familja XITWA 2022 NUMRU 21
grazzi għall-kontributuri professjonali, volontiera u kollegi oħra li jaħdmu magħna.
Dan bl-għan li l-impenn fl-istruttura korporattiva ta’ din l-entità jkompli jissaħħaħ fl-interess tas-soċjetà
Rivista Familja hi inizjattiva tal-Uffiċċju tal-Attivitajiet u Komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Familja toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi uffiċjali dan il-Ministeru. Din ir-rivista titqassam mingħajr ħlas.
Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l-imejl: familja.media@gov.mt
Biex tirċievi r-rivista Familja tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku jew bil-posta: Tonio Bonello, MSPC
Taqsima tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Nru 38
Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta.
Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ Familja mhux neċessarjament jirrifletti l-opinjoni Editorjali.
Tonio Bonello Editur
familja.media@gov.mt
Kontenut
Ħajr
Editorjal 4
Messaġġ mill-Onorevoli Dr Michael Falzon Ministru
6
Messaġġ mis-Sur Mark Musù Segretarju Permanenti 8 Evviva L-Istorja tal-Inbid 10
It-tfal kollha għandhom ikunu trattati b’dinjità, rispett u sens ta’ ġustizzja 12 Il-pjaga tas-solitudni 15
Fil-kamra tas-silenzju fejn jinbena l-vjolin 16 Branding ġdid għal kampanja nazzjonali ĠEMMA 18 Tnedija ta' servizz ġdid online 19 Il-Vjolenza domestika hi affari ta’ kulħadd 21
Ġesù tarbija huwa rigal għalina lkoll 23 Private Pensions Plan 25 Trade and Cooperation Agreement between the EU and the UK 26 Fun Page 28
Attivitajiet Kulturali fil-Kapitali 29
Storja ta’ tifla ta’ 8 snin li fieqet mill-kanċer 31 Tiġi fi tmiem SkolaSajf 33 Wasal il-Bambin 34
Kompetizzjoni bi Premju għall-Kbar 35 Kompetizzjoni bi Premju għat-Tfal 36 ĠEMMA introduces VORPS 37 X’hemm ġdid? 38
Ibni l-futur tiegħek, kun af dwar il-flus 41 Ottubru Roża 43
TAQSIMA TAL-IMU MSPC
Clifford Schembri Chief Information Officer FSWS
TAQSIMA TAL-KOMUNIKAZZJONI MSPC
Peter Miceli Saydon Grafika
Archibald Attard Distribuzzjoni
TAQSIMA ĠEMMA
Helena Holland Team Leader Assistent Direttur
ĦAJR SPEĊJALI
Mark Musù Segretarju Permanenti MSPC
Claudia Mifsud Assistent Direttur
IL-MILIED IT-TAJJEB LILL-QARREJJA KOLLHA TA’
familja.media@gov.mt 3
familja
Tajjeb ingawdu, imma tajjeb niftakru!
Tonio Bonello Editur
Bħal donnu din id-dinja m’hemmx li tistrieħ. Wara sentejn tal-pandemija tal-Covid li ħalliet warajha mijiet ta’ eluf ta’ vittmi u ekonomija dinjija żvinata, nhar l-24 ta’ Frar 2022 kulħadd baqa’ bla kliem hekk kif tħabbar li r-Russja daħlet fi gwerra mal-Ukranja.
Gwerra li forsi tidher, ta’ prinċipju politiku, iżda bil-fatti żgur li hi gwerra li ħalliet u qed tħalli massakru uman, minn tfal sa kbar. Fniet pajjiż u ġabitu pjaga waħda. Reġgħet ħolqot tifkira ħajja ta’ episodji passati ta’ terrur li d-dinja għaddiet minnhom, partikolarment matul dan l-aħħar seklu, u li ‘suppost’ ta’ kull sena infakkruhom biex qatt ma nerġgħu ngħaddu minnhom! Imma l-bniedem ma jitgħallimx.
Ninsabu f’dan iż-żmien tal-festi tal-Milied, ta’ tmiem is-sena u l-bidu ta’ oħra. Hekk bħalna kienu qed iħejju għal dawn il-festi l-poplu Ukren bħal daż-żmien sena. Mur għidilhom li ftit ġimgħat wara pajjiżhom, djarhom u saħansitra l-istess familji tagħhom kellhom jispiċċaw qerda sħiħa.
Tassew, tajjeb ingawdu. Min ma jħobbx jiltaqa’ mal-familja għal xi ikla flimkien? Min ma jieħux opportunità u jmur iqatta’ xi jiem ta’ mistrieħ fil-gżira Għawdxija jew jagħmel xi safra mal-għeżież tiegħu? Min ma jħobbx jagħti u jirċievi xi rigal? Imma din mhix ir-realtà li d-dinja kollha qed tgħix.
L-Ukranja u pajjiżi oħra li jinsabu fi gwerra mhux qed jgħixu Milied bħalna. U dan biex ma nsemmiex gwerer oħra, kbar bħal dawn, iżda li tant il-mezzi ta’ komunikazzjoni darrewna nisimgħu u naraw li forsi, aktarx, spiċċajna ma nagħtux kas tagħhom.
Li titkellem dwar gwerra u massakri ftit jiem bogħod mit-tifkira għażiża (għal min jemmen) ta’ dak li ġie fostna biex isalva d-dinja, forsi ma tinstemax sabiħ. Il-preparamenti fostna għaddejjin ġmielhom. Il-festini, ix-xiri tar-rigali, il-kitba tal-kartolini, it-tiżjin fit-toroq, id-dekorazzjonijiet fi djarna, l-attivitajiet tad-divertiment, dawk kulturali u reliġjużi, kollox għaddej b’dak ir-ritmu tas-soltu, anke jekk kultant bl-iskossi ta’ wara pandemija ta’ sentejn!
Il-gwerra tal-faqar u l-ġuħ, ironikament f’dinja fejn ta’ kuljum jintrema ammont enormi ta’ ikel. Il-gwerra ta’ dawk mingħajr kenn ta’ saqaf fuq rashom. Il-gwerra ta’ dawk li jinsabu waħedhom, f’ċirkostanzi ta’ solitudni, mingħajr imħabba, imwarrba mill-kumplament.
Waqt li tajjeb ingawdu, imma tajjeb ukoll niftakru, li xejn, proprju xejn fil-ħajja m’hu for granted. Tajjeb niftakru li anke f’pajjiżna stess hawn min qed ibati, f’ċirkostanzi partikolari li kull persuna jiġi fuqha d-dell tqil tal-ħajja.
Editorjal
Ministeru, minn ismu stess għandu politika soċjali, tfal. Aktarx dekasteru li jpoġġih tbatijiet soċjetà żminijiet, imma li dawk li bħalissa qed ħajjithom. Tassew, minn qalbi nawgura Milied li jwassalna verament nirriflettu, naħsbu, nisimgħu u kull sitwazzjoni, Mhux essenzjalment bżonn monetarju, dak ħin tagħna spalla
ħajja jew jinħtieġ ftit tama u kuraġġ. Jew sempliċiment biex nisimgħuh. Nassigurak, aqwa minn kull safra, sodisfazzjon li taf li tkun għamilt persuna oħra ferħana, dak tajjeb lil kulħadd.
familja.media@gov.mt 5
Ritratt: Matti
Matul l-2023 se ninvestu fin-nies ftit anqas minn 2 biljun ewro
Kollegi u ħbieb, Dħalna fix-xahar ta’ Diċembru u bdejna resqin bil-mod il-mod lejn tmiem ta’ sena oħra; sena li ġabet magħha bosta tragwardi, emozzjonijiet u sfidi. Fuq livell ta’ pajjiż, komplejna inkabbru l-ekonomija tagħna, filwaqt illi ħdimna għal tisħiħ konsistenti u kostanti fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. Dawn huma fatturi ferm importanti sabiex pajjiżna jkompli jsaħħaħ l-istrutturi soċjali, edukattivi u dawk li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa tal-poplu tagħna. Fi ftit ġimgħat oħra, Jannar 2023 se jagħti bidu għall-implimentazzjoni tal-akbar baġit soċjali ta’ kull żmien, fejn ser ninvestu fin-nies ftit anqas minn 2 biljun ewro. Dan ifisser żieda ta’ kważi €160 miljun oħra fuq din is-sena. Ftit ilu, ppreżentajna wkoll baġit illi kompla jsaħħah il-kredenzjali soċjali tagħna. Baġit b’saħħtu, mogħni b’miżuri soċjali sostennibli mmirati sabiex inkomplu nsaħħu l-qafas soċjali u ngħollu l-kwalità tal-ħajja. L-isfidi li qed jolqtu l-pajjiżna huma kbar, imma għalkemm kbar, xprunawna aktar biex b’għaqal u prudenza nwieżnu l-aktar lil dawk li l-aktar għandhom bżonn għajnuna. Dan, mingħajr ma tfajna l-ebda piżijiet fuq il-familji, in-negożji u l-intrapriżi.
Bqajna ffukati fil-viżjoni soċjali tagħna. Ma ħallejnihiex tittappan quddiem l-isfida tal-pandemija. U lanqas issa, quddiem id-daqqa tal-inflazzjoni. Għandna l-kredibilità bħala pajjiż u bħala Ministeru, illi dak li nwiegħdu inwettquh, u kif għamilna fis-snin imgħoddija, mill-għada li tħabbru l-miżuri soċjali, l-impjegati fil-Ministeru bdew jaħdmu, biex mill-aktar fis possibbli, nibdew inwettqu l-miżuri mħabbra.
Wettaqna l-miżuri soċjali kollha tul l-aħħar sena, ċertifikat ieħor li minnu qed igawdu l-aktar in-nies, għax illum għandhom is-serħan il-moħħ, iċ-ċertezza u l-istabbiltà li tant għandna bżonn fiż-żminijiet li qed ngħixu fihom illum.
familja.media@gov.mt 6
L-Onorevoli Michael Falzon Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Kontinwament, qed jirnexxilna nilqgħu għad-domanda u t-tħaddim ta’ benefiċċji fil-ħin, grazzi għall-ħaddiema kollha li jaħdmu f’dan il-Ministeru Soċjali. Nixtieq hawn nieħu din l-opportunità sabiex infaħħar ix-xogħol imprezzabbli illi jwettaq is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, Mark Musù u lil dawk kollha li ħadmu miegħu biex tfasslu l-miżuri u lil dawk il-kapijiet u l-istaff tagħhom, li qed jaħdmu biex jitwettqu dawn il-miżuri.
Ma ninsiex lill-kapijiet u mpjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dikasteru ta’ dan il-Ministeru u lill-istaff fis-segretarjat għall-ħidma tagħhom matul is-sena biex inkunu ta’ spalla għal dawk li jiġu bżonn is-servizzi tagħna.
Irridu nibqgħu nkunu hemm għal kulħadd, sabiex kull persuna tilħaq l-ambizzjonijiet, l-aspirazzjonijiet u l-potenzjal kollu tagħha. Kulħadd għandu post u spazju f’din is-soċjetà, bi ftit aktar solidarjetà u empatija nistgħu niksbu wisq aktar flimkien.
Nawgura lilkom u lil dawk kollha għal qalbkom, l-isbaħ xewqat għall-Milied u s-sena l-ġdida.
familja.media@gov.mt 7
Inkomplu nsaħħu l-qafas soċjali
Mark Musù
Segretarju Permanenti Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal
F’dawn l-aħħar ġimgħat temmejna t-twettiq sħiħ tal-pakkett tat-28 miżura soċjali fdati din is-sena f’idejn il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal biex jimplimentahom. Dan sar bil-pagament fl-aħħar ġimgħa ta’ Novembru ta’ għotjiet lil madwar 5,500 eks ħaddiema tax-xatt, eks membri tal-korpi, eks ħaddiema tal-Gas Board u apprentisti bħala kumpens għall-anomaliji tal-imgħoddi.
Fil-ġimgħa ta’ wara ħarġu l-pagamenti lill-familji li bbenefikaw għall-ewwel darba mit-twessigħ fil-limitu tad-dħul fl-iskema tal-In-Work Benefit. Għal koppji fejn it-tnejn jaħdmu, il-limitu tad-dħul tela’ għal €50,000, filwaqt li fiż-żewġ kategoriji l-oħra – għal ġenturi waħidhom li jaħdmu u familji fejn wieħed mill-ġenituri jaħdem – il-limitu żdied għal €35,000. .
B’kollox 9,200 familja b’madwar 14,000 tifel u tifla tħallsu €200 għal kull wild. Dawn il-familji ma kellhomx għalfejn japplikaw, iżda ngħażlu skont id-dħul tagħhom f’eżerċizzju li tmexxa mill-MITA flimkien mad-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza fuq tagħrif miġbur mingħand l-Uffċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi.
Waqt li kien qiegħed isir dan l-eżerċizzju nstab li 10,300 familja oħra b’15,400 tifel u tifla suppost li huma wkoll intitolati għal dan il-benefiċċju għax jaqgħu taħt il-limiti tad-dħul l-antiki, iżda għal xi raġuni jew oħra naqsu li japplikaw.
Hekk kif din l-informazzjoni ġiet għall-attenzjoni tiegħi kkonsultajt f’livell
għall-Għajnuna Finanzjarja. B’hekk l-għadd globali ta’ familji li din is-sena bbenefikaw mill-In-Work Benefit tela’ għal 26,500 – aktar minn tliet darbiet u nofs ta’ dak li kellna fl-2021.
Fl-istess żmien ħdimna spalla ma’ spalla ma’ uffiċjali fil-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol biex jiġi varat il-mekkaniżmu addizzjonali tal-COLA għall-persuni vulnerabbli bl-għan li dawn jitħallsu l-pagamenti dovuti lilhom qabel il-Milied.
Kien ta’ sodisfazzjoni kbir għalija u għal kull min ħadem biex nagħtu s-sehem tagħna biex jidħol fis-seħħ dan il-mekkaniżmu, kif ukoll li implimentajna kompletament il-pakkett ta’ miżuri tal-2022 għax b’hekk inħoss li mill-ġdid konna ta’ sostenn u wens, u għamilna differenza fil-ħajja ta’ dawk li gawdew minn dawn l-inċentivi.
familja.media@gov.mt 8
Għalaqna kapitlu ta’ appoġġ u għajnuna u ftaħna ieħor. Dan għaliex fl-istess perjodu ħabrikna biex dan ix-xahar u fl-ewwel ġimgħat ta’ Jannar nibdew bla dewmien nimplimentaw it-23 miżura soċjali li tħabbru fil-Baġit 2023 u li ġew fdati lilna biex inwettquhom. Konsistenti mal-impenn tagħna li nkunu ta’ tarka għal dawk fil-faxxa t’isfel tas-soċjetà, il-familji bit-tfal, l-anzjani u l-pensjonanti, qed nissoktaw intejbu diversi benefiċċji għalihom biex flimkien mal-miżura soċjali indiretta li qed tissussidja b’saħħa l-prezzijiet tal-enerġija u tal-qmuħ u ċereali, ngħinuhom ilaħħqu aħjar mal-ħajja ta’ kuljum u jilqgħu għall-isfidi tal-inflazzjoni.
B’kollox il-miżuri ser jiswew €86 miljun. Il-parti l-kbira tan-nefqa ser tmur biex għal darb’oħra jiżdiedu l-pensjonijiet tal-irtirar, tar-romol, tal-invalidità u l-pensjoni mhux kontributorja tal-età. Kull pensjonant u pensjonanta ser jiżdiedu €12.50 fil-ġimgħa, inkluż iż-żieda għall-ogħli tal-ħajja.
Ser igawdu wkoll mit-tkomplija ta’ żewġ miżuri oħra li varajna din is-sena. Waħda minnhom taħseb biex isir aġġustament fil-ħlas tal-bonus għall-għoli tal-ħajja li jitħallas separatament mal-pensjoni. Dan l-aġġustament qed isir b’mod gradwali bil-għan li finalment dan il-bonus ikun l-istess għal kull pensjonant u mhux b’rati differenti kif inhu s’issa.
Proċess ieħor simili qed isir fil-pensjonijiet tar-romol. Dawn qed jiġu aġġustati biex sal-2027 ikunu ekwivalenti għall-pensjoni tal-konjuġi li jkunu ġew nieqsa. Permezz ta’ dan it-titjib, min jikkwalifika fl-2023 se jkun qed jieħu żieda medja ta’ €3.54 fil-ġimgħa, min anqas u min aktar.
Għal familji bit-tfal taħt is-sittax-il sena ser inwettqu titjib li jiswa madwar €5.6 miljun. Dan jikkonsisti f’żieda ta’ €90 fis-suppliment li jitħallas lil kull wild mal-allowance tat-tfal. Is-suppliment se jiżdied għal bejn €140 u
€160 kull wild skont id-dħul tal-familja. Dan it-titjib ser ikompli gradwalment biex sal-2027 kull suppliment ikun globalment żdied b’€450 kull wild.
M’għandix l-ispażju biex indur kull miżura li sawwarna, però ma nistax inħalli barra miżura li tirrikonoxxi b’mod konkret is-sagrifiċċju u d-dedikazzjoni ta’ dawk il-ġenituri li jkollhom jew kellhom jitilqu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb wild b’diżabilità severa. Il-benefiċċju li ħloqna għalihom is-sena l-oħra ser jiżdied b’disa’ darbiet minn €500 għal €4,510, li huwa ekwivalenti għan-nofs il-Paga Minima Nazzjonali netta. Għalija din hija miżura sinifikanti li turi kemm verament qed naqdu l-missjoni tagħna li nkunu ta’ sostenn għal familji mtaqqla bi problemi.
Kuntent li l-miżuri soċjali ntlaqgħu tajjeb fil-medja u mill-imsieħba soċjali, tant li dan l-aħħar Baġit b’mod ġenerali kien diskritt bħala wieħed soċjalment b’saħħtu u ġust. Fosthom laqtuni l-kummenti tal-Alleanza Kontra l-Faqar li esprimiet sodisfazzjoni dwar il-miżuri li sejħitilhom, fid-direzzjoni t-tajba.
Bħall-imgħoddi nixtieq inwassal il-ħajr tiegħi lill kull minn ta’ sehmu biex tfasslu dawn il-miżuri u lil dawk li qed jaħdmu mal-MITA biex inwettquhom. Grazzi mill-qalb għall-appoġġ u l-ħidma tagħkom. Insellem u nagħti ħajr lill-impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għax-xogħol imprezzabbli li jagħmlu fis-settur tal-politika soċjali u l-ħarsien soċjali.
Fl-aħħarnett, nieħu l-okkażjoni biex inwassal l-isbaħ xewqat għal Milied ħieni u sena mimlija saħħa, risq, barka, paċi u sliem lilkom u l-familji kollha tagħkom.
familja.media@gov.mt 9
L-istorja tal-Inbid Evviva…
Doris Zammit Xandara u Kittieba
“L-iskoperta tal-inbid hija mument akbar mill-iskoperta ta’ konstallazzjoni. L-univers huwa mimli stilel.” Benjamin Franklin Ħelu jew xott, aħmar jew abjad, ifexfex jew le. L-inbid l-aktar alkoħoliku maħbub fl-istorja tad-dinja.
L-ewwel indikazzjonijiet li għandna tal-inbid, fejn jindikaw li dan beda jiġi prodott, imorru lura sa aktar minn 7,500 sena ilu fil-pajjiż illum magħruf bħala l-Iran. Imma għalkemm m’hemm l-ebda evidenza arkeoloġika biex
tiddetermina eżattament meta beda jsir l-inbid, m’hemmx dubju li jmur ħafna aktar snin minn hekk.
Li nafu hu li sa mill-bidu tiegħu l-inbid żamm l-ogħla post fis-soċjetà billi kien jintuża f’ritwali reliġjużi u kien jiġi nnegozjat bejn in-nobbli u dawk sinjuri.
L-inbid kien maħsub bħala rigal għas-Slaten u dawk l-inbejjed li għadda ż-żmien minn fuqhom ġew moħbija f’postijiet friski daqs li kieku kienu xi teżor kbir.
Illum, l-inbid huwa wieħed mill-aktar xarbiet li tiġi prodotta u kkunsmata madwar id-dinja, Chardonnay, Merlot, Riesling, Syrah - hemm ħafna tipi ta’ nbid minfejn nagħżlu. U mhux biss inbid magħmul mill-għeneb imma nsibu inbid magħmul mill-frott, mill-fjuri u anke mill-ħaxix!
Hemm qawsalla sħiħa ta’ nbejjed madwar id-dinja, imma m’hemm xejn ħelu u tajjeb daqs dawk li huma magħdudin mal-inbid abjad. Ejjew ma nagħmlux l-iżball li jagħmlu ħafna, l-inbejjed bojod rarament jekk qatt huma tassew bojod fil-kulur, imma aktarx huma kulur safrani kulur it-tiben, kulur dehebi jew isfar fl-aħdar.
L-inbid abjad jinkludi l-akbar persentaġġ ta’ nbejjed magħmula fil-Ġermanja u l-Iżvizzera, filwaqt li lejn nofs in-naħa ta’ fuq ta’ Franza hija wkoll magħrufa għall-varjetà vasta ta’ nbid abjad. Huma meqjusa fost l-aktar inbejjed delizzjużi u ħafna drabi aktarx li jakkumpanjaw platti tal-ħut.
familja.media@gov.mt 10
F’Katalonja, fil-fatt hemm dak l-inbid abjad speċjali magħruf bħala Cava, u x-xampanja hija verament inbid abjad ifexfex li jiġi prodott f’Champagne fi Franza.
Mill-banda l-oħra l-inbid aħmar huwa magħmul minn varjetà ta’ għeneb li huwa skur fil-kulur. Il-kulur tal-inbid jista’ jvarja minn vjola skur, tipiku ta’ nbejjed li għadhom fil-bidu tagħhom, aħmar jgħajjat għall-inbejjed aktar maturi u kannella għal dawk l-inbejjed ħomor li għadda ż-żmien minn fuqhom. Ix-xiropp mill-għeneb l-iswed ikun aħdar fl-abjad. Il-kulur aħmar jiġi minn pigmenti preżenti fil-qoxra tal-għeneb. Ħafna mill-proċess fil-produzzjoni tal-inbejjed ħomor jinvolvi l-estrazzjoni tal-kulur u l-komponenti għat-togħma fil-qoxra tal-għeneb.
Kemm l-inbid abjad u dak aħmar, huwa ta’ benefiċċju għas-saħħa, dejjem jekk jittieħed f’moderazzjoni. Kemm l-aħmar u anke l-abjad, huma għanja fl-anti-ossidanti, iżommu l-kolesterol ħażin baxx, iżommu l-qalb b’saħħitha, jirregolaw iz-zokkor fid-demm, inaqqsu r-riskju tal-kanċer, jgħinu biex jittrattaw riħ komuni, iżommilna memorja tajba, u anke figura snella.
Ta’ min iżid jgħid li għall-adulti b’saħħithom, in-nisa ta’ kull età jistgħu jixorbu sa tazza waħda nbid aħmar kuljum, u għall-irġiel sa 65 sena, tazza nbid waħda kuljum ukoll. Filwaqt li inbid abjad għan-nisa tazza waħda kuljum, u żewġ tazzi għall-irġiel.
Ma jistax jonqos li l-aħjar mod li nistgħu niċċelebraw l-inbid huwa billi niltaqgħu flimkien ma’ sħabna jew membri tal-familja tagħna naqsmu flimkien xi flixkun jew tnejn inbid minn dawk li huma favoriti tagħna. Ma ninsewx, l-inbid nistgħu niċċelebrawh is-sena kollha, dejjem bil-limitazzjoni. F’dawn il-festi li ġejjin, nistgħu nixorbu inbid imma, nieħdu ħsieb li ma nixorbux iżżejjed u jekk nixorbu naraw li ma nsuqux aħna ħalli nevitaw l-aċċidenti.
Nieħu l-okkażjoni biex nawgura lilkom għeżież qarrejja l-Milied t-tajjeb u sena ġdida mimlija dak kollu li tixtieq qalbkom. Ċin Ċin.
It-tfal kollha għandhom ikunu trattati b’dinjità, rispett u sens ta’ ġustizzja
Tonio Bonello Editur
Reċentament intervistajt lis-Sinjura Antoinette Vassallo, li nħatret bħala Kummissarju tat-Tfal b’seħħ mill-1 ta’ Frar ta’ din is-sena. Imwielda r-Rabat (Malta) fl-1957, hi l-iżgħar wild minn fost erba’ aħwa. Attendiet l-Iskola Primarja tar-Rabat u wara kompliet is-Sekondarja fl-iskola ta’ Santa Tereża fl-Imrieħel. F’din l-ewwel parti tal-intervista bdejt biex staqsejtha, ... ___________________________________
Xtaqt issir għalliema iżda fil-fatt għażilt triq oħra. Għaliex?
Veru, kelli ħajra li nkompli l-istudji tiegħi biex insir għalliema, iżda ġara li kien ħareġ il-kors tal-infermiera u fettilli napplika. Intgħażilt u b’hekk biddilt il-ħsieb tiegħi u għamilt il-kors ta’ infermiera State Registered Nurse (SRN) fin-Nursing School ta’ Gwardamangia. Dak iż-żmien il-kors kien madwar tlitt snin u nofs, u fl-1975 ilħaqt SRN. Kont magħżula biex naħdem fl-Operating Theatre tal-ENT u wara sentejn ħdimt ġewwa O.T. ta’ Karen Grech kif ukoll ta’ Gwardamangia f’ħafna oqsma differenti.
Bqajt naħdem sas-sena 1985 fejn irriżenjajt għax iżżewwiġt u mort noqgħod ġewwa l-lokalità ta’ Ta’ Xbiex. Kellna ħames ulied, erba’ subien u tifla, għalkemm b’dispjaċir kbir tlift it-tieni wild ta’ sena u xahrejn. Dejjem emmint li d-dover tiegħi kien li nibqa’ d-dar sabiex inrabbi l-uliedi bl-aħjar mod possibbli. Kif tiddeskrivi l-ħidma tiegħek, mill-ewwel impjieg sal-lum?
Meta rajt li uliedi kibru biżżejjed u li stajt nagħti kontribut aktar wiesgħa fis-soċjetà, kont ikkontestajt l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fl-1999 f’isem il-Partit Laburista. Bi pjaċir ngħid li kont eletta mill-ewwel bħala l-ewwel sindku mara f’isem il-Partit Laburista. Bqajt inservi ta’ sindku għal Ta’ Xbiex erbatax-il sena konsekuttivi. Fl-2013 iddeċidejt li nirriżenja. Il-kariga tiegħi ta’ sindku kienet waħda interessanti ħafna. Tgħallimt ħafna għax matul il-kariga kelli diversi esperjenzi u sfidi differenti li għallmuni ħafna. B’hekk komplejt insaħħaħ
familja.media@gov.mt 12
Il-Kummissarju tat-Tfal Antoinette Vassallo (L-Ewwel Parti)
il-karattru tiegħu u sirt aktar kapaċi li niffaċċja kull diffikultà li niltaqa’ magħha.
Wara ftit xhur kelli l-opportunità li naħdem bħala Chairperson tal-Awtorità tad-Djar. Kariga ġdida, li ġabet wkoll ħafna sfidi ġodda u esperjenzi li ma ninsiehom qatt. Matul iż-żmien kont involuta wkoll f’diversi kumitati u bordijiet, bħal pereżempju direttur fuq il-bord tal-MCA kif ukoll tal-MIP. Għal darb’oħra, permezz ta’ dan kollu, jiena bqajt nieħu sehem f’diversi setturi li nemmen li tawni aktar esperjenza fil-ħidma diversa tiegħi.
Ma nistax ma nsemmiex iċ-Children and Young Persons Advisory Board, li kont immexxi flimkien ma’ għaxar membri oħra. Kien bord li ġabni qrib ħafna r-realtajiet tal-ħajja u aktar u aktar, qrib dawk it-tfal vulnerabbli. Għamilni aktar konxja ta’ kemm għandna nħarsu lill-uliedna, ngħożżuhom u naraw kif nistgħu nagħtuhom l-aħjar li jixirqilhom. Fuq kollox it-tfal huwa dritt tagħhom li jkollhom ħajja diċenti, imrobbija tajjeb u kif jixirqilhom. Għandna nagħtuhom l-imħabba kollha li jistħoqqilhom u ngħallmuhom kif għandhom jitilgħu ċittadini tajbin.
Illum tinsab f’din il-pożizzjoni ta’ Kummissarju tat-Tfal. X’tara li hu rwol tiegħek, u x’tixtieq tagħmel bl-għan li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tat-tfal Maltin u Għawdxin?
Illum bħala Kummissarju għat-Tfal qed niffaċċja diversi sfidi ġodda, dejjem bl-għan li nkun minn ta’ quddiem biex nara li ntejjeb il-kwalità tal-ħajja tat-tfal Maltin u Għawdxin. Huwa d-dover tiegħi li flimkien mal-Uffiċċju li jaqa’ taħti, nippromwovi u naqbeż għad-drittijiet u l-interessi tat-tfal kollha.
Irridu nassiguraw li t-tfal ikun qegħdin jinstemgħu meta jesprimu l-fehmiet tagħhom u li dawn fil-fatt qed jiġu kkunsidrati. Nemmen li għandi nippromovi l-ħarsien tal-għaqda tal-familji tagħhom għax nemmen bis-sħiħ li l-aqwa interessi tat-tfal u tal-familji għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox. It-tfal kollha għandhom ikunu trattati b’dinjità, rispett u sens ta’ ġustizzja. L-istess għandu jingħad għal tfal b’diżabbiltà, barranin jew oħrajn f’sitwazzjoni żvantaġġjuża.
familja.media@gov.mt 13
Tħoss li hawn inġustizzji u abbużi fil-konfront tat-tfal illum? Jekk iva, f’liema aspetti?
Jien naħseb li l-inġustizzji u l-abbużi fil-konfront tat-tfal sfortunatament minn dejjem kienu jeżistu, u għalhekk ma jonqosx il-fatt li anke fil-ħajja tal-lum dawn il-fatturi għadek issibhom. Eżempju żgħir li nemmem li huwa fatt reali fil-ħajja tal-lum, huwa meta jkun hemm tilwin fil-familji bejn il-ġenituri, li din jirriżulta li jispiċċaw f’separazzjoni, b’konsegwenza li t-tfal jistgħu jispiċċaw ballun bejn il-ġenituri.
Għalkemm dan m’hux ikkunsidrat bħala abbuż fiżiku, xorta waħda t-tfal ikunu qed jiġu effettwati ħażin ħafna, b’konsegwenza li eventwalment it-tfal ikunu effettwati fis-saħħa mentali anke ’l quddiem.
Naturalment hemm ħafna tipi ta’ abbużi oħra fil-konfront tat-tfal illum u għalhekk wieħed irid joqgħod attent biex jevalwa eżatt x’wassal għal kull tip ta’ abbuż li jista’ jeżisti. Hemm dak l-abbuż fiżiku kif ukoll mentali li xorta jista’ jkun ta’ detriment fil-ħajja tat-tfal.
Illum hemm ukoll il-fatt tat-teknoloġija li tant daħlet fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna, inkluż it-tfal. Huwa fatt li t-teknoloġija fiha ħafna tajjeb u vantaġġi li jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira speċjalment fejn jidħol tagħlim, studju eċċ. Però bħal kwalunkwe xort’oħra qed insibu li jsir ħafna abbuż kemm fuq adulti kif ukoll fil-konfront tat-tfal tagħna.
Huwa fatt reali li t-teknoloġija tista’ tkun ta’ tfixkil u ta’ detriment anke għat-tfal tagħna li jibdew jużaw it-teknoloġija sa minn età żgħira. Għalhekk huma importanti li l-ġenituri stess għandhom joqogħdu attenti għal uliedhom ħalli jkunu infurmati x’inhuma jikkomunikaw u ma’ min. Fuq kollox, għandna ngħallmu lit-tfal dwar kif jistgħu jipproteġu lilhom infushom online ukoll.
It-tieni parti ta’ din l-intervista se tidher fil-ħarġa li jmiss ta’ Familja
Il-pjaga tas-solitudni
Vince Tonna M.Ger; Dip.Appl. Social Studies Social Worker
Fi studju li sar fi-2019 mill-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà kien indikat b’mod allarmanti kemm hemm fostna persuni Maltin li jħossuhom jgħixu fis-solitudni. Dan l-istudju wera li fostna hemm 200,000 persuna li qed jgħixu fis-solitudni!
Ir-rapport jindika wkoll li kull sena dan in-numru bi problema ta’ solitudni qed jiżdied f’kull persuna ta’ etajiet differenti. Qed iħossuhom li għandhom sens ta’ vojt f’ħajjithom, anke minkejja li qed ngħixu f’dinja li saret bħal raħal u miżgħud b’mezzi teknoloġiċi. Biex inkompli ma’ dan is-suġġett nixtieq niddefinixxi s-solitudni skont id-dizzjunarju Merriam-Webster. Min qed ibati bis-solitudni għax m’għandux kumpanija; maqtugħa minn oħrajn u/jew imdejjaq billi jkun waħdu. Irrid nagħmlu wkoll distinzzjoni bejn is-solitudni:
A) tħossok waħdek.
B) iżolat/a meta tħossok waħdek u ftit li xejn għandek kuntatti soċjali. (Jista’ jkun minħabba nuqqas ta’ mobilità jew persuna tkun timida ħafna).
C) deżolat/a: Tkun waħdek wara li tlift lil xi ħadd għażiż tiegħek u tkun abbandunat speċjalment mill-qraba tiegħek.
F’diversi studji oħra dwar is-solitudni fost l-anzjani jgħidu li l-anzjani ma jgorrux dwar il-problema tas-solitundni aktar miż-żgħażagħ!
Huwa imperattiv il-kwalità tar-relazzjonijiet li jkollna man-nies hija kruċjali. Wieħed jista’ jiltaqa’ ma’ ħafna nies f’ħajtu iżda jħossu lonely għaliex ma jkunx jista’ jikkomunika tajjeb magħhom. Minn naħa l-oħra, persuna tista’ jkollha kuntatt intimu ma’ persuna waħda biss u tegħleb il-problema tas-solitudni!
Meta xi ħadd jispiċċa lonely jgħaddi minn fażi ta twasslu biex jaħrab in-nies u jispiċċa b’dipressjoni u ansjetà kbira!
Persuna tista’ wkoll taqa’ fis-solitudni minħabba: li għaddiet mill-esperjenza ta’ separazzjoni; persuna li kienet kostretta li tmur tgħix f’post ieħor bħal f’xi Dar Residenzjali; tappartieni f’reliġjon li ma hijiex bħal tal-ġirien tagħha; tħaddan politika differenti minn dawk ta’ madwarha; qegħda tara l-ħbieb tagħha jmutu jew jidħlu f’xi Dar Residenzjali jew Sptar tilfet xi pet li jkun għal qalbha. persuna li tilfet xi għażiż tagħha.
Ftit suġġerimenti li nixtieq nelenka sabiex aħna ma ngħixux fis-solitudni huma: a) nippruvaw niżviluppaw it-talenti/skills tagħna. Anzi nitgħallmu xi talent ġdid. b) naqbdu hobbies ġodda. c) niltaqgħu aktar man-nies sabiex inwessgħu ċ-ċirku tal-ħbieb tagħna. d) nagħmlu xogħol volontarju. e) nirrakkomanda wkoll li dawk in-nies li ma jistgħux jegħlbu din il-problema tas-solitudni għandhom jitolbu l-għajnuna ta’ xi professjonist.
familja.media@gov.mt 15
Ritratt : Keenan Constance
Fil-kamra tas-silenzju fejn jinbena
l-vjolin
Intervista ma’ Charlo Xuereb, Lutjier tal-Vjolini
impenjattiv ħafna u li ftit li xejn hawn min jiprattikah”, kompla jgħidli.
Il-ħoss tal-vjolin hu wieħed partikulari li jqajjem is-sensi kollha u li jeħodna f’dinja oħra. Iżda wara kull vjolin hemm storja differenti u proċess twil li fih jinbena. Fost dawn hemm emozzjonijiet tal-lutjier li għal xhur sħaħ ikun ħadem fis-solitudni sabiex jibni vjolin. Dan il-mistjier hu aktarx rari u reċentament kelli l-opportunità niltaqa’ mal-lutjier Charlo Xuereb minn Marsaskala. Xuereb jibni l-vjolini kif ukoll hu restawratur tagħhom. Żort lil Charlo fil-post eżattament fejn jaħdem biex stajt nara b’għajnejja stess kif isir il-proċess tal-bini tal-vjolini fl-injam partikulari u l-għodda li tintuża apposta, ħafna drabi magħmula minn Xuereb stess. Beda biex qalli li l-istrumenti tal-mużika ilhom jeżistu għal ħafna żmien u saħansitra jmorru lura fl-era Biżantina, imma jidher li l-aktar li ħadu spunt kien fis-seklu sittax b’dawk l-aktar popolari jkunu l-Vjolin, il-Vjola u l-Vjolinċell. “Wara li għaddew minn ħafna tibdil kien fl-1566 li ħadu spinta ’l quddiem mill-familja Amanti, u dak l-aktar famuż Antonio Stradivari. Il-mistjier ta’ lutjier hu wieħed uniku u
Charlo spjegali kif il-proċess tal-vjolin hu wieħed sabiħ u interessanti fejn l-ewwel ma jibda jaħdem ikun fuq blokki tal-injam magħrufa bħala spruce.u maple li fil-biċċa -kbira tiegħu dan jiġi impurtat mill-Balkani. “Il-blokok fihom infushom jiswew il-flus imma dawn ikunu aħjar kwalità għal biċċa xogħol professjonali bħal hu vjolin. Bejn wieħed u ieħor il-proċess biex jinbena vjolin idum madwar xahrejn.” -blokki jiġu maqtugħa bi preċiżjoni kbira wara ħafna kalkoli fejn imbagħad isir id-disinn li jrid ikun dettaljat u ġeometrija eżatta. Charlo żied jgħid li hu jagħżel li jimxi fuq il-mudell Guarnieri del Gesù u raġun għax dawn huma rinomati ħafna. “Għal dan fatt, ħafna lutjieri kontemporanji jimxu fuqu. Giuseppe Guarnieri del Gesù hu isem ieħor famuż fejn jidħol vjolini u jħabbatha sew ma’ Stradivarius. Il-proċess ikompli billi ċentru u nagħmel il-forma li trid tkun kompla Xuereb. namra għal vjolini ilha li nibtet f’Charlo sa minn tfulitu li minn dejjem affaxina ruħu bil-ħoss tal-vjolin, kemm waqt li qed jisimgħu f’xi festa jew f’xi kunċert. Din il-passjoni kompliet tikber fih sa ma wasal biex beda jistudja l-mużika u l-istrument innifsu. Għalih, il-mużika u l-istess ħoss tal-vjolin beda jqishom bħala lingwa u anke beda jiżviluppa l-widna għalihom.
familja.media@gov.mt 16
Mary Anne Zammit
Irid jingħad li Xuereb kellu diġà għarfien tal-iskultura, ix-xogħol tal-injam, il-bini u l-arti teknika. Dawn l-ingredjenti flimkien ħolqu fih l-artist sħiħ li hu llum, iżda jistqarr li l-akbar passjoni kienet, għadha u tibqa dik lejn il-vjolin.
Ta’ 27 sena bdiet tberren f’moħħu l-mistoqsija dwar kif vjolin jimbena minn ġewwa u minn xiex ikun magħmul u hekk, ftit ftit beda wkoll il-mistjier ta’ restawratur.
Bla dubju, Charlo huwa bniedem artistiku, jgħix għall-arti waqt li kontinwament jivvjaġġa fil-mistjier tiegħu. B’hekk mix-xogħol tar-restrawr, Charlo beda janalizza kif il-vjolin hu mfassal u dan waslu biex beda jibnihom hu stess. Aktar tard Xuereb beda jaqra u jagħmel ir-riċerka tant li beda jistudja bis-serjetà ma’ persuna intiża fil-qasam. Charlo kuntent ħafna f’din it-triq li qabad imma jistqarr, “Jekk tgħidli, ‘wasalt x’imkien?’, ngħidlek li le għax it-triq hija twila u trid tibqa’ miexi ’l quddiem dejjem. Però għalija hu ta’ sodisfazzjon kbir li nisma’ vjolin idoqq li nkun bnejtu jien stess.’ Għal Charlo, il-vjolin għandu l-faxxinu tiegħu u jixtieq li jkun hawn aktar lutjieri bħalu sabiex ikomplu f’dan il-mistjier. Verament, ikolli ngħid, din kienet intervista interessanti u li tefgħet, anke fuqi stess, dawl ġdid dwar il-proċess tal-bini tal-vjolini.
familja.media@gov.mt 17
Charlo Xuereb, Lutjier tal-Vjolini
Branding ġdid għal kampanja nazzjonali ĠEMMA
Tonio Bonello
Ir-rata ta’ persuni li huma sidien ta’ djarhom f’pajjiżna preżentament tlaħħaq it-tmenin fil-mija. Dan tħabbar mill-Onorevoli Michael Falzon, Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha kien imniedi l-branding il-ġdid tal-kampanja nazzjonali ĠEMMA.
Il-kelliem kompla li bħala poplu, il-Maltin ifaddlu u li l-ġenerazzjoni attwali bħalissa qed tgħix fi sfond ta’ esperjenza edukattiva ġdida li tħares, mhux biss lejn ir-riżultati imma lejn il-ħajja umana minnha nfisha.
Fid-dawl tat-tnedija tal-logo il-ġdid ta’ ĠEMMA, il-Ministru żied jgħid li l-kunċett li wieħed jippjana l-finanzi tiegħu għal quddiem, illum aktar minn qatt qabel sar neċessità għax ir-realtajiet li aħna u d-dinja kollha qed ngħixu fihom illum kulħadd jaf x’inhuma.
Kompla li apparti l-branding il-ġdid ta’ ĠEMMA, illum qed naġġornaw ruħna fl-edukazzjoni u rridu nkunu aħna stess li mmorru għand in-nies. “Hemm bżonn li lkoll kemm aħna inħarsu lejn il-prijoritajiet fl-ordni meħtieġa”, temm jgħid.
Aktar qabel tkellmet Helena Holland, il-Kap tal-kampanja ĠEMMA li apparti t-tnedija tal-logo il-ġdid, ħabbret ukoll kompetizzjoni ġdida miftuħa għall-iskejjel bl-isem “Build your future, be smart about money.” Il-kompetizzjoni issa tinsab miftuħa u se tagħlaq f’Marzu 2023. It-tnedija uffiċjali saret it-Tlieta 18 ta’ Settembru 2022 fil-bini tal-Università fil-Belt Valletta.
familja.media@gov.mt 18
Tnedija ta' servizz ġdid online
IMU Team
Launch of new online service Repay an Overpayment – Employer
This service provides the facility for an employer who receives an overpayment advise letter in connection with a claim for tapering of benefits, to repay online the amount due to the Department of Social Security. The information provided in the overpayment advice letter is to be utilised to complete the online overpayment repayment.
Once the employer receives a Notice of Overpayment from the Department of Social Security, the overpayment may be repaid online. The employer can authorise a representative to make an online repayment on their behalf.
Tnedija ta' servizz ġdid online Ħlas Lura ta' Pagament Żejjed - Min Iħaddem
Dan is-servizz jipprovdi l-faċilità lil min iħaddem li jirċievi ittra ta' avviż ta' ħlas żejjed b'rabta ma' talba għal tnaqqis gradwali tal-benefiċċji, iħallas online l-ammont dovut lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. L-informazzjoni pprovduta fl-ittra ta’ avviż għandha tintuża sabiex isir il-ħlas lura online tal-pagament żejjed.
familja.media@gov.mt 19
Photo by Andrea Piacquadio
Ladarba min iħaddem jirċievi Avviż ta' Ħlas Żejjed mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, il-ħlas żejjed jista' jitħallas lura online. Min iħaddem jista' jawtorizza rappreżentant biex jagħmel ħlas lura online f'isimhom.
id-Dettalji Bankarji tiegħek aġġornati. Huwa faċli li taġġorna l-informazzjoni Bankarja tiegħek miżmuma mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali online
Enhanced online service
Banking Details
Through this service, you can change the Banking Details of how you are receiving your benefit or how to update your banking details held by the Department of Social Security. It is important to keep your Banking Details up to date. It's easy to update your Banking information held with the Department of Social Security online
By authenticating with their e-ID, an Agent, Administrator, or Agent appointed by an Administrator who is duly registered with the Department of Social Security, can change the banking details of the social security beneficiary being represented. As a citizen registered under the Social Security Act (Cap. 318.), you can now update your banking details held by the department by authenticating with your e-ID, even though you may not be a beneficiary to date.
Servizz online imtejjeb
Dettalji Bankarji
Permezz ta’ dan is-servizz, tista’ tibdel id-Dettalji Bankarji ta’ kif qed tirċievi l-benefiċċju tiegħek jew taġġorna d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Huwa importanti li żżomm
Billi jawtentikaw bl-e-ID tagħhom - Aġent, Amministratur, jew Aġent maħtur minn Amministratur li huwa debitament irreġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jistgħu jibdlu d-dettalji bankarji tal-benefiċjarju tas-sigurtà soċjali li jkun qed jiġi rappreżentat. Bħala ċittadin reġistrat taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.), issa tista' taġġorna d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mad-dipartiment billi tawtentika bl-e-ID tiegħek minkejja li m'intix benefiċjarju sa issa.
familja.media@gov.mt 20
Il-Vjolenza domestika hi affari ta’ kulħadd
Audrey Friggieri
Kummissarju dwar il-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru
L-abbuż u l-vjolenza fir-relazzjonijiet tagħna huma affari ta’ kulħadd. Proprju għalhekk din hija t-tema magħżula tas-16-il-jum ta’ attiviżmu internazzjonali 2022 li jibdew fil-25 ta’ Novembru u jispiċċaw fl-10 ta’ Diċembru ta’ kull sena.
Spiss jgħaddilna minn moħħna li ħajja intima m’għandhiex tiġi mperrċa fil-pubbliku, li l-privatezza tagħna hija sagrosanta. Forsi dan il-ħsieb iddgħajjef xi ftit f’dan iż-żmien fejn il-midja soċjali qed tinfiltra kull aspett ta ħajjitna, iżda jibqa komdi u siguri fl personali tagħna. U nemmen li hekk għandu jkun.
Iżda fejn tidħol is-sigurtà tal-bniedem jeħtieġ naqtgħu linja. F d-drittijiet fundamentali tal għax il-vjolenza hija reat. lkoll kemm aħna għandna dritt ngħixu b’serħan il-moħħ, ’il bogħod minn kwalunkwe periklu li jista’ jaffettwalna saħħitna u ħajjitna.
Meta persuna tiġi abbużata ġewwa darha stess, meta d-dinjità tagħha ma tiġix onorata u ħajjitha titpoġġa fil-periklu jeħtieġ li din tiġi mgħejjuna u protetta akkost ta’ kollox. Bl-istess mod, persuna li għandha problema biex tikkomunika b’mod san u tikkontrolla lilha nnifisha jeħtieġ li tiġi mgħejjuna.
Ir-raġunijiet għalfejn persuna tagħmel ħsara ’l dawk qrib tagħha jistgħu jkunu varji: jaf ikun hemm skop ta’ kontroll, kundizzjonijiet mentali jew saħansitra abbuż ta’ sustanzi li jaffettwaw il-ħsieb u l-aġir tagħha. Kemm dawk li jeżerċitaw l-abbuż u l-vjolenza, kif ukoll dawk li jirċevuha għandhom bżonn l-għajnuna u s-sapport sabiex iġeddu ħajjithom għall-aħjar u jitfejqu mill-miżerja li tkun ħakmithom. Dan mhux faċli peress li spiss in-nies jaħsbu li aħjar ma jitkellmux, għax inkella ħajjithom issir agħar: “Min jaf kemm se jgħidu bina?!” “Ara kemm se jinkwetaw il-familjari!” “Ara t-tfal kemm se jgħajjruhom l-iskola!” “Min jaf jibqgħux ħbieb miegħi sħabi?” “Tgħid nitlef id-dar?” “X’se jiġri mit-tfal?” “X’se jsir minni?”
Huwa normali li jiġi elf ħsieb f’moħħna qabel nieħdu pass tant importanti, li niffaċċjaw xjaten tagħna u nitkellmu dwarhom ma’ xi hu iktar importanti sigurtà u saħħa tagħna u tal-maħbubin tagħna!
Sakemm qed tissaporti l-abbuż u vjolenza ġewwa darek, tkun qed taċċetta li jkomplu jitwettqu, li tista’ serjament, u li uliedek qed jaraw ħruxijiet li moħħhom ma jiflaħx għalihom u li qed jaffettwalhom l-iżvilupp mentali u emozzjonali tagħhom fit-tul.
familja.media@gov.mt 21
Fi kliem ieħor tkun qed tilgħab man-nar. Żgur li ma tkunx qed tagħmlilhom ġid lit-tfal billi tibqa’ ġewwa relazzjoni vjolenti, tgħix taħt l-istess saqaf ma’ persuna li tkun ħabbejt u li issa saret l-għadu tiegħek.
Il-vjolenza domestika hi affari ta’ kulħadd għax aħna lkoll bnedmin u lkoll għandna l-familja tagħna. Kull familja jista’ jkollha persuni abbużivi u vjolenti għax il-vjolenza domestika ma tħarisx lejn uċuh jew lejn klassi soċjali. Għalhekk tista’ tolqotna lkoll xi darba jew oħra. Tista’ tkun oħtok, bintek, kuġintek, u jista’ jkun ibnek, ħuk jew missierek. Il-lista twila, għax jista’ jkun kulħadd – kemm il-persuna ivvittimizzata jew anke dik vjolenti.
Għaldaqstant niżbaljaw meta nirraġunaw li l-vjolenza domestika hija problema ta’ ħaddieħor, sakemm ma taffettwax lilna. Aħna fid-dmir li nitkellmu, nirrappurtaw u ngħinu kif nistgħu meta nintebħu bit-tbatija ta’ xi ħadd li ikun għaddej minnha. Bl-istess mod importanti li jekk int stess qed tesperjenza l-abbuż u
l-vjolenza f’darek titkellem ma’ xi ħadd li tafda jew tagħmel rapport lill-pulizija.
Hemm servizzi li twaqqfu apposta, għax il-vjolenza domestika hija reat u marda soċjali mifruxa iktar milli nammettu jew naħsbu. Twaqqfu biex jgħinu u jipproteġu, għax is-sigurtà hija dritt ta’ kulħadd. Dawn huma servizzi b’xejn, biss telefonata waħda ’l bogħod.
Ċempel 179 biex titkellem ma’ nies imħarrġa biex jisimgħuk u jgħinuk Ċempel 112 f’każ ta’ emerġenza
familja.media@gov.mt 22
Ritratt: Mart Production
Ġesù tarbija huwa rigal għalina lkoll
George Zammit Gwida u lajk
Fil-festa tal-Madonna tal-Grazzja jsir għamla ta’ pellegrinaġġ bil-muturi u r-roti li jibda mir-Rabat u dan jintemm quddiem is-Santwarju ta’ Ħaż-Żabbar. Dan l-avveniment jindika li l-festi f’pajjiżna jkunu waslu lejn it-tmiem.
Però ninsew li jkun jonqos aktar festi, speċjalment lejn l-aħħar tas-sena li hija meqjusa fost l-aktar mistennija, mhux biss hawn iżda mad-dinja kollha. Bla dubju ta’ xejn qiegħed nirreferi għal festa tal-Milied. Din il-festa hi tant hija kbira li l-ħsieb tiegħi jmur mill-ewwel lejn it-twelid ta’ Ġesù Bambin. Tarbija li twieldet ġewwa stalla u li bin-nifs ta’ baqra saħħnet l-istess Tarbija mill-kesħa ta’ dak il-lejl.
Dan huwa misteru tal-għaġeb, rigal għalina lkoll meta taħseb li l-istess Iben t’Alla magħmul bniedem, ġie fid-dinja biex ikebbes in-nar ta’ l-imħabba li jagħmlilna l-ġid. Il-knisja flimkien mad-dinja jħossu ferħ kbir meta jiftakru fit-twelid tal-Iben ta’ Alla. Storja marbuta mal-Milied tgħid li darba Ġesù reġa’ ġie lura fid-dinja fi żmien il-Milied. Kien hemm ċorma tfal jilagħbu u jifirħu flimkien. Imbagħad dawn it-tfal f’daqqa waħda għarfuh lil Ġesù u daru miegħu. Wieħed tifel staqsieh x’rigal ġab miegħu għalihom? Ġesù ma weġibx, imma fetaħ idejh beraħ sabiex iħaddanhom kollha miegħu.
Fl-aħħar nett, wieħed tifel dar fuqhom ilkoll u qalilhom: “Qegħdin taraw, ma ġabilna xejn, sewwa jgħid missieri li r-reliġjon m’għandhiex sens għax ma tagħtina xejn”. Imma mbagħad tifel ieħor qam minn postu u bis-sempliċità kollha qal:
“Imma Ġesù meta jiftaħ idejħ għalina, ikun qed jagħtina lilu nnifsu”
“Ikun qed jgħidilna: “Jiena Hu r-Rigal”
familja.media@gov.mt 23
Ħuti, il-kartolini li nibagħtu f’din il-festa, is-siġra tal-Milied, id-dwal ikkuluriti fid-djar u t-toroq u l-festini li daħlu fostna huma kollha sbieħ. Però l-qofol tal-festi matul il-Milied, fiċ-ċentru tagħhom irid ikun dejjem Kristu Ġesù biex jgħinna sabiex nibdew inħarsu lejn il-ħajja b’nuċċali differenti, billi nagħrfu aktar li l-ġlied, il-vjolenża, il-gwerer, il-piki u l-firdiet għandhom element wieħed li jfisser “Tbatija Umana”.
Kuraġġ billi f’dawn il-festi lil dan Ġesù Tarbija nagħtuh is-sħana ta’ qalbna, billi nattendu l-quddiesa ta’ nofs-il-lejl bil-priedka tat-tifel, inħejju presepju bil-pasturi li jkun l-għaxqa tat-tfal tagħna u nakkumpanjaw fil-purċissjoni bil-Bambin merfugħ mit-tfal membri tal-Museum ikantaw għanjiet ħelwin tal-Milied. Għalhekk nistaqsu? Ma’ liema Ġesù ser niċċelebraw dan il-Milied din is-sena? Ħuti, illum hemm ir-riskju li nagħmlu ħafna affarijiet f’din il-festa u ninsew dak li huwa l-qofol, dak li huwa l-aktar importanti għal Ġesù Tarbija. Inżejnu l-knejjes, it-toroq,
nisparaw il-murtali, marċijiet sbieħ, ikliet kbar, imma dawn m’għandhomx jieħdu post dik il-festa qaddisa, reliġjuża li tressaqna lejn il-vera triq, lejn dak iċ-ċentru li nibdew inħobbu lil xulxin bħalma ħabbna Ġesù stess.
Mela dak kollu li ser niċċelebraw f’dan il-Milied li m’huwiex ta’ Kristu imma tad-dinja ngħodduh bħala avveniment li għexna fl-illużjoni, li meta jgħaddi kollox il-waqgħa tagħna tant tkun kbira li mhux faċli nqumu minnha, u nibdew sena ġdida mkissra. Nawgura Milied hieni, li taħfer, li tagħmel u ġġib il-paċi ma’ kulħadd mingħajr preferenzi.
familja.media@gov.mt 24
Private Pensions Plan
Ġemma Team
Private pension products available in Malta are governed by rules established by the Malta Financial Services Authority (MFSA). We have prepared a summary of the current rules & tax measure incentives on private pension plans: Your contributions towards a private pension plan are eligible for a tax credit of 25%, up to a maximum set by the government. Under current legislation, contribution amount is capped at €3,000 (resulting in a maximum tax credit of €750 per person (€3,000 * 25% = €750);
You can access your savings from your private pension plan from the age of 61 but no later than 70 years of age;
You are eligible for a tax credit only if you are 18 years of age, when your pension scheme is set up and if you are a resident of Malta for tax purposes. Tax credit is refunded the year following your initial deposit. E.g. if you started the plan in 2020, tax credit will be refunded in 2021;
You can access your savings in your private pension retirement scheme as follows:
You may choose to take up to 30% of your savings as a tax free lump sum. The rest (i.e the 70%) are taken as a pension. This can be in the form of an annuity or in the form of programmed withdrawals. This income might be subject to taxation;
The pension scheme will pay your heirs 101% of the value in your account upon your death; The pension scheme may provide your heirs with a payment for funeral expenses (to a certain limit) as a partial pre-payment of the Death Benefit.
familja.media@gov.mt 25
Photo: Gustavo Fring
Trade and Cooperation Agreement between the EU and the UK
Karen Farrugia Manager II Research (IRU)
In the previous articles we focused on the EU coordination rules. This Article will provide an overview of the social security provisions agreed between the EU and UK following Brexit.
What changes on 1 January 2021?
By leaving the EU, the UK has chosen to put an end to the free movement of persons between the EU and the UK as of 1 January 2021. All movements after 1 January 2021 will be subject to the EU's and UK's existing immigration legislation applicable to all third country nationals.
Those who were or had been already in a cross-border situation between the EU and the UK before 1 January 2021 are covered under the Withdrawal Agreement which allows for their continued right to remain, ensures non-discrimination and protects their social security rights.
Who is covered by provisions on social security coordination?
The Trade and Cooperation Agreement covers EU citizens, UK and third-country nationals, stateless persons and refugees, in a cross-border situation as of 1 January 2021, legally residing in the EU or the UK and whose situation is not confined to a single country from a social security perspective. It also covers their family members and survivors.
What exactly will be covered under the coordination of social security systems?
The Agreement ensures that social security benefits are coordinated. It also ensures that only one set of rules applies to a person at any given time. This will avoid the risk that such a person would pay double social security contributions or that no legislation applies to them at a given moment and are therefore left without social security protection.
The Agreement provides wide protection to EU and UK citizens. The majority of social security benefits will be coordinated and protected between the EU and the UK, so that citizens preserve their rights if, for
familja.media@gov.mt 26
they are or will be in a cross-border situation and work or will work in more than one country, one of them being the UK as from 1 January 2021; they reside in one party and work in another; they move residence to the other party; or they travel between the EU and the UK for a temporary stay.
More specifically, such persons will not lose their right to old-age and survivors' pensions, death grants, pre-retirement benefits, or maternity/paternity benefits related to the birth of a child in the other party.
Accidents at work will also be coordinated so that a person working outside the State of insurance may be treated in the State of work where the accident happened. If they move to the other party, they may continue to receive their cash benefits there as well.
What won't be covered?
The Agreement foresees equal treatment of EU citizens with UK nationals and vice versa for the purpose of social security contributions and benefits.
However, there are some exceptions. For example, certain benefits are not included in the Agreement and that means that access to such benefits will be left for domestic legislation which may then choose to treat the concerned persons differently.
Such benefits include family benefits, longterm care, special non-contributory benefits, or assisted conception services.
familja.media@gov.mt 27
Word Search Christmas Names
ANGELINA, AVI, BING, BLANCA, CAROL, CLAUS, DAVID, EBENEZER, EVE, FAITH, FELIX, GABRIELLE, GARLAND, GLORIA, HOLLY, HEAVEN, ISAAC, IVY, JACK, JESUS, JOY, KRIS, LEVI, LUCY, MALACHI, MARLEY, NICHOLAS, NOELLE, PLUM, ROBIN, RUBY, STELLA, STEVEN.
What does December have that no other month does?
The letter D.
Did you hear about the Netflix series Summer to Winter?
It never got a 5th season.
Wife texts husband on a cold winter morning: "Windows frozen, won't open."
Husband texts back: "Gently pour some lukewarm water over it and then gently tap edges with hammer."
Wife texts back 10 minutes later: "Computer really messed up now."
My uncle was moving from his farm to an apartment....
He had to get rid of all the animals, but he said he could not part with his 2 goats. So I asked him: 'But where are you going to keep them?
There is no garden at all!'.
'Well, we have a balcony, they can be there in the summertime', he said.
Sudoku
The goal of Sudoku is to fill a 9×9 grid with numbers so that each row, column and 3×3 section contain all of the digits between 1 and 9.
'Ok, but in the wintertime, what then?' I asked...Uncle answered: 'Oh, in the winter they can stay in the bedroom of course, outside would be too harsh for them'.
'The bedroom!?', I asked baffled... 'but what about the smell!?'.
'Oh, they will just have to get used to that I guess', he answered.
familja.media@gov.mt 28 4 5 6 2 7 5 9 1 3 7 2 5 9 5 4 3 6 3 9 5 6 7 2 4 9 5 8 7 6 8 7 2 5 1 6 4 9 8
G E B E N E Z E R Y L L O H A C L A U S M B J E S U S E R A
A N G E L I N A F E R A L A N D R Y G N E V E C J V A S C A R O L G H I L R O E N I A V I P O E T E I V Y N
D F A I T H R E V R X M I O S R C D E L I I I S A Y D E
I O M U L P A L L E T S O L R B A N I S S I A Z Y U M L K I L R U B Y T H E M A T E M N A N I C H O L A S H E J L U C Y E L R A M L E N A A H O H G A B R I E L L E L C L A I S T E V E N N D X D K
Ġabra ta’ attivitajiet li se jkunu organizzati fix-xhur li ġejjin
Attivitajiet Kulturali fil-Kapitali
Mary Anne Zammit
Minn Diċembru 2022 sal-15 ta’ Jannar 2023: Spazju Kreattiv, Valletta
Latent Spaces Reframed – Malta hija installazzjoni immersiva ta’ xogħlijiet speċifiċi għas-sit, immexxija minn Ana Baer Carrillo u Heike Salzer. Din il-wirja, li tippreżenta l-bniedem f’pajsaġġi urbani u naturali b’konnessjoni ma’ ambjenti differenti tqajjem mistoqsijiet dwar kif wieħed iħossu f’din id-dinja. Fost il-pajsaġġi hemm dawk mill-Iżlanda, l-Irlanda, il-Messiku u r-Renju Unit.
Mis-16 ta’ Diċembru 2022 sas-27 ta’ Jannar 2023: Spazju Kreattiv, Valletta
Katya – Trans Icon & Trailblazer hija esebizzjoni li turi l-faċċati diversi li jgħaddu minnhom nisa li jkunu trans.
Mill-11 ta’ Jannar sat-23 ta’ Jannar 2023: Valletta Baroque Festival
Il-Valletta Baroque Festival joffrilna l-opportunità li nisimgħu l-mużika barokka u klassika minn Bach sa Vivaldi f’atmosfera storika. Dan hu maħsub, kemm għal udjenza lokali kif ukoll internazzjonali. Il-postijiet prinċipali ser ikunu t-Teatru Manoel, Il-Kon Kattidral ta’ San Ġwann u l-Mużew tal-Arkeoloġija.
familja.media@gov.mt 29
Ritratt: Dalibor Vilovski
Mid-19 ta’ Jannar 2023 sad-19 ta’ Frar 2023: Spazju Kreattiv, Valletta
Insular - Proġett fotografiku li jiffoka dwar il-ħajja ta’ kuljum u d-destin ta’ rġiel żgħażagħ ilkoll ġejjin mid-Diaspora Afrikana. L-esebizzjoni tikkonsisti f’ritratti sensittivi ta’ din il-komunità ġdida u reċenti f’pajjiżna. Rakkont b’xenarji jiddeskrivu l-ħajja bejn hawn u hemm.
Mill-20 ta’ Jannar 2023 sas-26 ta’ Frar 2023: Spazju Kreattiv, Valletta
Anamnesis - Proġett ta’ esebizzjoni introspettiva tal-arti viżiva minn Clint Calleja. Jinkludi pittura, skultura, fotografija u installazzjoni li lkoll iduru mat-tema Trauma and Memory.
Mis-17 ta’ Frar 2023 sal-21 ta’ Frar 2023: Karnival ta’ Malta
Wirja tal-Karnival li ser tittellgħa ġewwa Spazju Kreattiv fil-Belt flimkien ma’ Festivals Malta. Tiżwiqa ta’ kuluri u kostumi tal-karnival u ma tonqosx il-famuża Qarċilla li reġgħet irritornat magħna fis-snin reċenti.
Mit-3 ta’ Marzu 2023 sad-9 ta’ April 2023: Spazju Kreattiv, Valletta
Preistorja hija solo exhibition ta’ Enrique Tabone li fiha tinkludi arti kontemporanja dwar it-tema tal-figura femminili fi żmien preistorja f’Malta u f’Għawdex, dejjem minn perspettiva femminili.
familja.media@gov.mt
Għall-ewwel l-operazzjoni marret kif mixtieq, iżda mhux kollox baqa’ ward u żahar għax wara seba’ ġimgħat il-kanċer reġa’ tfaċċa u reġgħet kienet operata minnufih. Minn wara t-tieni operazzjoni bdiet tingħata 3 tipi ta’ kimoterapija li ħadithom f’sitt sessjonijiet, dejjem pass pass ma’ kif beda jirreaġixxi ġisimha għalihom.
Żmien iebes bi bżonn sostanzjali ta’ prodotti tad-demm
Bħala familja għamilna disa’ xhur ngħixu ġewwa s-Sala Rainbow fl-Isptar Sir Anthony Mamo. Tul dak iż-żmien ferm iebes apprezzajna ħafna l-għajnuna tal-istat, tal-ħaddiema tal-isptar, partikolarment tal-ħaddiema ddedikati tas-Sala Rainbow, iżda fuq kollox il-ġest nobbli tad-donaturi tad-demm u ta’ dawk kollha li jagħmlu ħilithom biex jippromwovu l-għoti tad-demm b’mod regolari. Ħidma li ma tieqaf qatt, kemm fis-sħana qalila tas-sajf, kif ukoll fil-kesħa tax-xitwa.
Storja ta’ tifla ta’ 8 snin li fieqet mill-kanċer
Tony
Micallef Practice Donor Liaison Nurse
Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm
Koordinazzjoni u kitba tal-istorja bl-għajnuna ta’ ġenituri xi xtaqu jibqgħu anonimi
Dħul għall-istorja
Aħna l-ġenituri ta’ tifla li meta kellha 8 snin iddaħlet l-isptar għax kellha uġieħ kbir fil-parti t’isfel ta’ żaqqha. Minn testijiet intensivi rriżulta li kellha kanċer fl-ovarji u wara ftit jiem ġiet operata bil-ħsieb li l-ovarji ma jitneħħewx kompletament.
Dan qed ngħiduh għall-fatt li wara kull sessjoni ta’ kimoterrapija t-tifla kien ikollha bżonn madwar tlett boroż platelets u tliet boroż oħra demm. Hawn wieħed irid jgħid bla tlaqlieq li, li kieku ma kienx hemm il-ġest ta’ dawn id-donaturi, it-tifla tagħna ma setgħetx tibqa’ tiġġieled il-kanċer sa ma dan ġie kkontrollat.
Naturalment aħna bħala ġenituri konna nagħtu sehmna wkoll, u meta saħħitna kienet tippermetti konna mmorru nagħtu d-demm. Apparti hekk konna nħeġġu lill-familjari tagħna jersqu biex jagħtu d-demm ukoll.
F’mumenti diffiċli bħal dawn il-flus kienu importanti għax il-ħajja u d-dħul tal-familja ma baqax l-istess, iżda dak iż-żmien, importanti
familja.media@gov.mt 31
Ritratt: Anna Shvets
aktar minnhekk kienu d-donazzjonijiet tad-demm li jiġu sforz il-qalb ġeneruża tad-donaturi tad-demm, l-iktar tad-donaturi tal-pjastrini li jagħmlu madwar siegħa mwaħħlin ma’ magna speċjali li tnaqqi l-platelets minn ġod-demm waqt li dan ikun ġo pajpijiet ’il barra mill-ġisem tad-donatur.
Illum nistgħu ngħidu li għall-grazzja t’Alla, it-tifla tagħna tinsab imfejqa, iżda għas-serħan tal-moħħ tmur għall-visti u testijiet li jsirulha minn żmien għal żmien.
Konklużjoni
Ninsabu fix-xahar tal-Milied u l-Festi tal-Ewwel tas-Sena, xahar ikkaratterizzat minn festini, ikliet, sforzi ta’ rikonċiljazzjoni, wiri ta’ solidarjetà u għoti ta’ rigali. Għaldaqstant dan iż-żmien, iktar minn żminijiet oħra hu l-iktar żmien propizju biex wieħed jersaq u jagħti d-demm flimkien. L-għaqda li tinħass meta tal-familja jew il-ħbieb jersqu biex jagħtu d-demm hi esperjenza pożittiva u li wieħed għandu jinkoraġġixxi bil-qawwa.
L-għoti tad-demm hu rigal imprezzabbli, rigal li jagħti tama għall-fejqan u l-ħajja. Din id-darba agħti l-awguri tal-Milied u s-Sena t-Tajba b’mod differenti..., agħti d-demm! Dettalji dwar l-għoti tad-demm jinkisbu minn www.blood.gov.mt Tistgħu ċċemplu wkoll fuq in-numri 7930 7307 jew 8007 4313. Iċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm jinsab ukoll fuq Facebook li tista’ taċċessa kif ġej: www.facebook.com/bloodmalta customercare.nbts@gov.mt
familja.media@gov.mt
Tiġi fi tmiem SkolaSajf, inizjattiva ta’ ĠEMMA
Id-dinja ġdida li offrilna l-Covid bidlilna s-sistema saħansitra ta’ kif nikkomunikaw bejnietna. Il-prassi komuni ta’ laqgħa informali bejn tnejn jew aktar għal xi kafè inbidlet għal diskussjoni virtwali minn djarna stess permezz ta’ xi sors ta’ teknoloġija bħal computer, tablet jew anke ċellulari.
Dan il-fenomenu surreali laqgħat kull sens ta’ skop ta’ konversazzjoni, kemm jekk dwar familja, ħbiberija, negozju jew xogħol. Imma s-sajf tal-2022 ġab miegħu lura ftit serħan il-moħħ u pass ieħor lejn dik li nsejħulha, normalità. Hekk reġgħu bdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-massa, il-festi, il-fieri, il-kunċerti, it-tiġien, il-festini u l-kumplament.
Kien f’dan l-isfond li anke t-tim li jaħdem dwar il-kampanja nazzjonali ĠEMMA fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ħa l-opportunità biex nhar it-30 t’Awwissu ltaqa’ b’mod informali fi stabbiliment f’Ħal Balzan, kemm biex ngħidu kelma bejnietna f’ambjent informali, però wkoll biex twasslet fi tmiem il-kampanja SkolaSajf. Hekk kif jixraq kienu mistiedna jattendu wkoll l-għalliema li pparteċipaw f’dan il-proġett. Ħajr ta’ dan imur għal Helena Holland, il-kap tal-Kampanja Nazzjonali ĠEMMA, kif ukoll Daniela Xuereb, Team Manager tal-Kampanja li ħadet ħsieb l-organizzar ta’ dan l-avveniment.
familja.media@gov.mt 33
WASAL IL-BAMBIN
M Christine Agius Supervisor HR Unit St Vincent de Paul Long Term
Care Facility
Kieku kelli nistaqsi, din is-siegħa, dan il-ħin, fejn kellu jitwieled, jekk jiġi l-bambin?
Maria w’Ġużeppi, fejn se jfittxu kenn, fil-ġebel imġarraf, fil-bombi, fil-ġenn?
Inkella f’xi dgħajsa, fil-mewġ u t-taqbid, Il-bogħod minn Erodi li joqtlu jrid?
Biex forsi kif jaslu għajjiena f’xi port, isibu li qed joqtlu, it-trabi bl-abort!
U jimxi fit-toroq, fl-irħula w’l-ibliet, kull tieqa itteptep, fil-lejl tal-Milied.
Jibqa dieħel sa ġewwa, fi qlub il-bnedmin, uħud b’qalbhom maqsuma, oħrajn imnikktin.
Dik l-omm imbikkija, għax binha drogat, ma tafx x’se jsir minnu, matul das-sigħat.
Missier li jisforza, biex ferħana jżomm, l-uliedu mċaħħda mill-imħabba tal-omm.
U l-purċissjoni għaddejja, iġġorr lil Bambin, li suppost qed jitwieled, fi qlub il-bnedmin!
34
familja.media@gov.mt
Kompetizzjoni bi Premju għall
-Kbar
Permezz tar-rivista Familja qed inkomplu l-kampanja tagħna, ‘Aqra Ktieb’. Dan bl-għan li aħna l-ġenituri nibdew aħna stess u nħajru lil uliedna biex tal-anqas darba kull ħmistax inkunu qrajna ktieb. Hekk nerġgħu nibdew kultura ta’ qari li hu l-mezz kif il-bniedem itejjeb l-għarfien tiegħu u jissaħħaħ f’aspetti ta’ ħsieb u kreattività. Il-kompetizzjoni tal-lum hi din:
Iż-żmien sabiħ u għażiż tal-Milied riesaq ġmielu. Iktbulna ftit suġġerimenti (mhux anqas minn tlieta) dwar dan is-suġġett; “Kif taħsbu li l-Milied jista’ jerġa’ jsir il-festa tal-familja u jkun ċelebrat b’mod sabiħ bejn il-ġenituri u t-tfal.”
L-aħjar suġġerimenti jidhru f’din il-paġna u l-persuna rebbieħa se tingħata żewġ kotba
ġentilment offruti lilna mill-ħwienet Agenda. Għamlu dan f’mhux anqas minn żewġ paragrafi. Ibagħtu r-risposti tagħkom permezz ta’ e-mail fuq familja.media@gov.mt sa mhux aktar tard minn nhar it-Tlieta 10 ta’ Jannar 2023.
Nieħu din l-opportunità biex f’isem l-amministrazzjoni u l-impjegati kollha li jaħdmu f’dan il-Ministeru, nixtieq lilkom ilkoll u lill-familji tagħkom, Milied ħieni, ħafna saħħa, paċi u ġid. Inwassal dawn it-tislijiet ukoll lill-istess impjegati tagħna u l-għeżież familji tagħhom. Il-Milied u s-Sena t-Tajba lil kulħadd.
familja.media@gov.mt 35
“
Reading is to the mind what exercise is to the body.”
Joseph Addison
Kompetizzjoni bi Premju għat-Tfal
Kif intkom tfal?... Iż-żmien igerbeb. Erġajna bdejna l-iskola, għaddew ukoll il-mid-term holidays u resqin lejn il-festi sbieħ tal-Milied u ta’ tmiem is-sena. Min jaf kemm qed tippreparaw għal dan iż-żmien tant għażiż tas-sena, kemm l-iskola, kif ukoll fid-dar!
Tajjeb nagħmlu dan, però dejjem ftakru li l-Milied ma jiġix biss għar-rigali li nkunu nixtiequ naqilgħu. Lanqas għall-ikliet u l-festini tal-familja u bejn il-ħbieb. L-aktar ħaġa importanti, din il-festa tfakkarna fit-twelid ta’ Ġesù Bambin, li waqt li hu Alla, fis-sura ta’ bniedem u ġie fid-dinja billi twieled f’maxtura fqira ġewwa għar f’Betlehem.
Il-kompetizzjoni tal-lum hi proprju dwar dan. Iktbulna dwar ġest sabiħ, xi ħaġa pożittiva li intom tagħmlu s-soltu f’dawn iż-żmenijiet, jew li bi ħsiebkom tagħmlu - pereżempju, iżżuru lil xi ħadd l-isptar, jew tferrħu tfal oħra anqas
ixxurtjati minnkom. Għamlu dan f’madwar żewġ paragrafi. Tistgħu tinkludu wkoll xi tpinġija jekk tridu.
.
Ibagħtu r-risposti tagħkom permezz ta’ e-mail familja.media@gov.mt sa mhux aktar tard mit-Tlieta 10 ta’ Jannar 2023. L-ewwel risposta tajba tirbaħ żewġ kotba għalikom tfal ġentilment offruti lilna mill-ħwienet Agenda. Aħna nieħdu gost ukoll jekk tibagħtulna xi kummenti, suġġerimenti, ideat oħra li tixtiequ li aħna ninkludu f’din ir-rivista Familja. Sakemm nerġgħu niltaqgħu nixtieq lilkom il-Milied u s-Sena t-Tajba. Ħudu gost tfal...
familja.media@gov.mt 36
ĠEMMA introduces VORPS
ĠEMMA Team
ĠEMMA Know, Plan, Act within the office of the Permanent Secretary of the Ministry for Social Policy and Children’s Rights and EMCS Academy, within EMCS Ltd, recently delivered a series of training sessions targeting Human Resources Managers, CEOs and Managing Directors introducing the integration of Voluntary Occupational Retirement Pension Schemes (VORPS).
The Ministry, through ĠEMMA has recognised the need to engage Senior Management and offer them the necessary tools to create awareness and deliver the various tax advantages related to VORPS.
The training sessions, delivered online, focused mainly on how Voluntary Occupational Retirement Pension Schemes (VORPS) can be implemented as a Strategic HR Retention Tool as well as an instrument for employees to save for their retirement with the help of their employers. The goal is to bridge the total future pension income and the income earned during employment.
These training sessions also covered the tax benefits available for employers and how such tax benefits make the VORPS proposal attractive for employers, especially when one considers the cost of employee turnover.
Positive feedback was received from participants who also put forward interesting questions. One can visit ĠEMMA’s website to follow one of the recorded training sessions on https://gemma.gov.mt/videos/
stated that, “the principles underpinning the training material are unbiased, fair, accurate and educational. Our aim is to empower Senior Management, particularly HR Managers so that they are in a position to encourage their employees to utilise VORPS.”
Mr Mark Musù, the Ministry’s Permanent Secretary, added that the aim of such training is to have more companies take up the VORPS. “This is a sterling opportunity for one to plan for his/her future and not to depend solely on the state pension so as they may retain their standard of living upon retirement.”
Mr Stefano Mallia, Partner, EU & Business Advisory, EMCS stated that the EMCS Academy is pleased to have delivered training on VORPS through its experienced trainers, which training material sought to provide employers with the tools to offer a simple and innovative personal pension plan.
Mr Mallia emphasized that “this new type of voluntary personal pension is designed to give employers incentives to support their employees when they are putting money aside for retirement. It offers a win-win solution and a positive outlook to retirement.”
You may acquire further information by pressing on this link - https://youtu.be/ YW3qgqapp7c.
familja.media@gov.mt 37 June 13 2022 Gemma Activities
Photo: Christina Morillo
X’hemm ġdid?
Tonio Bonello
Minn dawn il-paġni f’kull ħarġa ta’ rivista Familja aħna nwasslu l-aħħar aħbarijiet dwar servizzi, benefiċċji, inizjattivi, proġetti ġodda li dwarhom ikun qed jaħdem il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jagħmel dan permezz tal-indirizz elettroniku tagħna: familja.media@gov.mt
Ktejjeb għat-tfal dwar il-vjolenza domestika
Imniedi l-ktejjeb “Karolina, Ferdi u s-saħħar il-ħażin”, li huwa mmirat għal tfal ta’ bejn it-8 u t-12-il sena. Bil-mod sempliċi u spjegat tiegħu, jgħin mhux biss lit-tfal li jkunu għaddejjin minn problemi simili, iżda anke lill-professjonisti biex jifhmu aħjar l-effetti devastanti li jġorru magħhom it-tfal tul ħajjithom.
tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon li spjega li permezz ta’ dan il-proġett, il-passjoni, l-esperjenza u l-ispeċjalizzazzjoni tal-professjonisti edukattivi u dawk soċjali ngħaqdu flimkien.
Huwa faħħar din l-inizjattiva li ttieħdet minn Trobbija Pożittiva, il-Kummissarju għat-Tfal u l-Kummissarju għall-Vjolenza Domestika. “Kemm huwa importanti li ninżlu għal-livell tat-tfal u nifhmu l-esperjenzi tagħhom mill-qrib. Ikun għalxejn jekk ma jirnexxilniex nibnu sens ta’ fiduċja, sabiex imbagħad huma jkunu komdi jitkellmu dwar dak li għaddew minnu.”
Permezz ta’ dan il-ktieb, it-tfal, bl-għajnuna tal-ġenituri, l-għalliema u l-professjonisti, isibu l-kliem sabiex jitkellmu dwar suġġett delikat u diffiċli, b’mod li mhux tqil u li jista’ jgħin lit-tfal stess jindunaw li mhumiex waħedhom f’dawn is-sitwazzjoniijiet ibsin. Il-ktejjeb se jkun disponibbli fil-libreriji kollha ta’ Malta u Għawdex.
familja.media@gov.mt 38
Ġrajjiet kurrenti mill Ministeru (MSPC)
Ritratt: DOI
Fil-binja tal-Università l-antika fil-Belt Valletta, bejn l-4 u s-7 ta’ Ottubru, Malta ospitat il-Kungress tal-ISAM (Soċjetà għall-Mediċina marbuta mal-Vizzji), l-ewwel wieħed b’kuntatt fiżiku u mhux virtwali minn meta faqgħet il-pandemija tal-COVID-19. Fih ipparteċipaw mat-300 speċjalist minn barra minn Malta u 160 professjonist lokali li jaħdmu f’dan il-qasam.
Il-kungress kien possibbli b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS). Ħafna mit-temi li kienu diskussi ttrattaw ir-riabilitazzjoni u fatturi psikosoċjali li qed iwasslu għall-abbuż u kif dawn jistgħu jiġu evitati minn etajiet żgħar bħala prevenzjoni.
Kienu diskussi wkoll studji, riċerka u innovazzjoni fejn tidħol l-użu ta’ mediċina alternattiva għall-kura ta’ vizzju minn droga speċifika.
tobba u professjonisti li jaħdmu mill-qrib ma’ persuni bi problemi ta’ vizzji. Huma jaħdmu ħafna dwar aspetti mediċi u konsegwenzi soċjali u psikjatriċi marbuta mal-abbuż kontinwu fis-sustanzi.
Il-Ministru Michael Falzon spjega li llum mhux qed inħarsu biss lejn abbuż mill-alkoħol u mid-drogi, imma anke vizzji oħrajn bħall-użu eċċessiv tal-mobiles il-ħin kollu tal-ġurnata, il-logħob (betting) online u l-konsumiżmu sfrentat, ukoll online.
“Ma investejniex biss fis-servizzi li joffri u jipprovdi direttament il-gvern permezz tal-Aġenzija Sedqa fi ħdan l-FSWS, kif ukoll is-servizzi tal-Ministeru għas-Saħħa f’dan il-qasam. Żidna wkoll nefqa għal dik li hi għajnuna li nagħtu lill-NGOs li jaħdmu f’dan il-qasam. Dan għalina huwa investiment għax wara kull vittma hemm familja. Soċjetà b’saħħitha hija dik li tgħin lil kulħadd mingħajr ebda distinzjoni”, temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.
familja.media@gov.mt 39
għall-Kungress Internazzjonali dwar il-Vizzji f’Malta
Ritratt: DOI
Imnedija website għat-trobbija pożittiva bit-tema: Kun Int il-Ġenitur
Dan l-aħħar kienet imnedija website ġdida għat-trobbija pożittiva bit-tema “Kun Int il-Ġenitur”, biex b’hekk din se tkun il-pjattaforma maġġuri tal-Kumitat għat-Trobbija Pożittiva u Tisħiħ tal-Familja. Dan il-kumitat, li jagħmel parti mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, ħass li kellu jinvesti f’dan il-pass diġitali wara l-interess u l-parteċipazzjoni kbira li wera l-pubbliku fil-paġna ta’ Facebook.
Is-sit https://positiveparenting.gov.mt/en/ se jkun qed jgħin ġenituri jirrelataw ma’ mġiba li qed jiffaċċjaw m’uliedhom, filwaqt li jiddentifikaw modi ġodda li jistgħu jtejbu r-relazzjonijiet tagħhom mal-istess uliedhom.
Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru Michael Falzon, waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ngħad kif dan is-sit se jkun aċċessibbli kemm għat-tfal, għall-adoloxxenti u l-ġenituri. “Fih se jkun hemm materjal edukattiv u informattiv, li lkoll jippromwovu l-importanza li nibnu u nsostnu relazzjonijiet siguri ma’ uliedna. Fuq kollox dan il-materjal edukattiv huwa bbażat fuq evidenza u riċerka u li jkun ġie revedut mit-terapista li tieħu ħsieb dan il-materjal,” sostna l-kelliem.
Iċ-chairperson tal-Kumitat Ruth Sciberras qalet li fuq il-website se jkunu qed jittellgħu filmati qosra u intervisti li jkunu saru ma’ professjonisti dwar diversi suġġetti. Dawn se jinkludu temi marbuta ma’ diffikultatjiet ta’ saħħa mentali li jgħaddu minnhom il-ġenituri, speċjalment fi żmien it-tqala, il-vjolenza domestika, id-diffikultajiet taż-żagħżagħ li jkunu LGTBIQ u modi ta’ kif nistgħu nsaħħu r-relazzjoni mat-tfal tagħna, fost oħrajn.
Il-pubbliku se jkun jista’ jkompli jibgħat diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fuq Facebook Messenger, fejn it-terapista se tkun qed twieġeb b’mod privat jew b’email fuq positiveparenting.family@gov.mt.
“Li nkunu viċin in-nies hija prijorità tagħna. Dejjem hekk konna u ser nibqgħu nagħmlu. Nemmnu f’kommunikazzjoni u servizzi adegwati li jilqgħu għall-isfidi tal-lum u t’għada. It-tisħiħ tal-familja minn dejjem kien importanti għal dan il-gvern. Wettaqna ħafna biex insaħħu l-finanzi tal-familji u ser inkomplu nagħmlu ħilitna sabiex insaħħu r-relazzjonijiet bejn il-familji”, temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.
familja.media@gov.mt 40
ĠEMMA Money Challenge
Ibni l-futur tiegħek, kun af dwar il-flus
Tim Ġemma
Linji Gwida
Il-ĠEMMA Money Challenge matul din is-sena skolastika se tiffoka dwar id-dinja ta’ madwarna bit-tema “Ibni l-futur tiegħek, kun af dwar il-flus”. L-għan ta’ din l-isfida hija li tħeġġeġ lill-iskejjel biex jieħdu sehem f’kompetizzjoni edukattiva biex jiżdied l-għarfien finanzjarju fost l-istudenti u l-ġenituri. L-iskejjel se jikkompetu kontra xulxin għall-aqwa proġett kreattiv u ta’ impatt.
It-Tema
It-tema ta’ din is-sena hija “Ibni l-futur tiegħek, kun af dwar il-flus”. Din it-tema turi kemm hu importanti li persuna taħseb dwar il-futur tagħha meta tieħu deċiżjonijiet finanzjarji. B’hekk it-tfal u l-adolexxenti jkunu mqanqla biex jaħsbu għal quddiem u l-iskejjel li ħa jieħdu sehem se
jkunu mħeġġa biex juru flessibiltà meta jkunu qed iħejju l-attivitajiet tagħhom bħal pereżempju meta jindirizzaw sfidi bħalma huma s-sostenibbiltà, id-diġitalizzazzjoni finanzjarja, is-servizzi, il-pariri, eċċ.
L-Isfida ĠEMMA qed toffri sfida lill-iskejjel biex ikunu kreattivi fil-mod kif iħarsu lejn it-tema u kif ħa joħolqu proġett li huwa edukattiv u għandu wkoll impatt soċjali. L-iskejjel se jieħdu sehem billi jibgħatu video ta’ 10 minuti dwar il-proġett tagħhom, fejn fih se jitkellmu dwar dawn il-punti ewlenin li ġejjin: - kif ħarġu bl-idea tal-proġett - kif jorbot mas-soċjetà - x’tgħallmu dwar il-litteriżmu finanzjarju
Kriterji Kull proġett għandu juri: ● rabta ċara bejn it-tema tal-immaniġġjar tal-flus u l-impatt fuq il-komunità biex jimla vojt jew bżonn fis-soċjetà.
● l-iskejjel li ħa jieħdu sehem se jkunu ġġudikati fuq l-ideat u r-raġunament tal-kreazzjoni tagħhom, kif ukoll fuq it-tagħlim li jkun fih. Il-ġurija ħa jfittxu l-iskejjel li juru l-għarfien dwar problemi marbuta mal-immaniġġjar tal-flus u kif dawn jistgħu jiġu evitati fil-futur. Il-ġurija qed tħeġġeġ l-iskejjel sabiex jinvolvu kemm jista jkun studenti biex jieħdu sehem fil-proġett.
●l-iskejjel jistgħu jkollhom iktar minn tim wieħed li jipparteċipa imma huwa għad-diskrezzjoni tal-iskola li jintagħżel u jintbagħat l-aqwa proġett fi grupp sat-13 ta’ Marzu 2023. Kull tim li se jieħu sehem għandu jkollu minimu ta’ 3 parteċipanti u massimu ta’ 5. Dawn it-tims jistgħu jkunu minn klassijiet ta’ livell primarju sa livell sekondarju.
familja.media@gov.mt 41
● l-istess skola tista’ tieħu sehem kemm fil-livell primarju u dak sekondarju. Età fl-iskola primarja minn 5 sa 10 snin Età fl-iskola sekondarja minn 11 sa 16-il sena (din tinkludi anki l-klassijiet medji)
● l-isfida hija miftuħa għall-iskejjel kollha, dawk tal-Istat, dawk tal-Knisja u dawk Privati.
Eliġibbiltà
Kemm l-iskejjel primarji kif ukoll sekondarji jistgħu jipparteċipaw f’din l-isfida. Għandu jiġi assenjat ko-ordinatur minn kull skola għal proġett li se jkun dak, jew dik li ħa tmexxi u tikkomunika dwar il-proġett kollu.
Premjijiet
Se jkun hemm żewġ premijijiet rebbieħa, wieħed għall-iskejjel primarji u wieħed għal dawk sekondarji. ll-grupp rebbieħ se jirċievi vawċer li jammonta għal €300 u vawċer ta’ €100 għall-iskola.
Applikazzjoni
timla l-formola onlajn https://gemma.gov.mt/ competitions/gemma-money-challenge/ M’hemm ebda ħlas għal parteċipazzjoni.
Skadenza
Il-kompetizzjoni ħa tkun miftuħa sa nofsinhar tat-13 ta’ Marzu 2023 u sa dan iż-żmien kull skola għandha tibgħat il-preżentazzjoni video bil-WeTransfer lil Petra Ellul Mercer fuq lemail petra-marie.ellul-mercer@gov.mt. L-ebda sottomissjoni wara d-data u l-ħin tal-għeluq ma jiġu aċċettati.
Riżultati
Kull sottomissjoni se tiġi valutata minn ġurija li tinkludi l-Ministeru tal-Edukazzjoni u ĠEMMA. Feedback se jintbagħat direttament lill-iskejjel parteċipanti sal-31 ta’ Marzu 2023. Ir-rebbieħa jiġu mħabbra matul il-Global Money Week 2023 li se sseħħ bejn l-20 u 26 ta’ Marzu 2023.
familja.media@gov.mt 42
Ritratt: MaxFischer
Campaign Ottubru Roża
Tonio Bonello
Ix-xahar ta’ Ottubru llum il-ġurnata huwa sinonimu mal-attività annwali Breast Cancer Awareness Campaign u kif sar matul dawn l-aħħar snin, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ħaseb biex jiddedika l-jum tal-Ġimgħa 21 ta’ Ottubru proprju għal dan il-għan.
F’din l-okkażjoni l-impjegati kollha tal-Ministeru kienu mħeġġa jidħlu għax-xogħol bi ħwejjeġ jew aċċessorji ta’ lewn roża u billi jagħtu donazzjoni ta’ €3 jew aktar. Din is-sena s-somma li nġabret kienet ta’ €774.40 li dawn marru għall-kampanji ta’ għarfien u riċerka dwar il-kanċer tas-sider. Ir-ritratti inklużi hawn juru wħud mill-impjegati tagħna waqt din l-attività.
Ta’ min jgħid li l-Breast Cancer Awareness Campaign u Pink October oriġinaw 37 sena
ilu meta fl 1985 is Soċjetà Amerikana dwar il-Kanċer u d-diviżjoni farmaċewtika tal-industrija Imperial Chemicals (illum produtturi tal-AstraZeneca) kien ħasbu biex jibdew jippromwovu l-importanza tal-Mammografija fost in-nisa bħala mod effettiv kif is-soċjetà tista’ tikkumbatti żieda dejjem akbar ta’ kanċer tas-sider.
Tmien snin wara, Evelyn Lauder, Viċi President u Senior Corporate tal-kumpaniji Estèe Lauder nidiet il-Fondazzjoni ta’ Riċerka dwar il-Kanċer tas-Sider u bħala simbolu ta’ din il-Fondazzjoni kienet introduċiet lid-dinja l-famuża żigarella roża, jew aħjar kif inhi magħrufa aktar bl-Ingliż, il-pink ribbon.
L-idea tal-kampanja ta’ għarfien dwar il-kanċer tas-sider ippreżentata fuq binjiet imdawla u strutturi oħra bħal attrazzjonijiet tal-massa ironikament ma bdietx minn fuq xi binja, iżda fuq ajruplan. 12-il sena ilu, ajruplan tal-linja tal-ajru Delta (N845MH) tal-għamla Boeing 767 kien inżebaħ bil-kuluri tal-Fondazzjoni tar-Riċerka dwar il-Kanċer tas-Sider.
Madwar id-dinja, matul Ottubru jkunu organizzati diversi avvenimenti ta’ ġeneri differenti, fosthom mixjiet, għarfien fl-iskejjel u ġbir ta’ fondi b’risq istituzzjonijiet li jaħdmu f’dan il-qasam tant fundamentali fil-ħajja tal-mara.
familja.media@gov.mt 43