1 minute read

Saviour Farrugia

Next Article
Kemm hu sabiħ

Kemm hu sabiħ

Stephen Tonna

Advertisement

Din is-sena jaħbat għeluq il-50 sena mill-mewt ta’ Saviour (Salvu) Farrugia.

Salvu, bħal ħafna Furjaniżi oħra kien reffiegħ tal-vara artistika ta’ San Publju. L-ewwel darba li refa’ kien fil-festa tal1957. Fost ir-reffiegħa li refa’ magħhom insibu lil: Toni Dalli, Ġużi Alamango, Ċensu Camenzuli, Pawlu (tad-Deheb) Calleja u Ninu (ix-Xellu) Pace. Salvu dam jerfa’ għal 11-il sena, bl-aħħar refgħa tkun fil-festa ta’ San Publju li kienet iċċelebrata fil-Furjana, nhar ilĦadd 28 ta’ April 1968. Dakinhar ħabat ukoll is-26 anniversarju mill-ħbit u l-qerda li sofriet il-knisja tagħna fit-Tieni Gwerra Dinjija. Sfortunatament, kważi xahrejn wara l-ħerba talgwerra, u lejlet il-festa ta’ San Ġwann il-Battista (23 ta’ Ġunju 1968), il-Mulej għoġbu jsejjaħlu biex ikun miegħu fis-sema pajjiżna. Hemmhekk, Salvu, mhux jerfa’ x-xbieha ta’ San Publju, iżda akkwista post ħdejh għall-eternità.

Bħalma ġieli ktibt, il-mertu tal-imħabba u lejn Missierna San Publju, huwa proprju dan il-Ġublew tad-Deheb minn mewtu, għax dak li żera’ hu, illum, 50 sena wara għadha tibbenefika minnu l-Parroċċa tagħna.

Sakemm tasal dik il-ġurnata li niltaqa’ miegħek u narak għall-ewwel darba, ovvjament ħdejn San Publju, kompli strieħ fis-sliem Salv. Jekk kellek it-tjubija u l-kariżma ta’ wliedek Mary, Martin u Antoinette, fost l-oħrajn, tilqagħni żgur.

d-devozzjoni li kellu Salvu lejn San Publju, għaddiehom ukoll lil uliedu. Fost l-oħrajn insibu lil Mary, miżżewġa Iles. Mary tinsab ħdejn missierha jgawdu l-Glorja tas-Sema. Fis-snin 80 u 90 Mary kienet tagħmel parti mill-grupp tal-festa. Ħadmet qatigħ f’attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għall-festa. Hemm ukoll ibnu Martin li mexa fuq il-passi ta’ missieru u sal-festa tas-sena l-oħra (2017) kien wieħed mill-grupp tar-reffiegħa talvara ta’ San Publju. Minbarra bħala reffiegħ, Martin ta, u kull meta jkun hemm bżonn, għadu jagħti l-kontribut tiegħu f’dak li jkun hemm bżonn fiddiversi ħidmiet fil-knisja tagħna. U bintu oħra, Antoinette, miżżewġa Cauchi, għadha attiva u tagħti s-sehem volontarju tagħha fil-ħidma filParroċċa bħalma huwa l-qari fil-qasam liturġiku, tqassim ta’ fuljetti, arranġamenti ta’ fjuri, eċċ.

Il-mertu għall-kontribut ta’ dawn in-nies huwa ovvjament tagħhom, għax huma jwettquh, iżda primarjament il-mertu huwa wkoll ta’ missierhom, Salvu. L-aqwa xhieda tal-valuri ta’ mħabba u devozzjoni li Salvu nissel f’uliedu

Għal kull tip ta’ Sfumar fuq Bnadar, Pavaljuni jew Bandalori ċempel lil Evan Abela fuq 77000015 jew facebook https://www.facebook.com/evan.abela.9

This article is from: