1 minute read

Wasal il-Bambin

M C h r i s t i n e A g i u s S u p e r v i s o r H R U n i t S t V i n c e n t d e P a u l L o n g T e r m C a r e F a c i l i t y

Kieku kelli nistaqsi, din is-siegħa, dan il-ħin, fejn kellu jitwieled, jekk jiġi l-bambin?

Maria w’Ġużeppi, fejn se jfittxu kenn, fil-ġebel imġarraf, fil-bombi, fil-ġenn?

Inkella f’xi dgħajsa, fil-mewġ u t-taqbid, Il-bogħod minn Erodi li joqtlu jrid?

Biex forsi kif jaslu għajjiena f’xi port, isibu li qed joqtlu, it-trabi bl-abort! U jimxi fit-toroq, fl-irħula w’l-ibliet, kull tieqa itteptep, fil-lejl tal-Milied.

Jibqa dieħel sa ġewwa, fi qlub il-bnedmin, uħud b’qalbhom maqsuma, oħrajn imnikktin.

Dik l-omm imbikkija, għax binha drogat, ma tafx x’se jsir minnu, matul das-sigħat.

Missier li jisforza, biex ferħana jżomm, l-uliedu mċaħħda mill-imħabba tal-omm.

U l-purċissjoni għaddejja, iġġorr lil Bambin, li suppost qed jitwieled, fi qlub il-bnedmin!

This article is from: