
5 minute read
Dehriet tal‑Madonna
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja
L‑Erbatax‑‑il Parti
Mariette u oħtha.
Il‑Verġni tal‑Fqar f’Banneux, il‑Belġju
Mariette Beco, tifla ta’ ħdax‑il sena stqarret li kellha dehriet tal‑Madonna mill‑15 ta’ Jannar sat‑2 ta’ Marzu 1933, f’Banneux, raħal li jinsab fix‑Xlokk tal‑belt ta’ Liège, fil‑Belġju. Il‑Ħadd 15 ta’ Jannar 1933, Mariette kienet qiegħda tħares mit‑tieqa tal‑kċina li tagħti għall‑bitħa tad‑dwejra fqajra tal‑familja tagħha tistenna lil ħuha Julien ġej id‑dar. Kienu s‑sebgħa ta’ filgħaxija u kien diġà dalam. Kienet kesħa kbira. Ommha kienet fil‑kamra ta’ wara tkompli bix‑xogħol tad‑dar, il‑missier Julian u l‑bqija tal‑familja kienu diġà rtiraw; ħadd minnhom ma kien mar l‑quddies dak il‑Ħadd filgħodu. Missier Mariette, li kien ‘wiremaker’ bla xogħol, għalkemm Kattoliku, kien ilu snin ma jmur quddies u ommha Louise wkoll ma kenitx devota ħafna. Mariette kienet ilha xahrejn ma tmur knisja u kienet sejra ħażin fil‑lezzjonijiet tal‑katekiżmu. Kienet weħlet tliet darbiet mill‑eżami għall‑Ewwel Tqarbina tagħha.
F’dik il‑lejla, Mariette rat xi ħaġa fil‑bitħa. Ħasbet li


Mariette quddiem il‑kappella waqt il‑kostruzzjoni.
kienet riflessjoni tal‑lampa taż‑żejt tagħha. Ċaqalqet il‑lampa għal kamra oħra, u ħarset sew. Issa setgħet tilmaħ sew Sinjura sabiħa kollha mdawla bil‑Kuruna tar‑Rużarju f’idejha, milwija kemxejn ’il quddiem u ħafja fil‑borra. Waħda minn saqajha kienet tidher u kellha ward tad‑deheb bejn is‑swaba’. Kienet liebsa libsa bajda b’faxxa blu u velu abjad trasparenti. Mariette mill‑ewwel sejħet lil ommha u qaltilha b’dik id‑dehra, qisha tal‑Madonna, imma ommha ma tatx kas, għalqet it‑tieqa u pprojbiet lit‑tifla tħares lejn id‑dehra. Meta ħuha ġie d‑dar u sema’ x’ġara qal li ma kien ra xejn fil‑bitħa u forsi kienu l‑imrieżaq tas‑silġ li rriflettew b’mod stramb, u ħawdu lil Mariette. L‑għada, wara l‑iskola, Mariette flimkien ma’ ħabibtha marret tgħid lill‑Kappillan Dun Louis Jamin bid‑dehra li kellha, imma l‑Kappillan ħaseb li Mariette kienet qiegħda tivvinta din id‑dehra biex tipprova timita d‑dehriet tal‑Madonna li kienu seħħew ftit qabel f’Beauraing, ukoll fil‑Belġju. Fil‑jumejn ta’ wara, is‑Sinjura ma reġgħetx dehret, imma Mariette saret aktar devota u reġgħet bdiet tmur għall‑katekiżmu. Tgħallmet il‑lezzjonijiet tagħha perfettament, u dan issorprenda wisq lil Dun Jamin li għalhekk issa ħeġġiġha biex tistaqsi lil dik is‑Sinjura tad‑dehra min kienet. Fit‑18 ta’ Jannar 1933, filgħaxija, Mariette ħarġet fil‑bitħa,
Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja niżlet għarkopptejha u bdiet tgħid ir‑Rużarju. Ftit wara telqet mid‑dar imgħaġġla. Missierha mexa warajha flimkien ma’ xi ġirien tagħhom, lejn it‑triq prinċipali sakemm waslet ħdejn nixxiegħa, li fiha Mariette daħħlet idejha kif kienet qaltilha s‑Sinjura li kienet reġgħet dehritilha. Wara din id‑dehra kien hemm sitt dehriet oħra; f’waħda minnhom Mariette, fuq parir tal‑Kappillan, staqsiet lis‑Sinjura x’jisimha u din weġbitha hekk: “Jiena l‑Verġni tal‑fqar,” u kompliet tgħidilha: “Emmen fija u jiena nemmen fik. Itlob ħafna,” u mexxiet lit‑tifla lejn in‑nixxiegħa u qaltilha: “Din in‑nixxiegħa hija għal kulħadd, għall‑ġnus kollha, għall‑foqra u l‑morda kollha. Nixtieq ukoll li tinbena kappella. Jien ninterċedi

għall‑foqra u għal dawk kollha li qed ibatu.”
Fil‑11 ta’ Frar 1933, Mariette rċeviet l‑Ewwel Tqarbina mingħand Dun Jamin. L‑aħħar darba li l‑Madonna dehret lil Mariette kien fit‑2 ta’ Marzu 1933. Wara dawn id‑dehriet il‑familja Beco u ħafna oħrajn saru Kattoliċi prattikanti, u bdew imorru l‑quddies aktar ta’ spiss. Inbniet il‑kappella u n‑nixxiegħa saret il‑post ta’ fejqan għal ħafna nies. Waqt l‑okkupazzjoni Ġermaniża tal‑Belġju fl‑1942, matul il‑gwerra, Mariette żżewġet bejjiegħ Olandiż. Waqt il‑battalja ta’ Bulge fl‑1944‑45, kappillan Amerikan sab lilhom u lit‑tarbija tagħhom ta’ ħmistax‑il xahar jgħixu f’kantina żgħira okkupata mit‑truppi Amerikani.
L‑Approvazzjonijiet tal‑Knisja Kattolika
Sadanittant, fl‑1942 l‑Isqof Louis Joseph Kerkhofs ta’ Liège approva d‑devozzjoni lejn il‑Verġni tal‑Fqar, u fl‑1948 bdiet tinbena knisja ġdida u akbar li kellha tieħu post il‑kappella. Wara investigazzjonijiet intensi minn Kummissjonijiet Episkopali li bdew fid‑19 ta’ Marzu 1935, l‑Isqof ta’ Liège, fit‑22 t’Awwissu 1949, bl‑approvazzjoni tal‑Vatikan, afferma s‑sopranaturalità tad‑dehriet Marjani f’Banneux. Fis‑sena 1952 id‑dehriet kienu rikonoxxuti uffiċjalment mill‑Vatikan u fl‑14 t’Awwissu 1956 Mons. E. Forni, in‑Nunzju Appostoliku fi Brussell, inkuruna solennement l‑istatwa tal‑Verġni tal‑Fqar. Fis‑sena 1985, Papa Ġwanni Pawlu II żar Banneux u Mariette kellha udjenza miegħu. Fit‑31 ta’ Lulju 1999, Papa Ġwanni Pawlu II bagħat messaġġ appostoliku lill‑isqof ta’ Liège Mons. Albert Houssiau fl‑okkażjoni tal‑50 Sena Anniversaju minn dawn id‑dehriet. Siltiet minn dan il‑messaġġ tal‑Papa qaddis:

“Fl‑1933, ftit snin qabel it‑Tieni Gwerra Dinjija, Marija dehret f’Banneux bħala messaġġiera tal‑paċi. B’ċertu mod kienet qed issejjaħ lill‑mexxejja tas‑soċjetà biex isiru l‑artiġjani tal‑paċi u l‑edukaturi tal‑popli, tistieden lil kull persuna biex tieħu ħsieb ħutha, l‑aktar baxxi, l‑aktar disprezzati u dawk li jbatu, li huma kollha maħbubin minn Alla. Int min int, meta tiġi aggredit mill‑irjieħ tat‑tentazzjonijiiet, meta tara n‑nases tal‑isfortuna, ħares lejn il‑Kewkba, sejjaħ lil Marija. Jekk imnikket bil‑piż tad‑dnub u bil‑mistħija tat‑tbajja’ fuq il‑kuxjenza tiegħek, u tibda tħossok maħkum mid‑dwejjaq u t‑tentazzjoni tad‑disperazzjoni, aħseb f’Marija. Fil‑periklu, fid‑diqa u d‑dubju, aħseb f’Marija, sejjaħ lil Marija. Jalla isimha jkun dejjem fuq xofftejk u f’qalbek. U biex tikseb l‑interċessjoni tagħha, qatt tieqaf timxi fuq l‑eżempju
tagħha. Kun ċert li timxi warajha, ma titbigħedx minnha, u meta ssejħilha ma tħossokx iddisprat aktar. Id‑dehriet ta’ Banneux jistiednu lill‑Insara biex jistaqsu lilhom infushom dwar il‑misteru tat‑tbatija, li jsib is‑sens tiegħu fil‑Misteru tas‑Salib tal‑Mulej. Meta jħabbat wiċċu ma’ tbatija li, f’termini umani, hija inspjegabbli, min jemmen idur spontanjament lejn Alla li waħdu jista’ jgħin biex iġorrha u jissaportiha, filwaqt li jsostni t‑tama tiegħu ta’ salvazzjoni u beatitudni eterna. B’mod speċjali ħafna, Alla hu dejjem preżenti b’tenerezza u mħabba għal kull persuna li tkun imġarrba mill‑mard; kull persuna li toffri t‑tbatijiet tagħha tikkontribwixxi b’mod misterjuż biex tgħolli d‑dinja lejn Alla, u tieħu sehem b’mod speċjali fil‑ħidma tal‑fidwa tagħna. B’hekk hija magħquda b’mod partikulari ma’ Kristu s‑Salvatur tagħna. Hekk kif nafdakom f’idejn l‑interċessjoni tal‑Madonna ta’ Banneux u l‑qaddisin ta’ artkom, kordjalment nagħtikom il‑Barka Appostolika tiegħi, kif ukoll lill‑fidili li jivvjaġġaw lejn is‑Santwarju ta’ Banneux fl‑ispirtu tal‑Ġublew il‑Kbir, u lis‑saċerdoti u l‑fidili tad‑Djoċesi tiegħek u tad‑Djoċesijiet kollha tal‑Belġju.”

Wara d‑dehriet tal‑Madonna, Mariette ddeċidiet li tgħix ħajja kwieta mal‑familja għażiża
Papa Ġwanni Pawlu II jżur is‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Banneux, fil‑Belġju. tagħha. Fl‑2008 għamlet stqarrija finali dwar is‑sehem tagħha f’dawn id‑dehriet: “Jiena ma kontx ħlief pustiera li twassal il‑posta. Ladarba dan sar, il‑pustiera m’għadhiex ta’ importanza.” Filgħodu tal‑Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2011, Mariette Beco mietet fl‑età ta’ 90 sena, f’dar tal‑anzjani f’Banneux. L‑aħbar tal‑mewt tagħha malajr xterdet man‑nies ta’ Banneux u l‑pellegrini, li nikktet lil kulħadd.
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena
Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib: Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet

Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.