Familja April 2025 numru 33

Page 1


April 2025 Numru 33

Rivista Familja hi inizjattiva tal-Uffiċċju tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

Familja toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi uffiċjali ta’ dan il-Ministeru. Din ir-rivista titqassam mingħajr ħlas.

Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l-imejl: familja.media@gov.mt

Biex tirċievi r-rivista Familja tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku jew bilposta:

Tonio Bonello, MSPC

Taqsima tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti

Nru 38

Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta.

Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ Familja mhux neċessarjament jirrifletti lopinjoni Editorjali.

Tonio Bonello

Editur

Archibald Attard
Helena Holland

Teżisti aljenazzjoni kbira (mhux Malta u Għawdex biss) li qed tnessi l-bniedem li l-ħajja

fuq din l-art mhix għal dejjem, iżda biss, forsi għal ftit deċenji li jgħaddu riħ! Jeżistru lestremi wkoll; min irekken u jrekken bħal li kieku kif kienu jemmnu l-Eġizzjani tal-qedem, wara mewthom se jieħdu kollox magħhom, u min jonfoq, jiddejjen, igawdi u jixxala jimxi fuq “il-prinċipju”; għada min rah!

Il-kawża ta’ tant ġlied bejn il-familji, saħansitra bejn l-aħwa stess dwar wirt, proprjetà u Alla biss jaf x’aktar. Tali li l-bniedem ma jibqax jirraġuna. Iżda mhux biss. Kif f’dawn it-tikka ta’ gżejjer jeżisti ġlied kbir bejn ħbieb, ġirien, familji u aħwa minħabba l-misħuta politika. Hawn min saħansitra tant hu determinat minn twemminu (le, mhux reliġjuż) li kważi bi ftaħir jgħid, “jien Nazzjonalist sal-mewt” jew, “jien Laburist sal-mewt”. Iva mela, bla dubju ħabib, sal-mewt, xejn aktar għax Alla ma jaħmilx jarak f’dan l-istat ta’ ġenn tul l-eternità kollha, iżda sal-mewt, u daqshekk, xejn aktar!

Teżisti u qed tikber fostna wkoll dik li bl-Ingliż tissejjaħ, “Road Rage”. Tip ta’ mġiba ħażina, ta’ rabja kbira li biha qed iġibu ruħhom bosta sewwieqa Maltin u barranin. Dan kollu eżempju għax xi ħadd daqq il-horn għax hekk kien dmiru biex jiġbed l-attenzjoni lil xi ħadd. Mġiba b’taħlita ta’ dagħa faħxi u kliem ħażin, sewqan bl-addoċċ, konfrontazzjoni u provokazzjoni għal ġlied. Saħansitra vandaliżmu fuq il-vettura tas-sewwieq l-ieħor u anke swat jew theddid, mhux biss lejn sewwieqa, iżda anke lejn ċiklisti u persuni mexjin fit-triq. Imma minkejja dawn il-problemi kollha, ifisser li ma teżistix xi tip ta’ maħfra? M’għadx hemm possibbiltà ta’ rikonċiljazzjoni? Li npoġġu madwar mejda u b’mod ċivili nitkellmu ddifferenzi ta’ bejnietna, in-nuqqas ta’ qbil li qed iwassluna biex ma nitkellmux aktar, saħansitra biex ninsew li ħuna, missierna stess illum kiber, forsi marad, forsi anke miet! Fi tmiem Jannar li għadda sar il-funeral ta’ erba’ persuni li ħadd mill-familja jew qraba tagħhom ma mar biex dawn jindifnu b’dinjità. Ħa nkun ċar. Ma jfissirx li f’dan il-każ, seta’ kien hemm xi wieħed jew aktar mill-mottivi msemmijin hawn fuq, fl-ebda każ minn dawn, imma l-fatti ma jista’ jmerrihom ħadd. U fatt

wieħed hu, kif fi gżira ta’ biss 67 kilometru kwadru, b’popolazzjoni ta’ ftit aktar minn 500,000 persuna, fejn ngħidu li, “f’Għawdex, kulħadd jaf lil kulħadd”, imbagħad għandek sitwazzjoni daqshekk kiefra ta’ erba’ persuni li ma jmur proprju ħadd biex jidfinhom, b’dinjità?

Imma stenna. Żgur dan mhux l-aġir tal-Maltin u l-Għawdxin, anzi l-oppost. Fil-fatt dan wassal biex grupp ta’ parruċċani mill-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex ftiehmu biex jorganizzaw funeral deċenti lil dawn in-nies.

Dan wassal ukoll biex il-parroċċa ta’ San Ġorġ waslet fi ftehim mal-Ministeru għas-Saħħa u

Anzjanità Attiva u s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika biex tieħu r-responsabbiltà ta’ dawn il-katavri u tagħmlilhom funeral hi.

Is-sitwazzjoni dlonk inbidlet minn waħda tassew negattiva għal waħda tant sabiħa hekk kif numru ta’ nies bdew jersqu biex jivvolontarjaw jerfgħu t-twiebet, biex iħallsu tal-fjuri, biex anke kor parrokkjali offra l-kant mingħajr ebda ħlas. Magħhom ingħaqdu wkoll il-Caritas

Għawdex u għadd ta’ saċerdoti minn parroċċi oħra.

Bħal li kieku dan ma kienx biżżejjed, il-quddiesa tal-funeral ingħatat dirett fuq il-paġna ta’ Facebook tal-istess parroċċa bl-għan li l-komunità Għawdxija u dik Maltija jingħaqdu flimkien fit-talb tagħhom għal dawn l-erwieħ li ġew minsijin proprju fl-aktar mumenti vulnerabbli fejn bniedem iħalli din l-art biex jgħaddi għal ħajja ta’ dejjem.

U l-għaġeb kollu ta’ din l-esperjenza joħroġ mill-fatt li minkejja kienu x’kienu dawk iċ-

ċirkostanzi li wasslu biex erba’ minn ħutna jiġu minsijin b’dan il-mod, il-poplu Malti u

Għawdxi reġa’ wera xi jsarraf fejn tidħol l-imħabba vera, is-solidarjetà, il-prattika talformazzjoni u tat-tagħlim li

kull wieħed u waħda minna ħadna meta konna żgħar.

U dak li ksibna fl-ewwel

snin ta’ ħajjitna ma jintnesa qatt u jibqa’ jirbaħ kull battalja frivola li l-bniedem

għadu joħloq u jivvinta fuq

din l-art!

Investiment li jammonta

għal 29.5% tan-nefqa rikorrenti kollha tal-Gvern

Mark Musù

Segretarju Permanenti

Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal

Din is-sena, 2.3 biljun ewro huma allokati għallqasam soċjali li jaqa’ taħt il-Ministeru għall-

Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal

Hekk kif dħalna fir-rebbiegħa, qiegħed bħas-snin li għaddew, inżomm l-appuntament tiegħi magħkom biex nagħtu ħarsa ġenerali lejn xi

miżuri li seħħew matul dawn l-aħħar ġimgħat fejn

rajna l-introduzzjoni ta’ diversi miżuri soċjali li kienu tħabbru fil-Budget għall-ġid taċ-ċittadini

Maltin u Għawdxin.

Bi pjaċir ngħid li matul l-ewwel kwart ta’ din issena diġà ġew fis-seħħ 25 minn 45 miżura dwar diversi benefiċċji soċjali li jolqtu firxa wiesgħa ta’ benefiċjarji soċjali.

Sa Ġunju jkunu twettqu 14-il miżura oħra għal total ta’ 39 miżura, waqt li l-aħħar 6 miżuri li

jikkonċernaw il-ħlasijiet marbuta ma’ numru ta’ anomaliji u inġustizzji, jitwettqu bħal kull sena f’Novembru.

Dan kollu qed isir grazzi għall-ħidma bla heda tal-ħaddiema tal-Ministeru għall-Politika

Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Minn qalbi nirringrazzjahom.

Din is-sena, aktar minn 95,000 pensjonant se jkunu bbenefikaw minn ammont straordinarju ta’ aktar minn 1.2 biljun ewro f’pensjonijiet kontributorji. Din il-figura titla’ għal kważi 1.6 biljun ewro għall-għoti ta’ benefiċċji soċjali oħra, inkluż pensjonijiet u għajnuniet nonkontributorji, u oħrajn.

Dan l-investiment huwa parti minn aktar minn 2.3 biljun ewro li huma allokati għall-qasam soċjali li jaqa’ taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, liema investiment jammonta għal 29.5% tan-nefqa rikorrenti kollha tal-Gvern.

Jekk imbagħad tgħodd l-investiment fl-akkomadazzjoni soċjali, l-inklużjoni u l-anzjanità attiva, dan l-investiment jitla’ għal 2.74 biljun ewro jew kważi 35% tan-nefqa rikorrenti totali tal-Gvern.

Il-pensjonanti qed jaraw id-dħul tagħhom jiżdied kull sena grazzi għal sensiela ta’ miżuri u titjib li qed isir fil-pensjoni tagħhom u fil-bonusijiet u benefiċċji oħra li jirċievu. Din is-sena ilpensjonijiet kollha żdiedu bi €8 fil-ġimgħa fost żidiet oħra għal kategoriji oħra ta’ pensjonanti.

Miżura oħra tirrigwardja l-In-Work Benefit - minn din is sena fil-komputazzjoni tar-rati tal-InWork Benefit iddaħħlet il-miżura li barra li jiġi injorat l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tassigurtà soċjali li jkunu tħallsu mid-dħul tal-ġenituri, ser jibda jiġi wkoll injorat l-ammont ta’ taxxa fuq id-dħul li jkun tħallas.

Din il-miżura mistennija tolqot pożittivament madwar 24,000 familja b’madwar 40,000 wild taħt it-23 sena

għaliex mhux biss tista’ tiżdidilhom irrata mħallsa li issa se tkun maħduma

fuq dħul nett anqas, imma se jwassal biex jibdew jibbenefikaw familji

ġodda.

Dan l-istess mekkaniżmu ġie introdott biex familji jkunu jistgħu

jikkwalifikaw għal rati mtejba tal-allowance tat-tfal. Għal dan il-għan, il-Budget 2025

jipprovdi investiment qawwi fejn jidħlu l-ulied li minnu ser ikunu qed jibbenefikaw 41,600 familja bi tfal taħt is-16-il sena u 24,000 familja bi tfal taħt it-23 sena. B’kollox dawn

jammontaw għal madwar 75,000 wild li l-ġenituri tagħhom se jkunu qed jirċievu aktar minn mitt miljun ewro.

Jekk imbgħad tgħodd għajnuniet oħra li dawn il-familji jistgħu jirċievu bħall-Benefiċċju

Addizzjonali għall-Għoli tal-Ħajja u l-Assistenza Supplimentari u kif ukoll għajnuniet għal tfal b’diżabiltà inkella għal tfal iffosterjati, l-investiment jitla’ għal madwar €165 miljun.

Jien bħal dejjem nirringrazzja lil kull min jagħti sehmu fit-tfassil u l-implimentazzjoni taddiversi miżuri mmirati biex tkompli titjieb il-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin, partikularment dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.

Nagħlaq billi nestendi l-isbaħ xewqat għal Għid ħieni u mill-isbaħ lilkom u lill-għeżież tagħkom.

Ritratt Pixabay

Doris Zammit

Kittieba u Xandara

Drawwiet u Tradizzjonijiet...

Hija ħaġa naturali li pajjiż b’kultura kattolika bħal tagħna jkollu bosta tradizzjonjiet li għandhom x’jaqsmu mar-Randan sal-Għid il-Kbir. Bħalissa qegħdin fir-Randan u forsi wieħed jistaqsi, tgħid x’għandhom komuni l-irmied, l-astinenza mil-laħam nhar ta’ Ġimgħa, l-40 ġurnata u Mardi Gras? Dawn huma kollha simboli assoċjati mal-aktar żmien importanti tal-Knisja Kattolika, ir-Randan – l-40 ġurnata qabel Ħamis ix-Xirka, il-Ġimgħa Kbira u l-Għid.

Għaliex 40 ġurnata?

Fil-Bibbja hemm diversi referenzi għal avvenimenti li ġraw f’40 ġurnata, jew snin, bħal ngħidu aħna 40 sena li l-Iżraeliti damu fid-deżert jew l-40 ġurnata li Ġesù qatta’ fid-deżert isum u jitlob.

Trab kont u trab terġa’ ssir

Nibdew l-40 ġurnata l-Erbgħa tal-Irmied jew Ras ir-Randan, meta l-qassis jidilkilna moħħna bl-irmied bħala sinjal ta’ luttu u penitenza. fil-waqt li jgħid il-kliem tal-Iskrittura: Ftakar li trab kont u trab terġa’ ssir.

Dan l-irmied isir billi jinħaraq il-weraq tal-palm u taż-żebbug imbierek minn ta’ Ħadd il-Palm tas-sena ta’ qabel. Din it-tradizzjoni tfakkarna li deħlin f’perjodu ta’ talb u tiġdid spiritwali, sawm u għotjiet ta’ karità, fejn nippreparaw għall-qawmien mill-mewt tas-Salvatur tagħna nhar l-Għid il-Kbir.

Ras ir-Randan

L-Erbgħa tal-Irmied hija l-ewwel ġurnata tar-Randan. Din, kif għadha sal-lum, kienet ġurnata ta’ sawm, u għat-tfal tal-iskola, fl-imgħoddi, sas-snin ħamsin, kienet btala. Kulħadd kien isib ħin biex jisma’ quddiesa. Matul din il-quddiesa s-Saċerdot kien iroxx ftit irmied fuq ras innies li kienu jkunu preżenti.

Is-Sawm u l-Asstinenza

Il-knisja tobbliga lil dawk li għalqu l-wieħed u għoxrin sena sa sittin sena li jinsabu f’saħħithom li jsumu darbtejn f’sena;, f’Ras ir-Randan u fil-Ġimgħa l-Kbira. Però fl-imgħoddi s-sawm kien ikun iktar mittieħed bis-serjetà.

Is-sawm ifisser li wieħed jiekol bil-qies. Dari dan kien rigoruż ħafna, tista’ tgħid ħobż u ilma, u fil-ħin tal-ikel biss. Astinenza tfisser li wieħed ma jistax jiekol laħam jiġifieri mammiferi bħal baqar, majjali, fniek, tjur u għasafar bħat-tiġieġ, bċieċen, papri u dundjani.

Il-laħam ta’ annimali demmhom kiesaħ bħall-ħut u r-rettili seta’ jittiekel u ma jiksirx lastinenza. Bħala ħut nistgħu nsemmu l-vopi, sawrell, sardin u inċova. Ir-rettili li laħamha laktar li kien jittiekel fi żmien ir-Randan kienet il-fekruna tal-baħar, illum m’għadnix narawha għall-bejgħ għax hija protetta.

Hawnhekk ta’ min ifakkar li dari l-Maltin kienu jsumu l-ġranet kollha tar-Randan minbarra lĦdud u l-Festi Kmandati. Is-sawma kienet tkun magru strett, jiġifieri la laħam u lanqas prodotti ġejjin mil-laħam bħal bajd u ħalib u lattiċini, jiġifieri prodotti tal-ħalib. Fl-antik kien hawn ukoll id-drawwa li jiżnu l-ħobż biex żgur ma jiksrux is-sawm għax jieklu xi ftit żejjed. Wara l-ikel, jiġifieri min-nofsinhar sa fil-għaxija ma kienu jmissu xejn ma’ ħalqhom u għandhom xorti kienu jbillu griżmejhom bi ftit ilma. Imma n-nies tax-xogħol kienu jieħdu xi ftit te jew kafè b’xejn.

It-tifsira tal-borma rasha ’l isfel

L-irwejjaħ tal-ikel kienu jdejqu fir-Randan. Għalhekk ħafna kienu dawk li ma kinux isajru. Kien hawn id-drawwa li f’Ras ir-Randan in-nisa tad-dar jaqilbu l-borma rasha ‘l isfel, jiġifieri f’ daż-żmien m’hemmx iżjed tisjir. Imma, minkejja din ir-rigorożità kollha dari fir-Randan kien hawn drawwiet li min jiftakarhom żgur li taqbdu nostalġija għal dawk iż-żminijiet.

Il-ftajjar tal-inċova jew tas-sardin kienu speċjalità taż-żmien tar-Randan, l-aktar fil-għaxija. Ilprezzijiet ma kinux l-istess. Skont id-daqs tal-ftira jew jekk ikunx fiha inċova jew le. Tliet

ħabbiet, sitt ħabbiet, sold u żewġ soldi, imbagħad bil-milleżmi u llum jissarrfu kollox biċċenteżmi. Kienu żminijiet oħra.

L-istuffat tal-fekruna kien ukoll ikla tradizzjonali taż-żmien tar-Randan f’Għawdex. Dan l-ikel wieħed kien jista’ jixtrih mill-ħwienet ta’ madwar is-suq u t-tokk tar-Rabat ta’ Għawdex. Platt stuffat tal-fekruna kien verament ikla tajba għal dawk iż-żminijiet meta wieħed iqis illi l-laħam tal-fekruna tal-baħar huwa laħam verament rikk fil-proteini.

Iż-żmien ta’ penitenza

Hekk hu r-Randan. Fil-Katidral kienu jinħarġu l-istatwa tal-passjoni, waħda kull Ġimgħa: TalOrazzjoni fl-Ort, tal-Kolonna, tal-Porpra u tal-Imgħobbi, lebsin ilbies tas-satin. Dawn l-istatwi kienu jinħarġu biex hekk ikunu esposti għall-qima tal-pubbliku.

Ir-Randan huwa wkoll żmien il-pellegrinaġġi ta’ penitenza, żmien l- eżerċizzi spiritwali u żmien il-Via Sagra. Fi żmien tal-Ġimgħa l-Kbira l-poplu kien dejjem iħoss ċerta devozzjoni li kienet tħajjar bosta li jidħlu għal drawwiet iktar speċjali fis-sawm, fosthom s-sawma tas-seba’ bukkuni fil-Ġimgħa tad-Duluri u s-Sawma ta’ Ħamis x-Xirka sa Sibt l-Għid. Din kienet tibda min x’ħin iddoqq il-Glorja f’Ħamis ix-Xirka sakemm iddoqq l-Glorja f’Sibt il-Għid.

It-tfal ma kinux isumu bħal kbar, però kienu jiġu inkoraġġiti jagħmlu sagrifiċċji oħrajn, u kienu jiġu mwissijin biex ma jgħajtux u ma jagħmlux storbju.

Ikel u Ħlewwiet tar-Randan

Kif diġà aċċennajt, is-sawm kien jittieħed ħafna iktar bis-serjetà. Għalhekk, matul ir-Randan, ir-regoli dwar l-ikel kienu jiddettaw, dak li l-insara jistgħu jieklu u ma jieklux f’dawn l-ġranet.

Għal din r-raġuni żviluppa diversi ikel tradizzjonali, fosthom; il-Karamelli, li jikkonsistu f’ġulepp tal-ħarrub. Dawn l-iktar li nsibuhom fi żmien viċin id-Duluri u fi żmien il-Ġimgħa lKbira.

Cross Buns

Dawn kienu jkunu ħbejżiet żgħar li jixbħu sew l-hot cross buns tal-Ingliżi. Ftajjar tar-Randan (sfineġ), li kienu jikkonsistu fi ftajjar ta’ għamliet differenti li kienu jimtlew b’diversi ingredjenti bħal żebbuġ, inċova u spinaċi.

Kwareżimal

Il-kelma kwareżimal ġejja mill-kelma quaresima li tfisser 40 jum tar-Randan. Hekk ilkwareżimal kien wieħed mill-ftit ħlewwiet li seta’ jittiekel f’dawn il-granet minħabba li la fih bajd, la ħalib u lanqas butir jew marġerina.

Il-Qagħaq tal-Appostli

Huma bħal ħobż, ikbar min-normal u tondi. Ikollhom lewż u ġunġlien fil-wiċċ. L-iktar li ssibhom, f’Ħamis ix-Xirka u min kien jilbes ta’ appostlu fil-funzjoni ta’ dan il-jum kien jingħata waħda b’xejn.

Ritratt Ilo Frey

Il-Figolli

Ħlewwiet mimlijin bl-intrita. Dawn insibuhom b’forom differenti, forsi l-iktar komuni; dgħajjes, qlub, ħut eċċ. Normalment dawn jinksew bl-intrita jew biċ-ċikkulata. Aktarx dawn huma fost liktar ħelu popolari taż-żmien tal-Għid. Maż-żmien daħlu wkoll il-bajd tal-Għid. Dawn isiru f’qisien differenti u minn ġewwa jkunu mimlijin b’ħelu jew ġugarelli żgħar differenti.

Ħadd il-Għid

Il-Ħadd tkompli tiġi ċċelebrata u ffesteġġjata din il-festa kbira. Filgħodu, f'postijiet li jinkludu lit-tliet ibliet tal-Kottonera (Bormla, Birgu u Isla), issir il-purċissjonii bl-Irxoxt. Din tkun tinkludi banda li ddoqq strumenti brass u li din id-darba, għall-kontra tal-marċi funebri nhar ilĠimgħa l-Kbira, jindaqqu marci brijużi kif ukoll xi valzi. Ma tonqosx ukoll il-ġirja tradizzjonali bl-istatwa tal-Irxoxt li għaliha jinġabru jistennew u jaraw ħafna nies. F'nofsinhar kull familja kienet torganizza l-ikla tal-Għid, b'dik tradizzjonali primarjament tikkonsisti f’ħaruf.

F'din l-ikla tiltaqa' u tinġabar tiekol il-familja kollha flimkien. F’din l-okkażjoni tal-Għid, il-Papa, mill-Vatikan f'Ruma jawgura l-Għid it-Tajjeb lil bosta nies bil-lingwa tagħhom. Din tinkludi wkoll lilna l-Maltin, li jawguralna bil-lingwa uffiċjali tagħna, il-Malti. Wieħed ikun jista' jsegwi dan minn fuq it-televixin. Dak inhar jitqassmu l-figolli tradizzjonali Maltin tal-Għid.

Pellegrini ta’ tama

George

Terrimot qawwi li seħħ fl-Armenia f`Diċembru 1988 dam biss 20 sekonda però ħalla madwar 30,000 elf ruħ mejta. Fost il-midruba kien hemm skola sħiħa bit-tfal żgħar. Wara xi jiem ta`

tfittxija kulħadd qata` qalbu li jinstabu aktar vittmi mirduma ħajjin.

Imma kien hemm missier ta` tifel li kompla jqalleb iċ-ċnagen bit-tama li jsib lill-ibnu Armandu ta` 8 snin ħaj. L-iskwadri tat-tifi tan-nar lil dan il-missier qalulu li m`hemmx aktar tama u ordnawlu sabiex jieqaf ifittex. Però dan il-missier baqa` jittama u fl-aħħar qalleb ċangun kbir u nstema bħal leħen batut.

Ritratt Cottonbro Studios

Din il-blata kbira serviet bħala arkata/travu li ffurmat bħal għar żgħir fejn instabu 14-il tifel u tifla ħajjin, inkluż Armandu, it-tifel ta` dan il-missier. X`ħin ħarġu lil dawn it-tfal mit-tifrik, kien hemm min staqsa lil Armandu, kif bqajt ħaj?... Armandu wieġeb; “Kelli tama kbira f`missieri għax meta kien iwassalni l-iskola dejjem kien jgħidli l-istess kelma qabel nidħol; “Armandu tibzax” għax jinqala x`jinqala fl-iskola jien dejjem ser inkun ħdejk b’tama kbira nieħu ħsiebek.”

Hekk il-Missier tagħna fis-sema: Jinqala’ x`jinqala’, dejjem qiegħed hemm magħna, ħdejna jieħu ħsiebna b’tama kbira li nkunu l-ulied protettivi tiegħu.

Fil-vjaġġ ta’ ħajjitna b’mod speċjali din is-sena tal-Ġublew 2025 irridu nħejju lilna nfusna għallaqgħa mal-Mulej. Naqsmu ma’ ħafna ħbieb oħra s-smigħ, id-djalogu u l-ferħ li nkunu

flimkien. Bħala pellegrini ta’ tama, ser tkun esperjenza ħajja tal-knisja, sinjal viżibli tal-mixja talpoplu Malti u Għawdxi għas-smigħ tal-Kelma ta’ Alla, fit-talb komuni u fix-xħieda tal-karità.

Ħuti: Jeħtieġ li kull wieħed minna jħaddan lill-ieħor b’mod speċjali fejn hemm is-solitudni. Fejn tirrenja l-imħabba l-poplu jibqa’ jittama, jingħaqad aktar fuq dak il-Mexxej imwaħħal fuq is-salib għalina lkoll.

Il-mewġ tad-dinja kultant jindika li dan il-pellegrinaġġ tal-ħajja tagħna mhux dejjem jimxi f’ilmijiet kalmi. Allura f’kull ġrajja li sseħħ f’Malta l-għażiża tagħna, aħna bħala pellegrini ta’ tama rridu nitħabtu flimkien kontra dan il-mewġ bl-azzjonijiet kollha mibnija fuq l-imħabba, ilfraternità u l-paċi ta’ bejnietna. B’hekk biss nistgħu noffru dik iċ-ċertezza tal-preżenza u ssigurtà tat-tama fl-irħula u fl-ibliet kollha sbieħ tagħna Maltin u Għawdxin.

“Try not to become a man of success, but rather become a man of value.”
Albert Einstein

Il-Veleni

Silvan Spagnol

Professional Practice Pharmacist

Malta National Poisons Centre Department for Health Services

Tony Micallef

Koordinatur ta’ din it-taqsima

X’inhuma u x’għandek tagħmel jekk tkun espost għalihom?

Ħafna minna għandhom l-impressjoni li l-veleni huma xi ħaġa rari, iżda r-realtà hija li aħna mdawrin bil-veleni, saħansitra fi djarna stess! Velenu huwa kwalunkwe sustanza li, meta tiġi introdotta fil-ġisem, tista’ tikkawża ħsara jew iġġiegħlek tħossok ma tiflaħx. Ħafna prodotti tattindif bħal bleach, deterġenti, pods tal-ħasil u prodotti li fihom l-alkoħol, jistgħu jkunu perikolużi jekk jiġu kkunsmati bi żball. Dan jgħodd ukoll għall wkoll jistgħu jkunu perikolużi jekk jittieħdu f'ammonti kbar!

Anke jekk tieħu l-prekawzjonijiet kollha, inċidenti jew żbalji jistgħu jiġru: bħal pereżempju xi ħadd jiekol

jew jixrob kimika li mhux suppost, jew xi ħadd jieħu mediċina żbaljata jew f’doża żejda. Però, mhux kull wieħed minn dawn il-każijiet jeħtieġ li jintbagħat l

Xi każijiet jistgħu jiġu mmaniġġjati d-dar jew mit-tabib tal-familja. U hawn hu fejn jidħol ilMalta National Poisons Centre: ċentru apposta li permezz tal-helpline 1774 jipprovdi gwida dwar kif wieħed għandu jaġixxi f’dawn is-sitwazzjonijiet. Pereżempju, kont taf li QATT m ’għandek iġġiegħel lil xi ħadd li bela’ xi sustanza tossika, jirremetti?

Meta wieħed iċempel dan in-numru, tim ta’ professjonisti jistaqsu xi mistoqsijiet dwar issustanza involuta, l-ammont li ttieħed, il-ħin, l-età, il-piż tal-persuna u xi sintomi li tista’ tkun qed tħoss. Din l-informazzjoni tinżamm kunfidenzjali. Wara jsir risk assessment biex tiġi ddeterminata l-gravità tas-sitwazzjoni, u jsiru rakkomandazzjonijiet skont il-każ.

Meta ċċempel 1774 tkun qed tirċievi pariri siewja u mingħajr ħlas minn professjonisti mħarrġa fit-tossikoloġija. F’ċerti każijiet tista’ tevita l-bżonn li tmur l-isptar, u fuq kollox tkun qed isserraħ moħħok. Għalkemm nittamaw li ma tiġix bżonn dan in-numru, inħeġġuk li tieħu nota tiegħu u żżommha fejn issibha, għal li jista’ jinqala’!

Jekk tixtieq tikseb aktar informazzjoni dwar kif tista’ tipprevjeni avvelenament aċċidentali u dwar x’għandek tagħmel f’każ li dan iseħħ, inħeġġuk issegwi l-paġni tal-Malta National Poisons Centre fuq Facebook u Instagram.

Bil-qligħ imur b’risq il-ħidma tas-Sorijiet tal-Orsolini ta’ Gwardamangia

Ftit jiem qabel Jum il-Mara (kien ċelebrat il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu) u wara l-inizjattiva tal-Karnival, il-Ministeru għall-Politika

Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ħaseb biex kull min xtaq seta’ jagħmel ordni ta’ xi ħelu, li

l-qligħ minnu mar kollu għal Angela

House li titmexxa mis-Sorijiet tal-Orsolini ta’ Gwardamangia.

Dan bl-għan li kull wieħed u waħda minna nagħtu s-sapport tagħna u nfakkru anke Jum il-

Mara billi naħsbu ukoll f’dawk in-nisa li qed jiddedikaw ħajjithom għal tfal żgħar u li għal diversi raġunijiet ma jistgħux jesperjenzaw ambjent ta’ familja. Bis-sehem ta’ dawk li ikkontribwew, hekk ġew mgħejuna s-Sorijiet tal-Orsolini biex ikomplu jwettqu aktar ġid u jagħtu dak kollu li kull ġenitur ikun jixtieq joffri lil uliedu.

It-traġitt tal-kampjuni u l-borża tad-demm sħiħ… fil-laboratorji taċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm

Id-donaturi tagħna jagħtu demm sħiħ, jiġifieri f’borża waħda jkun hemm iċ-ċelluli l-ħomor, ilpjastrini u l-plażma. Il-borża flimkien ma’ sitt kampjuni bid-demm tad-donatur rispettiv imorru fil-laboratorji tagħna.

Il-kampjuni jiġu ċċekkjati għall-Epatite B, Epatite Ċ, Epatite E, HIV u s-Sifilide biex il-pazjenti jirċievu demm sigur u meħlus minn mard trażmess mid-demm.

Il-borża bid-demm sħiħ tiġi ċċentrifugata biex il-komponenti jiġu sseparati minn xulxin fi tlett boroż differenti.

Il-plażma, il-pjastrini u ċ-ċelluli l-ħomor huma riżultat li bih jibbenefikaw tlett pazjenti differenti. Il-plażma tintuża għal trattamenti fuq pazjenti li jkollhom antikorpi li qed jikkawżawlhom problemi ta’ saħħa. Il-pjastrini għall-pazjenti li qed jieħdu l-kimoterapija waqt li ċ-ċelluli l-ħomor imorru għall-pazjenti tat-Talessemija u tal-kanċer, dawk morda bil-kliewi fuq l-emodijalisi u għall-operazzjonijiet.

Ħames boroż tal-Pjastrini tal-istess grupp tad-demm jingħaqdu biex nipprovdu borża sħiħa ta’ Pjastrini.

Aħna dejjem neċċellaw għall-eċċellenza biex il-komponenti tagħna jkunu siguri għallpazjenti kollha ta’ Malta u Għawdex.

Grazzi dejjem tmur għad-donaturi Supereroj tagħna li altruwistikament jiġu jagħtu d-demm regolarment - kull tlett xhur l-irġiel u kull erba’ xhur in-nisa.

Grazzi f’isem il-pazjenti kollha!

Jekk tixtieq iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm, tista’ tfittex jew tikkuntatjana kif ġej

The goal of Sudoku is to fill a 9×9 grid with numbers so that each row, column and 3×3 section Sudoku

Can you spot 3 Differences?

A Safer Internet for Children

As children increasingly engage with the internet and technology, concerns about their online exposure continue to grow. Technology has become an integral aspect of daily life, not only for children but for society as a whole. We now live in a world where digital tools are essential for accessing services, maintaining social connections and performing numerous everyday tasks.

While adults may still distinguish between their online and offline lives, children, who are introduced to technology at an early age, often do not make this distinction. This reality highlights the importance of remaining vigilant in ensuring that children use the internet wisely and responsibly.

The rapid advancement of technology can be overwhelming, making it challenging for parents and guardians to keep informed about online risks. Children engage with various digital platforms, encounter new trends, and face different challenges online.

Therefore, open communication with children about their online experiences is crucial in providing them with the necessary education and guidance to explore the digital world safely. Children need to feel safe and not feel judged when they ask for help.

Familiarity with the games children play and the social media platforms they use is essential. Adults should take the initiative to explore these digital spaces to better understand potential risks and equip children with the necessary skills to identify dangers and make informed decisions online.

Peer pressure and external influences may sometimes hinder children's ability to make the right choices. In such instances, it is our responsibility to support and empower them to prioritize safety and well-being over popularity.

Educators also play a pivotal role in promoting internet safety among children. In recognition of Safer Internet Day, celebrated globally on February 11, more than 50 schools were supported by the Office of the Commissioner for Children to participate in educational activities as part of the BeSmartOnline! project. Safer Internet Day calls for collective action

by all stakeholders to foster a safer digital space, ensuring that children engage with the internet responsibly, respectfully, critically, and creatively.

Additionally, the BeSmartOnline! team produced an informational video about the Digital Services Act (DSA) an EU regulation aimed at enhancing safety and transparency on digital platforms. This video was distributed across State, Church, and Independent Schools and can be accessed here. Furthermore, an informational stand was set up in Valletta to raise public awareness about online safety for children.

Now more than ever, it is imperative to embrace technology while encouraging children to think critically when using online tools, including artificial intelligence (AI). Without careful guidance, these tools can negatively impact children's well-being and mental health. By promoting digital literacy responsible use of the internet, we can create a safer and more supportive online environment for children.

For help and support you may contact the 179 helpline

Ritratt Julia M Cameron

TIM IMU

Nifhmu l-Assistenza għad-Diżabilità f'Malta

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f'Malta joffri diversi forom ta' għajnuna għad-diżabilità lil individwi eliġibbli. Dawn jinkludu għajnuna għal dawk neqsin mid-dawl, għajnuna ġenerali għad-diżabilità, u għajnuna severa għad-diżabilità kemm dik fiżika kif ukoll intellettwali.

Kriterji ta' Eliġibilità:

1. Assistenza għal Persuna b’Vista Batuta: Disponibbli għal individwi minn 14-il sena 'l fuq li huma jew kompletament jew parzjalment neqsin mid-dawl.

2. Assistenza għal Diżabilità: Għal individwi minn 16-il sena 'l fuq li jbatu minn paraliżi totali, malfunzjoni severa, jew diżabilità permanenti minħabba amputazzjoni ta' riġel jew driegħ. Tkopri wkoll dawk b'diffikultajiet fis-smigħ jew biex jitkellmu.

3. Assistenza għal Diżabbiltà Severa (Fiżika): Għal individwi minn 16-il sena 'l fuq b'diżabilità fiżika.

4. Assistenza għal Diżabbiltà Severa (Intellettwali): Għal individwi minn 16-il sena 'l fuq b'diżabilitajiet intellettwali u ġenerali fit-tagħlim.

Proċess ta' Applikazzjoni:

1. Konsultazzjoni Medika: L-applikant iżur l-Ispeċjalista Kuranti li jimla rapport mediku u jissottometti applikazzjoni online f'isem l-applikant. Dan jinkludi t-tlugħ ta' dokument li jindika d-dijanjożi medika.

2. Awtentikazzjoni: L-Ispeċjalista Kuranti jawtentika l-applikazzjoni bl-e-ID tiegħu, li aktar tard tiġi vverifikata mid-Dipartiment.

3. Konferma bl-Email: Kemm l-Ispeċjalista Kuranti, kif ukoll l-applikant jirċievu email ta' konferma awtomatika mas-sottomissjoni.

4. Verifikazzjoni tal-Applikazzjoni: Id-Dipartiment jirrevedi l-applikazzjoni biex jiżgura li ddettalji u d-dokumenti kollha mitluba huma korretti. Jekk approvata f’dan l-istadju, tiġi skedata intervista mal-applikant mill-bord inter-professjonali.

5. Proċess tal-Intervista: Il-bord inter-professjonali jevalwa d-diżabilità tal-applikant permezz tal-Kwestjonarju tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Funzjonament, Diżabilità u Saħħa (ICF) jew billi jevalwa d-dokumentazzjoni pprovduta.

6. Deċiżjoni Finali: Wara l-approvazzjoni, l-applikant jirċievi ittra bid-dettalji tal-ħlas. Jekk miċħuda, tintbagħat ittra ta' rifjut li tgħid ir-raġuni lill-applikant.

Dan il-proċess strutturat jiżgura li individwi b'diżabilità jirċievu l-appoġġ u l-għajnuna meħtieġa f'Malta.

Ritratt Marcus Aurelius

Understanding Disability Assistance in Malta

The Department of Social Security in Malta offers various forms of disability assistance to eligible individuals. These include assistance for the visually impaired, general disability assistance, and severe disability assistance for both physical and intellectual disabilities.

Eligibility Criteria:

1. Assistance for the Visually Impaired: Available for individuals aged 14 and over who are either completely or partially visually impaired.

2. Disability Assistance: For individuals aged 16 and over suffering from total paralysis, severe malfunction, or permanent disability due to limb amputation. It also covers those with hearing or speech impairments.

3. Severe Disability Assistance (Physical): For individuals aged 16 and over with physical disabilities.

4. Severe Disability Assistance (Intellectual): For individuals aged 16 and over with intellectual and general learning disabilities.

Application Process:

1. Medical Consultation: The applicant visits a Treating Specialist who completes a medical report and submits an online application on behalf of the applicant. This includes uploading a document indicating the medical diagnosis.

2. Authentication: The Treating Specialist authenticates the application using their e-ID, which is later verified by the Department.

3. Email Confirmation: Both the Treating Specialist and the applicant receive an email acknowledgment upon submission.

4. Application Vetting: The Department reviews the application to ensure all details and documents requested are correct. If it is approved at this stage, an interview with the inter-professional board is scheduled with the applicant.

5. Interview Process: The inter-professional board evaluates the applicant’s disability through the International Classification of Functioning, Disability and Health (ICF) Questionnaire or by assessing the provided documentation.

6. Final Decision: Upon approval, the applicant receives a letter with payment details. If rejected, a rejection letter is sent to the applicant citing the reason.

This structured process ensures that individuals with disabilities receive the necessary support and assistance in Malta.

OF TALKS:

Daily Money Management and Budgeting • Saving for Retirement and Private Pension Plans • Scams & Frauds • Different types of cards and cashless payment

Is-saħħa mentali taż-żgħażagħ

Gertrude Buttigieg

Higher Speech Language Practitioner/Communications Officer

Office of the Commissioner for Promotion of Rights of Persons with Mental Disorders

Il-kriżi s-siekta

‘Il-ħarsien tas-saħħa mentali taż-żgħażagħ tagħna llum huwa l-pedament ta’ soċjetà b’saħħitha u reżiljenti, li tiżgura s-sisien tas-soċjetà ta’ għada. Madankollu, l-istat tas-saħħa mentali taż-żgħażagħ tal-Ewropa żgur jeħtieġ li jitjieb – b ’mod partikolari peress li dan huwa marbut direttament mal-edukazzjoni, il-ħajja ta’ kuljum u l-benesseri fit-tul tagħhom.’ Lintroduzzjoni tad-diskors tal-Kummissarju Glenn Micallef waqt sessjoni speċjali tal-Parlament Ewropew fit-12 ta’ Frar 2025 li ddiskutiet b’mod speċifiku s-saħħa mentali taż-żgħażagħ flEwropa.

Statistika kkwotata fl-istess sessjoni turi li 20% tal-adolexxenti fl-Unjoni Ewropea jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali. Rapporti oħra juru li 50% taż-żgħażagħ Ewropej irrappurtaw li lbżonnijiet tagħhom fejn tidħol is-saħħa mentali mhux qed jintlaqgħu. Dan ikompli jissaħħaħ mir-riżultati ppubblikati mill-istħarriġ tal-Eurobarometer (2023) li wera li 59% miż-żgħażagħ bejn is-16 u l-24 sena kellhom problemi emozzjonali jew psikosoċjali bħad-dipressjoni jew anzjetà fit-12-il xahar ta’ qabel.

Bin-numri biss mhux se nsolvu l-problema. X’jista’ jsir?

Nieħdu l-fatturi soċjoekonomiċi bis-serjetà: Is-saħħa mentali hi marbuta jew twassal għal problemi bħal faqar, problemi biex wieħed isib jew iżomm il-post tax-xogħol. Għandu jkun hemm sistemi li jiżguraw l-appoġġ soċjali u protezzjoni aktar ta’ gruppi vulnerabbli biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi.

Prevenzjoni u intervent f’waqtu: Għandu jkun hemm sistemi f’posthom u iktar b’saħħithom ta’ prevenzjoni tas-saħħa mentali u ta’ intervent f’waqtu, inkluż l-integrazzjoni tal-edukazzjoni dwar is-saħħa mentali fl-iskejjel, iż-żieda fil-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u l-espansjoni ta’ servizzi ta’ sapport għaż-żgħażagħ.

Edukazzjoni dwar is-saħħa mentali: Iż-żgħażagħ stess għandhom jiġu mgħammra bl-għodod meħtieġa ta’ tagħrif dwar is-saħħa mentali, x’jistgħu jagħmlu biex inaqqsu r-riskji u fejn u meta għandhom ifittxu l-għajnuna. Din għandha tkun, kemm fuq bażi individwali, kif ukoll f’kuntest ta’ skola fejn iż-żgħażagħ iqattgħu l-biċċa l-kbira ta’ ħajjithom.

Ritratt Andrew Neel

Id-Diġitalizzazzjoni: Iż-żgħażagħ illum jirċievu l-biċċa l-kbira tal-informazzjoni mid-dinja diġitali. Għalhekk għandu jkun hemm informazzjoni vera u li tgħin liż-żgħażagħ. Fl-istess

waqt għandu jkun hemm regolamentazzjoni aktar stretta tal-pjattaformi diġitali u tal-midja soċjali għall-protezzjoni tas-saħħa mentali taż-żgħażagħ. Dan biex nipprevjenu kontenut li jagħmel ħsara, niġġieldu s-cyber bullying u nassiguraw li ż-żgħażagħ jistgħu jużaw l-ispazji online b’mod sikur.

Taħriġ għall-professjonisti: Hemm bżonn ta’ aktar taħriġ ta’ professjonisti fil-qasam tas-saħħa mentali, aktar speċjalisti u servizzi tas-saħħa mentali aktar addattati u li jindirizzaw ilbżonnijiet taż-żgħażagħ.

Iż-żgħażagħ huma l-futur u għalhekk hu importanti li nitkellmu dwarhom meta nfakkru lĠimgħa Ewropea tas-Saħħa Mentali. Minkejja l-problemi msemmija hawn fuq, jeżistu bosta servizzi li jindirizzaw oqsma varji li jista’ jkollhom impatt dirett jew indirett fuq is-saħħa mentali taż-żgħażagħ.

Għal dan il-għan, l-Uffiċju tal-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni bi Problemi ta’ Saħħa Mentali ppubblika ktejjeb b’informazzjoni dwar ‘helplines, apps u chats’ li wieħed jista’ jagħmel użu meta jkun f’diffikutà. Dawn il-helplines, apps jew siti joffru servizzi ta’ professjonisti mħarrġa biex joffru servizzi meta wieħed ikun qed iħossu waħdu jew jixtieq jistaqsi dwar xi diffikultà li qed tolqot is-saħħa mentali.

Servizzi oħra joffru kura jew terapija minn xi vizzji bħad-droga, alkoħol jew logħob. Barra minn dawn, hemm servizzi li joffru għajnuna meta jkun hemm problemi bħall-mard, tqala b’kumplikazzjonijiet jew meta xi ħadd ikollu diżabilità u jaffettwawlu s-saħħa mentali tiegħu/ tagħha.

Fl-aħħar u mhux l-inqas, servizzi ta’ emerġenza f’sitwazzjoni ta’ vjolenza jew kriżi li jwasslu għal problemi ta’ saħħa mentali. Minkejja li t-tema ta’ din il-kitba hi dwar is-saħħa mentali taż-żgħażagħ, dawn is-servizzi huma għal kulħadd u mhux għaż-żgħażagħ biss. Min jixtieq kopja tal-pubblikazzjoni jista’ jibgħat email fuq mentalhealthcommissioner.health@gov.mt jew jagħfas fuq il-link: www.mentalhealthcommissioner.gov.mt.

Tonio Bonello Familja Media

Ġrajjiet kurrenti mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal

Minn dawn il-paġni, aħna nwasslulkom l-aħħar aġġornamenti dwar ħidmet il-Ministeru kif ukoll inizjattivi ġodda u/jew tnedija ta’ proġetti bl-għan li l-pubbliku jkollu għarfien dwar kif jista’ jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tiegħu u tal-familja tiegħu, u kif jista’ jagħmel użu jew japplika għal servizzi u/jew benefiċċji kemm-il darba jkun eliġġibbli għalihom.

Jinteressak tkun taf aktar dwar Fostering? Ċempel 1778

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) nediet kampanja ġdida sabiex tkompli tippromwovi l-kunċett tal-fostering ta' tfal f'pajjiżna.

Quddiem is-suċċessi li nkisbu fl-aħħar snin, l-FSWS ħasset il-bżonn li tkompli tħeġġeġ familji jilqgħu fosthom tfal. Dan sabiex dawn it-tfal jitilgħu f'ambjent pożittiv u jgawdu minn imħabba, empatija u affezzjoni.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal li bħalissa hemm aktar minn 50 tifel u tifla li jistgħu jiġu fostered. Dan filwaqt li sa tmiem is-sena 2024 kien hemm 273 tfal fostered. Dan ifisser li 54% tat-tfal kollha li jinsabu f'kura alternattiva bħalissa qegħdin fil-fostering.

“L-għan tagħna huwa li nintegraw mill-ġdid lit-tfal mal-ġenituri bijoloġiċi jekk dan ikun flaħjar interess tal-istess minuri. F'każ li dan ma jkunx possibbli, il-fostering joffri kura u pjan ta' permanenza," spjega l-Ministru Michael Falzon.

Intant, kull min huwa interessat jikseb aktar informazzjoni jista' jagħmel dan billi jikkuntattja lit-tim tal-fostering tal-FSWS fuq in-numru 1778.

Investiment ta’ €3.7 miljun f’ċentru ta’ riabilitazzjoni għall-minuri

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kompla jsaħħaħ il-ftehimiet soċjali li għandu ma' diversi organizzazzjonijiet non-Governattivi sabiex ikomplu joffru servizz professjonali fil-komunità.

Kien għalhekk li reċentament ġie ffirmat estensjoni ta' ftehim soċjali mal-Caritas u li se

jikkonsolida s-servizzi kollha offruti mill-Caritas Tal-Ibwar Komunità għall-Adolexxenti, għallproviżjoni ta' riabilitazzjoni mid-droga għall-minuri.

Fil-preżenza tal-Ministru Michael Falzon, ġie ffirmat dan il-ftehim li jlaħħaq is-somma ta' €3.7 miljun mifruxa fuq medda ta' 3 snin, sabiex jiżguraw l-aqwa servizz lil dawn il-minuri f'riabilitazzjoni. Dan il-ftehim ifisser ukoll żieda ta' 21% fuq dak preċedenti. “Qegħdin ninvestu daqshekk bis-saħħa għaliex verament nemmnu fil-potenzjal ta' kulħadd, speċjalment ta' dawk l-aktar vulnerabbli u żvantaġġjati," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Id-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt stqarr illi dan iċ-Ċentru tal-Ibwar beda jilqa' żgħażagħ minn Mejju tal-2021 u s'issa ħadem ma' 140 każ, fejn minn tal-inqas saru 5 sessjonijiet ma' kull individwu li fittex l-għajnuna. Fil-preżent qed jaħdmu ma' 45 familja, fejn anke qed isiru interventi ma' żgħażagħ illi għadhom f'fażi t'esperimentazzjoni. Dan filwaqt li 6 żgħażagħ qed jirrisjedu fiċ-ċentru sakemm itemmu l-erba' fażijiet u eventwalment jerġgħu lura filkomunità.

Ġie spjegat li ħafna mill-każijiet huma t'adolexxenti li sfortunatament ikunu għaddew minn sitwazzjonijiet soċjali diffiċli ħafna, b'konsegwenza li jispiċċaw jirrikorru għad-droga bil-ħsieb illi jtaffu xi ftit mill-uġigħ li jkunu għaddew minnu. Fortunatament, il-maġġoranza taladolexxenti jerġgħu jgawdu minn stabbiltà f'ħajjithom, anke megħjuna minn tim ta' professjonisti saħansitra wara li jkunu temmew b'suċċess iż-żmien ta' riabilitazzjoni minn dan iċ-ċentru.

Imnedija strateġija nazzjonali kontra l-faqar u favur l-inklużjoni soċjali

Daħlet fis-seħħ l-Istrateġija Nazzjonali kontra l-faqar u favur it-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali, strateġija b'viżjoni għall-10 snin illi ġejjin u li hija bbażata fuq 165 rakkomandazzjoni. Linformazzjoni dwar din l-istrateġija ngħatat waqt konferenza tal-aħbarijiet, propju fil-jum illi jfakkar il-ġustizzja soċjali.

L-istrateġija hija parti mill-implimentazzjoni tal-Viżjoni Soċjali ta' Malta u timmira li kulħadd jgħix ħajja diċenti u dinjituża filwaqt li tiżgura li ħadd ma jitħalla lura. Dan fl-istess ħin li Malta jibqa' jkollha waħda mill-inqas rata ta' nies f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea.

L-Istrateġija għandha total ta' mija u ħamsa u sittin rakkomandazzjoni, ilkoll intiżi sabiex jiżguraw opportunitajiet ugwali, tisħiħ fil-ħiliet tan-nies, solidarjetà ma' dawk l-aktar fil-bżonn u dinjità lil kull individwu.

L-istrateġija hija mibnija fuq ħames prinċipji li huma:

• Flimkien naħdmu għal ambjent inklużiv fejn kulħadd jista' jirnexxi u jimxi 'l quddiem

• Emanċipazzjoni: Individwi jingħataw ir-riżorsi neċessarji u aċċess għal opportunitajiet li jwasslu għal kwalità ta' ħajja aħjar.

• Opportunità: Jiġi assigurat l-aċċess ugwali għall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-impjiegi, fost opportunitajiet oħra.

• Solidarjetà: Noffru kull appoġġ biex jiġi assigurat li ħadd ma jaqa' lura fis-soċjetà.

• Kwalità ta' Ħajja Dinjituża: Nassiguraw l-aċċess għall-bżonnijiet bażiċi mingħajr tbatija

finanzjara, inkomplu nippromwovu stabbiltà ekonomika sabiex kulħadd ikun jista' javvanza 'l quddiem.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon sostna illi huwa kuntent bir-riżultati li rnexxielu jikseb pajjiżna fejn jidħol anqas nies f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali, iżda saħaq li fadal ħafna aktar x'isir.

“Quddiemna għanda strateġija dettaljata li taf fejn trid tasal. Kommessi li b'ħidma konġunta bejn diversi Ministeri u stakeholders niżguraw l-adozzjoni ta' dan id-dokument, fejn it-twettiq ta' kull paġna minnu jfisser differenza pożittiva u reali fil-ħajja tan-nies," sostna l-Ministru. Intant twaqqaf kumitat li se jkun qed isegwi l-ħidma tal-Ministeri varji u saħansitra ser ikun qed iwettaq reviżjonijiet fis-sena 2027, 2030 u 2035 sabiex jiżgura l-qagħda u realtajiet soċjali tal-preżent.

Is-Segretarju Permanenti Mark Musù stqarr illi dan l-eżerċizzju nazzjonali qed issir fl-istess ħin illi Malta jibqa' jkollha waħda mill-inqas rata ta' nies f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali flUnjoni Ewropea, bil-mira nazzjonali li jitnaqqas il-faqar bi 3.1% sal-2030. Il-persentaġġ ta' Maltin f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali kien ta' 19.8% fl-2023, fejn b'hekk ġie rreġistrat tnaqqis ta' 2.4% mill-2015. Fejn tidħol iċ-ċaħda materjali severa u esklużjoni soċjali, jirriżulta li mill-2015 sal-2023 din naqset minn 20% tal-popolazzjoni għal

madwar 8%, jiġifieri naqsu b'aktar minn nofs minn dawk li kellna 10 snin ilu.

Waqt l-istess konferenza tkellmu wkoll l-ekonomista Aaron Grech u d-Direttur Ġenerali fi

ħdan il-Ministeru Alexia Vella, fejn elaboraw dwar il-qagħda ta' Malta kkumparata ma' pajjiżi Ewropej oħra u kif din tista' tkompli tissaħħaħ permezz ta' politika proattiva, reżiljenti u msawra madwar elementi ta' progress soċjali u ekonomiku.

Għal aktar tagħrif u informazzjoni żur is-sit: https://familja.gov.mt/

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.