5 minute read

Il-pjaga tas-solitudni

Next Article
Ottubru Roża

Ottubru Roża

V i n c e T o n n a M . G e r ; D i p . A p p l . S o c i a l S t u d i e s S o c i a l W o r k e r

Fi studju li sar fi-2019 mill-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà kien indikat b’mod allarmanti kemm hemm fostna persuni Maltin li jħossuhom jgħixu fis-solitudni. Dan l-istudju wera li fostna hemm 200,000 persuna li qed jgħixu fis-solitudni!

Ir-rapport jindika wkoll li kull sena dan in-numru bi problema ta’ solitudni qed jiżdied f’kull persuna ta’ etajiet differenti. Qed iħossuhom li għandhom sens ta’ vojt f’ħajjithom, anke minkejja li qed ngħixu f’dinja li saret bħal raħal u miżgħud b’mezzi teknoloġiċi. Biex inkompli ma’ dan is-suġġett nixtieq niddefinixxi s-solitudni skont id-dizzjunarju Merriam-Webster. Min qed ibati bis-solitudni għax m’għandux kumpanija; maqtugħa minn oħrajn u/jew imdejjaq billi jkun waħdu. Irrid nagħmlu wkoll distinzzjoni bejn is-solitudni: A) tħossok waħdek. B) iżolat/a meta tħossok waħdek u ftit li xejn għandek kuntatti soċjali. (Jista’ jkun minħabba nuqqas ta’ mobilità jew persuna tkun timida ħafna). C) deżolat/a: Tkun waħdek wara li tlift lil xi ħadd għażiż tiegħek u tkun abbandunat speċjalment mill-qraba tiegħek. F’diversi studji oħra dwar is-solitudni fost l-anzjani jgħidu li l-anzjani ma jgorrux dwar il-problema tas-solitundni aktar miż-żgħażagħ! Huwa imperattiv il-kwalità tar-relazzjonijiet li jkollna man-nies hija kruċjali. Wieħed jista’ jiltaqa’ ma’ ħafna nies f’ħajtu iżda jħossu lonely għaliex ma jkunx jista’ jikkomunika tajjeb magħhom. Minn naħa l-oħra, persuna tista’ jkollha kuntatt intimu ma’ persuna waħda biss u tegħleb il-problema tas-solitudni! Meta xi ħadd jispiċċa lonely jgħaddi minn fażi ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni u li din tista’ twasslu biex jaħrab in-nies u jispiċċa b’dipressjoni u ansjetà kbira!

R i t r a t t : K e e n a n C o n s t a n c e

Persuna tista’ wkoll taqa’ fis-solitudni minħabba:  li għaddiet mill-esperjenza ta’ separazzjoni;  persuna li kienet kostretta li tmur tgħix f’post ieħor bħal f’xi Dar Residenzjali;  tappartieni f’reliġjon li ma hijiex bħal tal-ġirien tagħha;  tħaddan politika differenti minn dawk ta’ madwarha;  qegħda tara l-ħbieb tagħha jmutu jew jidħlu f’xi Dar Residenzjali jew Sptar  tilfet xi pet li jkun għal qalbha.  persuna li tilfet xi għażiż tagħha. Ftit suġġerimenti li nixtieq nelenka sabiex aħna ma ngħixux fis-solitudni huma: a) nippruvaw niżviluppaw it-talenti/skills tagħna. Anzi nitgħallmu xi talent ġdid. b) naqbdu hobbies ġodda. c) niltaqgħu aktar man-nies sabiex inwessgħu ċ-ċirku tal-ħbieb tagħna. d) nagħmlu xogħol volontarju. e) nirrakkomanda wkoll li dawk in-nies li ma jistgħux jegħlbu din il-problema tas-solitudni għandhom jitolbu l-għajnuna ta’ xi professjonist.

Fil-kamra tas-silenzju fejn jinbena l-vjolin

Intervista ma’ Charlo Xuereb, Lutjier tal-Vjolini

M a r y A n n e Z a m m i t

Il-ħoss tal-vjolin hu wieħed partikulari li jqajjem is-sensi kollha u li jeħodna f’dinja oħra. Iżda wara kull vjolin hemm storja differenti u proċess twil li fih jinbena. Fost dawn hemm emozzjonijiet tal-lutjier li għal xhur sħaħ ikun ħadem fis-solitudni sabiex jibni vjolin. Dan il-mistjier hu aktarx rari u reċentament kelli l-opportunità niltaqa’ mal-lutjier Charlo Xuereb minn Marsaskala. Xuereb jibni l-vjolini kif ukoll hu restawratur tagħhom. Żort lil Charlo fil-post eżattament fejn jaħdem biex stajt nara b’għajnejja stess kif isir il-proċess tal-bini tal-vjolini fl-injam partikulari u l-għodda li tintuża apposta, ħafna drabi magħmula minn Xuereb stess. Beda biex qalli li l-istrumenti tal-mużika ilhom jeżistu għal ħafna żmien u saħansitra jmorru lura fl-era Biżantina, imma jidher li l-aktar li ħadu spunt kien fis-seklu sittax b’dawk l-aktar popolari jkunu l-Vjolin, il-Vjola u l-Vjolinċell. “Wara li għaddew minn ħafna tibdil kien fl-1566 li ħadu spinta ’l quddiem mill-familja Amanti, u dak l-aktar famuż Antonio Stradivari. Il-mistjier ta’ lutjier hu wieħed uniku u impenjattiv ħafna u li ftit li xejn hawn min jiprattikah”, kompla jgħidli. Charlo spjegali kif il-proċess tal-vjolin hu wieħed sabiħ u interessanti fejn l-ewwel ma jibda jaħdem ikun fuq blokki tal-injam magħrufa bħala spruce.u maple li fil-biċċa l-kbira tiegħu dan jiġi impurtat mill-Balkani. “Il-blokok fihom infushom jiswew il-flus imma dawn ikunu tal-aħjar kwalità għal biċċa xogħol professjonali bħal m’hu vjolin. Bejn wieħed u ieħor il-proċess biex jinbena vjolin idum madwar xahrejn.” Il-blokki jiġu maqtugħa bi preċiżjoni kbira wara ħafna kalkoli fejn imbagħad isir id-disinn li jrid ikun dettaljat u b’ġeometrija eżatta. Charlo żied jgħid li hu jagħżel li jimxi fuq il-mudell tal-Guarnieri del Gesù u bir-raġun għax dawn huma rinomati ħafna. “Għal dan il-fatt, ħafna lutjieri kontemporanji jimxu fuqu. Giuseppe Guarnieri del Gesù hu isem ieħor famuż fejn jidħol il-bini tal-vjolini u jħabbatha sew ma’ dawk ta’ Stradivarius. Il-proċess ikompli billi nsib iċ-ċentru u nagħmel il-forma li trid tkun waħda awtentika”, kompla Xuereb.

In-namra għal vjolini ilha li nibtet f’Charlo sa minn tfulitu li minn dejjem affaxina ruħu bil-ħoss tal-vjolin, kemm waqt li qed jisimgħu f’xi festa jew f’xi kunċert. Din il-passjoni kompliet tikber fih sa ma wasal biex beda jistudja l-mużika u l-istrument innifsu. Għalih, il-mużika u l-istess ħoss tal-vjolin beda jqishom bħala lingwa u anke beda jiżviluppa l-widna għalihom.

Irid jingħad li Xuereb kellu diġà għarfien tal-iskultura, ix-xogħol tal-injam, il-bini u l-arti teknika. Dawn l-ingredjenti flimkien ħolqu fih l-artist sħiħ li hu llum, iżda jistqarr li l-akbar passjoni kienet, għadha u tibqa dik lejn il-vjolin. Ta’ 27 sena bdiet tberren f’moħħu l-mistoqsija dwar kif vjolin jimbena minn ġewwa u minn xiex ikun magħmul u hekk, ftit ftit beda wkoll il-mistjier ta’ restawratur. Bla dubju, Charlo huwa bniedem artistiku, jgħix għall-arti waqt li kontinwament jivvjaġġa fil-mistjier tiegħu. B’hekk mix-xogħol tar-restrawr, Charlo beda janalizza kif il-vjolin hu mfassal u dan waslu biex beda jibnihom hu stess. Aktar tard Xuereb beda jaqra u jagħmel ir-riċerka tant li beda jistudja bis-serjetà ma’ persuna intiża fil-qasam. Charlo kuntent ħafna f’din it-triq li qabad imma jistqarr, “Jekk tgħidli, ‘wasalt x’imkien?’, ngħidlek li le għax it-triq hija twila u trid tibqa’ miexi ’l quddiem dejjem. Però għalija hu ta’ sodisfazzjon kbir li nisma’ vjolin idoqq li nkun bnejtu jien stess.’

Għal Charlo, il-vjolin għandu l-faxxinu tiegħu u jixtieq li jkun hawn aktar lutjieri bħalu sabiex

ikomplu f’dan il-mistjier. Verament, ikolli ngħid, din kienet intervista interessanti u li tefgħet, anke fuqi stess, dawl ġdid dwar il-proċess tal-bini tal-vjolini. C h a r l o X u e r e b , L u t j i e r t a l-V j ol i n i

This article is from: