
1 minute read
Fil-kamra tas-silenzju fejn jinbena l-vjolin 16 Branding ġdid għal kampanja nazzjonali ĠEMMA
Branding ġdid għal kampanja nazzjonali ĠEMMA
T o n i o B o n e l l o
Ir-rata ta’ persuni li huma sidien ta’ djarhom f’pajjiżna preżentament tlaħħaq it-tmenin fil-mija. Dan tħabbar mill-Onorevoli Michael Falzon, Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha kien imniedi l-branding il-ġdid tal-kampanja nazzjonali ĠEMMA.
Il-kelliem kompla li bħala poplu, il-Maltin ifaddlu u li l-ġenerazzjoni attwali bħalissa qed tgħix fi sfond ta’ esperjenza edukattiva ġdida li tħares, mhux biss lejn ir-riżultati imma lejn il-ħajja umana minnha nfisha.
Fid-dawl tat-tnedija tal-logo il-ġdid ta’ ĠEMMA, il-Ministru żied jgħid li l-kunċett li wieħed jippjana l-finanzi tiegħu għal quddiem, illum aktar minn qatt qabel sar neċessità għax ir-realtajiet li aħna u d-dinja kollha qed ngħixu fihom illum kulħadd jaf x’inhuma.
Kompla li apparti l-branding il-ġdid ta’ ĠEMMA, illum qed naġġornaw ruħna fl-edukazzjoni u rridu nkunu aħna stess li mmorru għand in-nies. “Hemm bżonn li lkoll kemm aħna inħarsu lejn il-prijoritajiet fl-ordni meħtieġa”, temm jgħid.


Aktar qabel tkellmet Helena Holland, il-Kap tal-kampanja ĠEMMA li apparti t-tnedija tal-logo il-ġdid, ħabbret ukoll kompetizzjoni ġdida miftuħa għall-iskejjel bl-isem “Build your future, be smart about money.” Il-kompetizzjoni issa tinsab miftuħa u se tagħlaq f’Marzu 2023. It-tnedija uffiċjali saret it-Tlieta 18 ta’ Settembru 2022 fil-bini tal-Università fil-Belt Valletta.