Rivista Familja hi inizjattiva tal-Uffiċċju tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.
Familja toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi uffiċjali ta’ dan il-Ministeru. Din ir-rivista titqassam mingħajr ħlas.
Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l-imejl: familja.media@gov.mt
Biex tirċievi r-rivista Familja tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku jew bilposta:
Tonio Bonello, MSPC
Taqsima tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Nru 38
Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta.
Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ Familja mhux neċessarjament jirrifletti lopinjoni Editorjali.
Tonio Bonello
Editur
Archibald Attard
Helena Holland
Tonio Bonello
Editur
Nistqarr li ma nafx meta u min kien li ħareġ b’din l-ideja li, li taħdem mal-Gvern, ifisser tajjeb, f’sens jiġifieri li ma jkollokx x’tagħmel u/ jew li tista’ tagħmel li trid! Naf biss li jien ilni sa minn meta kont żgħir nisma’ din il-frażi, jiġifieri għal deċenji sħaħ u sal-lum għadha frażi popolari.
Ħa nkun ċar. Bħal kull entità tax-xogħol oħra, ma jfissirx li kulħadd jimpenja ruħu bl-istess qies, jew li ma ssibx forsi min jażżarda jidħol/ tidħol ftit tard inkella jitlaq/titlaq ftit qabel, jew anke xi nuqqasijiet oħra. Iżda dawn huma eċċezzjonijiet. Semmi post tax-xogħol wieħed, mhux f’Malta iżda fid-dinja kollha li għandu kollox miexi ħarir. Ma jeżistix, għax aħna lkoll umani u xi darba jew oħra, jien, int u ħaddieħor jista’ jiżbalja jew nistgħu niżbaljaw ukoll.
F’kuntest ġenerali però, il-maġġoranza assoluta tal-impjegati huma impenjati u leali lejn listituzzjoni li fiha jaħdmu. Nieħu dan il-Ministeru biss fejn aħna responsabbli lejn l-akbar nefqa kif imħabbra fil-budget f’ħidma ta’ provediment ta’ servizzi/benefiċċji soċjali, fejn ilparti l-kbira tal-impjegati jagħmlu kull sforz biex jaraw li r-reputazzjoni li jgawdi l-Ministeru tibqa’ kostanti kif għandu jkun.
Il-preparazzjoni għal kull budget. L-implimentazzjoni tal-miżuri kollha li jkunu ġew imħabbra fil-budget preċedenti, il-kompjutazzjoni ta’ kull ħlas dovut, il-posta, il-kuntatt malpubbliku permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali, it-taqsima tal-immaniġġjar talinformazzjoni, is-servizzij tas-Sigurtà Soċjali, il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, l-entità ĠEMMA, il-Unit dwar ir-Relazzjonijiet Internazzjonali, il-funzjoni u l-operat tal-One Stop Shops u l-Kummissarju tat-Tfal fost ħafna oħrajn li lkoll kemm huma għandhom
funzjoni importanti, dawn jagħmlu l-ħidma interna li permezz tagħha l-pubbliku hemm barra jista’ jgawdi minn sistemi, partikolarment on-line jew bil-posta li ħafna jieħdu tant qisu xejn mhu xejn (bl-Ingliż, for granted) meta fil-ħajja mhawn proprju xejn for granted!
Kull taqsima, unit, dipartiment u direttorat jikkomunikaw b’mijiet ta’ emails li jibagħtu lil xulxin u li jirċievu u jirrispondu lura lill-pubbliku kuljum. Ma’ dawn, għadd ta’ laqgħat virtwali li nsegwu (teams/zoom), laqgħat fil-post, korsijiet ta’ aġġornament, seminars, konferenzi Malta u anke barra, u dak kollu li jagħmel is-servizz ċivili li hu. U dan, għadni qed nitkellem dwar listess Ministeru.
Naturalment bħalna jsegwu l-istess operat u funżjonijiet iżda f’oqsma differenti u anke forsi b’modi differenti tant ministeri oħrajn. Dan iżda waqt li jrid jibqa’ jkun hemm dik is-sinerġija bejn il-partijiet kollha li jifforma l-Gvern tal-pajjiż bl-għan li jkun hemm direzzjoni komuni filprinċipji bażiċi fundamentali li fuqhom ikun ingħata mandat partit u mhux ieħor. L-opportunitajiet ta’ xogħol mal-Gvern dejjem qed jikbru aktar mas-servizzi lejn iċ-ċittadin qed jiżdiedu u l-użu tat-teknoloġija, speċjalment f’din il-fażi fejn l-intelliġenza artifiċjali qed tintuża f’kull settur u allura fejn il-kriterji, il-kwalifi u l-kredenzjali ta’ kull individwu li jitħajjar ifittex opportunità ta’ xogħol maċ-ċivil dejjem qed jiżdiedu. Dan għaliex mingħajr individwi li huma professjonali f’ċerti oqsma ta’ speċjalizazzjoni, ħafna xogħol u b’effiċjenza ma jistax isir. Hu altru li, li jkollok post mal-Gvern forsi jista’ jfisser li tista’ tidħol u toħroġ x’ħin trid u meta trid. Jew li tista’ tgħaddi l-ħin tara ċ-ċellulari tilgħab xi logħba jew tara xi film, sempliċiment għax taħdem mal-Gvern!
L-opportunitajiet flimkien ma’ numru ta’ inizjattivi oħra li jkunu qed jiġu introdotti minn żmien għal żmien, pjuttost jispiraw u jħeġġu kull impjegat biex jitla’ aktar taraġ, mhux biss f’dawk li huma gradi u pożizzjonijiet, iżda fl-effiċjenza, fil-bżulija, fil-kura lejn il-konsumatur, fl-iżvilupp personali u aktar.
Biex insemmi inizjattiva waħda biss (fost ħafna oħrajn) li xtaqt nagħlaq biha hi dik imnedija
mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti ta’ dan il-Ministeru, fejn għat-tielet sena konsekuttiva qed tkun organizzata, The Social Policy Employees Awards. Din qed issir b’apprezzament talkontribut imprezzabbli li jagħtu l-impjegati biex ikunu jistgħu jitwasslu firxa wiesgħa ta’ benefiċċji soċjali u servizzi professjonali vasti, inkluż residenzjali u fil-komunità.
Fost dawn, premju għall-Impjegat tas-Sena fis-Servizz Pubbliku, għall-Impjegat tas-Sena fisSettur Pubbliku, premju għat-Tim tas-Sena fis-Servizz Pubbliku u għat-Tim tas-Sena fis-Settur Pubbliku fost tant oħrajn.
Iċ-Ċivil illum hu kompetittiv daqs il-privat. Jagħti opportunitajiet daqs il-privat u bl-istess qies, lokazzjonijiet ta’ uffiċini deċenti, mgħammra bl-arja kundizzjonata, bl-aħħar teknoloġija talinformatika u bl-aqwa tim ta’ sapport li se ssibu dejjem warajk. Bħala impjegat, jagħtik lassistenza kollha li tinħtieġ bl-għan li dak li hu mistenni li tipproduċi u/jew twassal inti lejn ilklijent (li fl-aħħar mill-aħħar hu l-poplu Malti u Għawdxi flimkien ma’ komunità mhux żgħira multi-etnika) ikun tal-ogħla kwalità kif mistenni llum.
Michael Falzon
Ministru għall-
Politika
Soċjali u Drittijiet tat-Tfal
Ħbieb, Aktar minn qatt qabel tkompli tikber limportanza ta’ tiġdid, trasformazzjoni u viżjoni ’l quddiem, sabiex Malta tibqa’ tissaħħaħ, kemm fuq il-livell ekonomiku u kif ukoll mill-aspett soċjali.
Pajjiżna baqa’ sena wara l-oħra, jikseb ċertifikati b’saħħithom, fejn tidħol lekonomija, u dan fl-istess waqt li komplejna ngawdu minn l-inqas rati ta’ qgħad fl-istorja. Dan qed jgħin lil Malta sabiex iżżomm waħda mill-aktar ekonomiji b’saħħithom fl-Unjoni Ewropea.
Dawn il-fatturi ekonomiċi huma fost dawk li jżommuna f’pożizzjoni li nkomplu nsaħħu xxibka soċjali ta’ pajjiżna. Tul l-aħħar snin ħafna individwi, familji u pensjonanti mxew ‘l quddiem u qed igawdu minn aktar stabbilità u minn livell ogħla ta’ għajxien.
Dan ma jfissirx li kollox huwa perfett. Għad hemm nies li qed isibuha diffiċli jgawdu minn din is-sistema soċjali. Għaldaqstant, il-Gvern qiegħed kontinwament jinvesti fis-sigurtà soċjali, sabiex jipproteġi lil dawk vulnerabbli, u jiżgura d-dinjità fl-irtirar.
Każijiet fejn individwi vulnerabbli ma jintlaħqux mis-sistema, ser jibqa’ jkollna, u għalhekk irridu nibqgħu għajnejna miftuħin beraħ, sabiex nagħtu l-appoġġ soċjali kollu tagħna. Tul dawn it-tlett leġiżlaturi rajna illi kemm jista’ jkun l-investiment soċjali jkun immirat u mibni fuq il-kunċett li t-tkabbir ekonomiku u l-ġustizzja soċjali jimxu id f’id.
Huwa fatt illi ma jista’ jmeriħ ħadd li mill-2012 'l hawn, l-investiment fil-pensjonijiet u lbenefiċċji soċjali tant żdied, illi wasal biex jirdoppja sal-aħħar ta' din is-sena. Illum kulħadd isaqsi x’ser jieħu iktar, u mhux x’ser jeħdulu, b’kuntrast għal dak li konna mdorrijin bih ftit tassnin ilu.
L-għan tagħna huwa li nibqgħu pijunieri fejn jidħlu l-għajnuniet u l-appoġġ soċjali, u dan
filwaqt li niżguraw li kull miżura li nimplimentaw tkun sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri tagħna.
Bħal dejjem, minn qalbi nirringrazzjakom ilkoll tax-xogħol u l-kontribut illi kuljum tagħtu lil dawk il-persuni li jagħmlu użu mis-servizzi tagħna.
Ritratt - George Morina
Charles Meilak
Benefiċjarji tal-Pensjoni tal-Invalidità
Koordinatur fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Numru sostanzjali ta’ persuni qegħdin jibbenefikaw mill-miżuri mħabbra fil-budget rigward il-pensjoni tal-invalidità. Din tingħata lill-persuni li jkunu ċċertifikati minn Bord Mediku, maħtur mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, bħala inkapaċi għal impjieg addattat full-time jew part-time regolari minħabba f’mard.
Is-somma ivvutata biex tagħmel tajjeb għal dawn il-miżuri hija ta’ €19.9 miljun, żieda ta’ madwar €2 miljuni fuq is-sena l-oħra. Huwa mistenni li minn din il-miżura se jgawdu madwar 2,280 persuna.
Din il-pensjoni tingħata wkoll lil persuna li kellha talba għal Benefiċċju ta’ Korriment aċċettata u ġiet iċċertifikata li sofriet aktar minn 90% diżabilità li tirriżulta mill-istess korriment jew marda li toriġina minn, jew matul l-impjieg jew okkupazzjoni.
Ritratt - Marcus Aurelius
Jekk l-applikant jingħata l-Pensjoni tal-Invalidità din tingħata għal minimu ta' sena sa massimu ta' tliet snin u jingħataw Krediti tasSigurtà Soċjali meta jsir l-assessjar għat-talba tal-pensjoni tal-irtirar.
L-applikant irid ikun issottometta mill-anqas sitt xhur ċertifikati mediċi blu lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-invalidità tiegħu, qabel tiġi sottomessa t-talba għall-Pensjoni tal-Invalidità, salv każijiet ta’ kanċer.
Għal dawk l-applikanti li jkunu impjegati mal-Gvern, l-ewwel jiġu msejħin mill-Bord tad-Dipartiment tal-People and Standards u sussegwetament it-talba tagħhom titressaq quddiem il-Bord Mediku tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Dokumentazzjoni meħtieġa mal-applikazzjoni tinkludi ċertifikazzjoni medika li tikkonferma l-invalidità bħal ċertifikazzjoni ta' konsulent mediku, sommarju tal-każ fl-isptar, jew dokumenti rilevanti oħra.
Ladarba l-Pensjoni tal-Invalidità tiġi approvata mit-tabib tal-Panel Mediku, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jitlob jobsplus history sheet li tindika d-data tat-terminazzjoni tal-impjieg, l-FS3 għassena ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni, u kwalunkwe FS3s
addizzjonali għas-snin fejn il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jkunu neqsin waqt l-impjieg.
Dan jiżgura li r-rekord tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-applikant jiġi aġġornat kif xieraq u tinħareġ ir-rata rilevanti. Applikazzjoni għall-Pensjoni tal-Invalidità għandhom jiġu sottomessa online. Agħfas hawn
Applikanti jistgħu wkoll iżuru l-eqreb hub ta’ servizz.gov għal gwida u għajnuna fil-proċess tal-applikazzjoni.
Dr.
Duncan Borg Ellul, DProf Manager II (Compliance) International Relations Unit
Minn dak li taqsmu magħna intom il-qarrejja…
Tonio/Qarrejja/Kontributuri,
Ftit riflessjonijiet li xtaqt nagħmel… Din l-edizzjoni toffri ħarsa ħolistika lejn realtajiet soċjali, inizjattivi u miżuri importanti fuq livell komunitarju. Ta’ min jinnota kif l-artikli jirriflettu politika soċjali mmirata lejn l-inklużjoni u għajnuniet prattiċi, bħall-espansjoni tal-benefiċċji tal-familja u l-kura tat-tfal. Fl-istess ħin, hemm eżempji ta’ kif il-kontributuri jħallu spazju għall-esperjenzi umani, pereżempju, l-istorja tal-missier Armenjan u l-qagħda ta’ min jgħix f'sitwazzjonijiet laktar diffiċli u vulnerabbli.
Mis-sezzjoni dwar id-donazzjoni tad-demm sat-tifsira tal-figolli għall-Għid, jinħass li hemm sens ta’ komunità u solidarjetà li jispikkaw. Ta’ min jagħmel riflessjoni wkoll fuq l-edukazzjoni u s-sensibilità dwar il-perikli tat-teknoloġija speċjalment. Dan b’mod partikolari fejn jidħlu influenzi u vulnerabilità fost it-tfal; inżid l-użu tal-intelliġenza artifiċjali eċċ suġġetti kurrenti li bla dubju, jeħtieġu aktar għarfien.
Ġenitur u edukatur tal-affari tiegħu jistaqsi: 'Kif nista nipproteġi lit-tfal f’din id-dinja diġitali bla ma nħallihom jintilfu fiha?' U xi ngħidu għall-ansjetà fost it-tfal, l-adoloxxenti u l-adulti, ilkonfużjoni fl-identità u saħansitra problemi fl-irqad minħabba l-użu tal-midja soċjali?
Dokument tal-Vatikan dwar l-etika fil-komunikazzjoni iġib dan il-paradoss b’mod ċar meta jenfasizza li skont kif nużaw il-midja, nistgħu jew nuru s-simpatija u l-kompassjoni bl-għarfien jew insiru aktar iżolati f’dinja narċisistika u nispiċċaw nitgħajjru u nsibu ruħna f'kunflitt.
Min-naħa l-oħra, mhux kollox negattiv: illum hemm iktar ugwaljanza bejn is-sessi fir-rwoli talmissier u l-omm. Hemm iktar għarfien dwar il-bżonnijiet emozzjonali tat-tfal, u anke tteknoloġija stess li tista’ sservi biex tqarreb (pereżempju meta familjari jgħixu ’l bogħod minn xulxin). Madanakollu, kif nistgħu ngħożżu l-valuri fejn jidħlu pereżempju l-imħabba, ir-rispett, is-sagrifiċċju reċiproku, filwaqt li nadattaw ruħna għar-realtajiet ġodda?'
Napprezza ħafna l-impenn tal-awturi u l-istakeholders li qed jagħtu informazzjoni aġġornata u aċċessibbli u din l-edizzjoni “Familja”, tidher, li qed tippromwovi dan b'mod dinamiku. Ilfutur tal-valuri tagħna, fl-aħħarnett, jinsab f’idejna; f’kull like li nagħtu, f’kull bieb li niftħu, f’kull qatra demm li nagħtu, f’kull tgħanniqa lil min hu fil-bżonn u f’kull wirja ta’ mħabba lejn min aħna u minn fejn ġejna.
Prosit lil kulħadd tal-kontribut siewi u prosit lilek Tonio.
Duncan
Ritratt - Andrea Piacquadio
Doris Zammit
Kittieba u Xandara
Għalkemm għadna m’aħniex fl-eqqel tas-sajf, is-sħana bdiet tagħmel ġmielha. Għaldaqstant xtaqt nieħu l-opportunità biex infakkarkom ftit dwar il-ġid kif ukoll il-ħsara li tista’ tagħmel ixxemx.
Id-dawl tax-xemx huwa tajjeb għalina f’dożi żgħar. Jgħin lil ġisimna jibni l-vitamina D3, jgħin biex ikollna burdata tajba u jista’ wkoll jintuża biex jiġu trattati diversi kundizzjonijiet tal-ġilda bħal psoriasis u ekżema. Imma li wieħed jesponi ruħu għar-radjazzjoni ultraviolet (UV) fiddawl tax-xemx, jista’ jikkawża ħsara serja ħafna.
Speċjalisti tal-ġilda jgħidu li “Bosta nies jaħsbu li sakemm mhux qed jieħdu xemxata, mhuma jagħmlu l-ebda ħsara lill-ġilda”. Imma anke jekk qed tipprova tismar mhux tinħaraq, li toqgħod fix-xemx kuljum jiżdied ftit ftit maż-żmien u jista’ jikkawża ħsara fil-ġilda u anke kanċer tal-ġilda. Is-smurija hija xhieda biżżejjed li l-ġilda tiegħek ġratilha l-ħsara mirradjazzjoni ultraviolet.”
Ħruq fil-ġilda jiġi kkawżat mir-radjazzjoni UV mhux mit-temperatura. Anke f’ġurnata tas-sajf ftit friska, il-livell tal-UV jista’ jkun għoli. Tista’ tinħaraq anke meta jkunu ġranet b’temp imsaħħab, għaliex ir-radjazzjoni UV tista’ tippenetra anke mis-sħab.
Tafu x’inhi d-differenza bejn UVA u UVB u xi tfisser SPF?
Tafu xi jfisser dak in-numru li jkun hemm fuq il-kremi li nużaw għas-suntan, ngħidu aħna SPF8? Dan ifisser li nistgħu noqogħdu barra għal tmien siegħat iżda rridu niftakru li dan issunscreen qiegħed biex jipproteġilna l-ġilda u mhux biex jinkoraġġina nitperrċu għal aktar ħin fid-dawl ultraviolet. Jidher ukoll li r-raġġi UVA jistgħu jikkawżaw l-aktar forma ta’ kanċer malinn - il-melanoma li tista’ anke twassal għall-mewt.
Daqs tnejn jew tlett imgħaref sunscreen huma biżżejjed biex adult jista’ jgħid li għandu protezzjoni biżżejjed. Però niftakru f’dawk il-postijiet li huma faċli biex ninsewhom u dawn jinkludu xi rqajja mingħajr pil. L-għarqub u l-irkopptejn li huma kollha sensittivi ħafna biex jinħarqu bir-raġġi tax-xemx.
Taħsbux li għax nerġgħu nindilku nistgħu noqogħdu fix-xemx darbtejn aktar. Din hija ħmerija. Ġaladarba nkunu wżajna l-kwota tagħna ta’ SPF (sun protection factor) għal dik ilġurnata, irridu ta’ bilfors nitgħattew u noqogħdu fid-dell għall-kumplament tal-ġurnata.
Speċjalisti fil-mard tal-ġilda jgħidulna li hemm erba’ fatturi li huma essenzjali ħafna biex nipproteġu l-ġilda tagħna mix-xemx. L-ewwel u qabel kollox li nevitaw li noqogħdu fix-xemx bejn il-ħdax ta’ filgħodu u t-tlieta ta’ wara nofsinhar. Noqogħdu fid-dell u nitgħattew sew. Flaħħar fil-lista iżda mhux lanqas, nużaw is-sunscreens.
L-SPF jagħtina ħjiel xi protezzjoni għandna kontra r-raġġi UVB (ultra violet) dawk ir-raġġi li jistgħu jikkawżaw il-kanċer. Biex jipproteġuna kontra r-raġġi UVA rridu nfittxu dawk il-gradi bl-istilel ta’ kremi li jistgħu jgħinu biex tissewwa l-ħsara li huma tajbin, iżda bl-ebda mod ma jeliminaw għal kollox il-ħsara li tkun saret.
Ma ninsewx ix-xofftejn. Xofftejna jistgħu jinħarqu malajr għaliex dawn ma jipproduċux melamin, li jipproteġi kontra x-xemx. Lipstick mingħajr SPF jifforma barriera fiżika għar-raġġi tax-xemx, iżda l-aħjar li nużaw huwa lipstick li fih mill-anqas SPF8 jew inkella napplikaw sunblock qabel ma nagħmlu lipstick ikkulurit.
Il-ħsara fil-ġilda hija kkważata mix-xemx matul is-snin. Ċelloli fil-ġilda li ġratilhom il-ħsara fuq perjodu taż-żmien, li wieħed joqgħod fix-xemx kuljum, dawn iċ-ċelloli jew imutu, inkella isewwu lilhom infushom. Jekk il-ħsara hija severa, jista’ jiżviluppa kanċer tal-ġilda. L-aħjar mod biex tbaxxi r-riskju ta’ kanċer tal-ġilda li ma jkunx melanoma, hu li tevita espożizzjoni fixxemx fit-tul u tipprattika sigurtà aħjar mix-xemx.
Il-kanċer tal-ġilda jista’ jkun l-aktar konsegwenza serja minħabba xemx żejda. Xemx żejda tista’ wkoll tikkawża tikmix qabel iż-żmien, il-ġilda tixjieħ, mard fl-għajnejn, u jista’ wkoll idgħajjef l-abbilità tal-ġisem biex jiġġieled l-infezzjonijiet u l-mard.
It-tfal huma l-aktar vulnerabbli, għaliex li wieħed ikun espost għax-xemx fit-tfulija u matul ladoloxxenza jidher li jżid ir-riskju għall-konsegwanzi aktar tard fil-ħajja. Għalhekk huwa importanti li nipproteġuhom. Huwa importanti li wieħed jgħaddi ftit ħin barra, huwa tajjeb għar-ruħ u għall-ġisem imma tajjeb li tipproteġi ruħek u lit-tfal tiegħek.
Xi pariri biex tagħraf toqgħod attent mix-xemx
• Meta hu possibbli, ipprogramma l-attivitajiet għal filgħodu jew tard wara nofsinhar.
• Oqgħod fid-dell. Toqgħodx fix-xemx bejn il-11.00am u t-3.00pm.
• Ħu umbrella jew xi tip ta’ għata f’xatt il-baħar.
• Jekk se tkun fix-xemx wara nofsinhar, ilbes kmiem twal u kappell b’falda wiesgħa.
• Ilbes nuċċali tax-xemx li jipprovdi protezzjoni UVA u UVB.
• Uża krema tax-xemx li fiha protezzjoni (SPF) ta’ ħmistax jew aktar.
• Jekk taħdem fuq barra jew se tkun barra għal ħin twil uża SPF ta’ 30 jew aktar.
• Applika l-krema ma’ ġismek 20 minuta qabel toħroġ u erġa’ idlek 20 minuta wara.
• Uża l-krema kontra x-xemx anke fi ġranet imsaħħba.
• Tapplikax krema lit-trabi taħt is-6 xhur; it-trabi jridu joqogħdu bogħod mix-xemx diretta.
• Tinsiex xufftejk, widnejk , imnieħrek u l-uċuh ta’ saqajk. Dawn il-partijiet jinħarqu malajr.
• Erġa’ applika l-krema wara li tgħum jew jekk qed tħossok għarqan.
Dan l-artiklu jkompli fil-ħarġa Familja ta’ Awwissu li ġej...
The goal of Sudoku is to fill a 9×9 grid with numbers so that each row, column and 3×3 section Sudoku
3 differences
Il-passjoni għall-Iskultura, l-Arti u l-Opra
Mary Anne Zammit
Artista u Kittieba
Intervista mal-Iskultur Martin Bezzina Wettinger
‘L-iżvilupp ta’ sens t’osservazzjoni akuta hi ħila neċessarja f’kull qasam tal-ħajja, kemm dik kreattiva kif ukoll f’dixxiplina ta’ xogħol u studju.’ Hekk beda din l-intervista interessanti, liskultur Martin Bezzina Wettinger. Kelli l-opportunità li nżur il-bottegin tiegħu, ġewwa Triq lIfran il-Belt Valletta, u hemm sibt ruħi mdawra b’numru kbir ta’ skultura, pittura u statwi mnaqqxin fuq l-injam. Waħda isbaħ mill-oħra!
Martin twieled fl-1966. Oriġinarjament ġej mill- kamp tax-xjenza fejn iggradwa fis-suġġetti tal-Matematika u l-Fiżika. Ilu jgħallem għal madwar 30 sena, biss donnu dan ma kienx biżżejjed għaliex dejjem ħass ġibda lejn l-arti. Għalhekk ma damx ma beda jattendi għallezzjonijiet tal-Arti. Kien hawn li Martin beda jitgħallem kif ipinġi mill-osservazzjoni, minn dak li jara quddiemu. Waqt din il-laqgħa miegħu tani eżempju fejn għamel ġimgħa sħiħa josserva u jistudja sardinella.
‘Waħda mill-ħiliet importanti hi li tkun kapaċi tosserva u tara b’għajnejk l-oġġett quddiemek, jew xena li qed tidher differenti. Kulħadd għandu jitgħallem din il-fakultà li jpinġi dak li josserva bħalma kulħadd għandu jkun jaf jikteb ismu. Inħoss li l-edukazzjoni għandha tagħfas fuq dan billi tgħallem it-tpinġija mill-osservazzjoni lil kulħadd. Hawn ħafna nies li għandhom l-Arti fihom u ma jafux u din il-ħila bażika hija importanti għas-suggetti l-oħrajn kollha wkoll.’
Iżda minn fejn bdiet il-ħajra għall-iskultura?
Martin semma li l-ewwel namra għall-iskultura bdiet meta hu beda jesperimenta bilpastellina biex jagħmel rigal ċkejken għal ommu. Bi tbissima fuq fommu, Martin tenna li rrigal tant ħadet pjaċir bih li ommu għamlitu fil-vetrina ħdejn il-kristall. Memorja bikrija oħra kienet meta kien qiegħed jara film ‘Alla Conquista Del West’ u ra tfajjel jaħdem żiemel talinjam. Kif rah ħas ix-xewqa li xi darba jkun kapaċi jesprimi ruħu b’dan il-mod bħalu.
Xi żmien wara kellu l-opportunità li jżur Val Gardena, żona ġewwa t-tramuntana tal-Italja
magħrufa sewwa għat-tradizzjoni tal-iskultura fejn dan il-mistier jimxi minn ġenerazzjoni għal oħra. Din l-esperjenza kompliet tispira f’Martin sens ta’ entużjażmu lejn l-arti u lkreattivittà.
Qasam miegħi kif ftit wara din l-esperjenza kien sab lill-kunjatu (li kien ukoll mastrudaxxa) jiskultura fjura ħelwa biex jiddekora biċċa għamara. Dakinhar tħajjar jipprova jagħmel ħuta u tista’ tgħid li minn hemm ‘l hemm bdiet il-mixja tiegħu tal-iskultura fl-injam. Beda jmur illibrerija jfittex kull ktieb eżistenti fuq dan is-suġġett.
Kien verament il-bidu ta’ vjaġġ twil. Eventwalment, Martin segwa kors wara ieħor fl-iskola talArti fejn is-surmast kien jisħaq miegħu dwar l-importanza tad-disinn u baqa’ sakemm ġab Diploma fl-Arti. Illum Martin jifhem li dak li dwaru kien jenfasizzalu s-surmast, tassew kellu raġun. Id-disinn huwa l-bazi ta’ kull opra tal-arti.
Martin għamel numru ta’ repliki ta’ statwi barokki bħal San Duminku, Santa Liena u San Ġorġ. Spjegali kif dan it-tip ta’ xogħol jirrikjedi sigħat twal ta’ ħidma u statwi bħal dawn joħdulu
L-Iskultur Martin Bezzina Wettinger
madwar ħames mitt siegħa l-waħda. Hu jħobb jaħdem fuq il-figura umana għax jabbina larti mal-matematika biex iqassam il-proporzjon. Kemm jekk nudo, tfal, familja, omm u binha, dejjem ifittex din il-figura u anke jekk jagħmel statwa mlibbsa, xorta jrid jara li hemm il-figura minn taħt. Martin iħobb ukoll itella’ l-figura permezz taċ-charcoal u soft pastels.
Xogħlijiet tal-Iskultur Bezzina Wettinger
Staqsejt wkoll, x’inhi d-differenza bejn xogħol fl-injam u dak fit-tafal?
‘L-injam hu aktar diffiċli mit-tafal, għax waqt li t-tafal dejjem tista’ iżżid u tirranġa, fl-injam trid tkun aktar preċiż u kawt għax iktar diffiċli biex tirranġa.’
Il-ħajja ta’ Martin hija wkoll mżewqa bil-mużika ta’ kull tip, speċjalment iżda dik klassika.
Waqt iz-żmien tal-Covid kien iddeċieda li jieħu lezzjonijiet tal-vuċi online, taħt id-dixxiplina ta’ Denise Mulholland. Hu minn dejjem kien ikanta f’korijiet u dan għadu jagħmlu sal-lum iżda bil-lezzjonijet Martin irnexxielu jiżviluppa l-vuċi aħjar.
Attenda wkoll numru ta’ Masterclasses fejn hawn il-passjoni għall-opra kompliet tissaħħaħ, u beda anke jieħu sehem f’diversi rappreżentazzjonijiet. Infatti fil-jiem li ġejjin, Martin se jerġa’ ikun parti mill-kor fl-opra Nabucco. Martin ikanta wkoll waqt il-quddies u saħansitra anki ġewwa l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fejn iħoss li dan hu mezz biex ikun aktar viċin t’Alla.
L-aħħar messaġġ li kellu Martin hu li jixtieq jara li aktar u aktar tfal u żgħażagħ ikollhom ilpossibilità u l-għajnuna biex jesprimu ruħhom permezz tal-Arti.
Lil Martin nawgurawlu aktar ħidma u suċċess.
Xogħlijiet tal-Iskultur Bezzina Wettinger
Charles Meilak
Koordinatur fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Ġenituri, it-tfal u allura l-familja tibqa’ dejjem fiċ-ċentru tan-nefqa li tiżboq kull investiment preċedenti biex il-qafas soċjali tal-pajjiż ikompli jittejjeb għal ħajja ta’ kwalità aħjar.
Madwar 42,400 familja b’63,300 tifel u tifla ser igawdu minn żieda qawwija fis-suppliment li jitħallas mal-allowance tat-tfal. Dan ser jiżdied b’€250 biex jilħaq €640 jew €660, skont iddħul tal-familja. Madwar 10,500 familja ser jerġgħu jirċievu l-allowance speċjali ta’ €500 jekk uliedhom qed jattendu korsijiet post sekondarji.
Ta’ min jirrimarka li l-allowance tat-tfal li għalih tkun intitolata familja, jista’ jiżdied għax issa filkomputazzjoni tar-rata tal-allowance, barra l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, ser jiġi injorat ukoll l-ammont ta’ taxxa fuq id-dħul. L-istess miżura li tinjora t-taxxa mħallsa u lkontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ser tapplika wkoll fil-mekkaniżmu biex jitkejlu r-rati talInwork Benefit.
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali jinkludu li wieħed mill-ġenituri għandu jkun ċittadin ta’ Malta
jew miżżewweġ lil ċittadin Malti jew f’Unjoni Ċivili ma’ ċittadin Malti, jew ikun ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (Cross-Border), jew ċittadin ta’ pajjiż membru tal-Karta Soċjali Ewropea, inkella li jkollu status ta refuġjat u jirrisjedi b mod ordinarju f Malta jew Għawdex.
RitrattAlexander Dummer
“Bżonn, Urġenti u Qagħda Kritika”
Caroline Cassar Senior Staff Nurse
PR and Marketing Officer NBTS
National
Blood Transfusion Centre
Xi jfissru għalina fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm dan il-kliem
Kemm ikollna riżerva tad-demm, tajba u kostanti huwa ferm importanti għalina fiċ-Ċentru talGħoti tad-Demm biex il-pazjent ikun jista’ jieħu l-komponent meħtieg fil-ħin kif suppost.
Importanti li r-riżerva tal-komponenti kollha tad-demm tkun tajba, b’referenza għaċ-ċelloli lħomor, il-pjastrini u l-plażma li kollha jiġu produċuti mill-borża tad-demm li tinġabar mingħand id-donatur.
Nuqqas f’wiehed min dawn il-komponenti jwassal għal iżjed domanda ta’ boroż tad-demm. Biex illum il-ġurnata nlaħħqu mad-domanda hemm il-bżonn li jinġabru ħamsin borża demm kuljum. Jekk dan ma jseħħx b’mod regolari ta’ kuljum, ir-riserva tad-demm mill-bżonn taqa’ għal urġenti u fl-aħħar tispiċċa kritika.
Imma xi jfissru dawn il-kliem?
Tajjeb kulħadd ikun jaf xi nkunu rridu nfissru meta nċemplu, nibgħatu messaġġi (SMS) jew niktbu fuq il-paġni tal-midja soċjali tagħna.
Bżonn – jiġifieri meta r-riserva taċ-ċelloli l-ħomor u l-pjastrini għal dik il-ġurnata tkun tajba. Ir riserva taċ-ċelloli l-ħomor tkun stabbli għal erbat ijiem għalhekk infakkru lid-donaturi biex jiġu jagħtu d-demm, biex inżommu r-riserva konsistenti mad-domanda. Nibgħatu messaġġi biex infakkruhom li għaddew tlieta jew erba’ xhur mill-aħħar donazzjoni u nħeġġuhom biex jibqgħu jiġu jagħtu d-demm regolari.
Urġenti – tfisser li meta kien hemm il-bżonn, ma ġewx donaturi biżżejjed biex jinġabru lħamsin borża ta’ kuljum u b’hekk ir-riserva tal-komponenti kollha tinżel u jekk ma jattendux donaturi biex jagħtu d-demm ir-riserva tibqa’ nieżla.
Hawnhekk minbarra l-messaġġi, jidħlu fis-seħħ numru ta’ telefonati fejn nispjegaw eżatt liddonaturi l-urġenza tas-sitwazzjoni. Jekk id-donaturi ma’ jirrispondux għad-domanda taddemm ta’ dik l-urġenza kemm jista’ jkun malajr, hemm il-possibiltà li l-pazjent ma jkunx jista’
jibbenefika mill-komponenti tad-demm li għandu bżonn fil-ħin neċessarju.
Kritika – huwa skatt ta’ allarm kbir u jkun hemm possibiltà kbira li jitħassru l-operazzjonijiet u pazjent li qed jieħu l-kura tal-kanċer ikun pospost biex jieħu l-komponenti tad-demm ġranet oħra. Jiġifieri r-riserva tal-komponenti fi stat kritiku tkun biss għal każijiet ta’ urġenza massima ta’ ħajja jew mewt.
Hawnhekk aħna nikkomunikaw mal-medja kollha fostom radjijiet, stazzjonijiet televiżivi u gazzetti biex itellgħu l-messaġġ tal-urġenza fuq il-pjattaformi tagħhom kollha. Iċ-Ċentru talGħoti tad-Demm f’dawn il-każi jibqa’ miftuħ wara s-6.00pm biex jilqa’ iżjed donaturi li ma
jkunux jistgħu jiġu matul il-ġurnata. Il-laboratorji tagħna jibqgħu miftuħin ukoll biex ilkomponenti tagħna jaslu għand il-pazjent mill-aktar fis.
Ma niddejqux nibqgħu għaddejjin naħdmu wara l-ħin, imma niddejqu li pazjent titħassarlu loperazzjoni jew pazjent tal-kanċer ma jieħux id-demm fil-ħin.
Nagħlaq billi minn hawnhekk inħeġġeġ iżjed persuni jersqu biex jagħtu d-demm biex irriserva tal-komponenti kollha tad-demm ma taqax f’qagħda kritika. Filwaqt li nirringrazzja liddonaturi preżenti nħeġġiġhom biex jiġu jagħtu d-demm regolari, jiġifieri n-nisa kull erba’ xhur u l-irġiel kull tlett xhur.
Intom is-Super Eroj tal-Pazjenti fl-isptarijiet Maltin.
Jekk tixtieq aktar tagħrif dwar l-għoti tad-demm tista’ tfittex kif ġej:
Ċempel fuq in-numri t’hawn fuq għal-trasport b’xejn
It-Trulli ta’ Alberobello
George Zammit
Gwida u Lajk
Ir-Reġjun ta’ Puglia ġewwa l-Italja t’isfel huwa fost l-aktar magħruf għas-siġra taż-żebbuġ. Madwar Piana degli Ulivi Millenari, wieħed jista’ jammira l-eqdem siġar bi zkuk ħoxnin u mibrumin taż-żebbuġ li uħud minnhom huma stmati li għandhom aktar minn 2,000 sena. Ilkapaċità tagħhom hi li jgħixu daqshekk żmien anke jekk f’reġjun sħun u b’nuqqas ta’ ilma.
Puglia hi magħrufa wkoll għat-trulli ġewwa Alberobello.
Dan hu raħal sabiħ turistiku viċin il-belt kapitali ta’ Bari.
Dan ir-raħal jikkonsisti fi djar tal-ġebla tal-franka, eżempju notevoli ta’ kostruzzjoni b’teknika ta’ bini prestoriku li għadhom jintużaw f’dan ir-reġjun sal-lum.
Dawn it-trulli huma miġbura madwar l-għelieqi ta’
Rione Monte f’Alberobello u d-disinn mhux tas-soltu tagħhom ikopri soqfa piramidi, b’koppla mibnija minn ċangaturi tal-franka li l-iskop oriġinali kien biex iservu bħala xelters temporanji.
Aktar tard dawn bdew jiġu konvertiti bħala mħażen u reċentament ġew mibdula fi djar permanenti għas-sidien jew ħaddiema li kienu jaħdmu fl-industrija tal-agrikoltura. F’dawn laħħar snin ħafna minn dawn it-trulli qed jokkupaw ħwienet żgħar tas-souveniers inkella bħala djar żgħar b’akkomodazzjoni għat-turisti li jżuru dan il-post meraviljuż.
Però sfortunatament, ħafna vjaġġaturi lejn Alberobello jitilfu opportunità kbira għax ma jmorrux iżuru l-knisja prinċipali ta’ Alberobello dedikata lil San Kożma u San Damjan. Din ilBażilika, Santwarju u Katidral ta’ Alberobello tinsab fuq in-naħa tat-tramuntana tat-trulli madwar masġar kbir antik ta’ dwieli u siġar taż-żebbuġ. Monument mill-aktar importanti ta’
Ritratt - AXP Photography
Alberobello li jmur lura lejn l-1885, marbut maż-żewġ qaddisin kbar fejn illum insibu żewġ statwi artistiċi tal-injam u anke relikwi bi ftit għadam u fdalijiet ta’ San Kożma u San Damjan.
Importanti u xieraq bħala Nsara li nkunu nafu ftit tagħrif dwar dawn iż-żewġ qaddisin. Kienu aħwa, imwielda fl-Għarabja u li kienu marru jistudjaw u jipprattikaw ix-xjenza fil-mediċina. Billi kienu Insara, kienu mimlija imħabba u ħniena lejn il-proxxmu u bl-ispirtu ta’ karità kbir, b’mod speċjali mal-morda.
Fil-fatt huwa magħruf li huma qatt ma ħadu flus għas-servizzi mediċi tagħhom lejn il-marid. Għalħekk saru magħrufa malajr u bdew igawdu stima għolja min-nies speċjalment dawk foqra, batuti, imnikkta u morda.
Meta l-gvernatur ta’ Ċiliċja li kienet provinċja Rumana (illum hija l-kosta tan-Nofsinħar tatTurkija fil-Mediterran) sema’ dwar dawn iż-żewġ aħwa, sejħilhom quddiemu. Matul dik illaqgħa, Kożma u Damjan ipproklamaw u sostnew b’saħħa quddiem dan il-gvernatur li kienu u ser jibqgħu nsara u fidili sal-mewt bl-istess fidi lejn Kristu.
Minflok ġew onorati tal-opri tal-ħniena u l-karità li kienu qed iwettqu mal-morda, kienu ittorturati, mixħutin il-ħabs u fl-aħħar inqatlu bħala martri fejn spiċċaw mingħajr ras.
F’jum il-festa tagħhom fis-26 ta’ Settembru, ta’ kull sena tkun iċċelebrata purċissjoni sabiħa madwar it-Trulli ta’ Alberobello biex tfakkar lilhom bħala qaddisin patruni tal-belt, kif ukoll bħala patruni tal-ispiżjara.
Ħuti: Aħna bħala nsara li nemmnu u nonoraw il-memorja ta’ ħafna martri sena wara sena u mad-dinja kollha, jeħtieġ li nitgħallmu lezzjoni importanti mix-xhieda ta’ dawn iż-żewġ tobba sabiex f’ħajjitna nkunu dixxipli veri tal-Vanġelu.
Dawn iż-żewġ aħwa tobba, Kożma u Damjan għexu u mietu skont il-konvinżjoni qawwija li kellhom fil-fidi u tama f’Alla. Jalla f’ħajjitna, speċjalment ċertu ħaddiema, jieħdu din ittagħlima billi jitħeġġu aktar spiritwalment matul id-dmirijiet tagħhom, biex bħal Kożma u Damjan ikunu prudenti, konxji, fidili, mimlija ħniena, b’rispett u sinċerità matul is-servizzi li joffru b’kuxjenza nadifa u safja f’ċerti ħlasijiet waqt il-provi ta’ niket mal-marid, mal-batut u mal-fqir.
Ritratt - L-aħwa Tobba martri, San Kożma u San Damjan
Pariri għall-Ommijiet Tqal
Claire Fearne Senior Midwife
Health Promotion and Disease Prevention
Tony Micallef
Health Liaison Practice Nurse
Koordinatur ta’ din is-serje ta’ artikli
Kif tipproteġi lilek innifsek mis-sħana waqt it-tqala
Introduzzjoni
It-tqala hija żmien ta’ ferħ, imma ġġib magħha sfidi uniċi, speċjalment matul ix-xhur sħan tassajf. It-temperaturi għolja jistgħu jippreżentaw riskji addizzjonali, kemm għall-omm kif ukoll għat-tarbija, għalhekk nisa tqal għandhom jieħdu prekawzjonijiet addizzjonali biex jiżguraw is-saħħa u l-kumdità tagħhom. Hawn huma pariri essenzjali biex tgħin ittaffi s-sħana waqt ittqala.
Żomm Idratata
It-tqala żżid it-temperatura tal-ġisem u kombinata ma' temperaturi ambjentali għoljin, tista' tikkawża skumdità sinifikanti. In-nisa tqal għandhom jixorbu 2 sa 3 litri ilma kuljum biex jipprevjenu d-deidrazzjoni.
Ilbes komdu
Jilbsu ħwejjeġ ħfief u b'kuluri ċari biex jevitaw ir-raxx, speċjalment fuq l-istonku u taħt is-sider. Meta jkunu barra, kappell u nuċċali tax-xemx jistgħu jipproteġu kontra r-raġġi UV.
Evita l-eqqel tax-xemx
Jevitaw li joħroġu bejn il-11 ta’ filgħodu u l-4 ta’ waranofsinhar. Jekk iridu joħroġu, jġorru flixkun tal-ilma biex jixrobu u jxarrbu lilhom infushom bl-ilma. Jekk iħossuhom eżawriti bissħana, jagħmlu pawżi frekwenti, u jibqgħu fil-dell. Japplikaw krema protettiva SPF 30 jew ogħla nofs siegħa qabel joħorġu u japplikaw mill-ġdid kull sagħtejn jew wara l-għawm.
Strateġiji dwar kif tiffriska
Fuq ġewwa, jieħdu pawżi f’kamra klimatizzata bl-arja ikkundizjonata, iżommu l-purtieri u lpersjani magħluqin matul il-ġurnata u jieklu ikel frisk u bbażat fuq l-ilma. Jekk jinsabu mingħajr arja kkundizzjonata, jistgħu jużaw biċċiet mxarrbin fuq rashom, mal-għonq u
maż-żaqq. L-għawm huwa eżerċizzju eċċellenti u ġentili li jgħin itaffi s-sħana u jtaffi l-uġigħ fin-nerv sciatic.
Oqgħod attent għas-saħħa tiegħek
Joqogħdu attenti għal sinjali ta' sħana żejda bħal dardir, uġigħ ta' ras, iħossu qalbhom tgħaġġel rimettar, konfużjoni, awrina kkonċentrata, u għejja. Ifittxu assistenza medika jekk dawn is-sintomi jseħħu. Ikunu konxji ta’ mard relatat mas-sħana bħad-deidrazzjoni, heat sincope, ħruq tax-xemx, għejja mis-sħana u stroke mis-sħana.
L-edema fiżjoloġika, speċjalment fis-saqajn matul it-tielet trimestru, tista’ tmur għall-agħar fittemp sħun. Din għandha tkun immaniġġjata billi jistrieħu għal 30 sa 60 minuta filgħodu jew filgħaxija, jgħollu saqajhom b’kutra mrembla fuq is-sodda, jagħmlu mixjiet żgħar u jilbsu żraben li huma nofs daqs akbar mis-soltu.
Konklużjoni
Li jżommu friski u komdi waqt it-tqala fit-temp sħun. Meħtieġ approċċ proattiv. Jistgħu itaffu s-sħana u jgawdu tqala b’saħħitha u ferħana billi jżommu idrati, jilbsu b’mod xieraq, jevitaw leqqel tax-xemx, jużaw strateġiji ta’ ffriskar waqt li jissorveljaw saħħitom.
Referenzi
Heat and pregnancy. (2024).
Retrieved from https://www.cdc.gov/heathealth/riskfactors/heatand-pregnancy.html? CDC_AAref_Val=https://www.cdc.gov/heat-health/heat-and-pregnancy.html
Retrieved from https://www.who.int/news/item/05-06-2024-experts-warn-of-serious-healthimpacts-from-climate-change-for-pregnant-women children and-older-people
Pregnant this summer? Beat the heat. (2024). Retrieved from https://www.webmd.com/baby/features/summer-pregnancy
Suzanne Garcia Imbernon Manager Office of the Commissioner for Children
Spiss nisimgħu kemm hu importanti li nieħdu ħsieb is-saħħa tagħna kemm dik fiżika kif ukoll dik mentali. Imma nistaqsu: nafu tassew x'irridu nagħmlu biex nieħdu ħsieb lilna nfusna? U, aktar minn hekk, kif nistgħu nkunu ta’ eżempju tajjeb għat-tfal li jaraw u jimitaw dak kollu li nagħmlu?
Huwa essenzjali li nkunu aktar konxji dwar kif nistgħu naddottaw stil ta’ ħajja aktar b’saħħtu.
Dan ifisser ukoll li ma għandniex niddejqu nitolbu għall-għajnuna meta jkollna bżonn, kemm għalina u kif ukoll għal dawk ta’ madwarna. Meta nitkellmu mat-tfal, huma stess jgħidulna li għandna naħdmu iktar biex ngħinu lit-tfal u l-familji tagħhom sabiex noħolqu iktar għarfien dwar is-saħħa.
Matul il-vaganzi tal-Għid, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal organizza attività fuq jumejn li ġabet flimkien żgħażagħ bejn it-13 u l-15-il sena. L-għan kien li jiġu diskussi d-drittijiet tat-tfal għas-saħħa fiżika, kif imniżżel fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar id-Drittijiet tatTfal. Din tgħid b’mod ċar li kull tifel u tifla għandu jkollhom l-aħjar kura possibbli, kif ukoll aċċess għall-ilma nadif, ikel bnin, ambjent sigur, u informazzjoni li tgħinhom iżommu saħħithom tajba.
Matul l-attività, li saret b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ, l-Assoċjazzjoni Maltija talIstudenti tal-Mediċina, u d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, iż-żgħażagħ kellhom l-opportunità jitgħallmu aktar dwar id-drittijiet tagħhom. Barra minn hekk, taw ukoll suġġerimenti dwar kif nistgħu ntejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa tat-tfal kollha.
Waqt id-diskussjonijiet, il-parteċipanti tennew l-importanza ta’ ħajja b’saħħitha: eżerċizzju regolari, ikel bilanċjat, u l-bżonn li nibqgħu ’l bogħod minn vizzji li jagħmlulna l-ħsara, bħallenergy drinks u l-vaping. Tkellmu wkoll dwar problemi li qed jaffettwawhom direttament, fosthom: il-bullying, l-obeżità, u n-nuqqas ta’ spazji siguri fejn jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom.
Minn din l-attività ħarġu numru ta’ proposti konkreti li se jiġu ppreżentati lin-Netwerk Ewropew tal-Ombudspersons għat-Tfal (ENOC), flimkien ma’ proposti oħra minn 15-il pajjiż ieħor. Fosthom insibu;
• Aktar għarfien dwar il-perikli tal-energy drinks, speċjalment għal tfal taħt is-16-il sena.
• Informazzjoni dwar is-saħħa għandha tkun adattata u aċċessibbli għal kulħadd b’mod partikolari għat-tfal ta’ etajiet differenti.
• It-tfal kollha għandhom jingħataw aċċess għas-servizzi tas-saħħa.
• Hemm bżonn aktar spazji siguri għar-rikreazzjoni u l-eżerċizzju.
• Għarfien aktar mifrux fl-iskejjel dwar is-saħħa.
• Ambjent aktar sigur bi traffiku mnaqqas u inqas tniġġis.
Il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ f’din l-attività turi b’mod ċar l-importanza li ninvolvu littfal u liż-żgħażagħ fid-diskussjonijiet, sabiex nifhmu r-realtà li jgħixu fiha u biex jgħinuna inkunu iktar effettivi fil-miżuri li jittieħdu, sabiex jiġu implimentati d-drittijiet tat-tfal. Is-saħħa fiżikia mhix biss reponsabbiltà individwali imma dritt fundamentali u rridu naħdmu flimkien flaħjar interessi tat-tfal!
Ritratt - Cottonbro Studio
Your Resilience Toolkit
Dr Elaine Cutajar Public Health Psychologist
Ms Michela Borg & Ms Becky Borg Psychology
Assistants
Health Promotion & Disease Prevention Directorate Ministry for Health & Active Ageing
Everyday Tools for a Stronger You
Resilience is our ability to adapt to change and bounce back from life’s challenges with strength and perspective. It’s not about avoiding difficulties or pretending things are fine it’ s about developing the skills and mindset that help us respond effectively and maintain our wellbeing over time. The good news? Resilience is not something we either have or don’t have. It’s a set of skills that can be learned, practised, and strengthened!
Resilience doesn’t require a dramatic life overhaul. Small, consistent habits can make a big difference. This article will dive into some simple ideas that can add up to help you navigate challenges with ease.
Self-awareness is the foundation for change. It allows you to recognise stress triggers and manage your responses effectively. Take a moment each day to check in and notice how you are feeling, as well as what is going through your mind.
Taking care of your body is essential – not just for your health, but for your ability to cope emotionally. Investing in quality sleep, nutrition, and physical activity play a crucial role in your overall well-being.
Knowing how to manage your emotions helps to respond to challenges with a clear mind and balanced emotions. Techniques such as mindfulness and deep breathing can help you keep your composure and think clearly, even in difficult situations.
Shifting your perspective will help you to grow from challenges. When things go wrong, ask yourself, “What can I learn from this?”. This mindset allows you to view difficulties as opportunities for growth and development, rather than obstacles.
Thinking quickly and creatively can help us to solve problems and adapt to new situations. This is called mental agility and practicing regularly helps you to stay sharp in dynamic environments. Engage in activities that challenge your usual way of thinking, like creative hobbies and puzzle games.
Do not underestimate the power of connection. Reflect on your network of support –consider who is more likely to provide support and emotional support. Then, reach out! A quick chat with a supportive friend or colleague can boost your mood and perspective.
Finally, resilient individuals are guided by a clear sense of purpose and personal values, helping them to stay focused and motivated, even in uncertain times. Define your core values and set meaningful and manageable goals. Regularly re-visit them to stay motivated and focused during challenges.
These qualities don’t emerge all at once, but can be strengthened through intention, practice, and support.
Interested in Going Further? - The Health Promotion and Disease Prevention Directorate’ s free Resilience Programme is offered free of charge, both in-person and online, to all adults.
To find out more, visit mentalwellbeing.gov.mt.
If this topic is of interest to you, stay tuned! This article marks the first in a series that will further explore relevant topics.
Resilience won’t stop life’ s challenges - but it will help
Tonio Bonello Familja Media
Ġrajjiet kurrenti mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Minn dawn il-paġni, aħna nwasslulkom l-aħħar aġġornamenti dwar ħidmet il-Ministeru kif
ukoll inizjattivi ġodda u/jew tnedija ta’ proġetti bl-għan li l-pubbliku jikseb għarfien dwar kif jista’ jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tiegħu u tal-familja tiegħu. Hekk isir jaf dwar x’għandu jagħmel
biex japplika għal servizzi u/jew benefiċċji kemm-il darba jkun eliġibbli għalihom. Għal aktar informazzjoni tista’ tidħol fis-sit tal-Ministeru li huwa: https://familja.gov.mt/
Proġett favur aktar inklużjoni fil-komunità
Waqt konferenza, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS), nediet l-Għodda ta' Awtovalutazzjoni ta' Verifika Soċjali, (Social Audit Tool) bħala parti mit-twettiq ta' wegħda elettorali. Din l-għodda tnediet wara li l-FSWS bdiet twettaq proġett bi prova ta' social auditing f'għadd ta' lokalitajiet biex issir ħidma akbar favur l-integrazzjoni u l-inklużjoni filkomunità.
Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon tkellem dwar il-pjaga tassolitudni, u l-bżonn ta' aktar ħidma kollettiva minn kulħadd sabiex inkunu ta' spalla għal min għaddej minn dan il-perjodu ikrah. “Minkejja kull żvilupp teknoloġiku, xejn ma jieħu post ilkuntatt fiżiku u għalhekk qed insaħħu s-servizzi tagħna fil-komunità sabiex inkompli nilħqu aktar nies," saħaq il-ministru.
Id-Direttur Thomas Galea qal li l-Aġenzija għas-Servizzi fil-Komunità u Terapewtiċi fi ħdan lFSWS, qed tħaddem prinċipji favur li jkun hemm aktar sinerġija fil-qasam soċjali, speċjalment fl-għoti ta' servizzi offruti minn għaqdiet governattivi u mhux governattivi fil-lokalitajiet.
“Dan l-aħħar sentejn saret ħidma f'disa' lokalitajiet biex jinħoloq network għall-għaqdiet u lorganizzazzjonijiet li joffru servizzi li jaħdmu flimkien favur l-integrazzjoni u l-inklużjoni filkomunità," qal id-Direttur Thomas Galea.
Il-lokalitajiet huma l-Belt Valletta, il-Furjana, Raħal Ġdid, Ħaż-Żabbar, Birżebbuġa, San Pawl ilBaħar, Birkirkara, Ħal-Qormi u l-Mosta.
Waqt l-istess konferenza intqal li din l-għodda hija maħsuba biex tgħin lill-organizzazzjonijiet orjentati lejn il-komunità biex jirriflettu dwar ir-rispons tagħhom għall-ħtiġijiet ta' komunitajiet diversi. Dan fid-dawl tal-prinċipji ta' aċċess, ekwità u inklużjoni soċjali għal kulħadd.
L-istrument huwa parteċipattiv, awtoriflessiv, flessibbli, orjentat lejn l-azzjoni, edukattiv, u etiku. Il-kelliema qalu li dawn il-karatteristiċi huma sinkronizzati mal-għan primarju talgħodda, dak li jipprovdi biżżejjed opportunitajiet għall-parteċipanti biex jinvolvu ruħhom b'mod kritiku mal-organizzazzjoni rispettiva tagħhom, fi spazju edukattiv ekwu. L-għodda hija wkoll imfassla biex tistimula l-iżvilupp kollaborattiv ta' pjanijiet ta' azzjoni, proposti ta' proġetti, fora għal diskussjonijiet u networks, fost oħrajn.
30 sena ta’ ħidma mid-Dlam għad-Dawl
Tfakkar it-tletin anniversarju talgħaqda mhux governattiva MidDlam għad-Dawl li saret fuq quddiem nett fis-servizzi ta’ fejda li toffri lillpriġunieri u l-familji tagħhom.
konferenza l-Ministru -Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal
Michael Falzon u loqsma fejn din l-għaqda qed toffri s servizzi tagħha għal benefiċċju tal integrazzjoni mill ġdid fis soċjetà ta’ priġunieri li jkunu skontaw is-sentenza tagħhom fil-ħabs. It-tnejn faħħru l-għaqda għal mod kif tbiddlet il -mentalità ta’ kif isiru l-affarijiet fil-konfront tal-priġunieri u l-familji tagħhom.
Il-Ministru Michael Falzon saħaq li l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal diġà għandu ftehim soċjali mal-Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl, u li se jkun estiż din is-sena.
“L-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sena ser tkun qed tikber b’aktar mid-doppju ta’ dak ilftehim li għandna sal-lum. Ser nkunu qed inħallsu għal aktar sodod u nżidu Aftercare & Community Services, sabiex inkomplu ngħinu persuni u familjari li bbenefikaw minn dan isservizz,” saħaq il-Ministru Michael Falzon.
Min-naħa tiegħu l-Ministru Byron Camilleri spjega li l-partnership b’saħħtu bejn il-ministeru u lgħaqda wassal għal diversi servizzi li mhux biss jaħdmu għal riabilitazzjoni tal-persuni, iżda b’mod speċjali li jsaħħaħ ir-relazzjoni familjari ta’ dawk li jkunu qed jiskontaw sentenza malfamilja tagħhom, b’mod speċjali mat-tfal tagħhom.
Huwa qal li fl-aħħar sentejn u nofs din l-għaqda offriet 520 sessjoni jew visti li fihom ipparteċipaw 58 priġunier. Għenet ukoll 94 tifel u tifla li ħadu sehem fil-programm ‘Jien u Int’ li bih persuni li qed jiskontaw sentenza jiltaqgħu ma’ uliedhom u membri tal-familja tagħhom. Permezz tal-programm ‘Locked Out’ kien hemm aktar minn 2,600 intervent jew sessjoni ta’ terapija lill-individwi li qed jiskontaw sentenza l-ħabs; sessjonijiet ma’ membri tal-familji tagħhom inkella bit-tnejn flimkien f’laqgħat u servizzi ta’ terapija mogħtija minn professjonisti. Mid-Dlam għad-Dawl kienet ukoll strumentali biex twettaq il-proġett Dar bla Ħitan li bih aktar minn mitt familja ltaqgħu ma’ dawk li qed jiskontaw sentenza ta’ priġunerija.
Il-Ministru Byron Camilleri semma l-għajnuniet li ta l-gvern lill-għaqda fosthom miljun u mitt elf ewro biex infetħet half-way house fil-Birgu u man-nofs miljun ewro biex ikopru l-spejjeż ta’ professjonisti li jagħtu pariri lill-priġunieri u l-familjari tagħhom. Qal li l-gvern jibqa’ impenjat jieħu inizjattivi favur il-vittmi tal-kriminalità iżda daqstant ieħor lest jassisti għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu kontra l-esklużjoni soċjali billi jagħmlu priġunier konxju mill-problema li waslitu biex jispiċċa l-ħabs.
Min-naħa tiegħu, George Busuttil, iċ-Chairperson ta’ mid-Dlam għad-Dawl, irrefera għal ħidma tal-għaqda favur proċess ta’ riabilitazzjoni sabiex mhux biss priġunier jaqbad mill-ġdid ir-rotta t -tajba, iżda jgħin biex tonqos ir-rata ta’ reċidiviżmu. Huwa spjega kif matul dawn it-tletin sena raw il-ħabs jinbidel b’mod totali, anke bis-saħħa tax-xogħol kbir li wettqet l-għaqda mid-Dlam għad-Dawl.
‘The Meeting Place’ ifakkar il-ħames anniversarju mit-twaqqif tiegħu
Waqt attività li fakkret il-ħames sena mit-twaqqif ta’ ‘The Meeting Place’ fil-Marsa, ġiet elenkata l-ħidma mwettqa, is-servizzi li ngħataw u l-investiment li sar fl-infrastruttura, fil-professjonisti u anke fit-taħriġ kontinwu li jingħata. Ġiet elenkata ukoll il-viżjoni ta’ ‘The Meeting Place’ għassnin illi ġejjin.
‘The Meeting Place’ jipprovdi lill-Għaqdiet mhux Governattivi (NGOs) li jaħdmu fis-settur taledukazzjoni, tas-saħħa u tas-soċjal, b’bini modern miftuħ 24 siegħa kuljum biex jorganizzaw
laqgħat, laqgħat ġenerali annwali, konferenzi, taħriġ u seminars. Apparti dan, tgħin ukoll nies vulnerabbli u anke persuni b’ħiliet differenti sabiex jintegraw u jagħmlu użu millfaċilitajiet tagħhom.
Waqt din l-attività, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon stqarr li dan il-mudell soċjali għandu jkompli jservi ta’ pjattaforma li tgħaqqad diversi individwi u għaqdiet li għandhom għal qalbhom il-ġid fis-soċjetà. Għaldaqstant huwa saħaq li dan ilgvern ser ikompli jinvesti f’inizjattivi bħal dawn li tant jgħinu familji vulnerabbli.
Saviour Grima, il-Manager ta’ ‘The Meeting Place’, sostna li aktar minn 65,000 persuna użaw din il-faċilità tul dawn l-aħħar ħames snin. Semma wkoll kif aktar minn 80 NGO differenti jagħmlu użu minn din il-binja, u ħafna drabi jkun hemm laqgħat bilaterali li jinvolvu iktar minn settur wieħed.
Intant, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold Michelle Muscat liema fondazzjoni kienet ukoll wara t-twaqqif ta’ ‘The Meeting Place’, qalet li din kienet ħolma li saret realtà u sostniet li dan huwa post professjonali li minnu qed jingħata sapport u li jilqa’ diversi NGO’s taħt saqaf wieħed.
TIM IMU
1. Meta mort għand it-tabib tal-familja tiegħi għax kont ma niflaħx, ingħatajt iċ-Ċertifikat Mediku Blu, li kien jinkludi oriġinal u kopja. Liema wieħed għandi nibgħat lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Tweġiba: Iċ-ċertifikat mediku blu l-oriġinali għandu jiġi sottomess lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Filwaqt li jekk tkun impjegat, il-kopja taċ-ċertifikat mediku blu, fejn id-dettalji tat-tabib huma mgħottijin bl-iswed, għandha tingħata lill-imgħallem tiegħek. Jekk taħdem għal rasek, il-kopja taċ-Ċertifikat Mediku Blu għandha tingħata lill-accountant tiegħek. Inti tkun eżentat milli tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal kull ġimgħa li
tkun koperta miċ-ċertifikat mediku meta dan ikun jibda mit-Tnejn jew li jinkludi fih ġimgħa sħiħa li tibda mit-Tnejn.
2. Jekk iċ-Ċertifikat Mediku Blu tiegħi huwa għal anqas minn 4 ijiem, xorta għandi nissottomettih lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Tweġiba: Le, il-pagament ikun dovut mir-raba’ (4) jum ta’ mard.
Madankollu, min iħaddmek jista’ xorta jitolbok iċ-ċertifikat mediku blu għal skopijiet ta’ HR.
3. Għaliex qed nitħallas ta’ jum wieħed (1) ta’ Benefiċċju għal Mard, meta ċ-ċertifikat mediku blu tiegħi jindika erbat (4) ijiem ta’ mard?
Tweġiba: Il-pagament tal-Benefiċċju għal Mard huwa dovut mid-Dipartiment mir-raba’ (4) jum ta’ xogħol li tkun ma tiflaħx. L-ewwel tlett (3) ijiem ta’ xogħol jitħallsu kollha minn min iħaddmek, filwaqt li għall-kumplament min iħaddmek għandu joħroġ is-salarju bl-ammont tal -Benefiċċju għal Mard dovut mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali mnaqqas.
4. Jiena naħdem mas-Servizz Pubbliku u meta nissottometti ċertifikat mediku blu ta’ aktar minn tlett (3) ijiem, ma nirċevix Benefiċċju għal Mard mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Għaliex jiġri dan?
Tweġiba: Jekk inti ħaddiem tas-Servizz Pubbliku, inti tkompli tirċievi s-salarju sħiħ tiegħek, mingħajr ebda tnaqqis tal-Benefiċċju għal Mard, sakemm ma jispiċċawx il-ġranet ta’ intitolament tal-paga sħiħa waqt il-perjodu tal-mard.
5. X’jiġri jekk jien Uffiċjal Pubbliku u nkun użajt il-jiem kollha ta’ intitolament tal-ġranet talmard b’paga sħiħa u b’nofs paga?
Tweġiba: Meta tkun qed titħallas b’nofs paga waqt il-perjodu tal-mard u eventwalment bla paga, trid tinforma lid-dipartiment tar-Riżorsi Umani biex jikkomunikaw mad-Dipartiment tasSigurtà Soċjali.
Meta tkun bil-Benefiċċju għal Mard b’nofs paga, inti intitolat li tirċievi mingħand min
jimpjegak nofs il-paga bażika filwaqt li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jħallas il-Benefiċċju għal Mard mill-bidu tal-perjodu tal-mard b’nofs paga. Eventwalment, meta inti tuża l-jiem talmard kollha tiegħek, kemm b’paga sħiħa kif ukoll b’nofs paga, tirċievi biss il-pagamenti tal-
Benefiċċju għal Mard mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Il-pagament tal-Benefiċċju għal Mard li jingħata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa suġġett għal kriterji ta’ eliġibiltà skont l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet li jkunu tħallsu sal-ġurnata tat-talba.
6. X’għandi nagħmel jekk il-mard tiegħi jdum aktar minn erbatax (14)-il jum?
Tweġiba: Jekk iddum ma tiflaħx għal aktar minn erbatax (14)-il jum, iċ-Ċertifikat Mediku Blu jrid jiġġedded għal kull ġimagħtejn oħra ta’ mard, sakemm tkun tajjeb biex tmur lura għaxxogħol. Kun ċert li kull ċertifikat ikun mimli kif suppost u li jiġi sottomess lid-Dipartiment tasSigurtà Soċjali fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data tal-eżami.
7. Għaliex għandi ninkludi d-dettalji tal-konjuġi jew tal-eks-konjuġi tiegħi fiċ-Ċertifikat Mediku Blu?
Tweġiba: Ir-rata ta' pagament għall-Benefiċċju għal Mard tiddependi mill-istat ċivili tiegħek.
Jekk inti persuna miżżewġa jew tikkoabita u l-konjuġi/sieħeb/sieħba tiegħek huwa impjegat, tingħata l-pagament b’rata tal-benefiċċju ta’ persuna waħeda.
Jekk inti miżżewweġ jew tikkoabita u l-konjuġi/sieħeb/sieħba tiegħek mhux f’xogħol, titħallas bir-rata tal-benefiċċju ta’ miżżewweġ.
Jekk inti persuna separata u mhux qed tmantni lill-eks-konjuġi tiegħek, titħallas bir-rata talbenefiċċju ta’ persuna waħeda.
Jekk inti separat u qed tmantni lill-eks-konjuġi tiegħek, titħallas bir-rata tal-benefiċċju ta’ miżżewweġ.
8. Għaliex għandi ninforma lid-dipartiment bil-jiem ta’ xogħol tiegħi?
Tweġiba: Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali joħroġ rata fissa għal-kull ġurnata ta’ mard skont l-iskeda tax-xogħol tiegħek, sa massimu ta’ sitt (6) ijiem fil-ġimgħa.
9. X’għandi nagħmel jekk ma nkunx nista’ nissottometti ċ-Ċertifikat Mediku Blu minħabba li
Photo - Polina Tankilevitch
nkun ġejt rikoverat fl-isptar?
Tweġiba: Jekk tkun ġejt rikoverat fl-isptar u ma tkunx tista’ tissottometti ċ-Ċertifikat Mediku
Blu fi żmien l-għaxart (10) ijiem kalendarji skont kif stipulat, is-sottomessjoni ma titqiesx li saret tard jekk iċ-ċertifikat jiġi sottomess ladarba toħroġ mill-isptar, filwaqt li tiżgura li jinkludi d-dati eżatti tal-perjodu li kont l-isptar, kif ukoll firma tat-tabib u timbru tal-isptar. Madankollu, ġaladarba tkun ħriġt mill-isptar iżda tkun għadek mhux tajjeb biex tmur għax-xogħol, trid tissottometti ċ-ċertifikat mediku blu regolarment fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji middata tal-eżami tat-tabib fuq iċ-ċertifikat tal-mard .
10. Kif għandi nissottometti ċ-ċertifikat mediku jekk it-trattament tiegħi barra kien ħtieġa ta’ emerġenza approvata minn Mater Dei?
Tweġiba: Bħala riżultat ta’ Ftehim Bilaterali Internazzjonali, pazjenti li jkollhom bżonn trattament li ma jistax jiġi pprovdut f’Malta jistgħu jirċievu Benefiċċju għal Mard għal trattament barra minn Malta, Benefiċċju għal Mard kemm jekk it-trattament ikun ippjanat kif ukoll jekk ikun emerġenza. Il-Formola tat-Trattamenti Barra (TAF) timtela mit-Taqsima talIntitolamenti ta’ Mater Dei u tintbagħat lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali minn Mater Dei, fejn il-pagament għall-Benefiċċju għal Mard jinħareġ għall-applikant.
Ladarba l-pazjent jirritorna lura Malta mit-trattament u jibda/ikompli t-trattament f’Malta, irid ikompli jissottometti ċ-Ċertifikat Mediku Blu skont il-proċedura kull għaxart ijiem kalendarji.
11. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali se jaċċetta ċertifikat mediku ta’ barra għal talbiet għallBenefiċċju għal Mard?
Tweġiba: Iva, peress li tkun temporanjament barra u ma jkunx possibbli li tissottometti ċċertifikat mediku blu, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jaċċetta ċertifikat mediku ta’ barra għal talbiet għall-Benefiċċju għal Mard, dment li jinkludi l-informazzjoni kollha neċessarja kif ukoll ikun tradott għall-Ingliż. Aċċerta ruħek illi ċ-ċertifikat jinkludi d-dettalji personali tiegħek
kif ukoll jirrifletti b’mod preċiż il-kundizzjoni medika u t-trattament li tkun qed tingħata. Tista’ tissottometti ċ-ċertifikat mediku online, jew f’wieħed miċ-ċentri ta’ Servizz.gov.
12. X’passi għandi nieħu jekk niġi ammess fl-isptar jew niġi bżonn trattament barra minn Malta bla ħsieb, bħal meta nkun waqt vaganza jew niġi temporanjament stazzjonat biex naħdem barra u ma nkunx nista’ nissottometti ċ-Ċertifikat Mediku Blu fil-perjodu ta’ żmien meħtieġ?
Tweġiba: F’każ li tiġi rikoverat fl-isptar jew tirċievi trattament barra mhux ippjanat, inti tista’ tissottometti ċ-ċertifikat mediku ta’ barra online jew mal-wasla tiegħek lura, inti tista’ tissottometti ċ-ċertifikat mediku maħruġ mit-tabib ta’ barra. Jekk iċ-ċertifikat ikun b’lingwa li mhijiex l-Ingliż jew il-Malti, għandha tiġi pprovduta verżjoni tradotta. Kun ċert li ċ-ċertifikat
jinkludi l-perjodu li kont rikoverat fl-isptar, in-natura tal-marda tiegħek, u timbru viżibbli talklinika medika.
13. X’jiġri jekk ma jirnexxilix nissottometti ċ-ċertifikat mediku ta’ barra fil-perjodu ta’ żmien meħtieġ minħabba li nkun qiegħed l-isptar jew minħabba trattament barra?
Tweġiba: Sakemm ma tkunx diġà issottomettejt iċ-ċertifikat tiegħek online, mal-wasla
tiegħek lura f’Malta, huwa importanti li tissottometti ċ-ċertifikat mediku ta’ barra mill-aktar fis possibbli biex tevita dewmien fil-pagament tal-benefiċċju. Tista’ tagħmel kuntatt madDipartiment tas-Sigurtà Soċjali billi żżur il-paġna tagħna u tagħfas fuq Ikkuntattjana.
14. X’informazzjoni għandha tiġi inkluża f’ċertifikat mediku ta’ barra?
Tweġiba: Iċ-ċertifikat mediku ta’ barra għandu jinkludi: l-isem sħiħ tiegħek u dettalji personali, inkluż in-nazzjonalità tiegħek. il-pajjiż fejn qed tirċievi t-trattament jew fejn ġejt ammess fl-isptar.
Il-perjodu ta’ trattament, indikati b’dati.
id-dijanjożi u n-natura tal-marda.
id-dettalji tat-trattament mediku li ngħatajt.
il-firma u l-informazzjoni ta’ kuntatt tat-tabib li għamel l-eżami, inkluż it-timbru tal-klinika medika.
15. X’inhu l-Benefiċċju Miżjud għal Mard u kif nikkwalifika għalih?
Tweġiba: Il-benefiċjarji li jkollhom talba għall-Benefiċċju għal Mard aċċettata li tibqa’ għaddejja għal mija, sitta u ħamsin (156) jum ta’ benefiċċju, it-talba tagħhom ser tinbidel awtomatikament għall-Benefiċċju Miżjud għal Mard (ISB). Ir-rata tal-ISB hija simili għal dik talPensjoni tal-Invalidità. Il-pagament jibqa’ jitħallas jew sa ma jiġi sottomess ċertifikat finali, jew meta tiġi deċiża data mill-Bord Mediku, jew jispiċċaw il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, jew jispiċċaw l-erba’ mija, tmienja u sittin (468) jum tal-benefiċċju, skont liema sseħħ l-ewwel.
16. Kif nista’ nissottometti ċ-Ċertifikat Mediku Blu jew ċertifikat mediku ta’ barra lidDipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Tweġiba: Inti tista’ tissottometti kopja taċ-Ċertifikat Mediku Blu oriġinali online billi tagħmel lawtentikazzjoni bl-e-ID tiegħek stess. Inti tista’ wkoll tieħu l-kopja oriġinali taċ-Ċertifikat Mediku Blu fl-eqreb ċentru ta’ Servizz.gov.
Aċċerta ruħek illi ċ-ċertifikat mediku ta’ barra, ikun tradott bil-lingwa Ingliża jew Maltija qabel ma tissottomettih mal-wasla tiegħek lura f’Malta, jew online.
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għadux jaċċetta aktar ċertifikati mediċi blu sottomessi minn terzi persuni, kemm jekk is-sottomessjoni ssir online jew tintbagħat lil servizz.gov. 17. Għaliex twaqqaf f’daqqa l-benefiċċju tiegħi għal Mard wara li kont fuq perjodu ta’mard fit-tul?
Tweġiba: Il-Benefiċċju għal Mard jitħallas sa massimu ta’ sitt (6) xhur skont l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa qabel it-talba. Ladarba tintlaħaq id-data tal-eżawriment, inti se tkun mitlub tattendi eżami mal-bord mediku li jiddeċiedi jekk inti tiġix aċċettat biex tkompli tirċievi l-Benefiċċju għal Mard jew inkella tinstab tajjeb biex tmur lura għax-xogħol. Il-bord mediku jista’ jirrakkomanda li l-benefiċjarju japplika għall-Pensjoni tal-Invalidità.
Benefiċjarji li jkunu qed jirċievu pagament tal-benefiċċju għal mard waqt trattament barra jista’ jkollhom it-talba tagħhom ivverifikata mill-Bord Mediku. Apparti dan, it-talba tiġi vverifikata mis-Sezzjoni tar-Relazzjonijiet Internazzjonali wara li jgħaddu sitt (6) xhur ta’ mard.
nitlob biex il-pagamenti tiegħi tal-
Benefiċċju għal Mard jitħallsu f’kont tal-IBAN differenti minn fejn nirċievi l-pagamenti taloħrajn?
Peress li s-sistema tad-Dipartiment
Sigurtà Soċjali tippermetti kont tal-IBAN wieħed biss għal kull benefiċjarju, kwalunkwe benefiċċji jiġi ddepożitat fuq
kont tal-bank imdaħħal fissistema. Inti tista’ tara jew tibdel in-numru talIBAN tiegħek billi tikklikkja hawn
19. Jekk għandi mandat ta’ sekwestru, nista’
Benefiċċju għal Mard tiegħi
jitħallas permezz ta’ ċekk?
Le, jekk għandek mandat ta’ sekwestru ma tistax titlob li l-benefiċċju għal
Mard tirċevieh b’ċekk. F’każijiet bħal dawn, int trid tinforma lill-bank preferut tiegħek
Artikolu 381 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12.), u jippermetti li jkollok kont tal-bank maħruġ pagamenti tas-Sigurtà Soċjali jiġu ddepożitat fih irrispettivament ikollokx