4 minute read

Attivitajiet Kulturali fil-Kapitali Storja ta’ tifla ta’ 8 snin li fieqet mill-kanċer

Ġabra ta’ attivitajiet li se jkunu organizzati fix-xhur li ġejjin R i t r a t t : D a l i b o r V i l o v s k i

Mis-16 ta’ Diċembru 2022 sas-27 ta’ Jannar 2023: Spazju Kreattiv, Valletta

Attivitajiet Kulturali fil-Kapitali

M a r y A n n e Z a m m i t Minn Diċembru 2022 sal-15 ta’ Jannar 2023: Spazju Kreattiv, Valletta Katya – Trans Icon & Trailblazer hija esebizzjoni li turi l-faċċati diversi li jgħaddu minnhom nisa li jkunu trans.

Mill-11 ta’ Jannar sat-23 ta’ Jannar 2023: Valletta Baroque Festival

Latent Spaces Reframed – Malta hija installazzjoni immersiva ta’ xogħlijiet speċifiċi għas-sit, immexxija minn Ana Baer Carrillo u Heike Salzer. Din il-wirja, li tippreżenta l-bniedem f’pajsaġġi urbani u naturali b’konnessjoni ma’ ambjenti differenti tqajjem mistoqsijiet dwar kif wieħed iħossu f’din id-dinja. Fost il-pajsaġġi hemm dawk mill-Iżlanda, l-Irlanda, il-Messiku u r-Renju Unit. Il-Valletta Baroque Festival joffrilna l-opportunità li nisimgħu l-mużika barokka u klassika minn Bach sa Vivaldi f’atmosfera storika. Dan hu maħsub, kemm għal udjenza lokali kif ukoll internazzjonali. Il-postijiet prinċipali ser ikunu t-Teatru Manoel, Il-Kon Kattidral ta’ San Ġwann u l-Mużew tal-Arkeoloġija.

Mid-19 ta’ Jannar 2023 sad-19 ta’ Frar 2023: Spazju Kreattiv, Valletta

Insular - Proġett fotografiku li jiffoka dwar il-ħajja ta’ kuljum u d-destin ta’ rġiel żgħażagħ ilkoll ġejjin mid-Diaspora Afrikana. L-esebizzjoni tikkonsisti f’ritratti sensittivi ta’ din il-komunità ġdida u reċenti f’pajjiżna. Rakkont b’xenarji jiddeskrivu l-ħajja bejn hawn u hemm.

Mill-20 ta’ Jannar 2023 sas-26 ta’ Frar 2023: Spazju Kreattiv, Valletta

Anamnesis - Proġett ta’ esebizzjoni introspettiva tal-arti viżiva minn Clint Calleja. Jinkludi pittura, skultura, fotografija u installazzjoni li lkoll iduru mat-tema Trauma and Memory.

Mis-17 ta’ Frar 2023 sal-21 ta’ Frar 2023: Karnival ta’ Malta

Wirja tal-Karnival li ser tittellgħa ġewwa Spazju Kreattiv fil-Belt flimkien ma’ Festivals Malta. Tiżwiqa ta’ kuluri u kostumi tal-karnival u ma tonqosx il-famuża Qarċilla li reġgħet irritornat magħna fis-snin reċenti.

Mit-3 ta’ Marzu 2023 sad-9 ta’ April 2023: Spazju Kreattiv, Valletta

Preistorja hija solo exhibition ta’ Enrique Tabone li fiha tinkludi arti kontemporanja dwar it-tema tal-figura femminili fi żmien preistorja f’Malta u f’Għawdex, dejjem minn perspettiva femminili.

Żmien iebes bi bżonn sostanzjali ta’ prodotti tad-demm

R i t r a t t : A n n a S h v e t s

Storja ta’ tifla ta’ 8 snin li fieqet mill-kanċer

T o n y M i c a l l e f P r a c t i c e D o n o r L i a i s o n N u r s e Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm

Koordinazzjoni u kitba tal-istorja bl-għajnuna ta’ ġenituri xi xtaqu jibqgħu anonimi

Dħul għall-istorja

Aħna l-ġenituri ta’ tifla li meta kellha 8 snin iddaħlet l-isptar għax kellha uġieħ kbir fil-parti t’isfel ta’ żaqqha. Minn testijiet intensivi rriżulta li kellha kanċer fl-ovarji u wara ftit jiem ġiet operata bil-ħsieb li l-ovarji ma jitneħħewx kompletament. Għall-ewwel l-operazzjoni marret kif mixtieq, iżda mhux kollox baqa’ ward u żahar għax wara seba’ ġimgħat il-kanċer reġa’ tfaċċa u reġgħet kienet operata minnufih. Minn wara t-tieni operazzjoni bdiet tingħata 3 tipi ta’ kimoterapija li ħadithom f’sitt sessjonijiet, dejjem pass pass ma’ kif beda jirreaġixxi ġisimha għalihom.

Bħala familja għamilna disa’ xhur ngħixu ġewwa s-Sala Rainbow fl-Isptar Sir Anthony Mamo. Tul dak iż-żmien ferm iebes apprezzajna ħafna l-għajnuna tal-istat, tal-ħaddiema tal-isptar, partikolarment tal-ħaddiema ddedikati tas-Sala Rainbow, iżda fuq kollox il-ġest nobbli tad-donaturi tad-demm u ta’ dawk kollha li jagħmlu ħilithom biex jippromwovu l-għoti tad-demm b’mod regolari. Ħidma li ma tieqaf qatt, kemm fis-sħana qalila tas-sajf, kif ukoll fil-kesħa tax-xitwa.

Dan qed ngħiduh għall-fatt li wara kull sessjoni ta’ kimoterrapija t-tifla kien ikollha bżonn madwar tlett boroż platelets u tliet boroż oħra demm. Hawn wieħed irid jgħid bla tlaqlieq li, li kieku ma kienx hemm il-ġest ta’ dawn id-donaturi, it-tifla tagħna ma setgħetx tibqa’ tiġġieled il-kanċer sa ma dan ġie kkontrollat.

Naturalment aħna bħala ġenituri konna nagħtu sehmna wkoll, u meta saħħitna kienet tippermetti konna mmorru nagħtu d-demm. Apparti hekk konna nħeġġu lill-familjari tagħna jersqu biex jagħtu d-demm ukoll.

F’mumenti diffiċli bħal dawn il-flus kienu importanti għax il-ħajja u d-dħul tal-familja ma baqax l-istess, iżda dak iż-żmien, importanti

aktar minnhekk kienu d-donazzjonijiet tad-demm li jiġu sforz il-qalb ġeneruża tad-donaturi tad-demm, l-iktar tad-donaturi tal-pjastrini li jagħmlu madwar siegħa mwaħħlin ma’ magna speċjali li tnaqqi l-platelets minn ġod-demm waqt li dan ikun ġo pajpijiet ’il barra mill-ġisem tad-donatur.

Illum nistgħu ngħidu li għall-grazzja t’Alla, it-tifla tagħna tinsab imfejqa, iżda għas-serħan tal-moħħ tmur għall-visti u testijiet li jsirulha minn żmien għal żmien.

Konklużjoni

Ninsabu fix-xahar tal-Milied u l-Festi tal-Ewwel tas-Sena, xahar ikkaratterizzat minn festini, ikliet, sforzi ta’ rikonċiljazzjoni, wiri ta’ solidarjetà u għoti ta’ rigali. Għaldaqstant dan iż-żmien, iktar minn żminijiet oħra hu l-iktar żmien propizju biex wieħed jersaq u jagħti d-demm flimkien. L-għaqda li tinħass meta tal-familja jew il-ħbieb jersqu biex jagħtu d-demm hi esperjenza pożittiva u li wieħed għandu jinkoraġġixxi bil-qawwa. L-għoti tad-demm hu rigal imprezzabbli, rigal li jagħti tama għall-fejqan u l-ħajja. Din id-darba agħti l-awguri tal-Milied u s-Sena t-Tajba b’mod differenti..., agħti d-demm! Dettalji dwar l-għoti tad-demm jinkisbu minn www.blood.gov.mt. Tistgħu ċċemplu wkoll fuq in-numri 7930 7307 jew 8007 4313. Iċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm jinsab ukoll fuq Facebook li tista’ taċċessa kif ġej: www.facebook.com/bloodmalta

customercare.nbts@gov.mt

This article is from: