebiti. Bit-temp jippermetti, intramaw kwantità ta’ pavaljuni, bnadar u bandalori. Filgħaxija saret il-funzjoni tal-ewwel tat-Tridu.
Il-Ġimgħa 28: L-aħħar jum tat-Tridu. Millkamra tal-apparat inħarġu l-isbaħ oġġetti li m’għadhomx jintużaw bħal: purtieri tattabernaklu, sopra kalċijiet, palell, eċċ. dawn ittieħdu fil-mużew li semmejt jumejn ilu (l-Erbgħa 26) u żidniehom mal-esebiti li diġà armati. Fil-knisja u fuq iz-zuntier tan-naħa ta’

Jiddendel id-damask għall-festa
Balzunetta, saret il-kommemorazzjoni tal-75 Anniversarju mill-attakk fuq il-knisja ta’ San Publju nhar it-28 ta’ April 1942. Filgħaxija saret il-manifestazzjoni bl-istatwa ta’ San Publju magħruf bħala, ‘Ta’ Balzunetta’ .
Is-Sibt 29: Lejlet il-Festa. Ma’ statwi oħra li benefattur Furjaniż għoġbu jagħmel biex jintramaw barra, dalgħodu, fuq pedistall armat viċin il-kantuniera bejn Triq San Publju u Triq il-Miratur, ittellgħet statwa ġdida li tirraffigura lil San Trofimu. Però, din l-istatwa lanqas il-proverbjali ‘mill-Milied sa San Stiefnu’ m’għamlet għax aktar tard illum stess, għamlet buffura riħ qawwi li qatgħet iċ-ċinga li biha kienet marbuta l-istatwa, u San Trofimu spiċċa fl-art bi ħsarat konsiderevoli. Bl-istess riħ, inqalbet ukoll raddiena kbira li kienet armata fuq Misraħ San Publju għall-Festival tan-Nar tal-Art Mekkanizzat tal-lejla. Aktar kmieni dalgħodu, biswit il-pedistall li fuqu kien hemm San Trofimu, pedistall ieħor li fortunatament kien għad m’għandux statwa fuqu, intlaqat minn karozza u spiċċa maqlub fl-art. F’ħin minnhom dalgħodu ġew grupp imdaqqas ta’ turisti Taljani, inkluż żewġ saċerdoti li dawwarniehom malknisja kollha, niżżilniehom ukoll fil-kannierja. Interessaw ruħhom ħafna u apprezzaw irrikkezzi li għanda l-knisja tagħna. Filgħaxija ġew ħafna nies iduru u jaraw dak kollu li jagħmel il-knisja tagħna, ‘Ġenna tal-Art’. Ftit qabel l-10:30pm sar l-avviż li l-knisja kienet ser tagħlaq qabel jibda l-Festival tan-Nar tal-Art Mekkanizzat fuq Misraħ San Publju, Festival organizzat mill-Kunsill Lokali tagħna.
Il-Ħadd 30: Jum il-Festa. Sbaħna b’temp millisbaħ. Il-Pontifikal, li għalih reġgħet attendiet ilPresident tar-Repubblika, l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca u s-Sur Edgar Preca, kellu attendenza verament tajba li żgur għoġbot lill-Eċċelenza Tiegħu Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Jidher li l-appelli ħadmu sew. Bħalma issa saret drawwa t-tieni qari sar mill-President tar-Repubblika iżda għall-ewwel darba, l-ewwel qari sar mis-Sur Preca, ir-raġel, tal-President tar-Repubblika. L-orkestra, solisti u l-Kor Ġesù Nazzarenu reġgħu kienu armati fil-kappellun tal-Kurċifiss. X’ħin għalqet ilknisja wara l-quddiesa tal-11:00am tneħħew il-bukketti minn quddiem il-vara, ramawlha l-bsaten u minn quddiem il-vara, lura lejn ilbieb ta’ barra, is-siġġijiet tal-korsija tressqu aktar lejn il-ġenb biex x’ħin il-lejla jasal il-ħin għall-ħruġ tal-vara mill-knisja, kollox ikun lest u ppreparat. X’ħin il-marċ tas-siegħa, li kien tajjeb ħafna, wasal ħdejn l-Ark, grupp ta’ Għawdxin flimkien mal-Arċipriet tal-Għarb xtaqu jżuru l-knisja. Daħħalniehom u saret spjegazzjoni fuq kollox. Tnejn minn sħabna l-volontieri żammew l-appuntament annwali tat-tfigħ ta’ karti minn fuq il-gwarniċun (ċinta) prinċipali fil-frontispizju fil-faċċata tal-knisja.
MEJJU 2017
It-Tnejn 1: Sar is-solitu żarmar tal-għada talfesta. Imiddu jdejhom f’dan ix-xogħol, f’xi ħin jew ieħor kien hawn 21 persuna. Barra wkoll, sar iż-żarmar tad-drapp kollu.
It-Tlieta 2: Bejn illum u nhar il-Ġimgħa 5, tkompla ż-żarmar, kemm ġewwa fil-knisja kif ukoll barra.
Is-Sibt 6: Filgħaxija, wara l-quddiesa tas6:30pm, fi knisja mneżżgħa kompletament millarmar kollu li kellha sa ġimgħa ilu, sar id-dħul tal-vara ta’ San Publju lura fin-niċċa tiegħu.
It-Tnejn 8: Bejn illum u nhar l-Erbgħa 10 inbeda u tkompla l-frix tad-damask (miftuħ kollu) fuq l-ixkaffar fil-maħżen tiegħu.
Il-Ħamis 11: Wara nofstanhar stivar ta’ kaxxi u oġġetti relatati mal-festa ta’ San Publju li għaddiet, il-ħidma kompliet f’qadjiet u xiri konnessi mal-ikla ta’ għada. Il-Ġimgħa 12: Fl-istess ħin li fis-Sala San Publju kienu qegħdin isiru l-aħħar preparamenti għall-ikla tal-lejla, fuq wara tal-istess sala, iddrapp tal-pavaljuni u l-bandalori li fil-festa kellna armati barra, fit-toroq, tneħħa minn ġol-lasti rispettivi tagħhom. Id-drapp intewa u ttalla’ fil-knisja. Il-ġurnata ta’ xogħol għal dawk li baqgħu sakemm inħaslu u ntrefgħu l-platti, pożati u l-għodod kollha li ntużaw għall-ikla li saret il-lejla, intemmet fis-01:00am.
It-Tnejn 15: Ħames persuni ħaslu l-knisja kollha u s-sagristija. Fuq l-ixkaffar fil-maħżen tad-damask, infirex l-aħħar damask li kien għad fadal. Fuq il-gallarija tal-orgni, sar xogħol ta’ olterazzjonijiet fuq il-karru li fuqu nerfgħu l-meded tat-tużell. Bil-ħidma li saret, tnaqqsu

Armar ġdid għall-faċċata tal-knisja
l-problemi, u t-tbatija meta dawn il-meded jitneħħew (għall-inżul) u jitqiegħdu lura (meta jerġgħu jittellgħu) fuq il-karru (rack) tagħhom. Fuq barra, inbeda ż-żarmar tal-antinjoli mittoroq. It-Tlieta 16: Bil-kisi tal-art bil-kartun, seħibna r-restawratur reġa’ beda jarma ‘Studio 7’ fiddaħla ta’ ħdejn il-kappella tan-Nazzarenu, viċin is-seba’ stazzjon tal-Via Sagra. Bil-vettura ‘cherry picker’ tneħħew il-fustuni tad-dawl minn mal-kolonni tal-faċċata tal-knisja u r-rifletturi li jdawlu l-Ark u ċ-ċineg li jirfduh rispettivament.
Il-Ħamis 18: Bi Studio 7 armat, bdew tiswijiet fuq: gandlier ta’ kuljum tal-altar ta’ San Pawl u fuq żewġ Kurċifissi, wieħed tal-bronż u l-ieħor tal-injam.
Is-Sibt 20: Jum il-final tat-Trophy kontra Sliema Wanderers. Minflok xogħol fil-knisja llum kulħadd qagħad igawdi l-atmosfera ta’ qabel illogħba. Fis-2:30pm, il-plejers, coach, president u membri oħra tal-kumitat tal-Floriana F.C., ġew fil-knisja ta’ San Publju fejn intlaqgħu millArċipriet Fr. Richard Borg li għamel kelmtejn tal-okkażjoni u tahom il-barka tiegħu. Ittieħdu wkoll ritratti quddiem in-niċċa ta’ San Publju, bil-vara fl-isfond. Il-Final irbaħnieha 2-0 u kemm fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali kif ukoll fil-Furjana kellna ċelebrazzjonijiet kbar.
It-Tnejn 22: Mal-istivar tal-istatwi kollha li jintużaw fil-festa, inklużi l-anġli tat-tużell u ta’ Triq Il-Konservatorju, intrefa’ wkoll iddrapp tal-pavaljuni u l-bandalori tal-armar ta’ barra. Minn fuq Misraħ San Publju żżarma l-Planċier li kien tħalla hemm u ntuża waqt iċċelebrazzjonijiet tar-rebħ tat-trophy.
Il-Ħamis 25: Biż-żarmar tal-antinjoli li sar illum, tneħħa dak kollu armat fit-toroq tagħna b’konnessjoni mal-festa ta’ San Publju li għaddiet.
It-Tnejn 29: Reġgħet inħaslet il-knisja kollha u s-sagristija.
It-Tlieta 30: Fi ‘Studio 7’ tlesta xogħol ta’ restawr fuq iż-żewġ Kurċiffisi.
L-Erbgħa 31: Mill-kannierja għal fuq ilgallarija tal-orgni ttellgħu partijiet mill-Ark li immedjatament, fuqhom, inbeda l-ħruq tażżebgħa antika. Fl-istess ħin, fil-workshop ingħata bidu għall-manifattura ta’ unit/rack tal-injam għat-trasport tal-ornamenti ‘tal-flynuts’ tat-tużell.
ĠUNJU 2017
Il-Ħamis 1: Bi preparazzjoni għall-festi Ewkaristiċi ta’ Corpus, l-Ewwel Tqarbina u l-Qalb ta’ Ġesù, l-altar maġġur intrama bilgandlieri tal-prima, sekonda u l-appostli filwaqt li ddendel ukoll id-damask fuq il-Presbiterju.
It-Tnejn 5: Fil-gallarija tal-orgni tkompliet ilħidma fuq il-karru/lift għall-ġilandra tal-bellus u fidda u tkomplija tal-ħruq u xkatlar fuq partijiet tal-Ark rispettivament.
It-Tlieta 6: Fil-workshop, tlesta x-xogħol kollu konness mal-kostruzzjoni ta’ rack li tikkonsisti f’unit ta’ xkaffar għall-irfigħ u t-trasport talornamenti tat-tużell (8 b’kollox) li nirreferu għalihom bħala tal-flynuts, għax b’dan it-tip ta skorfini jintrabtu meta jintramaw mat-tużell. Il-Ġimgħa 9: Tfasslu erba’ inforor ġodda għallventaltari tas-sekondi festi ta’ San Lawrenz, talKarmnu, Sant’Antnin u San Pawl.
Is-Sibt 10: Wara l-quddiesa tad-9:00am ilġilandra tal-bellus u fidda ntramat fuq il-Prima tal-maġġur.
L-Erbgħa 14: Mill-maħżen tal-gandlieri tniżżlu l-gandlieri tal-festa tal-altar ta’ San Lawrenz u ntramaw fuq il-maġġur bħala Terza. Tpoġġiet ukoll il-parti t’isfel (ta’ quddiem it-tabernaklu) tal-ġilandra. Quddiem l-altar ta’ San Lawrenz intrama l-baldakkin. Bix-xogħol isfel fil-knisja, lest tkompla mbagħad fuq il-gallarija tal-orgni preċiżament fuq il-karru/lift għall-ġilandra talbellus u fidda.
Il-Ħamis 15: Il-ġurnata tal-lum inbdiet filMarsa fejn mingħand ditta li tispeċjalizza filbatteriji ta’ karozzi u vetturi oħra, issellifna batterija (ta’ karozza). Lil din id-ditta, kull meta jkollna bżonn batteriji biex inħaddmu amplifiers u/jew nixegħlu bozoz madwar xi statwi waqt purċissjonijiet dejjem sibniehom biex jisilfuna dawn it-tipi ta’ oġġetti. Minn fuq l-armar filkappellun tar-Rużarju, intuża plastik eħxen (inxtara dalgħodu) biex ħadna moll (disinn) ġdid tal-kwadru ċentrali. Il-plastik, kompluta b’marki neċċessarji, inqalgħet, intwiet u lesta biex titwassal lill-pittur John Grima. Il-Ġimgħa 16: Fuq il-karru/lift li qed jinħadem fil-gallarija tal-orgni għall-ġilandra tal-bellus u fidda saru diversi provi li rriżultaw f’aktar żviluppi tekniċi marbutin mas-sigurtà talistruttura. Malli tlesta dan ix-xogħol, l-istruttura kollha ġiet imbragata mal-winċ, tniżżlet u tmexxiet, fuq ir-roti inkorporati, sas-sagristija u sa wara l-altar maġġur, fil-kor. Hemmhekk (fil-kor) żarmajna l-kumnikazzjonijiet tad-

Iż-żarmar tat-tużell
dawl u s-sistema tal-Public Address minn malamplifiers, eċċ li hemm fuq l-armarju ta’ taħt ittaraġ ta’ wara l-altar maġġur (jintuża għall-armar u l-mixegħla tax-xemgħat), u neħħejna kollox, inkluż it-taraġ. L-istruttura tal-karru/lift tparkjat minflok it-taraġ, eżatt f’nofs l-altar maġġur, taħt il-ġilandra. Permezz tal-imradd stallat malistruttura, għollejna l-lift sa mal-pjattaforma ġiet livell mal-prima tal-altar maġġur. S’hemmhekk ħadmet tajjeb iżda biex nippruvaw l-effettività ta’ dan il-proġett, irrdu nistennew sa nhar is-Sibt l-24 ta’ dan ix-xahar meta dakinhar, inżarmaw l-altar maġġur mill-armar kollu li hemm fuqu. Sadanittant, il-karru/lift reġġajnieh lura lejn is-sagristija, ftaħna n-niċċa tal-ġilandra u daħħalnieh f’din in-niċċa li ser tkun il-post permanenti għal din l-istruttura kompluta bilġilandra fuqha. Sewwa jgħid il-Malti li ‘ħaġa taqla’ ’l-oħra’. Anki f’dan il każ hekk ġara. Bit-taraġ ta’ wara l-altar maġġur, maqlugħ minn postu, kaxkarnieh ’il barra mill-kor via s-sagristija. Bqajna sejrin bih taħt il-gallarija tal-orgni, imbragajnieh u bil-winċ, tallajnieh filgallarija tal-orgni fejn ser issirlu manutenzzjoni ġenerali, xogħol li nbeda immedjatament.
It-Tnejn 19: Wara żmien, pjuttost twil weqfin minn xogħol fuq l-armar fil-kappellun tarRużarju, illum seħibna r-restawratur, minflok fi ‘Studio 7’ irritorna hemm fuq u b’żebgħa bajda
beda jiżbogħ dawk il-postijiet f’arkata ta’ dan il-kappellun li tirrikkjedi dan il-kulur.
L-Erbgħa 21: Mingħand ditta fir-Rabat li tispeċjalizza fil-bejgħ tal-għodod, inxtraw żewġ jiggers, wieħed kbir u ieħor iżgħar. Bix-xogħol li sar s’issa fuq it-taraġ ta’ wara l-altar maġġur, apparti t-tarġa ġdida (waħda fuq kull naħa) li żidulu l-għoli, allura aktar kumdità u inqas periklu għat-tlugħ/inżul għal/minn fuq il-Prima tal-altar maġġur, minflok is-seratizzi li kellu fuq wara tiegħu biex jirfduh (kienu għalxejn, għax mhux imwaħħlin mal-istruttura), saru square bars tal-ħadid. Mal-parti ta’ wara, inħolqot arkata bħalma hemm fuq quddiem. Ġie sod, b’saħħtu ħafna u permezz ta’ tmien roti, ser ikun ferm aktar faċli biex jitressaq. Biex, ‘fejn qlejna bajda, naqlu tnejn’, minħabba s-susa li kellu l-biċċa l-kbira tal-injam tat-turġien, kien deċiż li jinbidel kollu.
Is-Sibt 24: Wara l-quddiesa tad-9:00am sar iż-żarmar ta’ kollox minn fuq l-altar maġġur bil-ġilandra tal-bellus u fidda titpoġġa fl-art, fil-kor. Sar iż-żarmar ukoll minn mal-altari talknisja kollha ta’ dawk l-oġġetti konnessi malfesti Ewkaristiċi li għadna kif iċċelebrajna. Kif tlesta dan ix-xogħol, min-niċċa tal-ġilandra, fissagristija nħareġ il-karru/lift u ttieħed wara l-altar maġġur. Il-parti t’isfel tal-ġilandra tpoġġiet fuq il-lift u bit-tħaddim tal-imradd tal-idejn, għollejnieha sal-livell tal-prima tal-altar maġġur biex rajna x’hemm bżonn li jsir. Niżżilna kollox, għabbejna l-kumplament tal-ġilandra fuq dan ilkarru/lift u ħadna kollox lura lejn is-sagristija via l-kuritur. Quddiem in-niċċa (tal-ġilandra) erġajna ħaddimna l-imradd. Ippruvajna ngħollu l-istruttura kollha, iżda rriżulta li jridu jsiru aktar modifiki. Daħħalna l-karru bil-ġilandra b’kollox fin-niċċa, u għalaqnieha.
It-Tlieta 27: Tlestiet l-applikazzjoni ta’ żebgħa bajda fuq boċċi żgħar fil-girlanda dekorattiva li ddur mal-kwadru ċentrali fis-saqaf tal-kappellun tar-Rużarju.
L-Erbgħa 28: Fit-trijangolu ta’ fuq tieqa, dejjem fis-saqaf tal-kappellun tar-Rużarju, seħibna beda jiżbogħ, biż-żebgħa bajda wkoll il-wiċċ ta’ anġlu u bsaten dekorattivi. Il-Ħamis 29: Bħall-boċċi dekorattivi li semmejna jumejn ilu nsibu wkoll fl-ornamenti l-oħra li huma tal-istess format (girlanda ta’ weraq) li minn fuq iċ-ċinta tas-sekond ordni jitilgħu sa ma jagħlqu mal-irjus tal-anġli u li bihom, l-iskultur Furjaniż Nazju Cefai, kien iddelinja l-ispazi tas-

Xogħol ta’ welding fil-workshop tal-knisja
saqaf fejn kellha ssir il-pittura, bejn il-pendenti u t-triangoli ta’ fuq it-twieqi. Illum, il-boċċi msemmija bdew jinżebgħu b’żebgħa bajda. Il-Ġimgħa 30: Ix-xogħol fil-kappellun tarRużarju tkompla billi kien applikat murdent fuq partijiet tal-perspettiva ta’ waħda miż-żewġ twieqi li għandna f’dan il-kappellun.
LULJU 2017
Is-Sibt 1: Ix-xogħol tal-lum ikkonċentra fuq it-taraġ ta’ wara l-altar maġġur li għal dawn l-aħħar jiem kien fuq il-gallarija tal-orgni fejn sar refurbishment u rinfurzar fuqu. Bix-xogħol lest, dalgħodu, wara l-quddiesa tad-9:00am imbragajna l-istruttura sħiħa, bil-winċ u bqajna sejrin bih sa wara l-altar maġġur, fil-kor. Bittarġa li żdiditlu fuq kull naħa, l-għoli ġie tajjeb f’relazzjoni mal-għoli tal-prima tal-maġġur. Bit-taraġ f’postu, irmedjajna għal xi bżonnijiet li riedu jsiru fl-armarju li fih l-amplifier u xi apparat ieħor tal-P.A.
It-Tnejn 3: Wara nuqqas twil, erġajna għallinduratura fuq l-armar fil-kappellun tar-Rużarju. Ħdimna fuq il-parti ta’ fuq tal-perspettiva talġebel ta’ waħda mit-twieqi. Tkompla wkoll l-użu ta’ żebgħa bajda biex jinżebgħu l-boċċi li hemm mal-motiv ta’ weraq li jitilgħu parallel mal-pendenti fejn ġejja l-pittura. Filgħaxija, il-ħajjata volontiera reġgħet ġiet il-knisja biex kejlet drapp ġdid li ser tħit bħala għata għallgradenzina ta’ fuq il-Presbiterju.
It-Tlieta 4: Fuq il-bejt tal-Youth Centre, in vista tat-tkomplija tat-tqattigħ, u l-bini mill-ġdid talħitan immermrin li jmissu mal-kappellun tarRużarju, ħloqna lqugħ biex jipproteġina mixxemx tisreġ, bħalma ħdimna fiha llum.
Il-Ħamis 6: Fuq l-armar fil-kappellun tarRużarju tkomplew l-induratura u ż-żebgħa. Wara l-altar maġġur, fil-kor, sar xogħol li rrenda l-istruttura tal-ħadid tat-taraġ soda u ma tiċċaqlaqx.
It-Tlieta 11: Iż-żewġ jiggers mixtrijin ixxahar li għadda żżanżnu llum meta tkompla t-tqattigħ tal-ġebel immermer tal-ħajt li jmiss mal-kappellun tar-Rużarju. It-tinda li għamilna għenet ħafna biex tilqa’ r-raġġi tax-xemx iżda s-sħana hemm fuq, kienet tremenda.
It-Tnejn 17: Ilbieraħ waranofsinhar mar iddawl tal-knisja fuq ix-xaqliba ta’ Balzunetta. Minn eżami fuq il-main switch board talknisja, irriżulta, li kien mar phase tal-gvern għaldaqstant, sar rapport lill-Enemalta. Aktar tard dalgħodu ġew ħaddiema tal-Enemalta iżda sabu li l-ħsara ġejja minn barra, fit-triq. Bħala mezz ta’ emerġenza għamlu kumnikazzjoni temporanja biex sar bypass (ibbriġġjaw) biex sakemm tissewwa l-ħsara fuq barra, fit-triq, filknisja jkun hemm il-provista tad-dawl.
It-Tlieta 18: Aktar liedna ġdida maħduma f’residenza privata minn volontier, inġiebet il-knisja. B’żebgħa fil-kulur roża tlestiet iżżebgħa tal-bsaten ta’ mad-dawra kollha talgwarniċ ċentrali fis-saqaf tal-kappellun tarRużarju. Filgħaxija l-ħajjata volontiera ġabet sett ta’ drappijiet li ħadmet, u ppruvawhom malgradenzina. Il-Ġimgħa 21: Lil seħibna l-volontier li qed jaħdem liedna ġdida biex tintrama mal-festuni tad-dawl fit-toroq tal-Furjana matul il-ġranet tal-festa ta’ San Publju, ħadnielu, fid-dar tiegħu tal-villeġġjatura f’San Pawl il-Baħar, kwantità ta’ plastik maqtugħ biex ikun jista’ jkompli jaħdem. Minn San Pawl il-Baħar morna fitTeknoPark tal-Mosta. Hemmhekk morna għand id-ditta Armstrong (qabel kienu fil-ByPass talImrieħel). Din id-ditta tispeċjalizza fit-tqaxxir ta’ żebgħat antiki minn fuq għamara u aperturi. Tkellimna ma’ persuna u staqsejnieh jekk, wara li tinħadem stima, ikunux jistgħu jaħdmu fuq il-bibien esterni tal-knisja. Intqalilna li kollox jiddependi mill-qisien tal-bibien u dan in vista li l-proċess jinkludi li l-aperturi jitniżżlu b’banjijiet. Roll ta’ plastik aħdar ittieħed f’dar privata fil-Gżira fejn il-plastik beda jitqatta’ filqisien addattati għal-liedna.
Il-Ġimgħa 28: Lill-ħajjata, ingħtatilha aktar frenża biex tħitha mat-tvalji li qed tħit għall-

Jinżebgħu s-siġġijiet
gradenzina. Ir-romblu tal-plastik li semmejna ġimgħa ilu, tqatta’ kollu.
Is-Sibt 29: Matul in-nofstanhar ta’ filgħodu tkompla x-xogħol fuq il-bejt tal-Youth Centre, u wara nofsinhar twaħħal flushing ġdid fit-toilet ta’ fuq tas-sagristija, minflok ieħor li ilu bilħsara żmien twil.

Waqt iż-żebgħa tas-siġġijiet
It-Tnejn 31: Fl-Oratorju tal-fratellanza tasSantismu Sagrament u ta’ San Publju, waħħalna ħġieġa mdaqqsa, minflok ħġieġa oħra li kienet inkisret f’waħda miż-żewġ bibien tal-antiporta. Fuq l-armar fil-kappellun tar-Rużarju wieħed minn sħabna kompla juża żebgħa beige fuq partijiet mill-perspettiva tal-ġebel ta’ tieqa.
AWWISSU 2017
Il-Ħamis 3: Il-kulur beige ġie applikat (it-tieni passata) fuq il-ħnejjiet fil-kappellun tar-Rużarju, u issa, it-tieni passata wkoll fuq iċ-ċinta tasSekond Ordni.
Il-Ġimgħa 4: Fis-13:10 tal-lum, lestejna l-aħħar tqattigħ li kien jonqos mill-ġebel immermer tal-ħitan li jmissu mal-kappellun tar-Rużarju, u poġġejna l-aħħar kantun, b’hekk il-ħajt kollu huwa mibni.
It-Tlieta 8: Fil-gallarija tal-orgni tkompla x-xogħol fuq il-ħruq ta’ żebgħa antika u xkatlar fuq partijiet mill-Ark.
Il-Ħamis 10: B’konnessjoni ma’ dak li konna għedna rigward il-ħsieb li l-bibien tal-knisja jinqalgħu biex jittieħdu għat-tqaxxir, illum, minn fuq waħda miż-żewġ bibien tal-bieb maġġur tal-knisja, qlajna waħda mill-armi talinjam, skolpiti u ttieħedet il-Mosta għand idditta Armstrong, li tispeċjalizza f’dan it-tip ta’ xogħol. Mir-riżultat li joħroġ minn dak li ser isir fuq din l-arma jiddependi jekk il-proġett isirx, jew le.
Il-Ġimgħa 11: L-arma li semmejt ilbieraħ tlestiet u ġibnieha lura lejn il-Furjana. Ir-riżultat huwa wieħed tajjeb ħafna. Ix-xogħol għoġbu lillArċipriet u ta l-go ahead biex jitwettaq proġett ieħor. Seħibna r-restawratur, illum minflok mar jiżbogħ fuq l-armar fil-kappellun tar-Rużarju, ħadem fuq il-kitba ta’ frażi fuq kartella li tgħid ‘TAWNA KULMA KONNA NINĦTIEĠU’. Meta jitlesta x-xogħol mill-kappellun tarRużarju u nkunu ttrasferejna l-armar għallkappellun tal-Kurċifiss, din il-frażi ser tkun riprodotta fuq il-kartella fis-Sekond Ordni ta’ dak il-kappellun. Il-kartella li ħadem fuqha llum, meta narmaw il-Kurċifiss, postha ser ikun taħt it-twavel ta’ fuq iċ-ċinta, eżatt fuq il-kwadru titulari ta’ dak il-kappellun, bħalma hija dik li għandna f’tar-Rużarju.
It-Tnejn 14: Ieħor minn sħabna, naddaf ilfaċċata tal-fidda tal-pedistall tal-istatwa talMadonna ta’ Lourdes.
Il-Ħamis 17: Ħaddiema tal-EneMalta sewwew il-ħsara li kienet żviluppat fis-sistema talelettriku tal-knisja tagħna. Il-ħsara ma kinitx ġewwa fil-Main Switch u/jew Main Fuse Box, iżda taħt l-art fuq il-bankina biswit il-bieb tassagristija fi Triq San Tumas. Biex illokalizzaw il-ħsara, minbarra quddiem il-bieb tas-sagristija kellhom iħaffru wkoll aktar ’il fuq, quddiem ilbieb tal-Oratorju.
Minflok il-linji kkuluriti li jiddentifikaw il-lok fejn hu l-post partikulari tal-partijiet tal-Ark meta jkun qed jintrama, il-warrani kollu ta’ kull parti li ġiet irrestawrata s’issa, inżebgħu skont il-kulur partikulari. B’hekk l-identifikazzjoni hija ferm aktar viżibbli.

Kisi bil-membrane fuq il-kamra ż-żgħira li tgħatti l-winċ
Il-Ġimgħa 18: Bħalma nagħmlu fuq l-istatwi l-oħra kollha meta nittrasferuhom minn fuq ilkarru tagħhom għal fuq bradella, u viċi versa, illum, għall-ewwel darba użajna l-winċ u ċ-chain block biex niżżilna l-istatwa ta’ Sta Marija minn fuq il-bankun għal fuq karru, u dritt għal ġonniċċa tagħha fil-kappella ta’ San Ġużepp. Bdiet tiġi applikata l-ewwel passata ta’ Buffa (liquid membrane) fuq l-art imtarrġa (fuq il-bejt) talkoppletta li tiġi fuq in-niċċa tal-vara ta’ San Publju.
Is-Sibt 19: Waqt li fuq Misraħ San Publju kien għaddej il-Kunċert tat-Tenur Joseph Calleja, filgallarija tal-orgni nżebagħ il-warrani ta żewġ lunetti tal-Ark bil-kuluri tal-identifikazzjoni, waħda kulur blue u l-oħra kulur aħdar.
It-Tlieta 22: Apparti x-xogħol ta’ tqattigħ u bini mill-ġdid ta’ medda kbira tal-ħajt li jmiss malkappellun tar-Rużarju li kellu l-ġebel immermer, xogħol simili, iżda fuq skala iżgħar, tlesta llum fuq partijiet ta’ ħajt li jmiss ma’ dan li semmejt.
L-Erbgħa 23: Il-parti ta’ fuq tal-ħajt il-ġdid u parti mill-bejt ta’ fuq il-kappellun tar-Rużarju ngħataw passata qatran.
Il-Ħamis 24: Fuq il-bejt tad-dar tal-Arċipriet., permezz ta’ ċilindru tal-gass u burner issewwew partijiet tal-water proofing membrane li kienu nqalgħu minn ma’ xulxin. Xogħol simili sar ukoll fuq il-bejt tal-Oratorju tal-Fratellanza tasSsmu. Sagrament u ta’ San Publju.
Is-Sibt 26: Illum jaħbat it-tielet anniversarju minn meta tallajna t-travi u t-twavel biex għalaqna l-kappellun tar-Rużarju għall-pittura u d-dekorazzjoni. Illum ukoll tħabbret il-mewt ta’ seħibna Toni Bugeja, volontier li ta sehem kbir lill-knisja Arċipretali tagħna. Bejn 9:30am u 2:30pm, f’xemx taqli l-ankri, u sħana tremenda, li żdiedet aktar bl-użu tal-burner tal-gass, b’tulijiet ta’ water proofing membrane ksejna ż-żona kollha ta’ fuq il-ħitan li bnejna ġodda fuq il-bejt tal-Youth Centre li jmissu mal-kappellun tar-Rużarju.
It-Tnejn 28: Fuq il-bejt tal-koppletti tan-naħa ta’ Balzunetta, il-liquid membrane ‘Buffa’ qed tkun applikata fuq l-art imtarrġa tal-koppletta ta’ Sant’Anna. Fuq il-bejt tal-korsija sar xogħol ta’ rinfurzar tat-twavel li jiffurmaw il-pont li joħloq aċċess komdu min-naħa għall-oħra tal-korsija.
It-Tlieta 29: Il-bradella li kienet tal-vara ta’ San Duminku tal-Belt Valletta, tniżżlet fil-ħanut ta’ seħibna l-mastrudaxxa ta’ taħt is-sagristija biex wara x-xogħol estensiv ta’ restawr u lostru li għamel fuq il-bankun ta’ din il-bradella, issa jillostra din l-aħħar parti wkoll.
L-Erbgħa 30: Postijiet tal-water proofing membrane li nqalgħu minn ma’ xulxin fuq ilbejt tal-korsija, reġgħu issaħħnu u twaħħlu.
SETTEMBRU 2017
Is-Sibt 2: Il-ħadid tal-pont li jaqsam il-korsija ngħata passata żebgħa Hammerite. Il-Ħadd 3: Għal dawn l-aħħar tlett ijiem, sar tqattigħ tal-plastik aħdar (għal-liedna) f’dar filGżira. Il-bieb ta’ barra tal-mezzanin fi Triq San Publju, fejn jintrafa’parti mill-armar ta’ barra kien xkatlat u mogħti passata żebgħa Primer.
It-Tnejn 4: Inħaslet il-knisja kollha. Il-ħadid kollu li sar meta l-winċ tat-tużell sar jaħdem blelettriku, inżebagħ b’żebgħa Hammerite.
L-Erbgħa 6: Filgħaxija saret laqgħa konnessa mal-Pranzo in Giardino li ser issir fil-15 ta’ Ottubru li ġej fil-ġurnata ta’ Ġenna ta’ Ġonna organizzata mill-Kunsill Lokali Floriana.
Il-Ħamis 7: Xogħol li sar illum: Tpoġġiet f’postha bieba li nħadmet għall-kabina mibnija fuq il-bejt tal-korsija u li fiha hemm installat ilwinċ li bih, mill-gallarija tal-orgni, intellgħu u nniżżlu dak kollu meħtieġ. Mill-kannierja ta’ ġewwa ttellgħu aktar partijiet mill-Ark, dritt għal fuq il-gallarija tal-orgni fejn tkompla l-ħruq taż-żebgħa antika. Xkaffa fil-forma ta’ tron li nħadmet għall-istatwa tal-Madonna li postha hu f’waħda mill-kmamar fil-Youth Centre, ingħatat passata lostru tal-pinzell. Sar stokkjar fuq il-bibien tal-mezzanin u l-kamra magħrufa bħala ‘Florians’, il-kamra li Anthony (Twannie) Piscopo (il-Pisc) kien juża bħala uffiċċju meta kien responsabbli mix-xogħlijiet fil-knisja u l-festa.

Manutenzjoni fuq apparat li narmaw bih
It-Tnejn 11: Għall-festa liturġika tagħha, l-istatwa tad-Duluri nħarġet min-niċċa, tqiegħdet fuq il-bankun iż-żgħir u tpoġġiet quddiem ilpilastru ta’ faċċata tal-Pulptu. L-ewwel att filproġett tal-qlugħ tal-bibien kollha tal-knisja biex jittieħdu għand ditta li tispeċjalizza fit-tqaxxir ta’ żebgħat antiki minn fuq aperturi tal-injam, eċċ., twettaq illum meta fid-daħla tal-bieb ta’ barra ġie installat travett, minn ħajt għal ħajt u ’l fuq mill-bieb il-maġġur. Fl-ewwel kamra talYouth Centre, fejn isir it-tagħlim tad-duttrina, mal-ħajt fil-għoli dendilna l-poster li kien sar meta l-Arċipriet, Dun Richard Borg, għalaq 40 sena Saċerdot. Mal-ħajt tal-faċċata fil-kamra l-oħra ta’ ġewwa, iddendlet l-ixkaffa/tron, u fuqha tpoġġiet l-istatwa tal-Madonna. B’hekk din l-istatwa reġgħet irritornat f’postha wara li kienet tneħħiet meta sar ix-xogħol tal-brix talħitan f’dan is-sit.
It-Tlieta 12: Ġurnata impenjattiva ħafna fuq ilbieb maġġur. Waqt l-operazzjoni biex naqilgħuh minn postu ħabbtuna konsiderevolment iżżewġ partijiet ta’ fuq nett u waħda mid-dojoq ta’ ġenb. Dan il-bieb jikkonsisti fi tmien biċċiet. Iż-żewġ bibien t’isfel u waħda mill-partijiet tan-nofs, tgħabbew fuq trakk li silifna s-Sur Joe Hili u tlaqna bihom lejn il-Mosta, għand id-ditta ‘Armstrong’. Lura l-knisja qlajna l-kumplament tal-partijiet li kien għad jonqos u għabbejniehom fuq it-trakk. Għall-ħabta tat3:30pm erġajna rħejnielha lejn il-Mosta, din iddarba mgħobbijin bil-ħames partijiet tal-bieb. Ħattejna kollox għand Armstrong u minflok, għabbejna l-biċċiet li ġibna dalgħodu, imqaxxrin u lesti, u rritornajna l-Furjana. It-trakk iddaħħal fil-Portiku sa eżatt mal-għatba tal-bieb il-kbir. B’numru ta’ boards imbarrajna l-fetħa tal-bieb il-kbir.
L-Erbgħa 13: Peress li l-bieb il-kbir tal-knisja jinsab imbarrat b’mod temporanju, matul il-lejl kollu li għadda, sa dalgħodu, tnejn minn sħabna baqgħu f’karozza fil-faċċata tal-knisja. Erbgħa minn sħabna bdew jużaw żebgħa Hammerite Copper biex jiżbgħu l-ħadida ta’ fuq (orizzontali) tas-siġġijiet tal-knisja. Bdew minn dawk filkappellun tar-Rużarju u lestew 78 siġġu.
Il-Ħamis 14: Sa minn kmieni dalgħodu tkompla x-xogħol fuq il-bibien tal-knisja. Inqalgħu l-partijiet t’isfel (dawk li jinfetħu u jingħalqu) taż-żewġ bibien laterali, tan-naħa ta’ Triq San Publju u ta’ fuq iz-zuntier ta’ Balzunetta, tgħabbew fuq it-trakk u dritt għall-Mosta. Tlieta minn sħabna regolari u wieħed li daħal jgħinhom komplew jiżbgħu aktar siġġijiet. Illum ħadmu fil-kappellun tal-Kurċifiss u lestew 80 siġġu. Il-Ġimgħa 15: Konna 5 persuni biex irnexxielna ntellgħu f’postha t-tmien u l-aħħar parti talbieb il-kbir tal-knisja. Sħabna li qed jiżbgħu s-siġġijiet, bdew dawk tal-korsija. Sa xħin telqu kienu lestew 87 siġġu.
Is-Sibt 16: Biex jinqalgħu l-bibien laterali bilfors iridu jitneħħew l-antiporti. Huwa proprju dak li seħħ dalgħodu minn wara l-quddiesa tad-9:00am. L-ewwel ma tneħħiet kienet dik tan-naħa ta’ Triq San Publju. Bl-antiporta mhix hemm irnexxielna nħaddmu l-ispanjuletti biex ftaħna beraħ dan il-bieb li l-aħħar darba li nfetaħ hekk kien 7 jew 8 snin ilu, meta konna qegħdin niżbgħu l-knisja kollha. Appena tlesta x-xogħol fuq din ix-xaqliba, saret l-istess proċedura fuq l-antiporta u l-bieb tan-naħa ta’ Balzunetta. Waranofsinhar ġie volontier li naddaf l-irħam tal-11 -il salib (it-12-il wieħed huwa moħbi wara l-Pulptu) tal-konsagrazzjoni tal-knisja, l-irħama bil-kitba Olia Sacra li tinsab mal-pilastru biswit in-niċċa tal-Madonna ta’ Lourdes, il-lapida li tfakkar it-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-bini talportiku u l-faċċata eżistenti (1885) u ż-żewġ irħamiet ovali waħda fuq kull naħa fil-parti t’isfel tal-kwadru titulari, fil-kor.
It-Tnejn 18: Qlajna l-bieb kollu laterali tannaħa taz-zuntier ta’ Balzunetta, u dritt għallMosta. Għall-għeluq temporanju tal-fetħa bla bieb, minflok boards, użajna twavel ippustjati waħda ħdejn waħda vertikalment u invitati ma’ tavla oħra orizzontali. Seħibna l-manifattur talliedna, ġab aktar xogħol lest. 60 siġġu ieħor minn tal-korsija kellhom il-ħadida l-mimduda ta’ fuq miżbugħa.
It-Tlieta 19: Il-ġurnata tal-lum bdiet bil-qlugħ talbieb tan-naħa ta’ Triq San Publju, u bħal ta’ qablu bqajna sejrin bih il-Mosta, għand Armstrong. Lura l-knisja, tneħħiet il-barrikata tat-twavel minn mal-fetħa tal-bieb tan-naħa ta’ Balzunetta u mmuntajna l-bieb lura f’postu. Malli l-bieb kien

Manutenzjoni fuq it-taraġ ta’ wara l-altar maġġur
kompletament armat, b’kollox 6 biċċiet, tpoġġiet lura f’postha wkoll, l-antiporta. It-twavel reġgħu ntużaw fin-naħa l-oħra tal-knisja biex għalaqna l-fetħa kkaġunata mit-tneħħija tal-bieb tan-naħa ta’ Triq San Publju. Seħibna, ‘il-fabbrika talliedna’, jaħdem qisu magna. Illum reġa’ ġab aktar liedna maħduma. Ħames persuni minn sħabna lestew iż-żebgħa fuq l-aħħar 62 siġġu talkorsija. Bix-xogħol tal-lum tlestew is-siġġijiet tal-knisja kollha. Waranofsinhar, inġiebu lura (mill-Mosta) l-partijiet kollha tal-bieb tan-naħa ta’ Triq San Publju.
L-Erbgħa 20: Bil-bibien laterali maħdumin preċiż bħal xulxin, għall-armar lura f’postu tal-bieb tan-naħa ta’ Triq San Publju rrepetejna l-proċess kollu tal-bieraħ, meta mmuntajna l-bieb tan-naħa ta’ Balzunetta, inkluż it-tqegħid lura f’postha tal-antiporta. Mid-dar fi Triq isSuq fejn kien joqgħod Mons. Dun Mikelanġ Camilleri (R.I.P.) għad-dar fejn kienu joqogħdu l-aħwa Cuschieri, id-dar li ser tkun ikkonvertita fil-Mużew Parrokkjali, bit-trakk ta’ Joe Hili, li għoġbu jħalli għad-dispożizzjoni tagħna, ġarrejna vetrina u xi oġġetti oħra li jkunu utili kemm għall-Mużew kif ukoll għal meta, xi darba, isseħħ il-ħolma l-oħra li jkun rijabilitat ix-xelter tal-gwerra li hemm fil-kannierja. Il-Ġimgħa 22: F’San Pawl il-Baħar, tajna kwantità ta’ plastik aħdar lil seħibna li qed jaħdem il-liedna. Bi preparazzjoni għal meta naslu biex naqilgħu l-bieb ta’ barra tal-kappella tan-Nazzarenu, ħadna battikata biex neħħejna ċ-ċelu tal-antiporta ta’ din il-kappella u l-bsaten li kienet tistrieħ fuqhom, altrimenti, il-bieb ma jinqalax.
Is-Sibt 23: Il-bibien tal-mezzanin u l-Florians, it-tnejn fi Triq San Publju ngħataw passata żebgħa.
It-Tnejn 25: Fuq l-armar tal-kappellun tarRużarju, bdiet tingħata t-tieni passata beige fuq partijiet tas-Sekond Ordni.
It-Tlieta 26: Il-bieb tal-kappella tan-Nazzarenu nqala’ bla tbatija, u ttieħed għat-tqaxxir ilMosta. Lura l-Furjana ġie seħibna Charlie Tonna u martu Lily, tkellimna u sellimna lil xulxin għall-aħħar darba qabel ma’ għada, jitilqu lura lejn l-Awstralja. Fil-kappella tan-Nazzarenu, qlajna ċ-ċappetta t’isfel nett minn maż-żewġ ċaċċiżi. Dan il-qlugħ kellu jsir peress li fiż-żewġ ċappetti hemm il-parti tal-pern maqsumin filpumelli. Ħabat tajjeb li f’dak il-ħin ġie seħibna r-restawratur li jiġi wkoll missier seħibna l-ieħor, l-inġinier, li ħoloq u vvinta s-sistema biex ilwinċ tat-tużelli ġie jaħdem bl-elettriku, u l-mod ta’ kif qed tinfetaħ u tingħalaq il-bieba tan-niċċa tal-Madonna tar-Rużarju. Iċ-ċappetti twasslu għand l-inġinier li bl-għodod tiegħu, sal-4:30pm kien irmedja għall-ħsara li kien fihom. Il-fetħa tal-bieb tan-Nazzarenu ngħalqet bit-twavel.
L-Erbgħa 27: Il-programm tax-xogħol għallum ikkonsista, fil-qlugħ tal-bieb tal-‘kamra tassiġġijiet’ (minn fejn jindaqqu l-qniepen minn isfel fil-kampnar tan-naħa ta’ Triq San Publju) u t-tqegħid lura f’postu tal-bieb tal-kappella tanNazzarenu.
Il-Ħamis 28: Poġġejna lura f’postu l-bieb tal‘kamra tas-siġġijiet’. Fil-workshop inbeda x-xogħol fuq il-manifattura ta’ mejda biex fiha jiġi installat sink li nużaw f’xi attivitajiet, mhux fis-Sala San Publju, bħal fuq iz-zuntier tan-naħa ta’ Balzunetta meta jkollna l-pranzu fil-‘Ġenna ta’ Ġonna’. Inħadem ukoll karru għall-apparat BainMarie (Banju Marija) li jintuża fil-kċina tas-Sala San Publju.
Il-Ġimgħa 29: Tlestiet it-tieni passata beige fuq is-Sekond Ordni tal-kappellun tar-Rużarju.
Is-Sibt 30: L-aħħar jum ta’ Settembru jimmarka l-ħruġ tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju minniċċa u l-espożizzjoni tagħha fil-knisja għal matul ix-xahar ta’ Ottubru kollu, ix-xahar tar-Rużarju Mqaddes. Fi tmiem l-operazzjoni tal-ħruġ talistatwa min-niċċa u t-trasferiment tagħha, biċchain block għal fuq il-bradella, ittieħdu taħt in-nava ta’ quddiem in-niċċa ta’ San Publju. Normalment post din l-istatwa huwa taħt in-nava tal-kappella ta’ Sant’Anna iżda meta, bħal-lum, noħorġu wkoll l-istatwa ta’ Santa Tereża talBambin Ġesù, għal ftit jiem toqgħod hi (Santa Tereża) fin-nava ta’ Sant’Anna. B’konnessjoni mal-festa tal-Madonna tar-Rużarju li ser niċċelebraw bħal għada ġimgħa (il-Ħadd 7 ta’ Ottubru 2017) l-altar maġġur intrama bilgandlieri tas-sekondi festi u l-ġilandra l-bajda. Iddendel ukoll id-damask, tas-sekondi festi, fuq il-Presbiterju.

Armar tal-gandlieri fuq l-altar maġġur
OTTUBRU 2017
It-Tnejn 2: Il-ħitan u pilastri tal-knisja tan-naħa ta’ Triq San Publju jbatu minn ħafna umdità bilkonsegwenza li ż-żebgħa tintefaħ u titqaxxar. Illum Johnnie imbarka fuq il-brix tal-ħitan milqutin minn din il-ħsara. L-Erbgħa 4: Biex il-bibien esterni kollha talknisja jkunu għaddew mill-proċess tat-tqaxxir, illum qlajna l-bieb tal-Oratorju tal-fratellanza tasSantismu Sagrament u ta’ San Publju, u ttieħed il-Mosta. L-altar tar-Rużarju ntrama għall festa ta’ din Ommna taħt dan it-titlu. Fil-workshop inbeda xogħol fuq qafas tal-ħadid li meta jitlesta ser ikun forn imdaqqas ġdid. Dalgħodu, u anki waranofsinhar għamel maltemp qawwi, b’xita bil-qliel, sajjetti u ragħad. Waqt l-eqqel talmaltemp il-knisja kienet fi dlam kważi totali.
Il-Ħadd 8: Il-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li s-soltu kienet issir fil-jum talĠimgħa, jew is-Sibt filgħaxija, għall-ewwel darba, saret dalgħodu. It-temp kien mill-isbaħ tant li kienet anki s-sħana. L-attendenza wkoll kienet tajba.
It-Tnejn 9: B’konnessjoni max-xogħol li qed isir fuq il-forn ġdid, minn Ħaż-Żebbuġ inxtara tul ta’ felt u minn Ħal Qormi, żewġ vireg angle iron. Il-felt huwa materjal, qisu suf, imwaħħal fuq foil. Dan huwa fire retardant u jservi ta’ iżolatur, iżomm it-temperatura u s-sħana milli tintilef fuq barra tal-istruttura.
It-Tlieta 10: Wara żmien pjuttost twil li kien ilu għad-dispożizzjoni tagħna, it-trakk tas-Sur Joe Hili ttieħed lura ħdejn l-imħażen tad-ditta tiegħu. Lil Joe ngħidulu grazzi għal dan l-att ta’ benefiċenza kbir lejn il-knisja Arċipretali tagħna. B’konnessjoni mal-wirja li ser tittalla’ fil-Mużew Parrokkjali dakinhar li fil-Furjana l-Kunsill Lokali tagħna ser jorganizza edizzjoni oħra tal-‘Ġenna ta’ Ġonna’, filgħaxija, għamilna żjara lill-Professur Dr Oliver Friggieri, f’Birkirkara fejn apparti l-kollezzjoni ta’ kotba li kiteb, u kienu tradotti f’diversi lingwi, li diġà rregala lill-knisja ta’ San Publju, tana wkoll xogħlijiet oħra tiegħu flimkien ma’ typewriter li kien juża, disinni li penġa hu stess, kopja bikrija tal-Oratorio Pawlu ta’ Malta (miktuba bittypewriter) u b’ħafna notamenti tal-awtur stess imħażżin fuqha, u żewġ posters pubbliċitarji ta’ wieħed mill-kotba tiegħu.
Il-Ħamis 12: Il-forn il-ġdid tlesta u tniżżel bilwinċ. Tajna bidu għall-armar fiżiku tal-wirja tax-xogħlijiet letterarji, u oġġetti oħra, konnessi mal-Professur Furjaniż, Dr. Oliver Friggieri. Din
il-wirja ser tittella’ fid-dar numru 2, Triq Sarria, id-dar fejn kienu joqogħdu l-aħwa Cuschieri, ilfond li ser ikun ikkonvertit f’Mużew tal-knisja Arċipretali ta’ San Publju. Il-Ġimgħa 13: B’konnessjoni mal-ġurnata ‘Ġenna ta’ Ġonna’ li ser tinżamm nhar il-Ħadd li ġej, inġiebu kwantità ta’ pjanti biex jitpoġġew fil-knisja. Saru l-preparamenti biex mill-kċina tas-Sala San Publju jinġarru oġġetti li ser jintużaw għall-‘Pranzo in Giardino’ li nagħmlu fuq iz-zuntier tan-naħa ta’ Balzunetta.
Is-Sibt 14: Aktar preparamenti għall-ġurnata ta’ għada.
Il-Ħadd 15: F’temp sajfi mill-isbaħ il-Kunsill Lokali tagħna organizza edizzjoni oħra ta’ ‘Il-Furjana, Ġenna ta’ Ġonna’. Matul iljum kien hawn attendenza kbira ddur u żżur l-attrazzjonijiet imferrxa mal-Furjana kollha. Ilknisja baqgħet miftuħa l-ġurnata kollha. Reġgħu kienu aċċessibbli għall-pubbliku l-kamra talarloġġ, il-kampnar tan-naħa ta’ Balzunetta u fuq l-armar fil-kappellun tar-Rużarju. Il-pranzu ta’ fuq iz-zuntier ta’ Balzunetta mar tajjeb ħafna. Malli ntemm il-pranzu sar il-ħasil tal-platti u l-pożati li ttieħdu lura lejn il-kċina tas-Sala San Publju. Tneħħew ukoll l-imwejjed, siġġijiet u dak kollu li kien hemm armat.

Fuq u taħt: It-trasport ta’ forn mogħti b’rigal lill-knisja
It-Tnejn 16: Żarmajna l-wirja mill-kamra laterali tal-Mużew Parrokkjali. Il-pjanti u l-umbrelel ġew irritornati lis-sidien proprji li silfuhomlna. Fil-knisja, tkompla l-brix tażżebgħa li ntefħet bl-umdità fiz-zuklatura ta’ taħt it-tnax-il stazzjon tal-Via Sagra. Il-Ġimgħa 20: Fuq il-bejt tal-Youth Centre bdejna nkaħħlu l-fili tal-ħajt il-ġdid (il-parti parallel ma’ Triq San Tumas) li konna bnejna minflok dak immermer. Bejn it-2 ta’ dan ixxahar u llum, (tlettax-il sessjoni), seħibna lesta l-brix tal-ħitan u pilastri fejn kien hemm il-ħsara bl-umdità.

It-Tnejn 23: Bil-brix lest, seħibna beda jkaħħal il-fili u l-ħsarat li tfaċċaw fil-ġebel, fejn barax.
It-Tnejn 30: Lestejna għal kollox it-tikħil talfili taż-żewġ ħitan ġodda kollha li bnejna fuq il-bejt tal-Youth Centre, liema ħitan imissu malkappellun tar-Rużarju.
NOVEMBRU 2017
L-Erbgħa 1: L-istatwa tal-Madonna tarRużarju, minflok ma ddaħlet lura fin-niċċa tagħha, żarmajnieha minn fuq il-pedistall tagħha, niżżilnieha fuq karru u ħadnieha fil-kappella tan-Nazzarenu fejn ser tgħaddi minn proċess ta’ tindif. Dan ix-xogħol ġie kkummissjonat lil persuna li mhuwiex dak li fil-kors ta’ dan ir-rapport nirreferi għalih bħala ‘seħibna r-restawratur residenti’. Dak xogħlu huwa volontarju. L-ispejjeż għat-tindif ser iħallashom benefattur Furjaniż. Ix-xogħol kollu ta’ dalgħodu sar fl-isfond ta’ rehearsals li kienu qed jagħmlu diversi korijiet barranin li jinsabu hawn Malta għall-‘Festival Internazzjonali tal-Korijiet’.
Il-Ħamis 2: It-tindif tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju, inbeda llum. Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija sar rehearsal mill-orkestra, ‘St. Paul’s Chamber Ensemble’.
Il-Ġimgħa 3: Fit-toilet tal-Youth Centre sar ilbrix tal-ħitan qabel jerġgħu jitkaħħlu mill-ġdid. Illum, il-mużika kienet protagonista fil-knisja tagħna. Filgħodu tkomplew il-provi tal-korijiet filwaqt li filgħaxija sar il-Kunċert ta’ mużika sagra mis-‘St. Paul’s Chamber Ensemble’.
Is-Sibt 4: Il-knisja tagħna kienet waħda millvenues fejn inżammet il-kompetizzjoni tal‘Festival Internazzjonali tal-Korijiet’.
It-Tnejn 6: Tajna l-Buffa (liquid membrane) fuq strixxa fl-art li tiġi eżatt taħt il-ħajt il-ġdid fuq il-bejt tal-Youth Centre. Bdejna t-tikħil talfili fil-ħitan tat-toilet fil-Youth Centre.
It-Tlieta 7: Bix-xogħol tat-tindif qed terġa’ toħroġ is-sbuħija fuq il-karnaġjon u l-ħwejjeġ tal-Madonna (tar-Rużarju) u l-Bambin, dan wassal biex din il-biċċa xogħol teskala, minn tindif għal restawr sħiħ. L-Arċipriet wasal fi ftehim finanzjarju mar-restawratur biex ixxogħol isir.
Il-Ħamis 9: In-niċċa tal-Ecce Homo ż-żgħir ta’ biswit il-bieb laterali tan-naħa ta’ Triq San Publju, sofriet ukoll mill-umdità. Neħħejna l-faċċata tal-kawba ta’ din in-niċċa u neħħejna l-istatwetta tal-injam tal Ecce Homo biex seħibna sata’ jobrox il-ħsara f’din in-niċċa żgħira mħaffra fil-pilastrino (pilastru żgħir). Kompla wkoll it-tikħil mal-ħitan u pilastri ta’ dik ix-xaqliba.
Is-Sibt 18: Qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija ġie ppreżentat Power Point li wera x-xogħlijiet li saru minn-Novembru tas-sena l-oħra (2016), sal-lum.
It-Tlieta 21: Fil-workshop inbeda xogħol fuq imwejjed ġodda tal-injam għas-Sala San Publju. Tlesta t-tikħil tal-ħitan u pilastri tan-naħa ta’ Triq San Publju.
L-Erbgħa 22: Wara l-brix u t-tikħil, seħibna beda l-ixkatlar ta’ kull fejn kaħħal.
Il-Ħamis 23: Intwew u kienu infilsati flenvelopes il-formoli tal-arbural b’risq il-pittura u l-linef.
Il-Ħamis 30: Fil-workshop tkompla x-xogħol fuq is-saqajn għall-imwejjed il-ġodda għas-Sala San Publju.
Il-Furjana 2018 DIĊEMBRU 2017
Il-Ġimgħa 1: Bi preparazzjoni għall-armar konness mal-festi tal-Milied u ta’ San Publju ta’ Jannar, mill-maħżen tad-damask inħarġu tmien pavaljuni tal-festa, u ddendlu fin-navi talkorsija.

Il-bradella ser titniżżel fil-ħanut tal-mastrudaxxa

Il-bradella mniżżla fil-ħanut tal-mastrudaxxa
Is-Sibt 2: Sar l-iddrizzar tal-pavaljuni.
It-Tnejn 4: Seħibna għadu għaddej bl-ixkatlar ta’ mal-ħitan u pilastri li kaħħal.
Il-Ħamis 7: Benefattriċi Furjaniża rregalat girlanda tal-ganutell, li ħadmet hi stess, għallistatwa ta’ Santa Tereża.
It-Tnejn 11: Immedjatament wara l-quddiesa tat08:00 (tad-09:00 saret fil-knisja ta’ Sarria), inbeda l-ħasil tal-knisja kollha. Armajna l-presepju l-kbir. Filgħaxija, udjenza sabiħa ħafna attendiet għallkunċert tal-Milied, ‘A Christmas Celebration’ esegwit mill-Malta Concert Orchestra ta’ Pjazza Teatru Rjal. Minn dan il-kunċert inġabret issomma ta’ €700 b’risq Puttinu.
Il-Ħamis 14: Tlestew l-imwejjed għas-Sala San Publju. Saru tmienja, erbgħa twal u erbgħa iqsar. Fuq is-saqaf tal-bar tas-sala ntrama l-presepju silhouette.
Il-Ġimgħa 15: Fis-Sala San Publju intramat ilChristmas Tree u nbdew il-preparamenti għallBuffet Dinner ta’ għada.
Is-Sibt 16: Il-Buffet Dinner tal-Milied sar illejla fis-Sala San Publju. Kien hemm kummenti favorevoli ħafna kemm għall-preżentazzjoni, isservizz u fuq kollox, il-kwalità tal-ikel.
It-Tnejn 18: Mal-pilastri tal-korsija dendilna s-slogans tal-Milied. Bil-ġilandra tal-bellus u fidda armata fuq l-altar maġġur, fis-sagristija, filparti t’isfel tan-niċċa tagħha, armajna presepju. Fil-parti ta’ fuq imbagħad, wara li ħloqna xkaffa poġġejna fuqha l-gandlier bil-Kurċifiss u l-istatwetti tal-injam ta’ San Pietru u San Pawl, kollox tas-sekondi festi.
Is-Sibt 23: Saru l-aħħar preparamenti konnessi mal-Milied, inkluża l-mejda li minn fuqha, għada wara l-quddiesa ta’ nofsillejl, dawk preżenti jkunu servuti b’qagħaq tal-għasel u kafè.
Il-Ħamis 28: L-istess skultur li ħadem, fl-injam, is-seba’ lopop għal-linef il-ġodda tan-navi, illum ġie l-knisja b’konnessjoni mal-ħsieb biex jinħadmu wkoll iż-żewġ lopop kbar għal-linef ġganteski tal-kappelluni. Il-Ġimgħa 29: Filgħaxija, fis-Sala San Publju l-Arċipriet Dun Richard Borg żamm ir-riċeviment annwali li hu joffri bħala ringrazzjament lil dawk kollha li matul is-sena jagħtu servizz volontarju lill-Parroċċa.
Il-Ħadd 31: Matul il-ġurnata saru preparamenti biex, fuq suġġeriment ta’ wħud minn sħabna, fissala ta’ fuq nett tal-Youth Centre isir party talaħħar tas-sena, liema attività saret u ċċelebrajna l-bidu ta’ sena ġdida.
JANNAR 2018
Il-Ġimgħa 5: Sar l-iżbarazzar tas-sala ta’ fuq nett tal-Youth Centre u s-Sala San Publju. Minn nhar it-Tlieta 2 sal-lum, f’dar privata fil-Gżira sar xogħol ta’ kitba konness ma’ dan il-ktieb li għandek f’idek. It-Tnejn 8: Sar iż-żarmar tal-armar kollu li kellna fil-knisja konness mal-Milied.
L-Erbgħa 10: Il-pittur Għawdxi John Grima ġie l-knisja u kejjel l-abside. Il-Ġimgħa 12: Pajpijiet tal-plastik inqatgħu f’tulijiet u nbidlu f’kontenituri biex illasti tal-lanterni jibdew jintrefgħu fihom, individwalment, b’hekk ikunu merfugħin u mħarsa ferm aħjar. Għal matul is-sena, filkappella tan-Nazzarenu twaħħlu par brazzi però, għall-festa, illum inġiebu par oħra li kienu għand ditta li tnaddaf dawn l-oġġetti.
Is-Sibt 13: Bi preparazzjoni għall-festa liturġika ta’ San Publju, il-vara tal-Patrun tagħna nħarġet min-niċċa u ngħatat tindifa, kemm hi kif ukoll in-niċċa kollha. Aktar tard illum ukoll, bi tbatija kbira minħabba t-toqol li fih, inġieb, u tniżżel fil-kċina tas-Sala San Publju, forn kbir tal-pizza li benefattur Furjaniż għoġbu jirregala lill-knisja Parrokkjali tagħna. Għall-ġarr intuża trakk ta’ wieħed minn sħabna wkoll.

Tinġarr il-bradella tad-Duluri
It-Tnejn 15: L-altari tal-kor u l-maġġur intramaw bil-gandlieri u statwetti.

Waqt it-tibdil tal-bieb il-kbir

Il-bibien jitgħabbew fuq trakk

Bibien biż-żebgħa mqaxxra migjubin lura mingħand id-ditta Armstrong Bil-bieb il-kbir maqlugħ, tingħalaq il-fetħa


Parti mill-bieb il-kbir titgħabba fuq trakk


Olterazzjonijiet fuq il-‘conveyor’

L-armar tal-presepju l-kbir

Il-bidu tat-tindif tal-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes
It-Tlieta 16: L-iskultur imqabbad biex jagħmel disinn għal-lopop tal-linef il-kbar tal-kappelluni rritorna l-knisja dalgħodu. Saret diskussjoni fuq id-disinn li pprepara, u l-lopop ġew ordnati.




Preparamenti għal ikla fil-kċina tas-Sala San Publju
Filgħaxija, il-vara ta’ San Publju bil-bankun b’kollox, inħarġet min-niċċa u fost il-ferħ ta’ numru sabiħ ta’ tfal preżenti, li għenu fl-imbuttar biex mexxew il-vara, wassluha sa taħt in-nava.
Il-Ħamis 18: Għand id-ditta f’Ħal Qormi li tispeċjalizza fit-tiswija u t-tindif ta’ oġġetti tarram u l-kromju, ittieħdu par gandlieri u brazz tal-festa tas-sekondi navi.

Il-Kurċifiss il-kbir jitniżżel għall-aħħar darba fis-sagristija
Is-Sibt 20: Apparti l-aħħar preparamenti għallfesta liturġika ta’ San Publju, fil-workshop, inħadem karru tal-injam għal dan il-forn li semmejt nhar it-13 ta’ dan ix-xahar.
Il-Ħadd 21: Grupp kbir ta’ Furjaniżi telgħu għal dik li issa saret, ġurnata tradizzjonali f’Għawdex biex tkun iċċelebrata l-festa liturġika ta’ San Publju fil-kappella ddedikata lilu, fl-Għasri.
It-Tnejn 22: Iċċelebrajna l-festa liturġika ta’ San Publju.
It-Tlieta 23: Sar iż-żarmar tal-armar kollu konness mal-festa liturġika ta’ San Publju li ċċelebrajna lbieraħ.
L-Erbgħa 24: Ħdimna fuq il-ħsieb tal-mod u l-kif tinbidel is-sistema ta’ kif inniżżlu u nittrasferixxu l-linef tan-navi, mill-koppletti għan-navi. Seħibna li ħa ħsieb isewwi l-ħsarat li kien hemm bl-umdità fil-ħitan tan-naħa ta’ Triq San Publju qed juża żebgħa undercoat fuq il-partijiet imkaħħla.
72
Il-Ħamis 25: Il-karru għall-forn tlesta u tniżżel fil-kċina tas-Sala San Publju. Il-Ġimgħa 26: Sar ix-xiri ta’ kulma hemm bżonn għall-ikla ta’ għada.
Is-Sibt 27: Uħud minn dawk involuti fit-tisjir u preparamenti tal-ikel, għamlu 17-il siegħa ta’ ħidma sakemm illejla saret l-ikla fl-okkażjoni doppja tal-festa liturġika ta’ San Publju u l-ħatra tal-Arċipriet Dun Richard Borg bħala Monsinjur Onorarju tal-Katidral. Il-ħidma ma waqfitx ma’ tmiem l-ikla, li reġgħet kienet tajba ħafna, iżda baqgħet sejra sas-sigħat bikrin tal-Ħadd.
Il-Ħadd 28: Numru ta’ Furjaniżi konna preżenti fil-Katidral tal-Imdina fejn assistejna għallinvestitura tal-Arċipriet Dun Richard Borg bħala Monsinjur Onorarju tal-Katidral.
It-Tnejn 29: Ingħata l-bidu fiżiku għall-proġett li ser iwassal biex jinbidel totalment il-mod ta’ kif isir it-trasferimenti tal-linef tan-navi tal-korsija. Għall-ħabta tas-1:30pm ġie crew televiżiv Ġappuniż tal-istazzjon (Ġappuniż) NHK li ġibed filmati tal-knisja tagħna kemm minn barra kif ukoll minn ġewwa. Magħhom bħala attriċi kellhom lill-Maltija, Larissa Bonaci. Meta lestew mill-knisja niżlu jkomplu jiffilmjaw fis-Sala San Publju.
It-Tlieta 30: Mingħand ‘Pawlu tal-Wied’, f’Ħal Qormi, inxtrat biċċa pjanċa ħoxna tal-ħadid li trid titqatta’ f’erba’ plakki li fuqhom iridu jeħlu roti ġodda li nxtraw għall-conveyor.
Għeżież qarrejja, għat-28 sena konsekuttiva għadkom kif qrajtu dan ir-rapport. L-ewwel darba li ktibt kien fil-Ktieb tal-Festa tal-1995. Ir-rapport jibqa’ dejjem, il-verżjoni konċiża tad-djarju sħiħ li nżomm u li huwa ferm iktar iddettaljat bi spjegazzjonijiet tax-xogħol li jsir u jinkludi l-ismijiet ta’ min jagħmlu. Rapport, li fost, u minkejja d-diffikultajiet li taf toffri l-ħajja, juri li l-ħidma baqgħet miexja, anzi, żdiedet. Aqta’ l-pittura, ir-restawr tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju u l-lopop (li għad iridu jsiru), kollha xogħlijiet ikkommissjonati, il-bqija kollu, sar mill-volontieri tal-knisja tagħna. Ma nistgħu qatt nieqfu nirringrazzjaw,
u nfaħħru, lill-benefatturi li għal kull talba li ssir jirrispondu bil-qalb u b’mod qawwi. Hawnhekk irrid nirrimarka però, li l-maġġoranza tal-għotjiet li jidħlu, taqta’ numru żgħir, jiġu minn residenti fil-Furjana. Ikun ferm sewwa u xieraq kieku mis-700 envelope li nimpustaw lill-Furjaniżi li joqogħdu barra mil-lokalità, jirritornaw aktar, tkun kemm tkun id-donazzjoni. Aħna li twelidna bejn Bieb il-Bombi u d-Daħla tal-Belt, inkluż fejn hemm it-Tritoni, dejjem ftaħarna li ġaladarba Furjaniżi, Furjaniżi u Ever Green għal dejjem, inkunu fejn inkunu. L-irċevuta għall-għotjiet li jingħataw insibuha fil-paġni ta’ dan il-ktieb, u s-sodisfazzjon, dak qrajnieh firrapport, narawh u mmissuh mal-ħitan tat-tempju għażiż tagħna. Niltaqgħu ma’ ħafna nies mhux Furjaniżi li jgħidulna, “fil-knisja ta’ San Publju jsiru l-mirakli’’. Jalla l-Bambin ikompli jagħtina s-saħħa, il-għomor u l-paċi biex taħt it-tmexxija tal-Arċipriet, inkomplu nwettqu, ‘il-mirakli’.
Il-festa t-tajba lil kulħadd.
Express Garage
Joe Magro 11, Pjazza Sant’Anna, Floriana For Accessories, Tyre Repairs, etc. …
Tel: 2123 3647 Mob: 9949 9981



