
4 minute read
Katekeżi Tal‑Papa
Qed inġibulkom silta mill‑Kapitlu 4 tal‑eżortazzjoni postsinodali Amoris laetitia li titkellem b’mod konkret ħafna fuq diversi aspetti tal‑ħbiberija tal‑miżżewġin. Insibu fiha l‑istedina biex: “Naċċettaw b’realiżmu l‑limiti, l‑isfidi u l‑imperfezzjonijiet, u nagħtu widen għall‑appell biex nikbru fl‑għaqda u nħallu l‑imħabba timmatura biex nikkultivaw is‑solidità tal‑għaqda, jiġri x’jiġri.”
Lil Hinn Minn Imħabba Idillika u Perfetta
”Jekk jogħġbok” ‑ “Grazzi” ‑ “Skużani”

Tliet kelmiet li huma muftieħ! Meta fil‑familja ħadd ma jagħmel li jrid u kulħadd jitlob permess: jekk jogħġbok nista’? meta fil‑familja ħadd ma jkun egoist u jitgħallem jgħid grazzi, u meta fil‑familja jiġri li xi ħadd jinduna li għamel xi ħaġa ħażina u jaf jgħid skużani, f’dik il‑familja hemm il‑paċi u hemm il‑ferħ. Ejja ma nkunux xħaħ fl‑użu ta’ dawn il‑kelmiet, inkunu ġenerużi f’li ntennuhom ta’ kuljum, għax ċerti silenzji jtaqqlu, xi drabi anki fil‑familja, bejn raġel u mara, bejn ġenituri u wlied, bejn l‑aħwa. Min‑naħa l‑oħra, il‑kliem f’postu, li jingħad fil‑mument it‑tajjeb, iħares u jirfed l‑imħabba jum wara l‑ieħor. Dan kollu jitwettaq f’mixja li fiha wieħed dejjem jikber. Din l‑għamla hekk partikolari ta’ mħabba li hija ż‑żwieġ, hija msejħa biex timmatura
Papa Franġisk jgħidilna hekk:
“L‑imħabba tal‑ħbiberija tiġbor flimkien l‑aspetti kollha tal‑ħajja taż‑żwieġ u tgħin lill‑membri tal‑familja jibqgħu mexjin ’il quddiem fil‑fażijiet kollha tagħha. Għalhekk, il‑ġesti li jesprimu din l‑imħabba għandhom ikunu bla limitu, bla ebda xeħħa u b’ġenerożità kbira. Fil‑familja hemm bżonn nużaw tliet kelmiet. U nerġa ngħidha: tliet kelmiet: jekk

kontinwament, għax għaliha jeħtieġ napplikaw dejjem dak li San Tumas t’Aquino kien jgħid dwar il‑karità: “Il‑karità, mill‑istess natura tagħha, m’għandha xejn xi jrażżanha kemm tikber, la hi stess hi sehem mill‑karità bla tarf, li hija l‑Ispirtu s‑Santu. Lanqas lis‑suġġett ma jista’ jitqegħedlu limitu, għax aktar ma tikber il‑karità, aktar toktor ukoll il‑ħila għal iktar tkabbir.” San Pawl jgħidilna bil‑qawwa: “Jalla l‑Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl‑imħabba għal xulxin u lejn kulħadd,” (1 Tess. 3:12); u jżid: “Fuq l‑imħabba tal‑aħwa nħeġġukom, ħuti, li tagħmlu aktar minn hekk.” (1 Tess. 4:9‑10) Aktar minn hekk, l‑imħabba fiż‑żwieġ, qabel xejn, ma nħarsuhiex billi nitkellmu dwar l‑indissolubbiltà bħala obbligu, jew billi nirrepetu duttrina, imma billi tissaħħaħ bil‑grazzja li kontinwament tgħinha tikber. L‑imħabba li ma tikbirx tkun qed tirriskja. Nistgħu nikbru biss jekk inwieġbu għall‑grazzja divina permezz t’iżjed għemejjel ta’ mħabba, b’atti ta’ tjieba iżjed spissi, iżjed qawwija, iżjed ġenerużi, iżjed ħelwa, iżjed ferrieħa. Ir‑raġel u martu “jħossu xi tfisser l‑għaqda tagħhom u jsibuha dejjem aktar minn jum għall‑ieħor”. Id‑don tal‑imħabba divina li tissawwab fuq il‑miżżewġin hu fl‑istess waqt sejħa għal żvilupp kontinwu ta’ dan ir‑rigal tal‑grazzja.

Ma jagħmlux ġid ċerti fantasiji dwar l‑imħabba
idillika u perfetta, li hekk hija mċaħħda minn kull stimolu li tikber. Idea għolja wisq tal‑imħabba fuq din l‑art tkun qed tinsa li l‑aħjar għad irid jasal, u hu l‑inbid misjur biż‑żmien. Kif fakkruna l‑isqfijiet taċ‑Ċili: “ma jeżistux familji perfetti kif tipproponihomlna l‑pubbliċità qarrieqa u konsumeristika. Fihom is‑snin ma jgħaddux, ma
Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja jeżistix mard, tbatija u mewt. Ir‑riklami konsumeristi juruna illużjoni li m’għandha xejn x’taqsam mar‑realtà li jridu jħabbtu wiċċhom magħha, jum wara l‑ieħor, il‑missirijiet u l‑ommijiet ta’ familja”. Aktar jiswielna ta’ ġid jekk naċċettaw ir‑realiżmu tal‑limiti, l‑isfidi u l‑imperfezzjonijiet, u nisimgħu s‑sejħa biex nikbru magħqudin, biex nikbru fl‑imħabba u nieħdu ħsieb li r‑rabta tibqa’ soda jiġri x’jiġri.
Id‑djalogu: huwa mod ipprivileġġjat u indispensabbli biex ngħixu, nesprimu u nikbru fl‑imħabba fil‑ħajja taż‑żwieġ u fil‑familja. Imma jitlob taħriġ twil u impenjattiv.
Irġiel u nisa, adulti u żgħażagħ, għandhom modi differenti minn xulxin kif jikkomunikaw, jużaw lingwaġġ differenti, jimxu b’regoli oħrajn. Il‑mod kif isiru l‑mistoqsijiet, il‑mod kif jiġu mwieġba, it‑ton użat, il‑mument u ħafna fatturi oħra jistgħu jikkundizzjonaw il‑komunikazzjoni. Barra minn hekk, dejjem hemm bżonn niżviluppaw ċerti atteġġjamenti li huma espressjoni ta’ mħabba u jagħmluha possibbli li jkollna djalogu awtentiku. Insibu
l‑ħin, ħin ta’ kwalità, li jikkonsisti fi smigħ bis‑sabar u l‑attenzjoni sa ma l‑ieħor ikun esprima dak kollu li xtaq jesprimi. Dan jitlob minna li nitħarrġu biex ma nibdewx nitkellmu aħna qabel ma jkun il‑waqt it‑tajjeb. Flok nibdew noffru l‑fehmiet u l‑pariri tagħna, irridu naraw li nkunu smajna dak kollu li l‑ieħor iħoss li għandu jgħid. Dan jitlob minna skiet ġewwieni biex nistgħu nisimgħu bla storbju fil‑moħħ u fil‑qalb tagħna: ninżgħu kull għaġla, inwarrbu fil‑ġenb il‑ħtiġijiet u l‑urġenzi tagħna biex nagħmlu l‑wisa’. Ħafna drabi wieħed mill‑miżżewġin mhux soluzzjoni għall‑problemi tiegħu jkollu bżonn, imma li jiġi mismugħ. Irid iħoss li l‑uġigħ tiegħu, id‑delużjoni tiegħu, ir‑rabja tiegħu, it‑tama tiegħu u l‑ħolma tiegħu, ġew mismugħa.”

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI
Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra. Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt