1 minute read

Tiġi fi tmiem SkolaSajf

Tiġi fi tmiem SkolaSajf, inizjattiva ta’ ĠEMMA

T o n i o B o n e l l o

Id-dinja ġdida li offrilna l-Covid bidlilna s-sistema saħansitra ta’ kif nikkomunikaw bejnietna. Il-prassi komuni ta’ laqgħa informali bejn tnejn jew aktar għal xi kafè inbidlet għal diskussjoni virtwali minn djarna stess permezz ta’ xi sors ta’ teknoloġija bħal computer, tablet jew anke ċellulari.

Dan il-fenomenu surreali laqgħat kull sens ta’ skop ta’ konversazzjoni, kemm jekk dwar familja, ħbiberija, negozju jew xogħol. Imma s-sajf tal-2022 ġab miegħu lura ftit serħan il-moħħ u pass ieħor lejn dik li nsejħulha, normalità. Hekk reġgħu bdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-massa, il-festi, il-fieri, il-kunċerti, it-tiġien, il-festini u l-kumplament. Kien f’dan l-isfond li anke t-tim li jaħdem dwar il-kampanja nazzjonali ĠEMMA fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ħa l-opportunità biex nhar it-30 t’Awwissu ltaqa’ b’mod informali fi stabbiliment f’Ħal Balzan, kemm biex ngħidu kelma bejnietna f’ambjent informali, però wkoll biex twasslet fi tmiem il-kampanja SkolaSajf. Hekk kif jixraq kienu mistiedna jattendu wkoll l-għalliema li pparteċipaw f’dan il-proġett.

Ħajr ta’ dan imur għal Helena Holland, il-kap tal-Kampanja Nazzjonali ĠEMMA, kif ukoll Daniela Xuereb, Team Manager tal-Kampanja li ħadet ħsieb l-organizzar ta’ dan l-avveniment.

This article is from: