
6 minute read
Tnedija ta' servizz ġdid online Il-Vjolenza domestika hi affari ta’ kulħadd
Tnedija ta' servizz ġdid online
I M U T e a m
Launch of new online service
Repay an Overpayment – Employer P h o t o b y A n d r e a P i a c q u a d i o
Tnedija ta' servizz ġdid online Ħlas Lura ta' Pagament Żejjed - Min Iħaddem
This service provides the facility for an employer who receives an overpayment advise letter in connection with a claim for tapering of benefits, to repay online the amount due to the Department of Social Security. The information provided in the overpayment advice letter is to be utilised to complete the online overpayment repayment. Once the employer receives a Notice of Overpayment from the Department of Social Security, the overpayment may be repaid online. The employer can authorise a representative to make an online repayment on their behalf.

Dan is-servizz jipprovdi l-faċilità lil min iħaddem li jirċievi ittra ta' avviż ta' ħlas żejjed b'rabta ma' talba għal tnaqqis gradwali tal-benefiċċji, iħallas online l-ammont dovut lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. L-informazzjoni pprovduta fl-ittra ta’ avviż għandha tintuża sabiex isir il-ħlas lura online tal-pagament żejjed.
Ladarba min iħaddem jirċievi Avviż ta' Ħlas Żejjed mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, il-ħlas żejjed jista' jitħallas lura online. Min iħaddem jista' jawtorizza rappreżentant biex jagħmel ħlas lura online f'isimhom.
Enhanced online service
Banking Details Through this service, you can change the Banking Details of how you are receiving your benefit or how to update your banking details held by the Department of Social Security. It is important to keep your Banking Details up to date. It's easy to update your Banking information held with the Department of Social Security online. By authenticating with their e-ID, an Agent, Administrator, or Agent appointed by an Administrator who is duly registered with the Department of Social Security, can change the banking details of the social security beneficiary being represented. As a citizen registered under the Social Security Act (Cap. 318.), you can now update your banking details held by the department by authenticating with your e-ID, even though you may not be a beneficiary to date.

id-Dettalji Bankarji tiegħek aġġornati. Huwa faċli li taġġorna l-informazzjoni Bankarja tiegħek miżmuma mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali online. Billi jawtentikaw bl-e-ID tagħhom - Aġent, Amministratur, jew Aġent maħtur minn Amministratur li huwa debitament irreġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jistgħu jibdlu d-dettalji bankarji tal-benefiċjarju tas-sigurtà soċjali li jkun qed jiġi rappreżentat. Bħala ċittadin reġistrat taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.), issa tista' taġġorna d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mad-dipartiment billi tawtentika bl-e-ID tiegħek minkejja li m'intix benefiċjarju sa issa.

Servizz online imtejjeb Dettalji Bankarji Permezz ta’ dan is-servizz, tista’ tibdel id-Dettalji Bankarji ta’ kif qed tirċievi l-benefiċċju tiegħek jew taġġorna d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Huwa importanti li żżomm

Il-Vjolenza domestika hi affari ta’ kulħadd
A u d r e y F r i g g i e r i K u m m i s s a r j u d w a r i l-v j o l e n z a d o m e s t i k a u l-v j o l e n z a a b b a ż i t a l-ġ e n e r u L-abbuż u l-vjolenza fir-relazzjonijiet tagħna huma affari ta’ kulħadd. Proprju għalhekk din hija t-tema magħżula tas-16-il-jum ta’ attiviżmu internazzjonali 2022 li jibdew fil-25 ta’ Novembru u jispiċċaw fl-10 ta’ Diċembru ta’ kull sena.
Spiss jgħaddilna minn moħħna li ħajja intima m’għandhiex tiġi mperrċa fil-pubbliku, li l-privatezza tagħna hija sagrosanta. Forsi dan il-ħsieb iddgħajjef xi ftit f’dan iż-żmien fejn il-midja soċjali qed tinfiltra kull aspett ta’ ħajjitna, iżda jibqa’ l-fatt li aħna nħossuna komdi u siguri fl-ispazju personali tagħna. U nemmen li hekk għandu jkun.
Iżda fejn tidħol is-sigurtà tal-bniedem jeħtieġ naqtgħu linja. F’dan il-punt jidħlu d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-liġi, għax il-vjolenza hija reat. lkoll kemm aħna għandna dritt ngħixu b’serħan il-moħħ, ’il bogħod minn kwalunkwe periklu li jista’ jaffettwalna saħħitna u ħajjitna. Meta persuna tiġi abbużata ġewwa darha stess, meta d-dinjità tagħha ma tiġix onorata u ħajjitha titpoġġa fil-periklu jeħtieġ li din tiġi mgħejjuna u protetta akkost ta’ kollox. Bl-istess mod, persuna li għandha problema biex tikkomunika b’mod san u tikkontrolla lilha nnifisha jeħtieġ li tiġi mgħejjuna.
Ir-raġunijiet għalfejn persuna tagħmel ħsara ’l dawk qrib tagħha jistgħu jkunu varji: jaf ikun hemm skop ta’ kontroll, kundizzjonijiet mentali jew saħansitra abbuż ta’ sustanzi li jaffettwaw il-ħsieb u l-aġir tagħha. Kemm dawk li jeżerċitaw l-abbuż u l-vjolenza, kif ukoll dawk li jirċevuha għandhom bżonn l-għajnuna u s-sapport sabiex iġeddu ħajjithom għall-aħjar u jitfejqu mill-miżerja li tkun ħakmithom. Dan mhux faċli peress li spiss in-nies jaħsbu li aħjar ma jitkellmux, għax inkella ħajjithom issir agħar: “Min jaf kemm se jgħidu bina?!” “Ara kemm se jinkwetaw il-familjari!” “Ara t-tfal kemm se jgħajjruhom l-iskola!” “Min jaf jibqgħux ħbieb miegħi sħabi?” “Tgħid nitlef id-dar?” “X’se jiġri mit-tfal?” “X’se jsir minni?”
Huwa normali li jiġi elf ħsieb f’moħħna qabel nieħdu pass tant importanti, li niffaċċjaw ix-xjaten tagħna u nitkellmu dwarhom ma’ xi ħadd ieħor. Iżda xejn m’hu iktar importanti mis-sigurtà u s-saħħa tagħna u tal-maħbubin tagħna!
Sakemm qed tissaporti l-abbuż u l-vjolenza ġewwa darek, tkun qed taċċetta li jkomplu jitwettqu, li tista’ tweġġa’ serjament, u li uliedek qed jaraw ħruxijiet li moħħhom ma jiflaħx għalihom u li qed jaffettwalhom l-iżvilupp mentali u emozzjonali tagħhom fit-tul.


R i t r a t t : M a r t P r o d u c t i o n Fi kliem ieħor tkun qed tilgħab man-nar. Żgur li ma tkunx qed tagħmlilhom ġid lit-tfal billi tibqa’ ġewwa relazzjoni vjolenti, tgħix taħt l-istess saqaf ma’ persuna li tkun ħabbejt u li issa saret l-għadu tiegħek.

Il-vjolenza domestika hi affari ta’ kulħadd għax aħna lkoll bnedmin u lkoll għandna l-familja tagħna. Kull familja jista’ jkollha persuni abbużivi u vjolenti għax il-vjolenza domestika ma tħarisx lejn uċuh jew lejn klassi soċjali. Għalhekk tista’ tolqotna lkoll xi darba jew oħra. Tista’ tkun oħtok, bintek, kuġintek, u jista’ jkun ibnek, ħuk jew missierek. Il-lista twila, għax jista’ jkun kulħadd – kemm il-persuna ivvittimizzata jew anke dik vjolenti.
Għaldaqstant niżbaljaw meta nirraġunaw li l-vjolenza domestika hija problema ta’ ħaddieħor, sakemm ma taffettwax lilna. Aħna fid-dmir li nitkellmu, nirrappurtaw u ngħinu kif nistgħu meta nintebħu bit-tbatija ta’ xi ħadd li ikun għaddej minnha. Bl-istess mod importanti li jekk int stess qed tesperjenza l-abbuż u l-vjolenza f’darek titkellem ma’ xi ħadd li tafda jew tagħmel rapport lill-pulizija.

Hemm servizzi li twaqqfu apposta, għax il-vjolenza domestika hija reat u marda soċjali mifruxa iktar milli nammettu jew naħsbu. Twaqqfu biex jgħinu u jipproteġu, għax is-sigurtà hija dritt ta’ kulħadd. Dawn huma servizzi b’xejn, biss telefonata waħda ’l bogħod.
Ċempel 179 biex titkellem ma’ nies imħarrġa biex jisimgħuk u jgħinuk
Ċempel 112 f’każ ta’ emerġenza