Malta Missjunarja Lulju 2022

Page 8

Lulju 2022

MILL‑KATEKIŻI TAL‑PAPA – DUN VICTOR AGIUS

Lil Hinn Minn Imħabba Idillika u Perfetta

”Jekk jogħġbok” ‑ “Grazzi” ‑ “Skużani”

Q

ed inġibulkom silta mill‑Kapitlu 4 tal‑eżortazzjoni postsinodali Amoris laetitia li titkellem b’mod konkret ħafna fuq diversi aspetti tal‑ħbiberija tal‑miżżewġin. Insibu fiha l‑istedina biex: “Naċċettaw b’realiżmu l‑limiti, l‑isfidi u l‑imperfezzjonijiet, u nagħtu widen għall‑appell biex nikbru fl‑għaqda u nħallu l‑imħabba timmatura biex nikkultivaw is‑solidità tal‑għaqda, jiġri x’ jiġri.” Papa Franġisk jgħidilna hekk:

“L‑imħabba tal‑ħbiberija tiġbor flimkien l‑aspetti kollha tal‑ħajja taż‑żwieġ u tgħin lill‑membri tal‑familja jibqgħu mexjin ’ il quddiem fil‑fażijiet kollha tagħha. Għalhekk, il‑ġesti li jesprimu din l‑imħabba għandhom ikunu bla limitu, bla ebda xeħħa u b’ġenerożità kbira. Fil‑familja hemm bżonn nużaw tliet kelmiet. U nerġa ngħidha: tliet kelmiet: jekk jogħġbok, grazzi, skużani. 8

Tliet kelmiet li huma muftieħ! Meta fil‑familja ħadd ma jagħmel li jrid u kulħadd jitlob permess: jekk jogħġbok nista’? meta fil‑familja ħadd ma jkun egoist u jitgħallem jgħid grazzi, u meta fil‑familja jiġri li xi ħadd jinduna li għamel xi ħaġa ħażina u jaf

jgħid skużani, f ’ dik il‑familja hemm il‑paċi u hemm il‑ferħ. Ejja ma nkunux xħaħ fl‑użu ta’ dawn il‑kelmiet, inkunu ġenerużi f ’ li ntennuhom ta’ kuljum, għax ċerti silenzji jtaqqlu, xi drabi anki fil‑familja, bejn raġel u mara, bejn ġenituri u wlied, bejn l‑aħwa. Min‑naħa l‑oħra, il‑kliem f ’postu, li jingħad fil‑mument it‑tajjeb, iħares u jirfed l‑imħabba jum wara l‑ieħor. Dan kollu jitwettaq f ’mixja li fiha wieħed dejjem jikber. Din l‑għamla hekk partikolari ta’ mħabba li hija ż‑żwieġ, hija msejħa biex timmatura


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.