
11 minute read
Marija fl-Imqabba

Advertisement
© Kan. Dr Jonathan Farrugia Ħajr għar-ritratti: Mark Micallef Perconte
Kull ġens minn dejjem kellu l-eroj tiegħu, sew filkuntest pagan kif ukoll filkuntest Nisrani. Fi żmien ir-reliġjonijiet arkajċi u klassiċi kull art kellha d-divinità proprja tagħha li kien ikollha kult mifrux ma’ kullimkien. F’Malta nistgħu ngħidu li l-eqdem divinità magħrufa hija l-alla tal-fertilità Astarte ffigurata bħala l-mara l-ħoxna, li eventwalment mal-miġja tal-Griegi u r-Rumani nbidlet fil-qima lejn Hera/ Juno, id-divinità femminili ewlenija fil-Panteon klassiku. Mal-miġja talKristjaneżmu post l-allat beda jittieħed mill-martri tal-post jew – fejn martri

L-artal armat għall-festa ta’ Santa Marija
id-dinja, madanakollu, li Publju kellu xi forma ta’ rwol ewlieni sagru fit-tmexxija ta’ artna (u minħabba f’hekk hu meqjum bir-raġun bħala l-ewwel isqof ta’ Malta) wara li Pawlu telaq lejn Ruma. Waħda mill-provi tista’ tkun il-fatt li Publju jidher li kien l-ewwel wieħed li emmen f’Alla ta’ Pawlu għax kien proprju f’daru li twettaq l-ewwel miraklu ta’ fejqan2 .
Skont tradizzjoni ħajja u antikissima l-eqdem knejjes f’Malta ddedikati lil San Pawl kienu mibnija fuq siti marbutin mal-figura ta’ Publju: il-knisja ta’ San
ma kienx hemm – mill-ewwel isqfijiet tal-ibliet.
F’Malta nistgħu ngħidu li l-kult tal-ewwel isqof kien minsuġ ħaġa waħda mal-kult tal-Appostlu li ġab il-fidi Nisranija fi gżiritna. Għalkemm fl-Atti tal-Appostli ma naqrawx li Pawlu ħalla lil Publju, li kien il-Prinċep tal-gżira, bħala mexxej spiritwali fir-rwol ta’ isqof, dan huwa b’xi mod spjegabbli minn perspettiva storika. Tajjeb ngħidu li sal-ewwel parti tat-tieni seklu l-Knisja madwar id-dinja magħrufa ta’ dak iżżmien ma kinitx immexxija minn isqfijiet imma minn kulleġġi presbiterali1. Hija ħaġa minn ewl Pawl Milqi fil-limiti ta’ Burmarrad fejn jingħad li kellu l-villa tiegħu l-Prinċep, u l-katidral talImdina li skont it-tradizzjoni nbena fuq s-sit tal-palazz ta’ Publju. Għaldaqstant bilfors li dawn l-inħawi żammew ħajja fihom il-memorja tal-mexxej li laqa’ għandu lin-nawfragu, u hu għalhekk li nsibu testimonjanzi antikissimi ta’ Publju fil-katakombi ta’ Sant’Agata, kif ukoll fi xbihat imferrxin mal-gżira3 .
Għal ħafna snin kien maħsub li l-kult ta’ San Publju jidher li kiseb għall-ewwel darba awtonomija mill-kult Pawlin lejn is-sena 1605
1 Dan jgħodd anke għal Ruma. L-ismijiet tal-‘Papiet’ li nsibu fil-listi huma fil-fatt ismijiet ta’ presbiteri li kellhom aktar prominenza minn oħrajn, imma ma kinux isqfijet li kellhom awtorità assoluta bħalma
naraw li kellhom fit-tieni nofs tat-tieni seklu. 2 Atti tal-appostli, 28, 8. 3 Ġerardu mill-Furjana ofm cap, San Publju ta’ Malta skont l-għorrief, Malta 1954, xx-xxi.
meta l-Granmastru Alof de Wignacourt waqqaf il-knisja ddedikata lil San Publju raffigurat bħala Isqof fuq il-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat. Wara din id-data bdew jidhru ’l hawn u ’l hinn altari fil-knejjes ta’ Malta u Għawdex. Fl-1733 bdiet tinbena knisja ddedikata lil San Publju li kellha ssir parroċċa fl-1844 fil-Furjana4, waqt li f’Għawdex inbniet kappella ddedikata li dan il-qaddis bejn l-1850 u l-1852 fl-inħawi ta’ Għammar fil-Għarb5. Iżda fl-2014 Giovanni Bonello ppubblika poeżija li ġġib l-isem ta’ Inno della Vittoria miktuba minn Gregorio Xerri, ilBaruni ta’ Cicciano, li nkitbet ftit żmien wara l-Assedju l-Kbir ta’ Malta (1565). Fiha r-rebħa tal-Assedju tiġi attribwita lill-Maltin (mhux lillKavallieri!) u lill-qaddis tagħhom Publju (nostro Publio) li flimkien mal-qawwiet tas-sema ġabu r-rebħa6. Din hija xhieda indelibbli li fost ilpoplu Malti – sa minn qabel ma nbniet l-ewwel knisja ddedikata lil San Publju li nafu biha – ġa kien hemm qima lejn dan il-qaddis, mhux biss qima popolari bħalma kien hemm lejn qaddisin oħra, imma qima lejh bħala protettur fit-taqbida u għalhekk, anke bħala Patrun.
San Publju fl-Imqabba
L-uniku altar marbut ma’ dan il-qaddis li nsibu fl-irħula tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta jinsab filknisja parrokkjali ta’ Santa Marija fl-Imqabba. B’kumbinazzjoni feliċi dan l-altar jinsab biswit il-battisteru tal-parroċċa u fil-pittura tiegħu juri l-konsagrazzjoni ta’ San Publju. Għalkemm filkitbiet dwar il-knisja u fl-arkivji tal-parroċċa ġeneralment jirreferu għalih bħala l’altare di San Paolo, nemmen illi kieku l-għan ta’ meta twaqqaf kien li jkun iddedikat lil San Pawl, it-tema tal-kwadru u tad-dekorazzjonijiet ta’ madwaru kienu jkunu differenti.
Tajjeb ngħidu li dan l-altar ma kienx jeżisti fittwaqqif tal-parroċċa fl-1598 u lanqas ma kien jinsab fl-eqdem knejjes li kienu jeżistu fuq is-
4 Alexander Bonnici ofm conv, Il-Floriana fil-mixja nisranija tagħha, Malta 2014, 16. 5 Roderick Busuttil, Il-knisja ta’ San Publiju – Għarb, www.kappellimaltin.com/Il-Kappelli/Sett06/GRB_
San_Publiju/grb_san_publiju.html 6 Giovanni Bonello, Gregorio Xerri’s poem for the Great
Siege of 1565, minn The Sunday Times 23-3-2014.
Nirringrazzja lil Dun David Torpiano talli wassalli din l-informazzjoni. sit tal-knisja parrokkjali tal-lum. Din tlestiet lejn is-sena 1699 u kellha żewġ altari aktar minn ta’ qabilha għax il-kursija ttawlet, u għalhekk waqt li l-altari l-oħra xi ftit jew wisq żammew it-titlu tagħhom, kellhom jinsabu żewġ dediki ġodda għall-altari li żdiedu.

Il-pittura prinċipali tal-artal tal-konsagrazzjoni ta’ San Publju (1)
Skont il-kitbiet ta’ Dun Lawrenz Zammit, storiku Mqabbi li kien l-ewwel wieħed li ġabar u ppubblika l-istorja tal-knisja tal-Imqabba u talopri li fiha, l-altar iddedikat lill-konsagrazzjoni ta’ San Publju twaqqaf fl-17107, u kien l-aħħar altar li ħa t-titlu minn fost dawk kollha li hemm fil-knisja. Skont il-viżta pastorali tal-Isqof Cocco Palmieri li saret fl-1699 nafu li l-knisja l-ġdida kienet lesta. Iż-żewġ altari l-ġodda, li eventwalment saru, ta’ San Antnin u talkonsagrazzjoni ta’ Publju ma jissemmewx. Dan ifisser li l-post għalihom kien imħejji (ladabra l-bini tal-knisja kien lest) imma kienu għadhom ma ngħatawx it-titlu. Fil-fatt dak ta’ San Antnin ħa l-isem fl-1703, grazzi għall-benefatturi Maria
7 Lawrenz Zammit, Decrizioni storica tal-cnisia tal
Imkabba, Malta 1927, 18.
u Antonia Agius li l-arma tagħhom għadha tidher skulturata fil-prospettiva tal-altar, waqt li dak tal-konsaggrazzjoni ta’ Publju tħallas millpoplu tal-Imqabba fl-17108 .
Mill-viżti pastorali li saru wara, nafu xi ftit jew wisq l-attività li kienet marbuta ma’ dan l-altar. L-isqof Alpheran de Bussan li żar il-knisja fl1745, sab dan l-altar fi stat tajjeb ħafna u jgħid li kellu dak kollu li kien meħtieġ għall-kult liturġiku. Kellu wkoll lampier jixgħel quddiemu. Fuqu kienu jiġu ċċelebrati żewġ festi, waħda fil-21 ta’ Jannar f’ġieħ San Publju u l-oħra fl-10 ta’ Frar f’jum is-solennità tanNawfraġju ta’ San Pawl, li huwa raffigurat fis-soprakwadru. Kull sena, fis-26 Il-pittura li nsibu ssebbaħ dan l-altar, li hija xogħol pjuttost tajjeb ta’ artist mhux magħruf, imma li jqarreb lejn il-bottega ta’ Michele Busuttil li kien attiv fis-seklu XVIII, tirrapppreżenta l-konsagrazzjoni ta’ Publju bħala l-ewwel isqof Malti. Eżatt fiċ-ċentru tal-pittura jidhru l-buqari taż-żjut li jintużaw fil-konsagrazzjoni ta’ isqof. Tiddomina fuqhom hemm il-figura ta’ San Pawl, b’idu fuq ras Publju li jinsab għarkupptejh quddiemu, u b’id l-oħra jżomm ix-xabla, simbolu tal-martirju li kellu jieħu ’l quddiem. Pawlu liebes ilbies bil-kuluri li mdorrijin narawh: libsa ħadra u mantell aħmar. Publju mill-banda l-oħra liebes ilbies liturġiku: kamżu abjad flimkien ma’ stola u kappa lewn id-deheb.
ta’ Awwissu, fuqu kienet issir tifkira b’suffraġju ta’ Dun Enrico Cuschieri, il-Kappillan li bil-ħeġġa tiegħu nġabru l-flus millpoplu biex sar dan l-altar. Din it-tifkira kienet issir b’quddiesa kantata bil-kant tal-libra, bit-tberik talqabar, bid-daqq tal-qniepen
Is-soprakwadru ta’ San Pawl u l-lifgħa
Kull wieħed minn dawn il-persunaġġi għandu tliet figuri warajh. Publju għandu raġel iżomm ktieb li donnu qed juri lil San Pawl minn fejn għandu jaqra – dan forsi hu San Luqa, li s-soltu jkun rappreżentat bi ktieb jew b’ikona f’idu

u bil-mixegħla ta’ erba’ xemgħat fuq dan l-altar. Barra din tas-26 ta’ Awwissu kienu wkoll jiġu offruti tliet quddisiet oħra għal ruħ Dun Enrico Cuschieri u dawn kienu jsiru waħda fil-festa ta’ San Publju, oħra fil-konverżjoni ta’ San Pawl u oħra fis-solennità tan-Nawfraġju.
Il-prokuratur tal-Veneranda Lampade kien jieħu ħsieb dan l-altar kif ukoll iċ-ċelebrazzjoni ta’ tliet quddisiet li kienu jsiru permezz ta’ legat imħolli minn Tereża Cuschieri fl-atti tan-nutar Injazju Debono tal-25 ta’ Lulju 1726. Dawn kienu jiġu ċċelebrati waħda fil-festa tal-Lunzjata, oħra filfesta tal-Viżitazzjoni u oħra fil-festa titulari ta’ Santa Marija9 .
8 Zammit, 18. 9 Tony Terrible, Il-knisja parrokkjali ta’ Santa Marija fl-
Imqabba, manuskritt f.12. u li nafu li ġie Malta ma’ San Pawl. Imbagħad hemm żagħżugħ qed iżomm il-baklu u ħjiel ta’ raġel ieħor qed iħares. Pawlu għandu warajh żewġt irġiel oħra jitkellmu bejniethom u persunaġġ liebes elmu tal-gwerra u ilbies partikulari, li jagħti l-impressjoni li hu ċ-ċenturjun Ruman, qiegħed iżomm bastun f’idejh. Imbagħad quddiem Pawlu hemm tfajjel għarkupptejh iżomm platt bil-mitra fuqu. Ixxena tidher qed isseħħ ġo kamra ta’ xi palazz, quddiem tieqa jew terazzin li minnu jidher pajsaġġ bis-siġar. Fil-parti ta’ fuq, imbagħad, ixxena donnha tinfetaħ għas-sema, b’xi anġli qed iħarsu ferħanin lejn dak li qed jiġri10 .
10 Dan il-partikular jidher f’żewġ pitturi oħra li jinsabu fil-knisja tal-Imqabba fl-altar ta’ maġenb dan tal-konsagrazzjoni ta’ San Publju: il-pittura tal-
Viżitazzjoni u dik tal-Madonna tal-Karmnu li qabel kienet is-sottokwadru ta’ dan l-istess artal.

Il-ventartal li jintuża f’Santa Marija
Minkejja li dal-kwadru fih ħafna żbalji (bħal ngħidu aħna l-istil tal-ilbies ta’ Publju li ma bediex jintuża hekk qabel il-medjuevu, kif ukoll il-mitra u l-baklu, l-użu tal-ktieb liturġiku li minnu qed jaqra San Pawl u l-ilbies militari taċ-ċenturjun), madanakollu huwa kwadru li fih armonija stilistika sabiħa ħafna, b’uċuħ u figuri mpittrin b’mod verament sabiħ.
Jekk il-kwadru huwa sabiħ, l-istess u aktar nistgħu ngħidu għal dak li hemm madwaru. Ilkwadru jinsab ġo gwarniċun tal-ġebel skulturat u fuq kull naħa għandu kolonna mnaqqxa fi stil sempliċi. Fil-parti t’isfel ta’ kull kolonna hemm imnaqqxa fil-ġebel l-arma ta’ San Publju: mitra bi ħjiel ta’ palma warajha. M’hemmx altari oħra fil-knisja tal-Imqabba li jġibu l-arma malkolonni. Mal-faċċata tal-bażi li fuqha hemm iserrħu l-kolonni hemm imnaqqxa l-arma ta’ San Pawl: is-sejf b’lifgħa mdawra miegħu. Aktar ’l isfel hemm disinn ieħor bil-weraq, iż-żigarelli u l-boċċi. Fin-naħa ta’ fuq tal-kwadru mbagħad hemm disinn simettriku b’erba’ fjuri differenti fuq kull naħa b’kerubin fin-nofs. L-iskultura hija tassew fina u fost l-isbaħ li nsibu fil-knisja. Skont Dun Lawrenz Zammit din tlestiet fl-1895 u hija xogħol l-iskultur Qormi Wenzu Montebello11 .
Fuq dawn, ġo gwarniċun ieħor tal-ġebel hemm pittura żgħira, li tidher li hija xogħol l-istess artist, li turi l-mument drammatiku meta San Pawl farfar il-lifgħa fin-nar (avolja n-nar ma jidhirx!). Madwar il-figura ta’ Pawlu jidhru bosta nies iħarsu mistagħġba. Huwa interessanti ħafna l-mod li bih l-artist qassam il-persunaġġi: fuq naħa hemm in-nawfragi (Pawlu, iċ-ċenturjun li

L-arma ta’ San Pawl mal-bażi

L-arma ta’ San Publju mal-kolonni
jidher ukoll fil-kwadru l-kbir, persunaġġ ieħor li jista’ jiġi identifikat ma’ San Luqa, u suldat); fuq in-naħa l-oħra hemm l-indiġeni tal-gżira, li minn ilbieshom jidhru li kienu minn kull strat tas-soċjetà (fqar nofshom imneżżgħin, sinjuri,
nies komuni u anke wieħed b’turban li jagħti l-impressjoni li hu xi Tork jew Musulman!). L-abitanti tal-gżira jidhru qaqoċċa madwar persunaġġ liebes aktar rikk mill-oħrajn, uħud minnhom iħarsu lejh u dan id-dettall iwassalna biex nikkonkludu li mhu ħadd għajr Publju. Apparti minn dan, il-qagħda wieqfa tiegħu, l-interess dixxiplinat li qed juri u l-fatt li qisu qiegħed isikket in-nies juru l-awtorità talPrinċep. Minkejja li diffiċli jitqabblu l-uċuħ ta’ dan il-persunaġġ u dak ta’ Publju fil-kwadru l-kbir minħabba d-differenza fid-daqs tal-pitturi, nistgħu ngħidu li t-tnejn jirrappreżentaw raġel matur b’daqna pulita fuq wiċċu, li faċilment jista’ jkun li huma l-istess bniedem.
Fiċ-ċentru tal-pittura jidher il-ġifen qed jitfarrak mal-blat waqt li fin-naħa ta’ fuq jidher anġlu żgħir itir b’xabla jew virga f’idu.
Il-mensa tal-altar hija tal-irħam aħdar skur u fin-nofs tagħha hemm medaljun bl-arma ta’ San Pawl.
Dan l-altar jintrama biss fil-festa titulari talparroċċa, għax wara li ntilfu l-ventaltari sekondi fl-1942 qatt ma reġgħu saru oħrajn ġodda għall-festi sekondarji u għal dawk tal-altari. Ilventaltar li jintuża huwa tal-injam indurat bissimbolu tal-Madonna rrakkmat bid-debeb fuq il-lama li kien inħadem fis-snin Ħamsin minn Helen Pizzuto u tħallas mill-aħwa Monsinjuri Ġanpatist u Angelo Ghigo. Il-fjuretti talganutell inħadmu l-Qrendi fis-snin Tmenin waqt li l-gandlieri ta’ kuljum iżżanżnu fl-1966 wara li Mons Angelo Ghigo ħallas £75 għalihom u £11.8.0 għax-xemgħat tagħhom12. Forsi wieħed jiskanta bl-interess li wrew dawn iż-żewġ monsinjuri Mqabbin f’dan l-artal partikulari; dan jagħmel aktar sens meta niftakru li wieħed minnhom, Dun Anġlu, għamel 22 sena Arċipriet tal-Floriana, u s-snin li fihom mexxa din ilparroċċa (1931-1952) ma kinux snin faċli għax bata mal-poplu Florjaniż dak kollu li fissret ilgwerra għal dan is-subborg. Kif jgħid sewwa P. Alexander Bonnici: “L-ebda Arċipriet ma għadda minn ġrajja doloruża tant kbira daqs dik ta’ Ghigo, li ra l-knisja parrokkjali tiġġarraf. L-akbar impenn tiegħu tal-parrokat tiegħu kien li jaħdem biex il-knisja terġa’ tinbena u jibdew isiru mill-ġdid l-opri li kienu ntilfu”13. Bilfors għalhekk li kif ismu baqa’ marbut mal-Floriana u l-Patrun tagħha, daqstant ieħor San Publju baqa’ f’qalbu. Għal ħafna snin dan l-altar ma kellux gandlieri għall-festi, imma nxtraw għallprezz ta’ €1750 b’inizjattiva tiegħi fl-2011 u tħallsu minn Charles Farrugia, li fiż-żmien kien kunsillier tal-Imqabba.
Il-preżenza ta’ dan l-altar b’dak li juri jista’ jkun xhieda oħra li f’Malta l-kult ta’ San Pawl ma kienx mifrud minn dak ta’ San Publju daqs kemm ta’ San Publju ma kienx mifrud minn ta’ San Pawl.
12 Arkivju parrokkjali tal-Imqabba, Notizie storiche..., f. 93 13 Bonnici, 162.

Idħlu fis-sit tagħna biex tkunu aġġornati fuq l-avvenimenti u l-proġetti li norganizzaw 23, Triq Sant’Anna, il-Furjana