17 minute read

Editorjal Messaġġ mill-Onorevoli Dr Michael Falzon Ministru

Next Article
Ottubru Roża

Ottubru Roża

Tajjeb ingawdu, imma tajjeb niftakru!

T o n i o B o n e l l o E d i t u r

Bħal donnu din id-dinja m’hemmx li tistrieħ. Wara sentejn tal-pandemija tal-Covid li ħalliet warajha mijiet ta’ eluf ta’ vittmi u ekonomija dinjija żvinata, nhar l-24 ta’ Frar 2022 kulħadd baqa’ bla kliem hekk kif tħabbar li r-Russja daħlet fi gwerra mal-Ukranja.

Gwerra li forsi tidher, ta’ prinċipju politiku, iżda bil-fatti żgur li hi gwerra li ħalliet u qed tħalli massakru uman, minn tfal sa kbar. Fniet pajjiż u ġabitu pjaga waħda. Reġgħet ħolqot tifkira ħajja ta’ episodji passati ta’ terrur li d-dinja għaddiet minnhom, partikolarment matul dan l-aħħar seklu, u li ‘suppost’ ta’ kull sena infakkruhom biex qatt ma nerġgħu ngħaddu minnhom! Imma l-bniedem ma jitgħallimx.

Ninsabu f’dan iż-żmien tal-festi tal-Milied, ta’ tmiem is-sena u l-bidu ta’ oħra. Hekk bħalna kienu qed iħejju għal dawn il-festi l-poplu Ukren bħal daż-żmien sena. Mur għidilhom li ftit ġimgħat wara pajjiżhom, djarhom u saħansitra l-istess familji tagħhom kellhom jispiċċaw qerda sħiħa.

Li titkellem dwar gwerra u massakri ftit jiem bogħod mit-tifkira għażiża (għal min jemmen) ta’ dak li ġie fostna biex isalva d-dinja, forsi ma tinstemax sabiħ. Il-preparamenti fostna għaddejjin ġmielhom. Il-festini, ix-xiri tar-rigali, il-kitba tal-kartolini, it-tiżjin fit-toroq, id-dekorazzjonijiet fi djarna, l-attivitajiet tad-divertiment, dawk kulturali u reliġjużi, kollox għaddej b’dak ir-ritmu tas-soltu, anke jekk kultant bl-iskossi ta’ wara pandemija ta’ sentejn! Tassew, tajjeb ingawdu. Min ma jħobbx jiltaqa’ mal-familja għal xi ikla flimkien? Min ma jieħux opportunità u jmur iqatta’ xi jiem ta’ mistrieħ fil-gżira Għawdxija jew jagħmel xi safra mal-għeżież tiegħu? Min ma jħobbx jagħti u jirċievi xi rigal? Imma din mhix ir-realtà li d-dinja kollha qed tgħix.

L-Ukranja u pajjiżi oħra li jinsabu fi gwerra mhux qed jgħixu Milied bħalna. U dan biex ma nsemmiex gwerer oħra, kbar bħal dawn, iżda li tant il-mezzi ta’ komunikazzjoni darrewna nisimgħu u naraw li forsi, aktarx, spiċċajna ma nagħtux kas tagħhom.

Il-gwerra tal-faqar u l-ġuħ, ironikament f’dinja fejn ta’ kuljum jintrema ammont enormi ta’ ikel. Il-gwerra ta’ dawk mingħajr kenn ta’ saqaf fuq rashom. Il-gwerra ta’ dawk li jinsabu waħedhom, f’ċirkostanzi ta’ solitudni, mingħajr imħabba, imwarrba mill-kumplament.

Waqt li tajjeb ingawdu, imma tajjeb ukoll niftakru, li xejn, proprju xejn fil-ħajja m’hu for granted. Tajjeb niftakru li anke f’pajjiżna stess hawn min qed ibati, f’ċirkostanzi partikolari li kull persuna jiġi fuqha d-dell tqil tal-ħajja.

Dan il-Ministeru, minn ismu stess għandu r-responsabbiltà li jħares il-politika soċjali, jiġifieri l-familja u d-drittijiet tat-tfal. Aktarx l-aktar ministeru b’dekasteru li jpoġġih daqstant fil-qrib, wiċċ imb wiċċ mat-tbatijiet tan-nies.

Hu dmir tagħna li waqt li nħeġġu s-soċjetà tgħix is-sabiħ ta’ dawn iż-żminijiet, imma li tiftakar bl-istess qies f’dawk li bħalissa qed jgħixu l-għar esperjenzi ta’ ħajjithom. Tassew, minn qalbi nawgura Milied li jwassalna verament nirriflettu, naħsbu, nisimgħu u nieħdu azzjoni tanġibbli biex f’kull sitwazzjoni, ngħinu lil dawk fil-bżonn madwarna.

Mhux essenzjalment bżonn monetarju, dak magħrufin għalih. Iżda li nagħtu mill-ħin tagħna biex inkunu hemm għal xi ħadd. Ta’ spalla għal min qata’ qalbu mill-ħajja jew jinħtieġ ftit tama u kuraġġ. Jew sempliċiment biex nisimgħuh. Nassigurak, aqwa minn kull safra, ikla, divertiment li jista’ jkollna, is-sodisfazzjon li taf li tkun għamilt persuna oħra ferħana, dak jibqa’ l-aqwa rigal. Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd.

Matul l-2023 se ninvestu fin-nies ftit anqas minn 2 biljun ewro

L-O n o r e v o l i M i c h a e l F a l z o n M i n i s t r u g ħ a l l-P o l i t i k a S o ċ j a l i u d-D r i t t i j i e t t a t-T f a l

Kollegi u ħbieb,

Dħalna fix-xahar ta’ Diċembru u bdejna resqin bil-mod il-mod lejn tmiem ta’ sena oħra; sena li ġabet magħha bosta tragwardi, emozzjonijiet u sfidi. Fuq livell ta’ pajjiż, komplejna inkabbru l-ekonomija tagħna, filwaqt illi ħdimna għal tisħiħ konsistenti u kostanti fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. Dawn huma fatturi ferm importanti sabiex pajjiżna jkompli jsaħħaħ l-istrutturi soċjali, edukattivi u dawk li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa tal-poplu tagħna.

Fi ftit ġimgħat oħra, Jannar 2023 se jagħti bidu għall-implimentazzjoni tal-akbar baġit soċjali ta’ kull żmien, fejn ser ninvestu fin-nies ftit anqas minn 2 biljun ewro. Dan ifisser żieda ta’ kważi €160 miljun oħra fuq din is-sena.

Ftit ilu, ppreżentajna wkoll baġit illi kompla jsaħħah il-kredenzjali soċjali tagħna. Baġit b’saħħtu, mogħni b’miżuri soċjali sostennibli mmirati sabiex inkomplu nsaħħu l-qafas soċjali u ngħollu l-kwalità tal-ħajja.

L-isfidi li qed jolqtu l-pajjiżna huma kbar, imma għalkemm kbar, xprunawna aktar biex b’għaqal u prudenza nwieżnu l-aktar lil dawk li l-aktar għandhom bżonn għajnuna. Dan, mingħajr ma tfajna l-ebda piżijiet fuq il-familji, in-negożji u l-intrapriżi. Bqajna ffukati fil-viżjoni soċjali tagħna. Ma ħallejnihiex tittappan quddiem l-isfida tal-pandemija. U lanqas issa, quddiem id-daqqa tal-inflazzjoni. Għandna l-kredibilità bħala pajjiż u bħala Ministeru, illi dak li nwiegħdu inwettquh, u kif għamilna fis-snin imgħoddija, mill-għada li tħabbru l-miżuri soċjali, l-impjegati fil-Ministeru bdew jaħdmu, biex mill-aktar fis possibbli, nibdew inwettqu l-miżuri mħabbra.

Wettaqna l-miżuri soċjali kollha tul l-aħħar sena, ċertifikat ieħor li minnu qed igawdu l-aktar in-nies, għax illum għandhom is-serħan il-moħħ, iċ-ċertezza u l-istabbiltà li tant għandna bżonn fiż-żminijiet li qed ngħixu fihom illum.

Kontinwament, qed jirnexxilna nilqgħu għad-domanda u t-tħaddim ta’ benefiċċji fil-ħin, grazzi għall-ħaddiema kollha li jaħdmu f’dan il-Ministeru Soċjali. Nixtieq hawn nieħu din l-opportunità sabiex infaħħar ix-xogħol imprezzabbli illi jwettaq is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, Mark Musù u lil dawk kollha li ħadmu miegħu biex tfasslu l-miżuri u lil dawk il-kapijiet u l-istaff tagħhom, li qed jaħdmu biex jitwettqu dawn il-miżuri.

Ma ninsiex lill-kapijiet u mpjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dikasteru ta’ dan il-Ministeru u lill-istaff fis-segretarjat għall-ħidma tagħhom matul is-sena biex inkunu ta’ spalla għal dawk li jiġu bżonn is-servizzi tagħna. Irridu nibqgħu nkunu hemm għal kulħadd, sabiex kull persuna tilħaq l-ambizzjonijiet, l-aspirazzjonijiet u l-potenzjal kollu tagħha. Kulħadd għandu post u spazju f’din is-soċjetà, bi ftit aktar solidarjetà u empatija nistgħu niksbu wisq aktar flimkien.

Nawgura lilkom u lil dawk kollha għal qalbkom, l-isbaħ xewqat għall-Milied u s-sena l-ġdida.

Inkomplu nsaħħu l-qafas soċjali

M a r k M u sù S e g r e t a r j u P e r m a n e n t i M i n i s t e r u g ħ a l l-P o l i t i k a S o ċ j a l i u D r i t t i j i e t t a t-T f a l

F’dawn l-aħħar ġimgħat temmejna t-twettiq sħiħ tal-pakkett tat-28 miżura soċjali fdati din is-sena f’idejn il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal biex jimplimentahom. Dan sar bil-pagament fl-aħħar ġimgħa ta’ Novembru ta’ għotjiet lil madwar 5,500 eks ħaddiema tax-xatt, eks membri tal-korpi, eks ħaddiema tal-Gas Board u apprentisti bħala kumpens għall-anomaliji tal-imgħoddi.

Fil-ġimgħa ta’ wara ħarġu l-pagamenti lill-familji li bbenefikaw għall-ewwel darba mit-twessigħ fil-limitu tad-dħul fl-iskema tal-In-Work Benefit. Għal koppji fejn it-tnejn jaħdmu, il-limitu tad-dħul tela’ għal €50,000, filwaqt li fiż-żewġ kategoriji l-oħra – għal ġenturi waħidhom li jaħdmu u familji fejn wieħed mill-ġenituri jaħdem – il-limitu żdied għal €35,000. .

B’kollox 9,200 familja b’madwar 14,000 tifel u tifla tħallsu €200 għal kull wild. Dawn il-familji ma kellhomx għalfejn japplikaw, iżda ngħażlu skont id-dħul tagħhom f’eżerċizzju li tmexxa mill-MITA flimkien mad-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza fuq tagħrif miġbur mingħand l-Uffċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi.

Waqt li kien qiegħed isir dan l-eżerċizzju nstab li 10,300 familja oħra b’15,400 tifel u tifla suppost li huma wkoll intitolati għal dan il-benefiċċju għax jaqgħu taħt il-limiti tad-dħul l-antiki, iżda għal xi raġuni jew oħra naqsu li japplikaw.

Hekk kif din l-informazzjoni ġiet għall-attenzjoni tiegħi kkonsultajt f’livell ministerjali u sar qbil li f’ġieħ il-ġustizzja soċjali dawn ukoll jibdew jitħallsu. U hekk fil-fatt seħħ bis-saħħa ta’ ħidma li saret f’qasir żmien mill-MITA u l-uffiċjali fid-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja.

B’hekk l-għadd globali ta’ familji li din is-sena bbenefikaw mill-In-Work Benefit tela’ għal 26,500 – aktar minn tliet darbiet u nofs ta’ dak li kellna fl-2021.

Fl-istess żmien ħdimna spalla ma’ spalla ma’ uffiċjali fil-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol biex jiġi varat il-mekkaniżmu addizzjonali tal-COLA għall-persuni vulnerabbli bl-għan li dawn jitħallsu l-pagamenti dovuti lilhom qabel il-Milied.

Kien ta’ sodisfazzjoni kbir għalija u għal kull min ħadem biex nagħtu s-sehem tagħna biex jidħol fis-seħħ dan il-mekkaniżmu, kif ukoll li implimentajna kompletament il-pakkett ta’ miżuri tal-2022 għax b’hekk inħoss li mill-ġdid konna ta’ sostenn u wens, u għamilna differenza fil-ħajja ta’ dawk li gawdew minn dawn l-inċentivi.

Għalaqna kapitlu ta’ appoġġ u għajnuna u ftaħna ieħor. Dan għaliex fl-istess perjodu ħabrikna biex dan ix-xahar u fl-ewwel ġimgħat ta’ Jannar nibdew bla dewmien nimplimentaw it-23 miżura soċjali li tħabbru fil-Baġit 2023 u li ġew fdati lilna biex inwettquhom.

Konsistenti mal-impenn tagħna li nkunu ta’ tarka għal dawk fil-faxxa t’isfel tas-soċjetà, il-familji bit-tfal, l-anzjani u l-pensjonanti, qed nissoktaw intejbu diversi benefiċċji għalihom biex flimkien mal-miżura soċjali indiretta li qed tissussidja b’saħħa l-prezzijiet tal-enerġija u tal-qmuħ u ċereali, ngħinuhom ilaħħqu aħjar mal-ħajja ta’ kuljum u jilqgħu għall-isfidi tal-inflazzjoni.

B’kollox il-miżuri ser jiswew €86 miljun. Il-parti l-kbira tan-nefqa ser tmur biex għal darb’oħra jiżdiedu l-pensjonijiet tal-irtirar, tar-romol, tal-invalidità u l-pensjoni mhux kontributorja tal-età. Kull pensjonant u pensjonanta ser jiżdiedu €12.50 fil-ġimgħa, inkluż iż-żieda għall-ogħli tal-ħajja.

Ser igawdu wkoll mit-tkomplija ta’ żewġ miżuri oħra li varajna din is-sena. Waħda minnhom taħseb biex isir aġġustament fil-ħlas tal-bonus għall-għoli tal-ħajja li jitħallas separatament mal-pensjoni. Dan l-aġġustament qed isir b’mod gradwali bil-għan li finalment dan il-bonus ikun l-istess għal kull pensjonant u mhux b’rati differenti kif inhu s’issa.

Proċess ieħor simili qed isir fil-pensjonijiet tar-romol. Dawn qed jiġu aġġustati biex sal-2027 ikunu ekwivalenti għall-pensjoni tal-konjuġi li jkunu ġew nieqsa. Permezz ta’ dan it-titjib, min jikkwalifika fl-2023 se jkun qed jieħu żieda medja ta’ €3.54 fil-ġimgħa, min anqas u min aktar.

Għal familji bit-tfal taħt is-sittax-il sena ser inwettqu titjib li jiswa madwar €5.6 miljun. Dan jikkonsisti f’żieda ta’ €90 fis-suppliment li jitħallas lil kull wild mal-allowance tat-tfal. Is-suppliment se jiżdied għal bejn €140 u €160 kull wild skont id-dħul tal-familja. Dan it-titjib ser ikompli gradwalment biex sal-2027 kull suppliment ikun globalment żdied b’€450 kull wild.

M’għandix l-ispażju biex indur kull miżura li sawwarna, però ma nistax inħalli barra miżura li tirrikonoxxi b’mod konkret is-sagrifiċċju u d-dedikazzjoni ta’ dawk il-ġenituri li jkollhom jew kellhom jitilqu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb wild b’diżabilità severa. Il-benefiċċju li ħloqna għalihom is-sena l-oħra ser jiżdied b’disa’ darbiet minn €500 għal €4,510, li huwa ekwivalenti għan-nofs il-Paga Minima Nazzjonali netta. Għalija din hija miżura sinifikanti li turi kemm verament qed naqdu l-missjoni tagħna li nkunu ta’ sostenn għal familji mtaqqla bi problemi.

Kuntent li l-miżuri soċjali ntlaqgħu tajjeb fil-medja u mill-imsieħba soċjali, tant li dan l-aħħar Baġit b’mod ġenerali kien diskritt bħala wieħed soċjalment b’saħħtu u ġust. Fosthom laqtuni l-kummenti tal-Alleanza Kontra l-Faqar li esprimiet sodisfazzjoni dwar il-miżuri li sejħitilhom, fid-direzzjoni t-tajba.

Bħall-imgħoddi nixtieq inwassal il-ħajr tiegħi lill kull minn ta’ sehmu biex tfasslu dawn il-miżuri u lil dawk li qed jaħdmu mal-MITA biex inwettquhom. Grazzi mill-qalb għall-appoġġ u l-ħidma tagħkom. Insellem u nagħti ħajr lill-impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għax-xogħol imprezzabbli li jagħmlu fis-settur tal-politika soċjali u l-ħarsien soċjali.

Fl-aħħarnett, nieħu l-okkażjoni biex inwassal l-isbaħ xewqat għal Milied ħieni u sena mimlija saħħa, risq, barka, paċi u sliem lilkom u l-familji kollha tagħkom.

L-istorja tal-Inbid Evviva…

D o r i s Z a m m i t X a n d a r a u K i t t i e b a

“L-iskoperta tal-inbid hija mument akbar mill-iskoperta ta’ konstallazzjoni. L-univers huwa mimli stilel.” Benjamin Franklin

Ħelu jew xott, aħmar jew abjad, ifexfex jew le. L-inbid l-aktar alkoħoliku maħbub fl-istorja tad-dinja.

L-ewwel indikazzjonijiet li għandna tal-inbid, fejn jindikaw li dan beda jiġi prodott, imorru lura sa aktar minn 7,500 sena ilu fil-pajjiż illum magħruf bħala l-Iran. Imma għalkemm m’hemm l-ebda evidenza arkeoloġika biex tiddetermina eżattament meta beda jsir l-inbid, m’hemmx dubju li jmur ħafna aktar snin minn hekk.

Li nafu hu li sa mill-bidu tiegħu l-inbid żamm l-ogħla post fis-soċjetà billi kien jintuża f’ritwali reliġjużi u kien jiġi nnegozjat bejn in-nobbli u dawk sinjuri.

L-inbid kien maħsub bħala rigal għas-Slaten u dawk l-inbejjed li għadda ż-żmien minn fuqhom ġew moħbija f’postijiet friski daqs li kieku kienu xi teżor kbir.

Illum, l-inbid huwa wieħed mill-aktar xarbiet li tiġi prodotta u kkunsmata madwar id-dinja, Chardonnay, Merlot, Riesling, Syrah - hemm ħafna tipi ta’ nbid minfejn nagħżlu. U mhux biss inbid magħmul mill-għeneb imma nsibu inbid magħmul mill-frott, mill-fjuri u anke mill-ħaxix!

Hemm qawsalla sħiħa ta’ nbejjed madwar id-dinja, imma m’hemm xejn ħelu u tajjeb daqs dawk li huma magħdudin mal-inbid abjad. Ejjew ma nagħmlux l-iżball li jagħmlu ħafna, l-inbejjed bojod rarament jekk qatt huma tassew bojod fil-kulur, imma aktarx huma kulur safrani kulur it-tiben, kulur dehebi jew isfar fl-aħdar.

L-inbid abjad jinkludi l-akbar persentaġġ ta’ nbejjed magħmula fil-Ġermanja u l-Iżvizzera, filwaqt li lejn nofs in-naħa ta’ fuq ta’ Franza hija wkoll magħrufa għall-varjetà vasta ta’ nbid abjad. Huma meqjusa fost l-aktar inbejjed delizzjużi u ħafna drabi aktarx li jakkumpanjaw platti tal-ħut.

F’Katalonja, fil-fatt hemm dak l-inbid abjad speċjali magħruf bħala Cava, u x-xampanja hija verament inbid abjad ifexfex li jiġi prodott f’Champagne fi Franza.

Mill-banda l-oħra l-inbid aħmar huwa magħmul minn varjetà ta’ għeneb li huwa skur fil-kulur. Il-kulur tal-inbid jista’ jvarja minn vjola skur, tipiku ta’ nbejjed li għadhom fil-bidu tagħhom, aħmar jgħajjat għall-inbejjed aktar maturi u kannella għal dawk l-inbejjed ħomor li għadda ż-żmien minn fuqhom. Ix-xiropp mill-għeneb l-iswed ikun aħdar fl-abjad. Il-kulur aħmar jiġi minn pigmenti preżenti fil-qoxra tal-għeneb. Ħafna mill-proċess fil-produzzjoni tal-inbejjed ħomor jinvolvi l-estrazzjoni tal-kulur u l-komponenti għat-togħma fil-qoxra tal-għeneb.

Kemm l-inbid abjad u dak aħmar, huwa ta’ benefiċċju għas-saħħa, dejjem jekk jittieħed f’moderazzjoni. Kemm l-aħmar u anke l-abjad, huma għanja fl-anti-ossidanti, iżommu l-kolesterol ħażin baxx, iżommu l-qalb b’saħħitha, jirregolaw iz-zokkor fid-demm, inaqqsu r-riskju tal-kanċer, jgħinu biex jittrattaw riħ komuni, iżommilna memorja tajba, u anke figura snella. Ta’ min iżid jgħid li għall-adulti b’saħħithom, in-nisa ta’ kull età jistgħu jixorbu sa tazza waħda nbid aħmar kuljum, u għall-irġiel sa 65 sena, tazza nbid waħda kuljum ukoll. Filwaqt li inbid abjad għan-nisa tazza waħda kuljum, u żewġ tazzi għall-irġiel.

Ma jistax jonqos li l-aħjar mod li nistgħu niċċelebraw l-inbid huwa billi niltaqgħu flimkien ma’ sħabna jew membri tal-familja tagħna naqsmu flimkien xi flixkun jew tnejn inbid minn dawk li huma favoriti tagħna. Ma ninsewx, l-inbid nistgħu niċċelebrawh is-sena kollha, dejjem bil-limitazzjoni. F’dawn il-festi li ġejjin, nistgħu nixorbu inbid imma, nieħdu ħsieb li ma nixorbux iżżejjed u jekk nixorbu naraw li ma nsuqux aħna ħalli nevitaw l-aċċidenti.

Nieħu l-okkażjoni biex nawgura lilkom għeżież qarrejja l-Milied t-tajjeb u sena ġdida mimlija dak kollu li tixtieq qalbkom. Ċin Ċin.

Il-Kummissarju tat-Tfal Antoinette Vassallo (L-Ewwel Parti) It-tfal kollha għandhom ikunu trattati b’dinjità, rispett u sens ta’ ġustizzja

T o n i o B o n e l l o E d i t u r

Reċentament intervistajt lis-Sinjura Antoinette Vassallo, li nħatret bħala Kummissarju tat-Tfal b’seħħ mill-1 ta’ Frar ta’ din is-sena. Imwielda r-Rabat (Malta) fl-1957, hi l-iżgħar wild minn fost erba’ aħwa. Attendiet l-Iskola Primarja tar-Rabat u wara kompliet is-Sekondarja fl-iskola ta’ Santa Tereża fl-Imrieħel. F’din l-ewwel parti tal-intervista bdejt biex staqsejtha, ...

___________________________________

Xtaqt issir għalliema iżda fil-fatt għażilt triq oħra. Għaliex?

___________________________________ Veru, kelli ħajra li nkompli l-istudji tiegħi biex insir għalliema, iżda ġara li kien ħareġ il-kors tal-infermiera u fettilli napplika. Intgħażilt u b’hekk biddilt il-ħsieb tiegħi u għamilt il-kors ta’ infermiera State Registered Nurse (SRN) fin-Nursing School ta’ Gwardamangia. Dak iż-żmien il-kors kien madwar tlitt snin u nofs, u fl-1975 ilħaqt SRN. Kont magħżula biex naħdem fl-Operating Theatre tal-ENT u wara sentejn ħdimt ġewwa O.T. ta’ Karen Grech kif ukoll ta’ Gwardamangia f’ħafna oqsma differenti. Bqajt naħdem sas-sena 1985 fejn irriżenjajt għax iżżewwiġt u mort noqgħod ġewwa l-lokalità ta’ Ta’ Xbiex. Kellna ħames ulied, erba’ subien u tifla, għalkemm b’dispjaċir kbir tlift it-tieni wild ta’ sena u xahrejn. Dejjem emmint li d-dover tiegħi kien li nibqa’ d-dar sabiex inrabbi l-uliedi bl-aħjar mod possibbli.

_____________________________________

Kif tiddeskrivi l-ħidma tiegħek, mill-ewwel impjieg sal-lum?

_____________________________________ Meta rajt li uliedi kibru biżżejjed u li stajt nagħti kontribut aktar wiesgħa fis-soċjetà, kont ikkontestajt l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fl-1999 f’isem il-Partit Laburista. Bi pjaċir ngħid li kont eletta mill-ewwel bħala l-ewwel sindku mara f’isem il-Partit Laburista. Bqajt inservi ta’ sindku għal Ta’ Xbiex erbatax-il sena konsekuttivi. Fl-2013 iddeċidejt li nirriżenja. Il-kariga tiegħi ta’ sindku kienet waħda interessanti ħafna. Tgħallimt ħafna għax matul il-kariga kelli diversi esperjenzi u sfidi differenti li għallmuni ħafna. B’hekk komplejt insaħħaħ

il-karattru tiegħu u sirt aktar kapaċi li niffaċċja kull diffikultà li niltaqa’ magħha.

Wara ftit xhur kelli l-opportunità li naħdem bħala Chairperson tal-Awtorità tad-Djar. Kariga ġdida, li ġabet wkoll ħafna sfidi ġodda u esperjenzi li ma ninsiehom qatt. Matul iż-żmien kont involuta wkoll f’diversi kumitati u bordijiet, bħal pereżempju direttur fuq il-bord tal-MCA kif ukoll tal-MIP. Għal darb’oħra, permezz ta’ dan kollu, jiena bqajt nieħu sehem f’diversi setturi li nemmen li tawni aktar esperjenza fil-ħidma diversa tiegħi.

Ma nistax ma nsemmiex iċ-Children and Young Persons Advisory Board, li kont immexxi flimkien ma’ għaxar membri oħra. Kien bord li ġabni qrib ħafna r-realtajiet tal-ħajja u aktar u aktar, qrib dawk it-tfal vulnerabbli. Għamilni aktar konxja ta’ kemm għandna nħarsu lill-uliedna, ngħożżuhom u naraw kif nistgħu nagħtuhom l-aħjar li jixirqilhom. Fuq kollox it-tfal huwa dritt tagħhom li jkollhom ħajja diċenti, imrobbija tajjeb u kif jixirqilhom. Għandna nagħtuhom l-imħabba kollha li jistħoqqilhom u ngħallmuhom kif għandhom jitilgħu ċittadini tajbin. _____________________________________ Illum tinsab f’din il-pożizzjoni ta’ Kummissarju tat-Tfal. X’tara li hu rwol tiegħek, u x’tixtieq tagħmel bl-għan li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tat-tfal Maltin u Għawdxin?

____________________________________ Illum bħala Kummissarju għat-Tfal qed niffaċċja diversi sfidi ġodda, dejjem bl-għan li nkun minn ta’ quddiem biex nara li ntejjeb il-kwalità tal-ħajja tat-tfal Maltin u Għawdxin. Huwa d-dover tiegħi li flimkien mal-Uffiċċju li jaqa’ taħti, nippromwovi u naqbeż għad-drittijiet u l-interessi tat-tfal kollha.

Irridu nassiguraw li t-tfal ikun qegħdin jinstemgħu meta jesprimu l-fehmiet tagħhom u li dawn fil-fatt qed jiġu kkunsidrati. Nemmen li għandi nippromovi l-ħarsien tal-għaqda tal-familji tagħhom għax nemmen bis-sħiħ li l-aqwa interessi tat-tfal u tal-familji għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox. It-tfal kollha għandhom ikunu trattati b’dinjità, rispett u sens ta’ ġustizzja. L-istess għandu jingħad għal tfal b’diżabbiltà, barranin jew oħrajn f’sitwazzjoni żvantaġġjuża.

_____________________________________ Tħoss li hawn inġustizzji u abbużi fil-konfront tat-tfal illum? Jekk iva, f’liema aspetti?

____________________________________ Jien naħseb li l-inġustizzji u l-abbużi fil-konfront tat-tfal sfortunatament minn dejjem kienu jeżistu, u għalhekk ma jonqosx il-fatt li anke fil-ħajja tal-lum dawn il-fatturi għadek issibhom. Eżempju żgħir li nemmem li huwa fatt reali fil-ħajja tal-lum, huwa meta jkun hemm tilwin fil-familji bejn il-ġenituri, li din jirriżulta li jispiċċaw f’separazzjoni, b’konsegwenza li t-tfal jistgħu jispiċċaw ballun bejn il-ġenituri.

Għalkemm dan m’hux ikkunsidrat bħala abbuż fiżiku, xorta waħda t-tfal ikunu qed jiġu effettwati ħażin ħafna, b’konsegwenza li eventwalment it-tfal ikunu effettwati fis-saħħa mentali anke ’l quddiem.

Naturalment hemm ħafna tipi ta’ abbużi oħra fil-konfront tat-tfal illum u għalhekk wieħed irid joqgħod attent biex jevalwa eżatt x’wassal għal kull tip ta’ abbuż li jista’ jeżisti. Hemm dak l-abbuż fiżiku kif ukoll mentali li xorta jista’ jkun ta’ detriment fil-ħajja tat-tfal. Illum hemm ukoll il-fatt tat-teknoloġija li tant daħlet fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna, inkluż it-tfal. Huwa fatt li t-teknoloġija fiha ħafna tajjeb u vantaġġi li jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira speċjalment fejn jidħol tagħlim, studju eċċ. Però bħal kwalunkwe xort’oħra qed insibu li jsir ħafna abbuż kemm fuq adulti kif ukoll fil-konfront tat-tfal tagħna.

Huwa fatt reali li t-teknoloġija tista’ tkun ta’ tfixkil u ta’ detriment anke għat-tfal tagħna li jibdew jużaw it-teknoloġija sa minn età żgħira. Għalhekk huma importanti li l-ġenituri stess għandhom joqogħdu attenti għal uliedhom ħalli jkunu infurmati x’inhuma jikkomunikaw u ma’ min. Fuq kollox, għandna ngħallmu lit-tfal dwar kif jistgħu jipproteġu lilhom infushom online ukoll.

I t-t i e n i p a r t i t a’ d i n l-i n t e r v i s t a s e t i d h e r f i l-ħ a r ġ a l i j m i s s t a’ F a m i l j a

This article is from: