Familja Awwissu 2025 numru 35

Page 1


Rivista Familja hi inizjattiva tal-Uffiċċju tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

Familja toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi uffiċjali ta’ dan il-Ministeru. Din ir-rivista titqassam mingħajr ħlas.

Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l-imejl: familja.media@gov.mt

Biex tirċievi r-rivista Familja tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku jew bilposta:

Tonio Bonello, MSPC

Taqsima tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti

Nru 38

Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta.

Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ Familja mhux neċessarjament jirrifletti lopinjoni Editorjali.

Tonio Bonello

Editur

Archibald Attard
Helena Holland

Tonio

Bejn il-21 u l-25 ta’ Mejju, attività annwali tasservizz pubbliku kienet dik tal-Villaġġ Expo

ġewwa l-MFCC f’Ta’ Qali. Nibda biex ngħid li minn kemm ilha tkun imtellgħa, din l-edizzjoni personalment nistqarr kienet l-aktar waħda organizzata, professjonali u loġistikament perfetta. Issa jien jgħidu li jien perfezzjonist, jiġifieri biex qed niddeskrivi avveniment bħala perfett, naf sew x’qed ngħid.

DWAR L-EXPO 2025

L-Expo kienet imqassma fi tnejn. Fuq ġewwa l-irkejjen tal-Ministeri u l-entitajiet l-oħrajn kollha li jagħmlu parti mis-Servizz Pubbliku. Fuq barra, kienu qed isiru wirjiet maħsuba tajbin ħafna dwar ir-rwol tal-Korp tal-Pulizija, tat-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili, tal-Forzi

Armati ta’ Malta u tad-Dipartiment tas-Saħħa u tal-Emerġenza tal-iSptar Mater Dei fost oħrajn.

Wirjiet li attiraw, mhux biss studenti tfal u żagħżagħ iżda anke li ġibdu l-attenzjoni talġenituri li kien hemm jakkumpanjawhom u persuni oħra adulti li forsi bħalissa jinsabu bla mpjieg jew waslu biex jibdlu l-impjieg tagħhom u xtaqu jaraw x’opportunitajiet hawn fissuq.Fil-parti interna ma naqsitx il-preżenza ta’ bosta impjegati mis-servizz pubbliku f’kull grad li assistew l-attendenza notevoli tal-pubbliku f’kull domanda li seta’ kellu.

Preżentazzjonijiet virtwali, awdjoviżivi u fiżiċi (attwali) ma naqsux lanqas.

L-organizzaturi ħasbu wkoll għal binja oħra fejn il-pubbliku seta’ jieqaf jiekol xi ħaġa u jsegwi ftit mill-fuljetti li tqassmu dwar tant opportunitajiet li jeżistu. Opportunitajiet, mhux biss ta’ karrieri, imma anke ta’ boroż ta’ studju, ta’ sponsorjar minn fondi ewropej, ta’ studji fil-livelli kollha u fl-aktar kunċett wiesa ta’ studji li llum, hawn f’dan il-pajjiż għandna lopportunità unika li nistgħu insegwu, proprju li rridu u mingħajr ħlas.

Nistieden lil kulħadd isegwi ftit x’inhi l-istorja kurrenti tal-qafas edukattiv fl-aktar pajjiżi żviluppati inklużi l-Amerika, il-Kanada u l-Awstralja fejn, mhux talli l-gvernijiet rispettivi jgħinu lill-istudent bi stipendju u jattirawh biex ikompli bl-istudji tiegħu, imma talli jkollhom jieħdu self ta’ eluf kbar ta’ dollari biex jagħmlu kwalunkwe kors li jridu jsegwu.

DWAR IT-TIFEL

Waqt li qed insegwi taħdita f’taqsima partikolari ffullata nies jisimgħu, raġel ħdejja ta’ mezza età b’ibnu miegħu ta’ madwar sittax-il sena, b’vuċi baxxa smajtu jgħidlu; “Ibni, dorna din ilbinja kollha, possibbli ma sibt xejn li jħajrek biex tkompli tistudja jew almenu taħseb għal xogħol? Inħnaqt ngħid jien u nistaqsi jien kull taqsima li żorna għaliex int ma lissintx kelma. Għaliex?”

Ibnu wieġbu; “Pa, diġà għedtlek, jien lestejt l-O Levels, qed nistenna r-riżultati u sadanittant ma rrid naf b’xejn aktar. Ġej is-sajf u issa rrid nistrieħ ftit; ħruġ ma’ sħabi, safra tajba, diskoteki, barbeques, festi... Mhux biżżejjed! Għada min rah Pa, ħallini ħa ngħix.” Missieru tbikkem. Ma felaħx jgħid kelma. Imma wara li reġa’ sab ftit il-vuċi lura, wieġbu bilħlewwa; “Ibni, mhux qed ngħidlek ma tistrieħx ftit, imma kollox irid ikun. Jien qed nikber ukoll. Paga waħda rridu ngħixu erbgħa.

Qed inħallaslek kull privat ta’ kważi kull suġġett li kellek fis-Sekondarja. Qed inħallaslek biex toħroġ tiddeverti. Inwasslek kullimkien jien u nerġa niġi għalik jien. Mhux ta’ min tara ftit, taħseb naqra jekk jinteressakx tkompli bl-istudji tiegħek l-MCAST jew il-Junior College biex imbagħad forsi ssegwi kors l-Università, jew jekk dawn l-ideat mhux ta’ interess, li forsi ssegwi xi kors qasir biex issib impjieg deċenti?” Ibnu qabżitlu u kważi wasal biex jgħolli leħnu qalb dik il-miġemgħa. “Bħalissa f’Ibiza, Spanja moħħni pa jien, x’karriera, xi studju, m’għamiltx biżżejjed. Għax ma tarax kemm studjajt int u x ’għamilt int meta kont żgħir!” U telaq ’l hemm, ħallih waħdu b’dawk ħdejja li forsi bħali setgħu semgħu il-konversazzjoni jibqgħu mbellħin u l-missier b’rasu baxxuta bla ma kellu ssaħħa jlissen l-ebda kelma oħra.

DWAR IL-ĦMAR

U hawn hu eżatt fejn jidħol il-ħmar. Din mhix oriġinali tiegħi iżda sa minn tfuliti, dejjem nisma lil għażiża Ommi tgħidilna hekk; “Ħmar bil-għatx, sidu jista’ jieħdu fejn għajn biex jixrob, iżda ma jistax itih jixrob bilfors. Irid ikun il-ħmar li jaqbad jixrob!” Hekk hu. Aħna l-ġenituri nistgħu nieħdu l-uliedna f’attivitajiet siewja bħal dawn biex nattirawhom u nħeġġuhom jieħdu interess, imma b’dispjaċir nistqarr, s’hemm nistgħu nagħmlu.

U hawn fejn tidħol id-dixxiplina, is-serjetà, l-attenzjoni u r-rispett li mill-ġdid jinħtieġ jerġgħu jsibu uliedna, fl-ambjent qabel xejn tad-dar, imma wkoll f’kull livell tal-iskejjel tagħna, millKinder sal-Università li, bħalissa huwa nieqes ferm, kullimkien.

Jinħtieġ mill-aktar fis possibbli terġa’ tidħol id-dixxiplina, ir-regoli, is-serjetà li dak li jgħid l –għalliem trid issegwi jew tagħmel u mhux dak li jidhirlek int. L-iskejjel kollha jinħtieġ ikunu infurzati b’sigurtà adekwata fejn l-għalliem ikun protett u jaf li jekk jikkoreġi student/a, din mhux se tmur iġġib ma’ min qed titrabba biex isawwatha, ironikament talli qed turih/a t-triq it-tajba!

Mingħajr qabel xejn, rispett mill-ġdid lejn l-għalliem, lejn l-istituzzjoni u lejn kull min qed iħares u jfittex biss ġid lejn uliedna, ma nistgħux naspiraw li l-illitteriżmu jonqos. Ma nistgħux nittamaw fil-ġenerazzjoni attwali bħala, ‘tassew’ l-irġiel u n-nisa ta’ dan in-nazzjon t’għada. Il-gvern qed jagħmel l-almu tiegħu fil-kuntest edukattiv f’dik li hi akkademika, kurrikulu u opportunitajiet. Ma’ dawn iżda jinħtieġ nerġgħu inrażżnu ġenerazzjoni t’ulied li bħalissa (żgur mhux kulħadd) forsi huma tant mitlufa f’ġid u opportunitajiet li, bil-Malti pur (ippermettuli ngħid) jaħsbu li laħqu lil Alla l-Imbierek, meta filfatt, forsi aktar jistgħu jixxiebħu ma’ dik l-imaġini ta’ dak il-ħmar li għandu preżentat quddiemu dak li jrid, iżda ma jridx!

Ritratt - Kobe

Mark Musù

Segretarju Permanenti

Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal

Wara l-implimentazzjoni tal-miżuri għal din is-sena, issa tibda l-ħidma bi preparazzjoni għall-Budget tas-sena d-dieħla

Issa li qlibna sew nofs is-sena, tajjeb li wieħed jinnota b’sodisfazzjon li l-maġġoranza assoluta

tal-miżuri u benefiċċji mħabbra fil-Budget fejn jidħol il-Ministeru tal-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ġew implementati.

Fil-fatt sal-aħħar ta’ Lulju kienu twettqu 39 mill-45 miżura mħabbra fil-Budget, jew kważi 87%. L-aħħar 6 miżuri jitwettqu f’Novembru li ġej u b’hekk għal sena oħra nkunu implimentajna l-miżuri kollha.

Il-ħidma ta’ dawn l-aħħar xhur kienet motivata minn għan ewlieni – dak li tkompli titjieb ilkwalita tal-ħajja b’ritmu kemm jista’ jkun mgħaġġel u tibqa’ tiġi sostnuta s-soċjetà fil-qasam soċjali.

Dawk kollha responsabbili fil-Ministeru kollu meddew għonqhom għax-xogħol biex dawn ilmiżuri jissarrfu mid-diskors tal-Budget għal fatti fl-iqsar żmien possibbli. Ta’ dan, nixtieq nirringrazzja lill-uffiċjali kollha involuti għal mod metikoluż u koordinat li bih ħdimna flimkien sabiex inwasslu dan it-titjib.

Ħidma li tissarraf f’tant ġid

Fil-fatt, din il-ħidma ssarrfet f’eluf ta’ familji, pensjonanti, żgħażagħ, tfal, romol, persuni b’diżabilità u persuni vulnerabbli oħra jibbenefikaw minn diversi miżuri. Matul l-ewwel xhur ta’ din is-sena rajna li ’l fuq minn 62,000 familja, inklużi koppji u persuni singoli jirċievu

Ritratt - Andrea Placquadlo

pagamenti ta’ benefiċċji tal-familja, inkluż Children’s Allowance, li b’kollox ilaħħqu mal-€50 miljun.

Dawn qed igawdu, mhux biss minn żieda ta’ €250 għal kull wild, iżda wkoll eluf minnhom, qed igawdu minn rati ogħla taċ-Children’s Allowance b’riżultat tal-miżura li mid-dħul talfamilja jiġi injorat, mhux biss il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali iżda wkoll lammont ta’ taxxa fuq id-dħul li jkun tħallas.

Minbarra ċ-Children’s Allowance, familji bi tfal b’diżabilità fiżika jew mentali jitħallsu lallowance għal tfal b’diżabilità li din is-sena tlaħħaq l-€1,820, jiġifieri żieda ta’ €260 fuq issena ta’ qabel.

Aktar minn 97,000 familja oħra gawdew mill-ħlas mill-ġdid tal-benefiċċju addizzjonali għallGħoli tal-Ħajja b’rati li jvarjaw bejn €145 u €1,500 fis-sena. Dawn jinkludu, kemm familji bittfal u kif ukoll anzjani pensjonanti.

U la qed insemmu l-pensjonanti, ma nistax ma nsemmix li aktar minn 100,000 pensjonant qed igawdu miż-żieda ta’ €8 fil-ġimgħa fil-pensjoni li twettqet aktar kmieni fis-sena.

Barra minn hekk, madwar 35,000 pensjonant qed igawdu mit-twettiq ta’ erba‘ miżuri oħra kif

imħabbra fil-Budget għal din is-sena. Dawn il-miżuri jinkludu aġġustamenti fil-pensjonijiet ta’ dawk li twieldu qabel l-1962, kif ukoll titjib fil-pensjonijiet tar-romol u dawk tas-servizz.

Dawn huma ftit fost il-bosta miżuri li ġimgħa wara ġimgħa, u xahar wara xahar ġew konklużi u implementati fost l-eluf ta’ benefiċjarji soċjali.

Issa li tista’ tgħid wettaqna dak kollu li ġie fdat f’idejna għal matul din is-sena, ħidmitna, bħassnin l-imgħoddija, issa tinsab iffukata fuq it-tħejjija ta’ pakkett ta’ proposti ta’ miżuri u benefiċċji fi strateġija ħolistika ta’ ħidma konġunta bi preparazzjoni għall-Budget tas-sena ddieħla.

M’għandi l-ebda dubju li għal darba oħra se nkunu qed noffru lis-soċjeta tagħna pakkett qawwi ieħor ta’ miżuri soċjali.

Rikonoxximent mistħoqq lill-ħaddiema tagħna

U la qed nitkellem dwar din il-ħidma qawwija u kontinwa mill-impjegati fil-Ministeru tagħna, ma nistax ma nsemmix is-serata mill-isbaħ li kellna f’nofs Lulju sabiex nirrikonoxxu l-ħidma u limpenn ta’ diversi impjegati u timijiet li spikkaw fil-ħidma tagħhom matul l-2024.

Kien ta’ pjaċir u privileġġ għalija li flimkien mal-Ministru Michael Falzon nippreżentaw dawn ir-rikonoxximenti f

Policy Employees Awards 2025

– rikonoxximenti mistħoqqa lill

ħaddiema tagħna li mingħajr

daqq ta’ trombi jaħdmu tant b’ħila u dedikazzjoni b soċjetà tagħna.

Filwaqt li nirringrazzja lill kulħadd għall-ħidma u l appoġġ tieghu, nixtieq nawgura

lil kull wieħed u waħda minnkom li tkomplu tgawdu s

sajf mill-aħjar li tistgħu, u fejn possibbli, b’xi btala barra l ukoll!

Ritratt - Josh Willlink

lejn il-futur taż-żgħażagħ

Koordinatur fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti

Fost id-diversi benefiċċji soċjali li tħabbru fil-baġit għal din is-sena nsibu investiment ta’ kważi €7miljun immirat lejn il-futur taż-żgħażagħ. Fil-fatt, ‘il fuq minn 12,000 familji, b’aktar minn 13,000 wild qed jibbenefikaw minn din il-miżura. Ta’ min jgħid li l-allowance għallistudenti post-sekondarji jew terzjarji bdiet tingħata s-sena l-oħra.

L-iskop ewlieni ta’ din il-miżura soċjali hu li jiġu mgħejjuna ġenituri ta’ tfal li uliedhom

jibqgħu jistudjaw full-time jew jattendu kors li, minkejja li jkun part-time, ikun ikkunsidrat daqs full-time. Din l-għajnuna finanzjarja qed tingħata minbarra l-istipendju li jkun qed jirċievi l-istudent u titħallas b’mod awtomatiku mingħajr ħtieġa ta’ applikazzjoni, grazzi għal ħidma konġunta bejn id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u lMITA.

L-allowance tikkonsisti f’€1,500 maqsuma fi tlett pagamenti ta’ €500-il wieħed fuq perjodu ta’ tlett snin. Eleġibbli huma dawk l-istudenti li fil-bidu tas-sena skolastika jkunu għalqu 16-il sena iżda mhux 21 sena. Madankollu, dawk li kienu eleġibbli s-sena l-oħra u rċivew l-ewwel €500 u baqgħu jistudjaw, se jerġgħu jirċievu l-għotja din is-sena, kif ukoll is-sena d-dieħla, anke jekk forsi jkunu għalqu l-21 sena. Għal aktar tagħrif wieħed jista jżur: https://

Ritratt - Vlada Karpovich

The ISO 9001:2015 Certification of the Information Management Unit (IMU)

Interview with the Ministry for Social Policy and Children’s Rights Chief Information Officer (CIO)

Congratulations on achieving the ISO 9001:2015 certification. What does this milestone mean for the IMU?

Thank you. This certification is a significant milestone for both the Information Management Unit (IMU) and MSPC as a Ministry serving the citizens and its internal users. It validates that our operations meet internationally recognised standards for quality management. More than just a certification, it reflects our commitment to excellence, transparency, and continuous improvement. It also signals to our both internal and external customers, that we are serious about delivering services that are efficient, reliable, and aligned with best practices.

What were the key areas evaluated during the certification process?

The certification process was comprehensive and rigorous. It involved a detailed audit of our internal systems and procedures. Key areas of focus included service delivery mechanisms, documentation practices, risk management strategies, and customer satisfaction. The auditors paid particular attention to how we manage ICT support services, procurement processes, system maintenance and governance structures. They also evaluated our ability to monitor performance metrics, identify areas for improvement, and implement corrective actions effectively. This holistic review ensured that every aspect of our operations met the stringent requirements of the ISO 9001:2015 standard.

How did the IMU prepare for this certification?

Preparation was both intensive and collaborative. Over several months, we conducted internal reviews to identify gaps and opportunities for improvement. We meticulously documented our workflows and standard operating procedures to ensure clarity and consistency. We also introduced new tools for performance monitoring and feedback collection. Importantly, we fostered a sense of shared responsibility and every team member understood their role in upholding quality standards, which was crucial to our success.

What benefits will this certification bring?

The benefits are multifaceted. Internally, it enhances operational consistency, improves accountability and streamlines our processes. It provides a structured framework for decision -making and resource allocation. For our stakeholders, it translates into more reliable, transparent, and user-friendly services. It also strengthens confidence in our digital platforms and ensures that we are responsive to user needs. On a broader scale, it positions the IMU as a leader in quality-driven public service delivery.

What are the next steps following this certification?

Achieving certification is not the end, it marks the beginning of a continuous journey towards excellence. We are committed to maintaining and enhancing our quality management system. This includes conducting regular internal audits, reviewing our processes periodically, and actively seeking feedback from users to inform improvements. We will also invest in ongoing staff development and innovation to ensure that we remain agile and responsive in a rapidly evolving digital landscape.

Any message you’d like to share with the IMU team?

Absolutely. This achievement is a testament to the dedication, professionalism, and collaborative spirit of the IMU team. Their unwavering commitment to quality and innovation made this possible. I am incredibly proud of what we have accomplished together. I encourage the team to continue striving for excellence, to embrace change, and to keep pushing the boundaries of what we can achieve in delivering high-quality services to our stakeholders and the public.

Intervista mal-Uffiċjal Kap tal-Informazzjoni (CIO) tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u dDrittijiet tat-Tfal (MSPC) dwar iċ-Ċertifikazzjoni ISO 9001:2015 tal-Unità għall-Immaniġġjar talInformazzjoni (IMU)

Prosit talli ksibt iċ-ċertifikazzjoni ISO 9001:2015. Xi tfisser din il-kisba importanti għall-IMU?

Grazzi. Din iċ-ċertifikazzjoni hija stadju importanti sinifikanti kemm għall-Unità għallImmaniġġjar tal-Informazzjoni (IMU) kif ukoll għall-MSPC bħala Ministeru li jaqdi liċ-ċittadini u lill-utenti interni tiegħu. Din tivvalida li l-operazzjonijiet tagħna jissodisfaw standards

rikonoxxuti internazzjonalment għall-ġestjoni tal-kwalità. Aktar minn sempliċi ċertifikazzjoni, tirrifletti l-impenn tagħna għall-eċċellenza, it-trasparenza, u t-titjib kontinwu. Tindika wkoll lillklijenti interni u esterni tagħna, li aħna serji dwar il-forniment ta’ servizzi li huma effiċjenti, affidabbli, u konformi mal-aħjar prattiċi.

X’kienu l-oqsma ewlenin evalwati matul il-proċess ta’ ċertifikazzjoni?

Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni kien komprensiv u rigoruż. Involva verifika dettaljata tas-sistemi u lproċeduri interni tagħna. L-oqsma prinċipali inkludew il-mekkaniżmi ta’ forniment ta’ servizzi, il-prattiċi ta’ dokumentazzjoni, l-istrateġiji ta’ ġestjoni tar-riskju, u s-sodisfazzjon tal-klijent. Lawdituri taw attenzjoni partikolari lil kif niġġestjonaw is-servizzi ta’ appoġġ tal-ICT, il-proċessi ta’ akkwist, il-manutenzjoni tas-sistema u l-istrutturi ta’ governanza. Huma evalwaw ukoll il-ħila tagħna li nimmonitorjaw il-metriċi tal-prestazzjoni, nidentifikaw l-oqsma għal titjib, u nimplimentaw azzjonijiet korrettivi b’mod effettiv. Dan ir-reviżjoni olistika żgurat li kull aspett tal-operazzjonijiet tagħna jissodisfa r-rekwiżiti stretti tal-istandard ISO 9001:2015.

L-IMU kif ippreparat għal din iċ-ċertifikazzjoni? It-tħejjija kienet kemm intensiva kif ukoll kollaborattiva. Matul diversi xhur, wettaqna reviżjonijiet interni biex nidentifikaw lakuni u opportunitajiet għal titjib. Iddokumentajna birreqqa l-mod tal-lant tax-xogħol tagħna u l-proċeduri operattivi standard biex niżguraw ċarezza u konsistenza. Introduċejna wkoll għodod ġodda għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-ġbir ta’ feedback. B’mod partikolari, rawwimna sens ta’ responsabbiltà kondiviża u kull membru tat-tim fehem ir-rwol tiegħu fiż-żamma tal-istandards ta’ kwalità, li kien kruċjali għassuċċess tagħna.

X’benefiċċji se ġġib din iċ-ċertifikazzjoni?

Il-benefiċċji huma diversi. Internament, din ittejjeb il-konsistenza operattiva u rresponsabbiltà, filwaqt li tissimplifika l-proċessi tagħna. Tipprovdi qafas strutturat għat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-allokazzjoni tar-riżorsi. Għall-partijiet interessati tagħna, din issarraf f’servizzi aktar affidabbli, trasparenti u faċli biex jintużaw.

Issaħħaħ ukoll il-fiduċja fil-pjattaformi diġitali tagħna u tiżgura li nirrispondu għallħtiġijiet tal-utenti. Fuq skala usa’, din tpoġġi l-IMU bħala mexxejja fit-twassil tasservizz pubbliku mmexxi mill-kwalità.

X’inhuma l-passi li jmiss wara din iċ-ċertifikazzjoni?

Il-kisba taċ-ċertifikazzjoni mhijiex it-tmiem, iżda timmarka l-bidu ta’ vjaġġ kontinwu lejn l-eċċellenza. Aħna impenjati li nżommu u ntejbu s-sistema tagħna tal-ġestjoni tal-kwalità. Dan jinkludi t-twettiq ta’ verifiki interni regolari, ir-reviżjoni tal-proċessi tagħna perjodikament, u t-tfittxija attiva ta’ feedback mill-utenti biex tinforma titjib. Se ninvestu wkoll fl-iżvilupp u l-innovazzjoni kontinwi tal-persunal biex niżguraw li nibqgħu aġli u reattivi f’xenarju diġitali li qed jevolvi b’rata mgħaġġla.

Għandek xi messaġġ li tixtieq taqsam mat-tim tal-IMU?

Assolutament. Din il-kisba tixhed id-dedikazzjoni, il-professjonaliżmu, u l-ispirtu kollaborattiv tat-tim tal-IMU. Grazzi għall-impenn sod tagħhom lejn il-kwalità u linnovazzjoni dan kien possibbli. Ninsab kburi immens b’dak li ksibna flimkien.

Inħeġġeġ lit-tim biex ikompli jistinka għall-eċċellenza, biex iħaddan il-bidla, u biex ikompli jimbotta l-konfini ta’ dak li nistgħu niksbu fit-twassil ta’ servizzi ta’ kwalità għolja lill-partijiet interessati tagħna u lill-pubbliku.

Charles Meilak

Koordinatur fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti

Ritratt - Mikhall Nilov

Madwar 1,500 familja oħra bbnenefikaw mir-rati ogħla tal-Allowance Supplimentari, bħala miżura oħra imħabbra fil-budget għal din is-sena..

Wara t-titjib li sar fl-2017 u fl-2022, ġew aġġustati mill-ġdid il-parametri tal-mekkaniżmu biex filwaqt li jitjiebu r-rati tal-allowance, tingħata l-opportunità biex aktar koppji jibbenifikaw.

Ir-rata massima li titħallas lil koppji żdiedet b’€190 għal €1,289 fis-sena, filwaqt li r-rata għal persuni singoli żdiedet b’€69 għal €667. Barra minn hekk, is-ceiling tad-dħul għal koppji twessa’ sa €18,000 fis-sena. B’dan it-tibdil dawn il-familji żdiedu b’madwar 1,500 familja oħra.

Għal aktar tagħrif żuru: https://socialsecurity.gov.mt

The goal of Sudoku is to fill a 9×9 grid with numbers so that each row, column and 3×3 section Sudoku

Can you spot 3 Differences?

Find 3 differences

Did

you know that Type 2 Diabetes can be improved with Simple

Lifestyle Changes?

Living with Type 2 Diabetes doesn’t mean facing it alone. Today, there is real support to help you take control of your health. Through simple lifestyle changes and expert guidance, managing diabetes is more achievable than ever. We have already supported many others through our programmes, now we are here to help you too.

What is diabetes?

Type 2 Diabetes (T2D) is a serious but increasingly common condition. Over 61 million people across Europe live with it, and in Malta, it affects more than 10% of adults. It occurs when the body either doesn’t produce enough insulin or can’t use it properly, leading to high blood sugar levels.

Unlike Type 1 diabetes, which usually starts in childhood and requires insulin, T2D often develops at any age and is closely linked to unhealthy diets and physical inactivity, together with a family history of diabetes. Left unchecked, this can cause complications - from heart and kidney issues to problems with vision and mobility. But here’s the good news: you can take control.

What Is Care4Diabetes?

The Care4Diabetes (C4D) programme is an innovative initiative, co-funded by the European Union, that focuses on lifestyle changes and not just medication. It is based on the successful Dutch programme ‘Reverse Diabetes2Now’ and offers a fresh, holistic approach to clients suffering from T2D, that focuses on empowering individuals to live healthier, more balanced lives.

Currently active in 12 EU Member States and being studied in Malta, Care4Diabetes supports participants in taking steps to improve their health through practical, supportive interventions. The programme is tailored to people between the ages of 18 and 80 who have T2D managed by oral medication, with a Body Mass Index (BMI) between 25 and 40kg/m2, and are ready to make positive lifestyle changes.

A fresh start with the right support

Participants are supported by a dedicated team of healthcare professionals over a six month period, attending six in-person sessions focusing on four key areas: nutrition, physical activity, mental wellbeing (including relaxation), and sleep. A follow-up session after another six months helps maintain progress and motivation.

Results from the implementation of the Care4Diabetes programme in Malta are still underway. However, early results show improved blood sugar levels, a reduced reliance on medication, and a better quality of life overall.

Are you ready to take the first step?

If you would like further information on T2D, the Health Promotion and Disease Prevention Directorate are ready to assist you on 2326 6000/8007 3307, or via email care4diabetes.hpdp@gov.mt.

Alternatively, you may visit https://hpdp.gov.mt/hpu/euprojects/care4diabetes or www.c4djointaction.eu to learn more. This project CARE4DIABETES has received funding from the European Commission. GA: 101082427 - Managing Type 2 Diabetes isn’t just about medicine it’s about empowering yourself for a lasting change. Start today.

The Health Promotion and Disease Prevention Directorate is here to help!

Ritratt - Pavel Danllyuk

Nagħmlu l-aħjar użu mill-ħin tas-sajf

Fil-ħajja ta’ kull bniedem, il-ħin huwa differenti u bħal donnu qatt ma jintuża bl-istess mod. Hemm ġranet iffullati b’ċertu problemi li jġibu tipi ta’ toqol u tbatija, fejn kollox jidher li sejjer fit-triq il-ħażina. Però hemm ukoll ġranet sbieħ, ħfief, mimlija ferħ u kuntentizza li jwassluna lejn togħma ħelwa b’xi ħaġa sorprendenti.

Il-bniedem ta’ llum, spiss jilmenta dwar nuqqas ta’ ħin sabiex ikun jista’ jagħmel ċertu proġetti li jħobb jew kapriċċi li jtuh sodisfazzjon. Kemm-il darba smajna din il-frażi ta’ “kieku kelli aktar ħin”, meta ltqajna ma’ dik il-ħaġa impossibbli li stajna nagħmlu.

Għalħekk Alla ħalaq staġun sabiħ jismu “Is-sajf”, sabiex nsibu aktar ħin ta’ pawża biex nistrieħu mir-rutina mgħaġġla tas-soltu u nkunu nistgħu nirriflettu aħjar fuq l-għażliet talfutur.

Imma sfortunatament, ħafna drabi l-bniedem jippreferi li jibqa’ jaħdem il-ġimgħa kollha bħal skjav b’xogħol stressanti, skedi impossibbli, ħinijiet kontinwi b’deċiżjonijiet urġenti. Jaħdem mingħajr ma jippjana tmiem il-ġimgħa bħala ħin ta’ mistrieħ, waqfa mix-xogħol, sabiex isib lilu nnifsu u lill-familja tiegħu.

Disgrazzjatament illum wara ħinijiet twal ta’ xogħol, qegħdin infittxu l-mistrieħ tagħna f’toroq żbaljati fi tfittxija ta’ divertiment “tal-ħarba”. Nippreferu tellieqa mgħaġġla lejn postijiet mimlija storbju esaġerat, fejn il-qalb tħabbat aktar minħabba mużika b’volum għoli jew niġru bla nifs sakemm insibu mejda minn pizzerija għall-oħra.

Ħuti: Hekk kif ninsabu f’dan l-istaġun tas-sajf, bil-fors wieħed jaħseb fil-vaganzi barra minn xtutna. Din is-sena forsi qegħdin infittxu destinazzjoni differenti, sabiex naħarbu ftit mis-sħana

tal-ibliet. Qegħdin nippreferu li nqattgħu jiem ġo villaġġi żgħar ħdejn il-baħar, madwar xi għadira jew fuq il-muntanji.

Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li ma jqattax ħin twil fis-sewqan, b’mod speċjali fuq toroq traffikużi, b’temperaturi għolja sħan u mgħobbija b’kilometri żejda sabiex naslu f’postijiet li ħafna drabi jkunu ffullati bin-nies, biex imbagħad nerġgħu lura aktar għajjenin u fil-bżonn ta’ aktar mistrieħ minn qabel.

Allura l-mistoqsija hija din: X’inhi l-vaganza vera ta’ dan is-sajf? i

Ħuti: F’kull btala jrid ikun hemm “ħin” pjaċevoli, liberu, vojt mix-xogħol u/jew studju. Ħin fejn nistgħu naħsbu fuq xi ħaġa differenti, l-avventura tan-natura, is-sbuħija tal-baħar, il-ġabra malmembri tal-familja tagħna. Ħin li niddevertu b’ħajja sempliċi, sabiex naħsbu ftit dwarna nfusna u dwar l-għażliet tal-futur. Ħin fejn nistgħu niltaqgħu ma’ ħaddiehor li miegħu niskopru rrikkezzi storiċi ta’ postijiet kulturali, tradizzjonali differenti minn tagħna. Ħin fejn hemm dik ilħtieġa li nġeddu u napprezzaw il-kuntatt b’esperjenza ta’ djalogu fil-preżenza ta’ Alla li jkellimna f’dawk il-mumenti ta’ mistrieħ sabiex niskopru min aħna u fejn irridu mmorru.

Għal ħafna nies, vaġanza jew btala dan is-sajf tista’ tkun biss ħolma jew memorja ta’ xi ġita talpassat, minħabba raġunijiet differenti ta’ saħħa jew problemi ta’ finanzi. Huwa diffiċli li wieħed jasal li jipproponi xi destinazzjoni partikulari sabiex nifhmu aħjar is-sens komun ta’ ħajja paċifika.

Però jkolli nagħżel post li jinsab tassew viċin tagħhna, fih is-sbuħija naturali kollha li ħalaq Alla u fejn tista’ tara u tiskopri xeni spettakolari, bla dubju nirrakkomanda “Valle d’Aosta” li huwa reġjun fil-majjistral tal-Italja mdawwar ma’ Franza u l-Izvizzera. Reġjun sabiħ fil-qalba tal-Alpi, magħruf għall-qċaċet miksija bis-silġ tal-Matterhorn, Monte Bianco, Cervina, Courmayeur u Gran Paradiso.

F’dan ir-Reġjun tispikka s-sbuħija ta’ fuq il-muntanji, ir-riġlejn ta’ min iwassal il-bxara t-tajba, ilkapaċità ta’ min ixandar is-sliem, l-għerf ta’ min iħabbar ir-risq.

Fuq dawn il-muntanji nisimgħu l-għajta tal-Għassies jikxef id-don kbir ta’ Alla bħala “il-Ħallieq’ li ħalaq l-univers kollu jħabbar il-ferħ u jxandar is-salvazzjoni. Il-kobor ta’ dawn il-muntanji jikxfu l-vojt, il-fraġilità, iċ-ċokon, id-dgħufija umana tagħna bħala bnedmin u jfakkruna li rridu nkunu bnedmin li naħsbu sewwa sabiex ma niċħdu qatt lil Alla.

Ħbieb, il-ħin prezzjuż ta’ dan is-sajf nużawh sewwa, bil-galbu, bil-ħlewwa, bil-ferħ u bi programm ippjanat ta’ mistrieħ. Fuq kollox, kemm jista’ jkun ma’ dawk l-aktar għeżież għalilna. Sliem

Ġrajjiet kurrenti

mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal

Sors: www.familja.gov.mt

Investiment biex nikkumbattu l-vjolenza domestika

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kompla jinvesti f’aktar ftehimiet

soċjali bil-għan li jsaħħaħ is-servizzi offruti lil persuni u familji vulnerabbli.

Ġie ffirmat ftehim soċjali bejn il-Ministeru u l-Fondazzjoni Sebħ li hija mmexxija millKnisja. Permezz ta’ dan il-ftehim, se jkun garantit is-servizz offrut mill-Milja, xelter li jilqa’ nisa u tfal tagħhom li jkunu f’periklu minħabba vjolenza domestika. Ħafna drabi dawn ikunu ġenituri nisa li ma jkollhomx post alternattiv fejn imorru kawża tal-vjolenza kontinwa li jkunu esposti għaliha.

Ritratt - DOI - Clifton Fenech

iffirmar ilaħħaq il-finanzjament ta’ miljun u nofs ewro fuq medda ta’ 3 snin. “Dan il-Gvern verament jemmen fil-ġustizzja u l-mobilità soċjali, fejn irridu naraw li kull persuna tgħix

ħajja aħjar mingħajr biża’ u tbatija żejda,” saħaq il-Ministru Michael Falzon.

B’kollox dan il-ftehim se jiggarantixxi s-servizz ta’ 12-il unit, li mhux biss jipprovdi saqaf, iżda anke kura emozzjonali u tagħlim edukattiv lit-tfal sabiex ilaħħqu ma’ sħabhom, f’każ li jagħmlu żmien ma jmorrux skola.

Il-Milja huwa ‘secondary stage shelter’, li jiffaċilita l-ħajja ta’ dawn il-persuni sabiex jgħixu b’mod semi-indipendenti, u eventwalment jgħin sabiex dawn il-persuni jkunu kapaċi jerġgħu jibnu ħajjithom lura fis-soċjetà.

Servizz ta’ After-Care f’Dar Charles Miceli

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kompla jsaħħaħ il-ftehimiet soċjali bil-

għan li jagħti l-aqwa servizzi individwali u fit-tul lill-persuni li jkunu temmew b'suċċess programm ta' riabilitazzjoni. Dan sar permezz ta’ ffirmar ta’ ftehim mal-Fondazzjoni Caritas, b'finanzjament ta' €975,000 fuq 3 snin, li jassigura l-għoti ta' servizz minn Dar Charles Miceli.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon fejn żied

jgħid li dan il-ftehim jinkludi fih żieda fl-allokazzjoni ta' aktar minn 22% fuq dak preċedenti. Huwa sostna li dawn il-ftehimiet huma xhieda ta' Gvern li jadotta politika li tgħin lil kulħadd. Iż-żmien ta' riabilitazzjoni f'Dar Charles Miceli huwa fażi importanti, magħrufa aħjar bħala

After-Care, fejn il-persuni jerġgħu jintegraw lura fis-soċjetà u jkunu esposti għall-ħajja komunitarja. Hawnhekk toħroġ l-importanza ta' reżiljenza li dawn il-persuni jkunu rabbew tul il-programm li jkunu għamlu, li jippreparahom meta jiġu biex jiffaċċjaw sfidi soċjali, finanzjarji u anke dawk marbuta mal-vizzju tagħhom.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt stqarr li f'din ir-residenza hemm sens qawwi ta' kullana ta' familja fejn kulħadd jissapportja lil xulxin anke fl-iktar mumenti diffiċli.

Hu faħħar l-impenn tal-Gvern sabiex jiżgura li jibqa' jingħata għajnuna individwali, sapport fit-tul u servizz ta' professjonisti professjonali 24 siegħa kuljum.

Ritratt - kaboompics.com

Koordinatur fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti

Minn din is sena fil-komputazzjoni tar-rati tal-In-Work Benefit iddaħħlet il-miżura li barra li jiġi injorat l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jkunu tħallsu mid-dħul tal-ġenituri, qed jibda jiġi wkoll injorat l-ammont ta’ taxxa fuq id-dħul li jkun tħallas.

Din il-miżura laqtet pożittivament madwar 25,000 familja b’madwar 40,000 wild taħt it-23 sena għaliex mhux biss żdieditilhom ir-rata mħallsa li issa hi maħduma fuq dħul nett anqas, imma wassal biex jibdew jibbenefikaw familji ġodda.

Għal din il-miżura l-budget alloka s-somma ta’ €16 miljun.

Il-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg huwa mmirat biex jassisti lill-koppji jew ġenituri waħedhom li jkunu jaħdmu u għandhom tfal taħt it-23 sena, għadhom dipendenti u jgħixu fl-istess residenza tagħhom. Dan il-benefiċċju mhuwiex applikabbli għal dawk li bħalissa qed jirċievu t-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.

Dan il-benefiċċju jitħallas kull 3 xhur: fl-ewwel Sibt għax-xhur ta’ Jannar, April, Lulju u Ottubru u kull ħlas ikopri t-3 xhur ta’ qabel. Il-pagamenti huma ddepożitati direttament fil-kont talbank. Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2025 huma:

L-applikant irid ikollu tfal taħt it-23 sena li jgħixu fl-istess residenza miegħu.

Dħul iddikjarat hu bbażat fuq is-Sena Bażi 2023. Intant l-FS3s u/jew Rendikonti tad-Dħul u lĦruġ kollu ta’ kull impjieg, kemm full-time u/jew part-time tas-snin 2023 u 2024 huma meħtieġa għall-applikanti ġodda biss.

Ġenitur waħdu li l-qligħ nett annwali mix-xogħol tiegħu jkun bejn €6,600 u €23,000 jista’ jitħallas rata sa massimu ta’ €1,550 fis-sena għal kull wild. Dawk bi dħul ta’ bejn €23,001 u €35,000 ir-rata ser tkun ta’ €250 fis-sena għal kull wild. Wieħed m’għandux bżonn li japplika għal dan il-benefiċċju peress li dan isir bi proċess awtomatiku.

jitħallsu rata sa massimu ta’

€780 fis-sena għal kull wild. Dawk il-koppji fejn parti waħda biss tkun taħdem bi dħul ta’ bejn

€26,001 u €35,000 ir-rata ser tkun ta’ €250 fis-sena għal kull wild. Mhemmx il-bżonn li tapplika għal dan il-benefiċċju peress li dan ser isir bi proċess awtomatiku.

Jekk persuna kellha bidla fiċ-ċirkustanzi bħal separazzjoni, żwieġ, koabitazzjoni, telf jew bidu ta’ impjieg, jew it-tfal li kont qed tirċievi l-benefiċċju għalihom ħallew id-dar, huwa importanti li d-Dipartiment ikun infurmat immedjatament. Jekk id-dipartiment ma jiġix infurmat fil-ħin, jista’ jirriżulta fi ħlas żejjed li mbagħad jeħtieġ li jiġi rritornat.

Ritratt - Harrison Halnes

Dr Elaine Cutajar Public Health

Żomm frisk u kalm dan is-Sajf

Ms Michela Borg & Ms Becky Borg

Psychology Assistants

It-Tim tal-Programm għar-Reżiljenza

Health Promotion & Disease Prevention Directorate

Ministry for Health & Active Ageing

Is-sajf huwa mpinġi bħala żmien ta’ ħafna xemx, gost u rilassament. Iżda għal ħafna, ir-realtà jaf tkun xi ftit differenti. B’temperaturi għola u l-pressjoni biex niżguraw li ngawdu kull mument, is-sajf jista’ malajr isir żmien ta’ stress – kemm mentali kif ukoll fiżiku. Bidliet filburdata, diffikultà biex tikkonċentra u biex torqod huma fost il-ħafna konsegwenzi tas-sħana fuq is-saħħa mentali. Fuq kollox, iż-żieda f’impenji soċjali u avvenimenti fit-tard jistgħu ikomplu jżidu mal-piż.

Hekk kif is-sjuf ta’ pajjiżna qegħdin jitwalu u jsiru iżjed intensi, li tipprattika l-istrateġiji prattiċi msemmija hawn taħt jista’ jgħin sabiex is-sajf ikun wieħed aħjar għalik u għal dawk ta’ madwarek.

Żomm Aspettativi Realistiċi

Is-sajf m’għandux ifisser vaganzi extravaganti jew attivitajiet il-ħin kollu. Attivitajiet sempliċi fihom is-sodisfazzjon ukoll. Aktar ma tibqa’ sempliċi l-iskeda tiegħek, iktar tista’ tagħraf dak li verament jagħmlek tħossok tajjeb u tagħmel iżjed minnu, u b’hekk għandek aktar ċans li tħoss is-sodisfazzjon u l-kuntentizza li jistħoqlok.

Tibżax Tgħid ‘Le’

Fis-sajf, ħafna drabi nħossuna taħt pressjoni biex ngħidu “iva” għal kull stedina, attività jew impenn. Iżda li tgħid “le” huwa att ta’ kura personali. Meta tpoġġi l-bżonnijiet mentali u emozzjonali tiegħek l-ewwel, inti tkun qed tagħmel spazju għal mistrieħ, riflessjoni u dak li tassew jagħtik paċi. M’għandekx għalfejn tispjega wisq jew tħossok ħażin u ħati – is-saħħa mentali tiegħek hija prijorità.

Agħmel xi ħaġa għalik innifsek kuljum

Sib ħin kuljum sabiex tagħmel xi ħaġa li tgħinek tistrieħ, ittejjiblek il-burdata, ittaffilek l-istress, jew tagħmel ġid lil ġismek. Ipprepara riċetti friski d-dar, gawdi xi għuma kmieni filgħodu, mur mixja ħafifa filgħaxija, jew sempliċiment poġġi għal kwiet miegħek innifsek.

Ritratt - Summer Stock

tinbena saħħa mentali soda. Ftakar, li anke jekk tibda bi ftit passi żgħar kuljum, ukoll tkun qed tagħmel differenza kbira maż-żmien.

Fittex il-Komunità

Kemm jekk għandek bżonn sapport bil-kura taċ-ċkejknin, ħin għal kwiet jew xi ħadd ma’ min titkellem, li titlob l-għajnuna hija sinjal ta’ saħħa u mhux dgħufija. Fittex li żżomm kuntatt malkomunità u n-nies ta’ madwarek billi tingħaqad ma’ xi klassi jew grupp, tikkuntattja lil ħbieb jew familjari, jew tfittex is-sapport kif meħtieġ. Tinsiex ukoll tiċċekkja fuq dawk ta’ madwarek!

Fil-ġranet tas-sajf, agħti attenzjoni lil dawk li huma vulnerabbli fosthom l-anzjani, tfal, persuni li qed jistennew tarbija, u dawk li jaħdmu fuq barra.

Ibqa’ Sigur fis-Sħana

Ħu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex tipproteġi lilek innifsek mis-sħana qalila tas-sajf. Ixrob lilma, ilbes ħwejjeġ ħfief u friski, uża s-sunscreen, u evita li tkun barra fl-eqqel tax-xemx (bejn il-11AM u l- 4PM). Li tipprattika dawn l-istrateġiji msemmija u tfittex tieħu ħsieb tiegħek u dawk ta’ madwarek huwa essenzjali għal sajf iżjed sigur. Għal aktar informazzjoni fuq kif tipproteġi lilek innifsek fis-sħana żur: beattheheat.gov.mt.

Ftakar li s-sajf m’għandux għalfejn ikun stampa perfetta – l-importanti li dak li tagħmel jaħdem għalik u jkun ta’ sodisfazzjon u tgawdija. Ħalli lilek innifsek tikkalma l-pass tiegħek u tieħu ħsieb moħħok u ġismek. Gawdi l-mumenti li jġibulek il-paċi u ħalli dan is-sajf ikun wieħed aktar kalm!

Għal aktar informazzjoni dwar kif tipproteġi l-benesseri tiegħek żur mentalwellbeing.gov.mt.

Doris Zammit

Kittieba u Xandara

Merħba mill-ġdid. Fil-ħarġa Familja ta’ Ġunju li għadda tkellimt dwar xi pariri biex tagħraf toqgħod attent mix-xemx kif ukoll dwar il-ħsara li tiġġenera mix-xemx u dwar kif għandna niċċekkjaw ġisimna regolarment, speċjalment fejn nistgħu naraw xi ħaġa suspettuża, mhux tas-soltu.

Nifthiemu, qatt ma tista’ tkun protett mix-xemx kompletament. Maż-żmien, espożizzjoni

għar-raġġi UV jistgħu jikkawżaw kanċer fil-ġilda. Għalhekk, kun af aħjar lill-ġismek u jekk ikollok xi sintomi minn dawn li ġejjin kellem lit-tabib tiegħek.

Xi tibdil fuq il-ġilda, speċjalment fil-qis u l-kulur ta’ xi għazza, xi ħaġa li qed tikber anke jekk mingħajr kulur. Qxur, dmija, xi tisfija jew xi tibdil fid-dehra ta’ xi nefħa jew boċċa. Eżempju ieħor hu jekk ikun hemm il-kulur fil-ġilda jinfirex aktar mid-dawra tiegħu, bħal ngħidu aħna lkulur skur jinfirex ‘l barra minfejn hemm xi għazza jew xi marka oħra. Jekk tibda tħoss xi ħakk, jew uġigħ.

Kif ktibt aktar ‘l fuq hemm diversi modi kif tipproteġi l-ġilda. Nistgħu nużaw kremi apposta sabiex inkabbru d-difiża naturali tal-ġilda tagħna, imma dawn ma jservux wisq u rridu nerġgħu napplikawhom spiss. Dan apparti l-fatt li dawn iqumu mhux ħażin!

Nistgħu nilbsu ħwejjeġ biex ikollna għata protettiva kontra x-xemx, imma kif tapprezzaw fissajf tkun ħafna sħana. Nistgħu nibqgħu d-dar naturalment, imma mbagħad kif se ngawduh is-sajf?

Kontu tafu li aktar ma nikbru fiż-żmien aktar hu diffiċli li nakkwistaw suntan? Dan għaliex iċċelloli li jistgħu jagħtuna dan it-tan jibdew jisparixxu biż-żmien. Għaldaqstant ġisimna hu aktar suxxettibbli li jinħaraq u t-tan ma tkunx kullimkien l-istess. Aktar ma nikbru fiż-żmien

ikollna bżonn aktar protezzjoni kontra x-xemx aktar għoli (SPF). Il-kanċer tal-ġilda jista’ jiġi kkawżat minn akkumulazzjoni ta’ sħana mix-xemx u tidher biss f’dawk li huma ta’ mezz ’età.

Kontu tafu li 56 fil-mija ta’ melanoma malinna l-aktar li toħroġ fis-saqajn?

Għalkemm il-wiċċ hu espost għax-xemx is-sena kollha, il-makeup u prodotti li bihom nieħdu

ħsieb il-ġilda tagħna jipprovdulna barriera limitata kontra r-raġġi ultra violet. Ħafna jaħsbu li biex tinħaraq bix-xemx trid tmur Majorca f’Awwissu. Dan mhu minnu xejn.

Matul ix-xhur ta’ qabel inkunu mgħottija sew u għaldaqstant meta nibdew inqaċċtu, il-ġilda ma tkunx għadha bniet dik il-protezzjoni naturali meħtieġa. Ta’ min iżid jgħid li minn ħwejjeġ

ħfief u trasparenti x-xemx xorta tippenetra u toħodna.

Sejrin xi btala fuq il-muntanji?

Mela ma ninsewx li magħna rridu nieħdu, kemm ħwejjeġ u kif ukoll krema li jipproteġuna mixxemx. Fil-fatt ir-raġġi tax-xemx huma aktar b’saħħithom f’livelli aktar għoljin. Ir-raġġi UV jiżdiedu mal-4 sa 5 fil-mija kull 300 metru ‘l fuq mill-baħar. U tkun akbar fi klima xitwija, meta rraġġi UV jirriflettu mis-silġ għal fuq ġisimna għat-tieni darba. Inkunu żguri li nidilku ssunscreen mill-anqas kull sagħtejn u nitgħattew.

Idea tajba li nidilku s-sunblock anke taħt il-ħwejjeġ?

F’ċertu każi hija idea tajba. Tista’ teħodna x-xemx anke meta nkunu libsin drapp li jħalli d-dawl jgħaddi minnu u anke jekk ikunu ħwejjeġ ċari. Anke lbiesi mxarrba jew issikkati jistgħu jħallu rraġġi tax-xemx jippenetraw minħabba li dawn jinġibdu u jraqqu d-drapp.

Anke jekk nindilku bis-sunscreen tajjeb, ftit radjazzjoni tgħaddi xorta. Eventwalment ftit ftit nibdew xorta ninħarqu jekk nibqgħu barra għal tul ta’ ħin. Billi nerġgħu nindilku f’dak ilmument ma jfissirx li nistgħu noqogħdu fix-xemx kemm irridu għax mingħalina protetti. Irridu nerġgħu napplikaw il-krema qabel nibdew niħmaru.

Ikel li jipproteġi l-ġilda

Kont taf li hemm ikel li jista’ jgħin fil-ġlieda bejn il-ġilda u r-raġġi tax-xemx perikolużi UV?

Għaldaqstant din idea oħra – nieklu dak li hu tajjeb. Dawn is-sitt prodotti tal-ikel jistgħu jikkontribbwixxu dik ix-xi ħaġa aktar biex tgħinna nikkumbattu r-raġġi tax-xemx. Dawn huma lprodotti tal-ikel li jipproteġu l-ġilda.

Ritratt - Wendy Hero

1. Il-Frawli vs it-tikmix

Il-frawli għandhom wieħed mill-aktar konċetrazzjoni tal-vitamina C u għandhom is-saħħa biex ibegħdu it-tikmix kif ukoll jgħinu l-ġilda milli titlef dik l-elastiċità li tiġri biż-żmien. Dan huwa dokumentat minn riċerka li saret mill-American Journal of Clinical Nutrition.

Is-saħħa li għandha l-vitamina Ċ biex iżżomm ‘l bogħod it-tikmix, ġejja mill-abilità biex jeħles minn dawk ir-radikali li jinħolqu mir-raġġi tax-xemx ultra violet kif ukoll li tkabbar il-kolaġen, dak il-materjal responsabbli mis-saħħa u l-vitalità tal-ġilda tagħna. Tista’ wkoll issib il-Vitamina C fil-bżar aħmar, brokkoli u frott taċ-ċitru.

2. Il-Kafè vs Il-Kanċer tal-Ġilda

Studju ppublikat mill-European Journal of Cancer skopra li kikkra kafè kuljum tista’ tnaqqas ir-riskju ta’ kanċer tal-ġilda. L-istudju ċċekkja 93 elf mara u skopra li doża kuljum ta’ kafè naqqas sew ir-riskju ta’ kanċer tal-ġilda. Il-kafeina, li teżisti wkoll f’ammont anqas fit-te, tgħin biex toqtol ċelloli li jistgħu jiffurmaw kanċer u dawk iċ-ċelloli li jbegħdu l-ħsara billi jibblokkja l-proteina li għandhom bżonn biex jagħmel replika aktar mgħaġġla (li jistgħu jirriżultaw f’kanċer).

3. Tadam vs ħsara mix-xemx

Il-kulur aħmar tat-tadam, huwa arma sigrieta għall-protezzjoni mir-raġġi tax-xemx li jagħmlu lħsara. Il-pigment, karotenojde magħruf bħala lycophen, li jsaffi r-radjazzjoni tax-xemx u jippreveni lit-tadam milli jitħassar. L-istess effett jaħdem ukoll fuq il-ġisem uman, kif pruvat minn studju li eżamina kif żieda ta’ ftit zalza tad-tadam fid-dieta ta’ kuljum, taffettwa l-elastiċità tal-ġilda.

Mill-istudju ħareġ li 2.5 magħref ta’ zalza tat-tadam kuljum, kienu biżżejjed biex inaqqsu sew il-ħsara li ssir lill-ġilda mix-xemx. L-istess effett jista’ jintlaħaq billi wieħed jixrob tazza u tliet kwart ta’ meraq tal-karrotti kuljum. Il-karrotti wkoll fihom il-pigment karotenojde. Fil-fatt, dak l-ikel kollu li huwa aħmar u/jew oranġjo jagħti l-istess riżultat, fosthom, il-qara ħamra eċċ.

4. Fażola sojja vs Ġilda mpaħpħa

Is-sojja hija rikka fi grupp ta’ sustanzi kimiċi magħruf bħala Isoflavones. Fi studju reċenti flAmerika, instab li dawn is-sustanzi jgħinu biex jipprevjenu t-tikmix li jsir minħabba riżultat ta’ radjazzjoni ultra violet. L-isoflavones jgħinu biex jipprevjenu id-dekostruzzjoni tal-kolaġen, ilmaterjal li jżomm il-ġilda ma titpaħpaħx u flessibbli. Din is-sustanza teżisti fil-prodotti kollha tas-sojja, bħal ħalib, tofu eċċ.

5. Il-Qamħirrun vs il-ħsara mix-xemx

Il-qamħirrun għandu kulur isfar imsejjaħ Lutein li huwa simili ta’ dak li nsibu fit-tadam. Bħattadam, dan huwa mekkaniżmu kimiku li l-bniedem jista’ jibbenefika minnu, u dan il-pigment iforni l-ġilda bi protezzjoni li għandha bżonn kontra r-raġġi tax-xemx. Il-Lutein insibuh ukoll flisfar tal-bajd u l-ispinaċi u dan mhux talli jgħin il-ġilda imma anke l-għajnejn.

6. Is-Salamun vs Ċelloli li jistgħu jiffurmaw kanċer

L-omega-3 fatty acid (jew n-3 aċidi grassi) li nsibu fis-salamun għandu ħafna proprejatjiet għas-saħħa. L-aktar importanti hija dik li tipproteġi ċ-ċelloli minn radikali kawżati mid-dawl UV. Riċerka ppubblikata mill-American Journal of Clinical Nutrition, segwiet għal ħames snin, lil 1,100 Awstraljan li kienu qagħdu fix-xemx għall-ħin twil ħafna, fejn kienu jiċċekkjaw labitudni tal-ikel tagħhom.

L-istudju wera 30 fil-mija anqas fil-formazzjoni ta’ ċelloli li jistgħu jiffurmaw kanċer f’dawk li kienu jieklu dieta li kienet tinkludi ħut li fih livelli għolja ta’ omega-3 bħas-salamun, tonn u sardin. Barra minhekk, omega-3 tgħin il-ġisem iżomm il-livelli tal-kolaġen tiegħu.

L-annimali domestiċi tagħna

Ma ninsewx il-pets tagħna. Dawk l-annimali li għandhom ġilda ċara aktarx li jkollhom widnejhom u mneħirhom roża, li jistgħu jinħarqu malajr. Nistgħu nipproteġuhom billi nagħmlulhom ftit sunblock.

Nittama li ssibu dan it-tagħrif interessanti. Sakemm nerġgħu niltaqgħu nixtieqilkom sajf millisbaħ u mingħajr inkwiet. Din is-sena nieħdu ftit aktar ħsieb. Aħjar uff inkella aħħ!

It-Tim tal-IMU

Is-sistema tas-sigurtà soċjali ta’ Malta toffri firxa ta’ benefiċċji mediċi mfassla biex jappoġġjaw individwi bi bżonnijiet differenti relatati mas-saħħa. Il-fehim ta’ dawn il-benefiċċji u kif taċċessahom jista’ jgħinek tieħu l-aħjar mill-appoġġ disponibbli. Hawn ħarsa ġenerali:

1. Għajnuna Medika mingħajr Ħlas (Karta r-Roża)

L-Għajnuna Medika mingħajr Ħlas, magħrufa l-aktar bħala l-Karta r-Roża, tipprovdi lillindividwi eliġibbli aċċess għal ċerti servizzi mediċi, kif ukoll għall-mediċini bla ħlas. Dan ilbenefiċċju huwa mmirat lejn dawk li ma jaffordjawx kura medika minħabba restrizzjonijiet finanzjarji.

2. Benefiċċju għal Mard

Il-Benefiċċju għal Mard huwa disponibbli għal individwi impjegati jew li jaħdmu għal rashom li ma jistgħux imorru x-xogħol minħabba mard għal żmien qasir. Biex tikkwalifika, trid tissottometti Ċertifikat Mediku Blu mimli minn tabib fi żmien għaxart ijiem mill-ewwel jum li tkun marid. Il-benefiċċju jitħallas għat-tul tal-mard li jibda mir-raba’ jum tal-mard, sakemm ikun iċċertifikat minn professjonist mediku.

3. Benefiċċju għal Mard fit-Tul

Għal individwi b’mard fit-tul, il-Benefiċċju għal Mard fit-Tul joffri appoġġ finanzjarju estiż.

Wara 156 jum ta’ benefiċċju għal mard kontinwu, it-talba tiġi konvertita awtomatikament għall-Benefiċċju għal Mard Miżjud, li jkompli sakemm l-individwu jkun f’saħħtu biex jirritorna għax-xogħol jew jeżawrixxi l-perjodu tal-benefiċċju.

4. Benefiċċju għal Korriment

Jekk tbati minn xi korriment fuq il-post tax-xogħol tiegħek, tista’ tkun eliġibbli għallBenefiċċju għal Korriment. Dan il-benefiċċju jipprovdi appoġġ finanzjarju matul il-perjodu ta’ rkupru tiegħek. Biex tapplika, trid tissottometti ċertifikat mediku li jiddettalja n-natura u l-firxa tal-korriment.

Ritratt - Mart Production

5. Għajnuna Medika għal Kundizzjonijiet Speċifiċi

Is-sistema tas-sigurtà soċjali ta’ Malta tipprovdi wkoll għajnuna mmirata għal kundizzjonijiet mediċi speċifiċi, inkluż:

Għajnuna Soċjali Medika: Appoġġ finanzjarju lil dawk il-persuni li ma jistgħux jimpenjaw ruħhom għal xi tip ta’ impjieg minħabba l-kundizzjoni medika tagħhom.

Għajnuna għal Mard: Tista’ tingħata lil persuna li turi provi li l-persuna responsabbli talfamilja jew kwalunkwe membru tal-familja li jgħix fid-dar qed ibati minn marda kif elenkata flAtt dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) u li titfejjaq jew tittaffa biss b’dieta jew b’regoli dwar dieta speċjali li jġibu magħhom spiża addizzjonali.

Għajnuna dwar il-Lebbra: Appoġġ għal individwi dijanjostikati bil-lebbra.

Għajnuna dwar it-Tuberkulożi: Għajnuna finanzjarja għal dawk li qed jirċievu kura għattuberkulożi.

Għotja għal Ħalib: Għajnuna għall-omm bi bżonnijiet tad-dieta speċifiċi li jeħtieġu supplimenti tal-ħalib wara t-twelid.

6. Pensjoni tal-Invalidità

Il-Pensjoni tal-Invalidità tista’ tingħata lil individwi li huma ċċertifikati bħala inkapaċi li jinvolvu ruħhom f’impjieg full-time jew part-time xieraq jew xogħol indipendenti minħabba marda serja, indeboliment fiżiku, jew diżabilità mentali. L-eliġibilità hija soġġetta għat-test talkontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali meħtieġa kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318).

Din il-pensjoni tista’ tingħata wkoll lil persuna li kellha talba għal Benefiċċju għal Korriment aċċettata u ġiet iċċertifikata li sofriet aktar minn 90 % diżabilità li tirriżulta mill-istess korriment jew marda li bdiet minn, jew matul l-impjieg tagħha jew okkupazzjoni.

7. Allowance għat-Tfal b’Diżabilità

Jista’ jingħata Allowance għat-Tfal b’Diżabilità lil tfal li jkunu ċċertifikati li jsofru minn diżabilità fiżika u/jew mentali. Dan il-benefiċċju jitħallas flimkien mal-Allowance tat-Tfal u jkun validu sakemm it-tfal jagħlqu sittax-il sena (16), jew erbatax-il sena (14) f’każ ta’ problemi fil-vista.

8. Għajnuna għal Diżabilità għal adulti

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’Malta jipprovdi għajnuna għal persuni b’diżabilità lil individwi eliġibbli:

• Għajnuna għal Persuni b’Vista Batuta li tista’ tkun disponibbli għal individwi li għandhom bejn erbatax-il sena (14) u inqas minn ħamsa u sittin (65) sena, li huma jew kompletament jew parzjalment nieqsa mid-dawl.

• Għajnuna għal Diżabilità li tista’ tingħata lil individwi li għandhom bejn sittax-il sena (16) u inqas minn ħamsa u sittin (65) sena, li jsofru minn paraliżi totali, malfunzjoni permanenti severa u totali, jew diżabilità totali permanenti minħabba amputazzjoni ta’ id jew sieq. LGħajnuna għal Diżabilità tingħata wkoll lil individwi b’impediment fis-smigħ jew fiddiskors.

• Għajnuna għal Diżabilità Severa (fiżika) li tista’ tkun disponibbli għal individwi li għandhom bejn sittax-il sena (16) u inqas minn ħamsa u sittin (65) sena, b’diżabilitajiet fiżiċi.

• Għajnuna għal Diżabilità Severa (intelletwali) li tista’ tingħata lil individwi li għandhom bejn sittax-il sena (16) u inqas minn ħamsa u sittin (65) sena, b’diżabilitajiet intellettwali u ġenerali fit-tagħlim.

9. Benefiċċju tal-Enerġija Każijiet Umanitarji

Dan il-benefiċċju għandu l-għan li jtaffi l-effett taż-żieda fin-nefqa fuq il-kontijiet tal-ilma u tad-dawl ta’ familji b’paga baxxa minħabba raġunijiet umanitarji relatati ma’ kwistjonijiet mediċi. L-applikazzjoni tiġi riveduta minn Bord Konsultattiv Mediku, maħtur skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) sabiex tittieħed deċiżjoni.

Kif tapplika għal Benefiċċji Mediċi

Biex tapplika għal benefiċċji mediċi, segwi dawn il-passi:

• Iddetermina l-Eliġibilità: Iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi għal kull benefiċċju biex tiżgura li tikkwalifika.

• Iġbor id-Dokumentazzjoni: Iġbor id-dokumenti kollha meħtieġa, inklużi ċertifikati mediċi u identifikazzjoni.

• Issottometti l-Applikazzjoni: L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi online permezz tal-portal mySocialSecurity jew personalment fil-hub lokali tiegħek ta’ Servizizz.gov.

• Segwitu: Żomm rendikont tal-istatus tal-applikazzjoni tiegħek u jekk tintalab, agħti kwalunkwe informazzjoni addizzjonali.

Żomm l-Informazzjoni Tiegħek Aġġornata

Huwa kruċjali li żżomm id-dettalji personali tiegħek miżmuma mid-dipartiment tas-sigurtà soċjali aġġornati biex tiżgura li tirċievi l-benefiċċji tiegħek mingħajr ebda problema. Dan jinkludi l-aġġornament tad-dettalji ta’ kuntatt u l-informazzjoni tal-kont bankarju tiegħek.

Billi tifhem il-benefiċċji mediċi pprovduti taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali ta’ Malta, tista’ taċċessa l-għajnuna li għandek bżonn.

Jekk tixtieq aktar dettalji dwar benefiċċju mediku speċifiku jew għajnuna bil-proċess talapplikazzjoni, jekk jogħġbok żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana. Imbagħad agħżel ilbenefiċċju jew l-għajnuna xierqa mil-lista drop-down u agħti d-dettalji tal-mistoqsija tiegħek. Tista’ wkoll tikkuntattjana billi ċċempel fuq Servizizz.gov Freephone 153 (ext.11).

Imniedi

ġdid ta’ Informazzjoni u Kuntatti dwar is-Saħħa Mentali Pakkett ta’ cards li

Tonio Bonello

Corporate Communications Office MSPC

Waqt konferenza tal-aħbarijiet biex tfakkar il-Ġimgħa Ewropea dwar is-Saħħa Mentali 2025, kien imniedi kunċett ġdid ta’ għarfien u kuntatti fejn bniedem ifittex l-għajnuna permezz ta’ cards qies ta’ dawk li nafuhom bħala business cards, tali li dak li jkun jista’ jġorr miegħu kullimkien faċilment.

Matul din il-konferenza li fost il-kelliema kellha lil Dr Denis Vella Baldacchino, il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni dwar Saħħa Mentali, kien spjegat kif dan il-mezz ġdid ta’ informazzjoni jista’ jilħaq aktar nies f’diffikultà fejn f’ċirkostanzi fejn meħtieġ, dawn jista’ jkollhom disponibbli fuqhom dan il-pakkett ta’ cards mimli informazzjoni dwar fejn wieħed jista’ jikseb l-ewwel għajnuna skont il-bżonn tal-persuna dak il-ħin. Il-cards li jammontaw għal tmienja jkopru l-aktar servizzi mfittxija f’każi tali jiġifieri:

Is-Servizz Nazzjonali ta’ għajnuna dwar is-Saħħa Mentali – 1579

Is-Servizz ta’ Għajnuna offrut mill-Fondazzjoni Richmond - 1770

Is-Servizz ta’ Għajnuna provdut mill-FSWS relatat mas-Solitudni – 1772

Is-Servizz ta’ Għajnuna provdut mill-Aġenzija Sapport relatat mad-Diżabilità – 153

Is-Servizz ta’ Għajnuna provdut mill-Caritas Malta – 2219 9000

Is-Servizz ta’ Għajnuna dwar tqala provdut minn LifeLine Malta – 2033 0023

Is-Servizz ta’ Għajnuna Olli Chat minn Richmond Foundation – httpp://olli.chat/

Is-Servizz ta’ Għajnuna mill-Uffiċċju tal-Kummissaru dwar id-Drittijiet ta’ Persuni bi problemi relatati mas-saħħa mentali - 2592 4304

Xi tfisser il-Linja t’Għajnuna għas-Saħħa Mentali 1579?

Il-Linja t’Għajnuna għas-Saħħa Mentali 1579 hi linja t’għajnuna nazzjonali bit-telefon disponibbli 24 siegħa kuljum. Din tipprovdi appoġġ emozzjonali immedjat u bla ħlas, pariri u gwida prattika lil kull min għandu bżonnha.

Ritratt - Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni dwar is-Saħħa Mentali waqt it-tnedija tas-servizz

Numru ta’ Professjonisti tal-Psikoloġija, kollha jaħdmu fis-Servizzi tas-Saħħa Mentali, għaddew minn taħriġ immirat biex jippreparawhom biex jaħdmu mal-Linja t’Għajnuna.

Huma jaħdmu fuq xiftijiet sabiex is-servizz jibqa’ għaddej 24 siegħa kuljum, sebat ijiem filġimgħa.

Meta għandek iċċempel il-linja t’għajnuna 1579?

• Jekk tħossok imdejjaq, inkwetat jew irrabjat u teħtieġ appoġġ emozzjonali immedjat

• Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar is-servizzi disponibbli u kif taċċessahom

• Jekk tinsab f’nofs kriżi u teħtieġ pariri prattiċi dwar kif timmaniġġja s-sitwazzjoni

• Jekk inti mħasseb dwar membri tal-familja jew ħbieb u tixtieq titkellem dwar is-sitwazzjoni ma’ professjonisti tas-saħħa mentali

X’tagħmel il-linja nazzjonali t’għajnuna 1579?

Mit-tnedija tagħha f’Novembru 2022, il-linja t’għajnuna nazzjonali għas-saħħa mentali 1579 irċeviet diversi telefonati fejn dawk li ċemplu ngħataw servizz kif mistenni u anke esprimew gratitudni lejn l-appoġġ li rċevew mil-linja t’għajnuna. Fost dawn kien hemm:

• Membri tal-familja ta’ individwi li kienu qed jesperjenzaw tbatija psikoloġika.

• Dawk li jċemplu nfushom jiddikjaraw kif kienu qed iħossuhom aħjar milli kienu l-aħħar darba li kkuntattjaw il-linja ta’ għajnuna.

• Dawk li jċemplu jirringrazzjaw lill-persuni li jieħdu ħsieb it-telefonati li huma parti mil-linja ta’ għajnuna għall-appoġġ kontinwu li jirċievu meta jikkuntattjawhom.

• Dawk li jċemplu jirringrazzjaw lill-persuni li jieħdu ħsieb it-telefonati li huma parti mil-linja ta’ għajnuna talli introduċew strateġiji ġodda ta’ kif ilaħħqu magħhom li jistgħu jgħinuhom meta jesperjenzaw tbatija psikoloġika.

Tista’ ssegwi artiklu dwar is-Saħħa Mentali miktub minn Gertrude Buttigieg mill-Uffiċċju talKummissarju dwar is-Saħħa Mentali (Ħajr: The Malta Indepdendent) fil-paġna segwenti numru 38.

Tista’ ssegwi l-links billi tagħfas hawn isfel:

Tista’ ssegwi l-paġna facebook tal-Uffiċċju tal-Kummissarju dwar is-Saħħa Mentali

Tista’ ssegwi filmat ta’ intervista dwar is-Saħħa Mentali (Ħajr: TVM)

Il-pjastrini jdumu ħajjin sa massimu ta’ 5 t’ijiem biss

Il-pjastrini huma frammenti żgħar u bla kulur ta’ importanza kbira fil- ġisem tagħna. Huma ċelluli li qed iduru maċ-ċirkolazzjoni ta’ ġisimna kollu u għandhom rwol kruċjali fit-twaqqif talfsada (emostażi) u l-fejqan tal-feriti. Meta vina tad-demm tkun bil-ħsara, il-pjastrini jiġru lejn is-sit, joħorġu qishom swaba u jeħlu mal-ferita. Hekk jingħaqdu flimkien biex jiffurmaw tapp jew embolu u b'hekk jipprevjenu telf eċċessiv ta' demm.

Tromboċitopenija tfisser li persuna m’għandiex biżżejjed pjastrini fiċ-ċirkolazzjoni tagħha. Is-sintomi jinkludu tbenġil mingħajr ebda raġuni, fsada frekwenti mill-ħanek, l-imnieħer, jew it-tratt gastrointestinali. L-għadd tal-pjastrini tiegħek jonqos meta xi ħaġa tkun qed iżżomm lil ġismek milli jipproduċi dawn il-pjastrini. Hemm firxa wiesgħa ta' kawżi inklużi mediċini, kundizzjonijiet ereditarji, ċerti tipi ta' kanċer (bħal-Lewkimja jew Limfoma), trattament ta' kimoterapija għall-kanċer, infezzjoni jew disfunzjoni tal-kliewi u konsum kbir ta’ alkoħol.

Id-domanda għall-pjastrini saret tkun frekwenti ħafna, bil-limitazzjoni tagħha għax il-pjastrini fil-boroż tagħna jdumu ħajjin sa massimu ta’ 5 t’ijiem biss. Għaldaqstant it-talba għad-demm fin-norma tkun qalbet fl-urġenza minħabba il-bżonn biex nipproduċu l-pjastrini.

Kif ikunu prodotti l-Pjastrini?

Hemm żewġ metodi kif nipproduċu l-pjastrini. L-ewwel metodu huwa mid-donazzjoni taddemm sħiħ. Fil-kontenut tagħha l-borża tad-demm sħiħ ikollha fiha ċ-ċelloli l-ħomor, plażma u pjastrini. Minn erba’ jew ħames boroż tad-demm tal-istess grupp tad-demm, dawn ngħaqqduhom biex jiffurmaw borża waħda ta’ pjastrini li din imbagħad tkun tista` tingħata lil pazjent wieħed.

Il-metodu l-ieħor huwa li niksbu pjastrini minn donatur wieħed. Il-proċedura biex donatur jagħti borża pjastrini hija twila siegħa. F’dik is-siegħa ammont żgħir ta’ demm sħiħ ikun qed joħroġ f’intervalli mid-donatur u jiġi ċċentrifugat dak il-ħin stess fil-magna. Id-donatur jieħu lura ċ-ċelloli l-ħomor u l-plażma filwaqt li l-pjastrini jiġu miġbura f’borża steriliżżata barra ddonatur. Ma kull donazzjoni ta’ dan it-tip hemm il-possibilità li ngħinu żewġ pazjenti. Din ittip ta’ donazzjoni nuzawha ħafna għall-pazjenti ta’ età żgħira u trabi.

Il-Pjastrini Universali

It-trasfużjoni tal-pjastrini wkoll tingħata skont il-grupp tad demm. Il-kontra taċ-ċelloli l-ħomor, il-grupp universali tal pjastrini huwa l-grupp AB. Hawnhekk tidħol l-enfasi minn naħa tagħna meta ngħidu li għandna bżonn kull grupp tad demm. Hawnhekk irrid nisħaq li donaturi tal-grupp AB huma importanti ħafna bħala donaturi universali għall-pjastrini. Individwi li għadhom il-grupp tad-demm AB mhumiex daqshekk komuni fil-popolazzjoni Maltija. Fid-dawl tal ammont li dejjem qiegħed jikber tal-bżonn tal-pjastrini, inħeġġu ħafna, speċjalment lil dawk l-individwi li huma grupp AB biex jersqu regolarment biex jagħtu d-donazzjoni tad-demm tagħhom, li hi tant importanti għall-pazjenti kollha.

Ftakkru li l-pjastrini tal-grupp tad-demm AB jistgħu jiġu trasfużi lill-pazjenti li jkollhom kwalunkwe tip ta’ demm, anke f’każ ta’ emerġenza.

Jekk tixtieq iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista

Sit Elettroniku - https://blood.gov.mt/

Indirizz Elettroniku - customercare.nbts@gov.mt

Paġna Facebook - www.facebook.com/bloodmalta

Instagram - https://www.instagram.com/blooddonationmalta_official/?hl=en

Indirizz - Ċentru tal-Għoti tad-Demm, Pjazza San Luqa, G’Manġa.

Linji Fissa - 2123 4767 / 2206 6201

Linja Ċellulari - 7930 7307

Linja bla Ħlas (Freephone) - 8007 4313

Il-Berġa tax-Xewkija, Għawdex - 2155 6461

IMPORTANTI

Tista’ ċċempel fuq in-numri t’hawn fuq għal trasport b’xejn meta tkun sejjer tagħti d-demm

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.