Skip to main content

Malta Missjunarja Lulju 2022

Page 1

MISSJUNA TA

A RJ

MA L

NEWSPAPER POST Lulju 2022 SENA 90

2022 SEN A

MI

SS

TAʼ SE

JO N

I

1932 R V IZ Z G Ħ A L L-

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

#ilmissioint

VO/1178

 02 ‘To Look From Above’  08 Jekk Jogħġbok – Grazzi ‑ Skużani  14 Ittra Mill‑Missjoni  32 Il‑Verġni Tal‑Fqar F’Banneux, Il‑Belġju għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL – CLAUDIA CINI

Lulju 2022

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

‘To Look From Above’

VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal

4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Katekeżi Tal‑Papa 11 Intervista Mal‑Arċisqof Tar‑Repubblika Ċeka 14 Ittra Mill‑Missjoni 17 Esperjenza 20 Il‑Jum Dinji Għan‑Nanniet u Għall‑Anzjani 23 Maratona #hopemissiofest 24 Reċensjoni Ta' Ktieb 26 90 Sena ta’ Storja 32 Dehriet tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Tfal Kambodjani jużaw banju bħala dgħajsa biex ibaħħru fuq ix‑Xmara Tonle Sap. Il‑kundizzjonijiet tal‑għajxien fiż‑żona huma diffiċli. 2

Il

‑film qasir li tnieda fl‑okkażjoni tal‑beatifikazzjoni ta’ Pauline Jaricot, inħadem mill‑Fides f ’isem l‑Opri Missjunarji Pontifiċji u jġib l‑isem ‘To Look From Above’. Għall‑preżentazzjoni, li saret nhar il‑Ġimgħa 13 ta’ Mejju fl‑Awditorju Ġwanni Pawlu II tal‑Università Pontifikali Urbaniana, attendew l‑Arċisqof Giampietro Dal Toso, President tal‑Opri Missjunarji Pontifiċji; Patri Tadeusz Nowak, Segretarju Ġenerali tal‑Opra tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi u Nataša Govekar, kap tad‑dipartiment teoloġiku‑pastorali tad‑Dikasteru Pontifiċju għall‑Komunikazzjoni. Id‑direttur, l‑awturi tal‑film, xi atturi u kollaboraturi tal‑produzzjoni, kienu wkoll preżenti. Il‑film jirrakkonta l‑istorja u l‑esperjenza ta’ fidi ta’ Pauline Jaricot permezz tal‑għajnejn u l‑ħajja ta’ Claire, żagħżugħa tal‑lum, u huwa maħsub bħala storja fi storja. L‑enfasi hija fuq ix‑xandir taċ‑ċentralità ta’ Kristu fil‑ħajja ta’ Pauline, biex it‑telespettaturi, speċjalment iż‑żgħażagħ, jinġibdu lejn il‑messaġġ li emmnet fih, l‑Evanġelju. L‑għażla waqgħet fuq ’l hekk imsejjaħ ‘story telling’ għaliex l‑istorja ta’ Pauline Jaricot hija storja tajba li kapaċi tittraxxendi l‑konfini tal‑ispazju u taż‑żmien.


Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

Tibqa’ rilevanti matul is‑sekli għax hija relatata man‑nutriment tal‑ħajja. (Mill‑messaġġ ta’ Papa Franġisku għall‑54 Jum Dinji tal‑Komunikazzjoni, n.2). Permezz ta’ xbihat u mużika, il‑film irid iwassal is‑sbuħija u l‑imħabba li Pauline sabet f ’Alla u li sawret il‑passjoni missjunarja tagħha, biex l‑udjenza tkun milquta, xewqa awtentika tal‑fidi Nisranija. Għal din ir‑raġuni, il‑film, li huwa disponibbli f ’ħames lingwi, se jkun intenzjonat għall‑proġezzjonijiet bil‑għan ta’ sensibilizzazzjoni u edukazzjoni missjunarja, iżda huwa maħsub ukoll bħala mezz ta’ ‘missio ad gentes’, għodda utli għall‑inizjattivi ta’ ‘Knisja li toħroġ’ f ’ambjent mhux Nisrani, u tkun disponibbli għad‑Direzzjonijiet Nazzjonali kollha tal‑ Opri Missjunarji Pontifiċji għal

dan il‑għan. Għall‑ġbid tal‑film, it‑tim ivvjaġġa lejn il‑postijiet oriġinali fi Franza. Ħadu sehem żgħażagħ mill‑moviment ‘Chemin‑neuf ’, li l‑membri tiegħu jiddedikaw ruħhom, fost affarijiet oħra, għall‑evanġelizzazzjoni permezz tal‑arti, kif ukoll żgħażagħ membri tal‑Opri Missjunarji Pontifiċji fi Franza. Minbarra l‑postijiet f’Lyon fejn Pauline kellha l‑esperjenza ta’ fidi tagħha, il‑postijiet tal‑ġbid jinkludu wkoll lil Rustrel, komunità fir‑reġjun ta’ Provence‑Alpes‑Côte d’Azur magħrufa bħala l‑‘Colorado of

Provence’ fejn Pauline Jaricot kienet waqqfet il‑fabbrika ta’ Notre Dame des Anges. Fl‑aħħar xeni tal‑film tidher ukoll it‑tfajla li esperjenzat il‑miraklu tal‑fejqan permezz tal‑interċessjoni ta’ Pauline Jaricot: Mayline Tran, li kellha tliet snin fiż‑żmien tal‑fejqan tagħha. Il‑familja Tran ipparteċipat fl‑aħħar stadji tal‑proġett, appoġġjat il‑proġett u tkellmu dwar l‑esperjenzi tagħhom stess fil‑krediti tal‑film. Il‑produzzjoni u l‑promozzjoni tal‑film saret b’kollaborazzjoni mad‑Direzzjonijiet Nazzjonali tal‑Opri Missjunarji Pontifiċji fl‑Awstralja, fl‑Irlanda, fil‑Gran Brittanja, f’Malta, fi Spanja, fil‑Kanada, fl‑Istati Uniti u fil‑Korea. Nistednuk tara l‑film billi żżur https://youtu.be/ N3aMiFk7KGI 

3


Lulju 2022

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Ilkoll Differenti, Imma Lkoll Bżonn Xulxin

Fl

‑ewwel paġni tal‑Ktieb tal‑Ġenesi nsibu li Alla ħalaq ir‑raġel u l‑mara differenti minn xulxin, iżda fl‑istess waqt kumplimentari għal xulxin. (Ġn. 2:20) Dak li nsibu fir‑raġel ma nsibuhx l‑istess fil‑mara u viċi versa. Kull wieħed u waħda aħna uniċi, jiġifieri la kien hawn u lanqas qatt jista’ jkun hawn xi ħadd eżatt bħalek. Kull wieħed u waħda għandna l‑karattru, il‑gosti u l‑fehmiet tagħna. Il‑ħajja hekk sabiħa; wieħed differenti minn ieħor, iżda fl‑istess waqt bżonn xulxin. Fil‑ħajja ta’ kuljum tagħna, forsi bla ma nindunaw, ikollna bżonn ta’ persuni differenti u b’kapaċitajiet differenti. Ġieli jkollok bżonn mekkanik jew bennej jew tabib jew skarpan jew avukat. Alla ħares kien 4

kulħadd l‑istess u bl‑istess kapaċitajiet, għaliex il‑ħajja kienet tkun wisq monotona u fl‑istess waqt kienet tistaġna. Dan is‑sens ta’ reċiproċità għandu joħloq fina sens

ta’ mħabba u ta’ rispett lejn xulxin. Illum għandi bżonnok jien, għada tista’ tiġi bżonni int. Waħda mill‑istejjer żgħar u sbieħ ta’ Esopu li kellna fil‑kotba tal‑primarja, kienet tgħid li darba ljun feroċi kien ser jgħaffeġ ġurdien żgħir. Dan beda jitlob bil‑ħniena lill‑iljun biex iħenn għalih u ma joqtlux, filwaqt li


Lulju 2022

B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.

Jeħtieġ li lkoll nitgħallmu nirrispettaw lil dawk kollha li huma differenti minna: kulturi, lingwa, fehmiet u twemmin. Id‑differenza bejn bniedem u ieħor, bejn nazzjoni u ieħor, hija nixxiegħa ta’ rikkezza liema bħalha. Filwaqt li nagħrfu dan, inkunu qegħdin fl‑istess waqt nikkoperaw mal‑pjan t’Alla għalina li ried isebbaħ il‑ħolqien bid‑differenzi li nsibu fih. 

B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika.

diversi doni, imma l‑istess wieħed hu l‑Ispirtu; hemm diversi ministeri, imma l‑istess wieħed hu l‑Mulej; hemm diversi ħidmiet, imma l‑istess Alla li jaħdem kollox u f ’kulħadd.” (1Kor. 12:4‑6) Fl‑istess ittra, San Pawl ikompli jgħid li bħalma l‑ġisem huwa wieħed u fih ħafna membri, għad li huma ħafna u differenti, ilkoll jagħmlu ġisem wieħed. Kull parti tal‑ġisem għandha bżonn il‑bqija tal‑partijiet l‑oħra kollha.

sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99

kompla jgħidlu: “Min jaf għadx tiġi bżonni.” L‑iljun daħaq daħqa kbira u wieġbu: “Jien niġi bżonnok? Jiena r‑re tal‑annimali kollha u kulħadd joqgħod għal li ngħid jien. Imma din id‑darba ser neħilsek.” Għadda ftit taż‑żmien u l‑iljun spiċċa maqbud ġo xibka bla ma seta’ jiċċaqlaq. Il‑ġurdien għaraf l‑iljun u qallu: “Qiegħed tara kif ġejt bżonni. Issa ngerrem ix‑xibka ħalli neħilsek.” U hekk ġara. Ħadd minna m’għandu għalfejn jitkabbar jew iħossu superjuri fuq l‑oħrajn għaliex aħna lkoll bħal katina, wieħed għandu bżonn ’l‑ieħor. Jekk nitgħallmu naħdmu u nikkollaboraw flimkien, x’paċi kbira u x’armonija jkun hawn bejn bniedem u ieħor, bejn familja u oħra, bejn nazzjon u ieħor. Alla ħalaqna differenti ħalli fostna jsaltnu dejjem is‑sliem, l‑għaqda, l‑imħabba u r‑rispett reċiproku. San Pawl jgħallimna li: “Hemm

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel

21236962 5


INTENZJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Lulju 2022

Lulju 2022

Għall‑Anzjani

Nitolbu għall‑anzjani li jirrappreżentaw l‑għeruq u l‑memorja ta’ poplu, sabiex l‑esperjenza u l‑għerf tagħhom jgħinu lil dawk iktar żgħażagħ sabiex iħarsu lejn il‑futur b’tama u responsabbiltà. 6

F

uq ix‑xewqa ta’ Papa Franġisku, kif ħabbar is‑sena l‑oħra, f’dan ix‑xahar niċċelebraw il‑Jum Dinji tan‑Nanniet u tal‑Anzjani. Il‑Papa, li huwa nnifsu jiftakar il‑memorja sabiħa tan‑nanniet tiegħu li kienu ġew l‑Arġentina mill‑Italja, jixtieq ukoll li l‑Knisja tkompli tiskopri l‑valur tan‑nanniet u tal‑anzjani li huma tassew teżor kbir għall‑familji u għaż‑żgħażagħ tagħna. Għalhekk, għandna dejjem nirrispettaw lill‑anzjani tagħna u nirringrazzjawhom

tal‑valuri sodi u sani li huma tawna. Jixraq fuq kollox li nieħdu ħsiebhom ħalli wkoll l‑aħħar snin ta’ ħajjithom jgħixuhom b’dinjità li tant tixirqilhom. Il‑Bibbja wkoll titkellem diversi drabi dwar l‑importanza u l‑valur tal‑anzjani, kif wieħed jara fi żmien il‑patrijarki Abraham, Iżakk u Ġakobb. Anke fit‑tradizzjoni tal‑Knisja hemm bagalja t’għerf li dejjem żammet ħajja kultura ta’ rispett lejn l‑anzjani, dispożizzjoni


Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

għall‑akkumpanjament mimli mħabba u solidali f’din l‑aħħar fażi tal‑ħajja tagħhom. Din it‑tradizzjoni għandha għeruqha fl‑Iskrittura Mqaddsa, kif pereżempju nsibu fil‑ktieb ta’ Bin Sirak: “Tonqosx tagħti kas ta’ kliem ix‑xjuħ, għax huma wkoll tgħallmu mingħand missirijiethom, mingħandhom titgħallem tkun bil‑għaqal, u meta jeħtieġ tkun tista’ tagħti tweġiba.” (Sir. 8:9) Dan huwa wieħed mill‑kotba tal‑għerf li huwa sabiħ ħafna. Tant kien importanti fil‑bidu tal‑Knisja li kien jintuża fil‑katekeżi u fit‑tagħlim morali. Fih tagħlim għal kull persuna ta’ kull età, speċjalment għaż‑żgħażagħ, iżda fuq kollox dwar l‑anzjani u dwar ir‑rispett li wieħed għandu

juri lill‑ġenituri anzjani tiegħu kif naraw f’Kapitlu 3 ta’ dan il‑ktieb. Papa Benedittu XVI, huwa u jżur dar tal‑anzjani, uża kliem ċar u profetiku, meta qal: “Il‑kwalità ta’ soċjetà, irrid ngħid ta’ ċiviltà, tiġġudikaha anki minn kif

huma ttrattati l‑anzjani u mill‑post miżmum għalihom fil‑ħajja komuni.” (12 ta’ Novembru 2012) Ejjew nitolbu għall‑anzjani tagħna, ejjew nitolbu għal dawk li qegħdin jinkwetaw minħabba l‑familjari tagħhom u li jinsabu waħedhom u mwarrbin. 

BAŻAR

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7


Lulju 2022

MILL‑KATEKIŻI TAL‑PAPA – DUN VICTOR AGIUS

Lil Hinn Minn Imħabba Idillika u Perfetta

”Jekk jogħġbok” ‑ “Grazzi” ‑ “Skużani”

Q

ed inġibulkom silta mill‑Kapitlu 4 tal‑eżortazzjoni postsinodali Amoris laetitia li titkellem b’mod konkret ħafna fuq diversi aspetti tal‑ħbiberija tal‑miżżewġin. Insibu fiha l‑istedina biex: “Naċċettaw b’realiżmu l‑limiti, l‑isfidi u l‑imperfezzjonijiet, u nagħtu widen għall‑appell biex nikbru fl‑għaqda u nħallu l‑imħabba timmatura biex nikkultivaw is‑solidità tal‑għaqda, jiġri x’ jiġri.” Papa Franġisk jgħidilna hekk:

“L‑imħabba tal‑ħbiberija tiġbor flimkien l‑aspetti kollha tal‑ħajja taż‑żwieġ u tgħin lill‑membri tal‑familja jibqgħu mexjin ’ il quddiem fil‑fażijiet kollha tagħha. Għalhekk, il‑ġesti li jesprimu din l‑imħabba għandhom ikunu bla limitu, bla ebda xeħħa u b’ġenerożità kbira. Fil‑familja hemm bżonn nużaw tliet kelmiet. U nerġa ngħidha: tliet kelmiet: jekk jogħġbok, grazzi, skużani. 8

Tliet kelmiet li huma muftieħ! Meta fil‑familja ħadd ma jagħmel li jrid u kulħadd jitlob permess: jekk jogħġbok nista’? meta fil‑familja ħadd ma jkun egoist u jitgħallem jgħid grazzi, u meta fil‑familja jiġri li xi ħadd jinduna li għamel xi ħaġa ħażina u jaf

jgħid skużani, f ’ dik il‑familja hemm il‑paċi u hemm il‑ferħ. Ejja ma nkunux xħaħ fl‑użu ta’ dawn il‑kelmiet, inkunu ġenerużi f ’ li ntennuhom ta’ kuljum, għax ċerti silenzji jtaqqlu, xi drabi anki fil‑familja, bejn raġel u mara, bejn ġenituri u wlied, bejn l‑aħwa. Min‑naħa l‑oħra, il‑kliem f ’postu, li jingħad fil‑mument it‑tajjeb, iħares u jirfed l‑imħabba jum wara l‑ieħor. Dan kollu jitwettaq f ’mixja li fiha wieħed dejjem jikber. Din l‑għamla hekk partikolari ta’ mħabba li hija ż‑żwieġ, hija msejħa biex timmatura


Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

kontinwament, għax għaliha jeħtieġ napplikaw dejjem dak li San Tumas t’Aquino kien jgħid dwar il‑karità: “Il‑karità, mill‑istess natura tagħha, m’għandha xejn xi jrażżanha kemm tikber, la hi stess hi sehem mill‑karità bla tarf, li hija l‑Ispirtu s‑Santu. Lanqas lis‑suġġett ma jista’ jitqegħedlu limitu, għax aktar ma tikber il‑karità, aktar toktor ukoll il‑ħila għal iktar tkabbir.” San Pawl jgħidilna bil‑qawwa: “Jalla l‑Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl‑imħabba għal xulxin u lejn kulħadd,” (1 Tess. 3:12); u jżid: “Fuq l‑imħabba tal‑aħwa nħeġġukom, ħuti, li tagħmlu aktar minn hekk.” (1 Tess. 4:9‑10) Aktar minn hekk, l‑imħabba fiż‑żwieġ, qabel xejn, ma nħarsuhiex billi nitkellmu dwar l‑indissolubbiltà bħala obbligu, jew billi nirrepetu duttrina, imma billi tissaħħaħ bil‑grazzja li kontinwament tgħinha tikber. L‑imħabba li ma tikbirx tkun qed tirriskja. Nistgħu nikbru biss jekk inwieġbu għall‑grazzja divina permezz t’ iżjed għemejjel ta’ mħabba, b’atti ta’ tjieba iżjed spissi, iżjed qawwija, iżjed ġenerużi,

iżjed ħelwa, iżjed ferrieħa. Ir‑raġel u martu “ jħossu xi tfisser l‑għaqda tagħhom u jsibuha dejjem aktar minn jum għall‑ieħor”. Id‑don tal‑imħabba divina li tissawwab fuq il‑miżżewġin hu fl‑istess waqt sejħa għal żvilupp kontinwu ta’ dan ir‑rigal tal‑grazzja. Ma jagħmlux ġid ċerti fantasiji dwar l‑imħabba

idillika u perfetta, li hekk hija mċaħħda minn kull stimolu li tikber. Idea għolja wisq tal‑imħabba fuq din l‑art tkun qed tinsa li l‑aħjar għad irid jasal, u hu l‑inbid misjur biż‑żmien. Kif fakkruna l‑isqfijiet taċ‑Ċili: “ma jeżistux familji perfetti kif tipproponihomlna l‑pubbliċità qarrieqa u konsumeristika. Fihom is‑snin ma jgħaddux, ma

jeżistix mard, tbatija u mewt. Ir‑riklami konsumeristi juruna illużjoni li m’għandha xejn x’taqsam mar‑realtà li jridu jħabbtu wiċċhom magħha, jum wara l‑ieħor, il‑missirijiet u l‑ommijiet ta’ familja”. Aktar jiswielna ta’ ġid jekk naċċettaw ir‑realiżmu tal‑limiti, l‑isfidi u l‑imperfezzjonijiet, u nisimgħu s‑sejħa biex nikbru magħqudin, biex nikbru fl‑imħabba u nieħdu ħsieb li r‑rabta tibqa’ soda jiġri x’ jiġri. Id‑djalogu: huwa mod ipprivileġġjat u indispensabbli biex ngħixu, nesprimu u nikbru fl‑imħabba fil‑ħajja taż‑żwieġ u fil‑familja. Imma jitlob taħriġ twil u impenjattiv. Irġiel u nisa, adulti u żgħażagħ, għandhom modi differenti minn xulxin kif jikkomunikaw, jużaw lingwaġġ differenti, jimxu b’regoli oħrajn. Il‑mod kif isiru l‑mistoqsijiet, il‑mod kif jiġu mwieġba, it‑ton użat, il‑mument u ħafna fatturi oħra jistgħu jikkundizzjonaw il‑komunikazzjoni. Barra minn hekk, dejjem hemm bżonn niżviluppaw ċerti atteġġjamenti li huma espressjoni ta’ mħabba u jagħmluha possibbli li jkollna djalogu awtentiku. Insibu 9


MILL‑KATEKIŻI TAL‑PAPA – DUN VICTOR AGIUS

Lulju 2022

l‑ħin, ħin ta’ kwalità, li jikkonsisti fi smigħ bis‑sabar u l‑attenzjoni sa ma l‑ieħor ikun esprima dak kollu li xtaq jesprimi. Dan jitlob minna li nitħarrġu biex ma nibdewx nitkellmu aħna qabel ma jkun il‑waqt it‑tajjeb. Flok nibdew noffru l‑fehmiet u l‑pariri tagħna, irridu naraw li nkunu smajna dak kollu li l‑ieħor iħoss li għandu jgħid. Dan jitlob minna skiet ġewwieni biex nistgħu nisimgħu bla storbju fil‑moħħ u fil‑qalb tagħna: ninżgħu kull għaġla, inwarrbu fil‑ġenb il‑ħtiġijiet u l‑urġenzi tagħna biex nagħmlu l‑wisa’. Ħafna drabi

wieħed mill‑miżżewġin mhux soluzzjoni għall‑problemi tiegħu jkollu bżonn, imma li jiġi mismugħ. Irid iħoss li

l‑uġigħ tiegħu, id‑delużjoni tiegħu, ir‑rabja tiegħu, it‑tama tiegħu u l‑ħolma tiegħu, ġew mismugħa.” 

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra. 10

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt


INTERVISTA MAL‑ARĊISQOF TAR‑REPUBBLIKA ĊEKA MARTIN AZZOPARDI S.D.C.

W

Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

Mons. Jan Graubner

aqt li kont fuq perijodu ta’ studju, riċerka u noffri psiko‑terapija spiritwali fir‑Repubblika Ċeka, ġejt mistieden niltaqa’ personalment mal‑Arcisqof Mons. Jan Graubner fil‑Kurja Arċiveskovili fil‑belt pittoreska ta’ Olomouc. Hawn ħadt l‑opportunità li nagħmillu intervista waqt li tlabtu jagħtini l‑viżjoni personali tiegħu dwar il‑Knisja Kattolika f ’pajjiżu. Tista' tagħtini ftit ħjiel bijografiku dwar ħajtek u dwar il‑vokazzjoni saċerdotali tiegħek? Nibda biex ngħidlek li tul il‑perijodu li fih pajjiżna kien taħt ir‑Reġim Kommunista ma kienx faċli li persuna tistudja biex issir saċerdot, speċjalment jekk ma kontx ġej minn familja tal‑ħaddiema. Peress li l‑Partit Kommunista kkonfiska l‑fabbrika tal‑familja tiegħi biex għamilha tappartjeni lill‑istat, allura jien kelli nħabbrek biex immur insib impjieg banda oħra. Però meta fl‑1968 pajjiżna għadda minn dik hekk imsejħa ‘Rebbiegħa ta’ Praga’, infetaħ mill‑ġdid seminarju wieħed bil‑kunsens tal‑Istat Kommunista. Għalhekk

stajt nidħol is‑seminarju biex nistudja għal saċerdot. Kien proprju f ’dan iż‑żmien li ħafna professuri tal‑università reġgħu ġew lura jgħallmu d‑diversi xjenzi akkademiċi wara żmien ta’ arresti u xogħol sfurzat. Ix‑xhieda u t‑testimonjanza ta’ dawn il‑professuri kienet ħafna iktar importanti għalina l‑istudenti mill‑kontenut u t‑tagħlim aġġornat li xtaqna li jgħallmuna. Imma sentejn wara l‑ftuħ tas‑seminarju, ġiet l‑ordni biex ma jiġux aċċettati iktar seminaristi, u fil‑fatt dawk biss li kienu diġà qed jistudjaw fis‑seminarju setgħu jiggradwaw. Jien kont wieħed minn dawn is‑seminaristi li kelli din il‑grazzja, u malli ordnajt saċerdot intbgħatt neżerċita s‑saċerdozju tiegħi

fil‑parroċċi rurali. Iżda meta fl‑1990, waqa’ r‑reġim tal‑partit Kommunista f ’pajjiżna, ġejt ordnat isqof u msejjaħ biex inservi bħala isqof awżiljarju tal‑arċidjoċesi ta’ Olomouc. Kemm ilek teżerċita l‑arċipiskopat tiegħek u kif tħossok f’din il‑pożizzjoni fil‑Knisja? Ikolli ngħid li ilni nokkupa l‑ministeru t’arċisqof tal‑belt ta’ Olomouc mill‑1992. Għalkemm dil‑belt għandha storja u tradizzjoni twila ta’ episkopat, wara l‑waqgħa tal‑Kommuniżmu f ’pajjiżna kellna nerġgħu nibdew mill‑ġdid mingħajr ħafna esperjenza u preparazzjoni meħtieġa f ’dan ir‑rigward. Iżda kellna l‑vantaġġ li 11


Lulju 2022

nesperjenzaw ritorn mill‑gdid lejn il‑prattiċi reliġjużi wara żmien twil ta’ oppressjoni. Imma dan il‑fervur malajr beda jmajna b’tali mod li kellna nħabbtu wiċċna ma’ sitwazzjonijiet ġodda. Tista' tagħtini ftit ħjiel dwar is‑sitwazzjoni tal‑Knisja Kattolika llum fir‑Repubblika Ċeka? Kemm għandha djoċesijiet? Kemm huwa l‑persentaġġ tal‑Kattoliċi u kemm imorru l‑Knisja kull nhar ta’ Ħadd, speċjalment f’Olomouc? Fir‑Repubblika Ċeka għandna żewġ provinċji ekklażjastiċi, waħda hija l‑provinċja tal‑Boemja, li tikkonsisti f ’ħames djoċesijiet, u l‑oħra hija l‑provinċja tal‑Moravja, li tikkonsisti fi tliet djoċesijiet. Il‑popolazzjoni tal‑pajjiż tammonta għal 10 miljun ruħ, u huwa kkalkulat bejn wieħed u ieħor, li 3 miljuni huma Kattoliċi mgħammdin, li minnhom 10% biss jattendu għall‑quddies kull nhar ta’ Ħadd. Tajjeb ngħidu li l‑persentaġġ ta’ dawk li jattendu l‑quddies il‑Ħadd fl‑arċidjocesi ta’ Olomouc huwa kemxejn iktar minn 10%. L‑arċidjocesi ta’ Olomouc tħaddan 420 parroċċa b’madwar 300 saċerdot, inklużi r‑reliġjużi. 12

il‑familja f ’pajjiżna, kif ukoll madwar id‑dinja.

Il‑Katidral ta' San Wenceslas f'Olomouc.

X’inhuma l‑isfidi li l‑Knisja Kattolika fir‑Repubblika Ċeka esperjenzat fl‑imgħoddi, kif ukoll illum? Dak li l‑Knisja f ’pajjiżna għaddiet minnu fl‑imgħoddi, speċjalment taħt il‑Partit Kommunista, huwa fatt magħruf, imma llum fl‑arċidjoċesi tagħna bnejna għoxrin Skola tal‑Knisja u waqqafna assoċjazzjoni tal‑karità (Caritas Olomouc), li timpjega madwar elfejn persuna. Riċentament, qed naraw li l‑livell tal‑ħajja soċjali qed jogħla, iżda r‑rata tat‑twelid f ’pajjiżna naqset bil‑konsegwenza li naqsu wkoll il‑vokazzjonijiet. Dan kollu qed iwassal lill‑Knisja biex tesperjenza realtajiet u sfidi ġodda li jitolbu pjan ta’ riforma fil‑Knisja u li jibqa’ għaddej. Imma jkolli ngħid li l‑ikbar sfida li qed nesperjenzaw bħala Knisja hija l‑kriżi li fiha tinsab

X’inhuma l‑pjanijiet tal‑arċidjoċesi tiegħek biex tissaħħaħ il‑fidi Nisranija? Qegħdin naħdmu id f ’id mal‑kunsilli pastorali parrokkjali biex insaħħu l‑ħajja fil‑Knisja u biex nagħtu ħajja mill‑ġdid lill‑parroċċi. Qed nenfasizzaw ukoll il‑bżonn li nsaħħu l‑formazzjoni Kattolika fl‑iskejjel tal‑Knisja. Ninsabu wkoll f ’mixja biex insaħħu l‑adorazzjonijiet Ewkaristiċi fil‑knejjes tagħna u biex ngħinu liż‑żgħażagħ jibnu relazzjoni personali u ta’ ħbiberija ma’ Kristu Ġesù. Huwa proprju f ’din il‑mixja li jiena nara tama fil‑Knisja. Biex insaħħu l‑fidi Nisranija mhux biżżejjed li nserrħu fuq it‑tagħlim Kattoliku. Għalhekk għandna bżonn li nsaħħu r‑relazzjonijiet u noħolqu esperjenzi madwar il‑Kelma t’Alla fi spirtu ħaj ta’ Knisja‑Komunità. X’inhu l‑parir tiegħek lill‑koppji miżżewġa? Fid‑djoċesi tagħna għandna ċ‑Ċentru Djoċesan għall‑Familja li qed jagħti ħafna għajnuna u jisħaq fuq il‑bżonn li l‑familji Nsara jingħaqdu f ’komunitajiet li jgħinuhom jikbru fl‑ispiritwalità Nisranija. Għal


Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

dan, id‑djoċesi diġà taħdem qatigħ biex toffri diversi korsijiet ta’ formazzjoni għall‑animaturi tal‑familja. Imbagħad għandna wkoll korsijiet ta’ preparazzjoni għall‑koppji li ser jidħlu għas‑sagrament taż‑żwieġ. Dawn il‑korsijiet jinkludu madwar tmien sessjonijiet ta’ formazzjoni li nofshom jitmexxew minn saċerdot u n‑nofs l‑ieħor minn koppji miżżewġa b’esperjenza. X’tip ta’ saċerdozju tixtieq li tara fid‑djoċesi tiegħek? Nixtieq nara saċerdozju mimli ferħ u ta’ xhieda Evanġelika

Liema sentenza jew kwotazzjoni spiritwali hi tant għal qalbek? Fil‑fehma tiegħek x’inhi r‑riċetta għall‑qdusija? Jien milqut ħafna mill‑kliem ta’ Marija fit‑tieġ ta’ Kana: “Agħmlu dak li jgħidilkom X’inhu l‑ktieb favorit Hu.” (Ġw. 2:5) Tant hu tiegħek barra l‑Iskrittura hekk li għażilt proprju dan Mqaddsa? il‑kliem ta’ Marija bħala Jien għandi ħafna kotba l‑motto tal‑episkopat tiegħi. spiritwali għal qalbi, iżda Rigward il‑qdusjia, jiena jogħġbuni ħafna l‑kitbiet nemmen li l‑Evanġelju spiritwali ta’ Chiara Lubich li huwa t‑triq ‘naturali’ jaffaxxinawni b’mod personali, għall‑qdusija u li jgħinna tant li għadni sal‑lum ngħożż nibnu l‑Knisja ta’ Ġesù il‑laqgħa personali li darba fid‑diversi ċirkostanzi u sfidi kelli magħha. li ngħaddu minnhom.  madwar komunitajiet li jikbru fil‑fidi. Nixtieq nara saċerdoti, irgiel ta’ talb, li jkunu tassew jistgħu jgħinu lill‑poplu jesperjenza l‑imhabba t’Alla u jakkumpanjawh fit‑triq tal‑Mulej.

POWERED BY

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

'Dinja Mutur' huwa proġett eċċitanti li Missio beda fuqu b'kollaborazzjoni ma' Stephen Formosa, li ser ikun qed isuq il‑mutur tiegħu madwar l‑Afrika, l‑Asja u l‑Amerika t'Isfel f'avventura ta' vjaġġ waħdu. Matul il‑vjaġġ, Stephen ser ikun qed jgħaddi minn irħula bi proġetti appoġġati u ffinanzjati minn Missio sabiex jiddokumenta l‑esperjenza tiegħu. Minn għajnejn Stephen, wieħed ser ikun jista’ jara stampa ċara u reali ta’ kif Missio jgħin komunitajiet li jgħixu f’irħula remoti u kif Missio jinvesti fit‑tul fl‑edukazzjoni ta’ dawn l‑individwi. Il‑kontribuzzjoni ġeneruża tiegħek tgħinna nsostnu lil Stephen matul il‑vjaġġ tiegħu waħdu madwar il‑kontinenti u jgħin lil Missio jittrasmetti l‑esperjenza tiegħu sabiex inkunu nistgħu ngħixu dan il‑vjaġġ eċċitanti u l‑proġetti li jibdlu l‑ħajja, imwettqa grazzi għall‑ġenerożità ta’ ħafna.

Nirringrazzjawk tal‑appoġġ tiegħek. https://missio.org.mt/donate/projects/education‑training/dinja‑mutur/ 13


ITTRA MILL‑MISSJONI

Lulju 2022

L‑Aħħar Żviluppi and all the necessary graces and blessings during this tough time. Happy Easter! 1.The Children’s Green Park is coming up beautifully. It is a garden of around 300 plants with different trees in this mission. This allows the village children to come and play in this mission land campus any time under the trees. To have a tree in this barren land is a big thing!

Dear Msgr. Borg, I, along with my people of Kuditini Mission, wish you a joyous Easter season. I hope you are safe and healthy. Our world is, in many ways, unbalanced, in disarray and dysfunctional. Knowing that God loves us unconditionally and is always present, makes meeting life’s challenges a blessing. Let us keep our hope, faith and charity ever 14

present. May the Risen Lord bless you abundantly with good health, peace of mind

2.It was a really fulfilling year with all the ups and downs in this mission. We were able to open the small church (The Holy Trinity Church), in the mission mainly for the Eunuchs, transgender and the poor. I am really edified by their faith. No wonder why Christ said: “The least will be first in the kingdom


Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

of God.” Thanks to all my friends and donors who helped me to put up this small and beautiful edifice for God in this zero Catholic area. Our Bishop Henry came, blessed and inaugurated the new church in this mission land in the month of January.

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60

3.Christmas celebrations were a joyful event for all those present; nearly 300 attended, amongst them Eunuchs and the poor, all felt that they were honoured and respected as human beings. It was a very meaningful celebration. Thank you for your continued support through your positive thoughts and prayers. 4.In the month of February I conducted a small free medical camp for the slum dwellers and the street people of the area.

Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 15


Lulju 2022

I requested St. Mary’s Hospital Sisters of Bellary City and doctors to come and conduct the free health camp for the less fortunate who cannot go to hospital due to their poverty. It was an overwhelming success. The local slum dwellers/ tent people and the daily wage labourers ask for this kind of health camp more and more. 5.In the month of March, on the day of my ordination anniversary, I called all the poor and the Eunuchs of my mission, and celebrated my priestly anniversary in a meaningful way. I conducted a one day

spiritual orientation for them. The message is God loves you too! Some of the homeless were requesting to put up a small house for them so that they can stay peacefully in it when they get old. I hope the good

Lord will provide them the much needed house for the rejected people of the society through the generous donors. Fr. Jai of Kuditini Mission. Bellary Diocese, India. 

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel:

16

N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.


ESPERJENZA – SOR MARIJA CILIA

Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

Kont Inti Li Għażiltni u Jiena Ngħidlek Iva!

W

ara tmien snin ta’ formazzjoni, għamilt il‑Professjoni Perpetwa għall‑soru Orsolina, jiġifieri wegħedt li ser nimxi fuq il‑passi ta’ Kristu permezz tal‑voti tal‑Kastità, Faqar u Ubbidjenza. Ġesù kien kast; kien miftuħ għal kulħadd, ma rabatx qalbu ma’ persuna waħda biex r‑rabta tiegħU tkun biss mal‑Missier. Ġesù kien fqir, minn twelidu sal‑mewt. Ġesù kien ubbidjenti dejjem, għar‑rieda ta’ Missieru; anke meta beża’ mill‑mewt qal: “Missier mhux li rrid jien, imma li trid Int ikun magħmul.” Ħafna jsibu l‑Orsolini bħala s‑sorijiet tat‑tfal. Imma kienu t‑tfal li ġegħluni nagħżel din it‑triq? Kien ħafna iktar minn hekk! Kienet il‑paċi li ħassejt hawn, fil‑kunvent, li ma ħassejtha mkien iżjed. Kienet din il‑paċi li ġegħlitni nibda nfittex u niddixxerni x’kien dak li kont qed inħoss. Barra minn hekk, is‑sorijiet għenuni ħafna, kemm bil‑kliem ta’ kuraġġ u kemm bl‑għaqda li rajt bejniethom, l‑eżempju tagħhom, is‑sens ta’ komunità u s‑sens li

dak li qed jagħmlu mhux qed jagħmluh għall‑flus, imma bil‑ferħ għal Ġesù. Nirringrazzja lil Alla li laqqagħni ma’ soru partikolari, l‑ewwel permezz ta’ Facebook u mbagħad wiċċ imb wiċċ f ’attività li kellna l‑Junior College. Niftakar, l‑ewwel ħsieb tiegħi meta rajtha kien: “Jien irrid inħobb lil Ġesù bħal din is‑soru.” Kien permezz tagħha li bdejt immur il‑Creche biex naraha u nqatta’ ħin ta’ kwalità magħha, u minn hemm bdejt insir naf lis‑sorijiet l‑oħra u l‑ħajja li jgħixu. Ma kienx dejjem faċli fil‑vokazzjoni tiegħi. Niftakar, meta wasalt biex nibda l‑formazzjoni kien sar il‑Kapitlu u kien

hemm xi tibdil, fosthom xi sorijiet li jmorru minn kunvent għal kunvent ieħor skont ma s‑superjuri ħassew li kellu jsir. Uħud minn dawn is‑sorijiet, li magħhom kelli rabta ta’ ħbiberija kbira, ma baqgħux fl‑istess kunvent, iżda din ħadtha bħala tagħlima għax jien ma dħaltx għal din is‑soru jew l‑oħra, imma għax sejjaħli Ġesù; u hawn fejn tidħol ukoll il‑kastità, li ma nkunx marbuta ma’ persuna jew persuni, iżda miftuħa għal kulħadd. Kien hemm ukoll żmien fejn uħud minn sħabi li kienu fil‑formazzjoni miegħi, għal xi raġuni jew oħra ma komplewx, jew meta l‑karattri tagħna ma jaqblux, iżda l‑imħabba u l‑vokazzjoni jirbħu fuq kollox. Bħalissa, fil‑Creche ta’ Tas‑Sliema m’hemmx tfal. Qed nagħmlu xi rinovazzjonijiet, allura ħajti bħalissa hija bla sens, ‘għax m’iniex naqdi l‑missjoni tiegħi mat‑tfal’? Le. Il‑missjoni mhix dik biss. Primarjament jien iddedikajt ħajti għal Ġesù biex naqdih u nkun xhud 17


ESPERJENZA – SOR MARIJA CILIA

Lulju 2022

tal‑preżenza tiegħu. Inkunu qed naqdu l‑missjoni tagħna meta nagħmlu dak li Alla jrid minna, u hawn jidħol il‑vot tal‑ubbidjenza. Ftit ’il fuq semmejt li xi sorijiet marru minn kunvent għal ieħor. Jiena wkoll matul is‑snin ta’ formazzjoni esperjenzajt xi tibdil; għamilt żmien ngħallem fil‑Kindergarten li kellna, żmien ma’ soru oħra nieħdu ħsieb it‑tfal ta’ bejn sena u sentejn, u aktar tard ma’ tfal ta’ bejn is‑sentejn u t‑tliet snin. Iżda dan jgħallimni wkoll xi jfisser

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€ 125 Magna tal‑ħjata u banketta għal tfajla sfruttata biex taqla’ x’tiekol

jgħinek tgħix b’ferħ dak li jrid Alla minnek.

il‑vot tal‑faqar, li mhux biss ma tkunx marbuta m’affarijiet materjali, iżda lanqas max‑‘xogħol’ tiegħek. Dan

Jiena kuntenta ħafna li weġibt għas‑sejħa tiegħU. Kien Hu li għażilni “sa minn ġuf ommi”. Hu ħares lejja minn tant bnedmin oħra u għażilni biex, issa, f ’dan iż‑żmien, nagħmel parti mill‑Kongregazzjoni tas‑Sorijiet Orsolini. Minn hawn nirringrazzja lill‑benefatturi tagħna; intom l‑istrument li bih Alla juri l‑providenza tiegħu magħna. Nitolbu għalikom dejjem u l‑Mulej iberikkom! 

€ 30 Uniformi u materjal

€ 66 Kors intensiv ta’

tal‑iskola għal 6 itfal

tagħlim bażiku għal omm biex tgħin lil uliedha

€ 300 Qfief mimlijin ikel

€ 1,500 Bini ta’ ‘toilets’

għal 12‑il familja fqira

f’diversi skejjel

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI! 18


Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

CHILD SPONSORSHIP Me. You. Us. Together.

€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.  Bank Transfer

Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.

Account holder name: Missio Malta

Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: APS BANK

Bank’s name: Bank of Valletta

Account No: 41474120039

Account No: 50011468005

IBAN: MT94APSB77013000000041474120039

IBAN: MT31VALL22013000000050011468005

Swift Code: APSBMTMT

Swift Code: VALLMTMT

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 • 51802064 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt kklikkja fil‑parti Donations.

u

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.

 Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962

19


Lulju 2022

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

“Għandhom jagħtu l‑frott anke fix‑xjuħija.” (Salmi 92:15)

20


Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

Adopt a

Grandparent

Combat Loneliness POWERED BY

Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com. mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001. MALTA

www.adoptgrandparent.org POWERED BY

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

Dan il‑proġett huwa ffinanzjat mill‑Malta Social Impact Awards.

21


Lulju 2022

Il‑Jum Dinji Għan‑Nanniet u Għall‑Anzjani ‑ 24 ta’ Lulju 2022

P

apa Franġisku qed jiddedika l‑Jum Dinji għan‑Nanniet u Għall‑Anzjani tal‑2022 għall‑importanza li l‑anzjani jiġu mistiedna biex jikkontribwixxu għall‑bini ta’ dinja aħjar. Il‑Papa għażel bħala t‑tema għal dan it‑tieni jum dinji: “Għandhom jagħtu l‑frott anke fix‑xjuħija” mill‑Ktieb tas‑Salmi 92:15. “It‑tema biħsiebha tenfasizza kif in‑nanniet u l‑anzjani huma valur u rigal kemm għas‑soċjetà kif ukoll għall‑komunitajiet ekkleżjali,” qal kelliem mid‑Dikasteru għal‑Lajċi, il‑Familja u l‑Ħajja, meta kien qed jippromwovi l‑jum dinji. Fl‑istess jum, il‑Papa kiteb fuq il‑midja soċjali li: “L‑anzjani għandhom jiġu kkurati bħal teżor tal‑umanità: huma

22

l‑għerf tagħna, il‑memorja tagħna. Huwa kruċjali li n‑neputijiet jibqgħu qrib in‑nanniet tagħhom, li huma bħall‑għeruq li minnhom jiġbdu d‑dgħufija tal‑valuri umani u spiritwali.” Fil‑komunikat tiegħu, id‑dikasteru qal li t‑tema ta’ din is‑sena hija wkoll stedina biex jerġgħu jiġu kkunsidrati u stmati n‑nanniet u l‑anzjani li spiss jinżammu fil‑marġini tal‑familji, komunitajiet ċivili u ekkleżjali. L‑esperjenza tagħhom ta’ ħajja u fidi tista’ tikkontribwixxi, fil‑fatt, biex jinbnew soċjetajiet li huma konxji tal‑għeruq tagħhom u kapaċi joħolmu għal futur ibbażat fuq solidarjetà akbar. “L‑istedina biex nisimgħu l‑għerf tas‑snin hija wkoll partikolarment sinifikanti fil‑kuntest tal‑vjaġġ sinodali li għamlet il‑Knisja,” żied jgħid.

Id‑dikasteru stieden parroċċi, djoċesijiet, assoċjazzjonijiet u komunitajiet oħra tal‑knejjes madwar id‑dinja, biex isibu modi kif jiċċelebraw il‑ġurnata. Qal li dalwaqt se tagħmel ukoll xi riżorsi pastorali disponibbli. Papa Franġisku waqqaf il‑Jum Dinji għan‑Nanniet u għall‑Anzjani, li jiġi ċċelebrat kull sena fir‑raba’ Ħadd ta’ Lulju, biex jaħbat mal‑festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin, sabiex jenfasizza l‑kura pastorali tal‑anzjani bħala prijorità. Mhux biss in‑neputijiet u ż‑żgħażagħ huma msejħa biex ikunu preżenti fil‑ħajja tal‑anzjani, iżda l‑anzjani u n‑nanniet għandhom ukoll missjoni ta’ evanġelizzazzjoni, tħabbira u talb, u li jħeġġu liż‑żgħażagħ fil‑fidi tagħhom, qal id‑dikasteru. 


Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

90

sena ħidma għall‑missjoni

Maratona fuq it‑TV

b’risq il‑Missjoni

€430,642

IL‑LINJI GĦADHOM MIFTUĦIN

5170 2063 ‑ €15 5180 2064 ‑ €25 5190 2061 ‑ €50 SMS 5061 8820 ‑ €6.99

#ilmissioint

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Għal donazzjoni ċempel 2123 6962 Nru.7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta | Nru.7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex

23


Lulju 2022

REĊENSJONI TA’ KTIEB – DUN HERMANN DUNCAN O.CARM

San Ġużepp Bħala Patrun Tal‑Knisja Universali

Q

abel ma nibda din ir‑reċensjoni dwar Il‑Ktieb ta’ San Ġużepp: ġabra ta’ studji, miġbur minn Andrew Borg, u li fih ġabra ta’ diversi kittieba u studjużi oħrajn, tajjeb li nisiltu xi tagħrif dwar Andrew Borg. Huwa twieled u għex l‑ewwel 50 sena ta’ ħajtu f ’San Ġiljan fejn wara mar joqgħod ir‑Rabat f ’Malta. Huwa studja fl‑Università ta’ Malta u eventwalment segwa karriera fit‑tagħlim fejn laħaq Assistant Kap ta’ skola. Bħalissa huwa d‑direttur ta’ stamperija. Andrew huwa devot ħafna ta’ San Ġużepp. Kien mar kors dwar il‑qaddis żmien ilu li kien sar mill‑mibki Patri Guido Schembri OFM. Missieru kien jismu Ġużeppi. 24

Tajjeb li ngħidu li t‑tnedija ta’ dan il‑ktieb saret nhar l‑Erbgħa 26 ta’ Jannar, fejn l‑Arċisqof Charles J. Scicluna kien ippreżentat bl‑ewwel kopja mill‑editur Andrew Borg. Dan il‑proġett ta’ studju sar fl‑okkażjoni tal‑150 sena minn meta l‑Beatu Papa Piju IX ipproklama lil San Ġużepp Patrun tal‑Knisja Universali nhar it‑8 ta’ Diċembru 1870. L‑arċisqof bierek dan il‑ktieb u qal li huwa ktieb mimli informazzjoni sabiex tagħmel riċerka biex wieħed jista’ jissaħħaħ spiritwalment. Fil‑ktieb insibu wkoll kelmtejn mid‑Direttur tal‑APS Bank is‑Sur Marcel Cassar. Dan il‑ktieb għandu 832 paġna, ġie stampat minn Deer Publications u sponsorjat mill‑APS Bank u l‑Knisja Maltija. Il‑magħruf Josefologu Taljan, Patri Tarcisio Stramare, iwiddibna li San Ġużepp qatt mhu se jbegħedna la minn Ġesù u lanqas minn ommu Marija. Dan il‑ktieb jgħinna nagħrfu lil Ġesù bħala l‑uniku Salvatur tagħna. Dejjem obda San Ġużepp, kif insibu bosta drabi fil‑ktieb. Huwa

r‑raġel silenzjuż li jisma’ l‑wiċċ t’Alla. Kienu diversi l‑kittieba li għamlu studji dwar dan il‑qaddis. Fosthom insibu lill‑Professur Mons. Lawrenz Sciberras MA, Rev. Dr. Martin Micallef OFM Cap, Dr. Joseph Ciappara, Rev. Dr. Johnathan Farrugia, il‑Karmelitan Patri Victor Paul Farrugia, Rev. Chris Caruana OP, Rev. Dr. Krystof, Mons. Profs. Hector Scerri, Rev. Kan. Brendan M. Gatt, Mark Micallef Perconte, Rev. Anton Farrugia OFM, Rev. Dr. Charlò Camilleri O.Carm, Rev. Dr. Jesmond Manicaro, Dr. Pauline Dimech, ir‑Rettur tal‑Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp tar‑Rabat Malta Anthony Casha, il‑Franġiskan Rev. Dr. Marcello Ghirlando, Rev. Dr. Nicholas Cachia u l‑editur tal‑ktieb Andrew Borg. Nikkonkludi billi nħeġġeġ lil kulħadd jixtri dan il‑ktieb tassew importanti. Nifraħ mill‑ġdid lis‑Sur Andrew Borg u ngħid grazzi sinċiera lil dawn il‑ kittieba kollha ta’ kalibru. 


Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

It‑Tbissima Maltija Fuq Il‑Ħajja Mad‑deċina tispiċċa l‑istrina! Mal‑ventina titfaċċa l‑ħanina! Mat‑trentina ħadd ma jista’ għalina! Mal‑kwarantina tibda xi tgħattina! Maċ‑ċinkwantina nitilfu xi skorfina! Mas‑sessantina nitilfu xi urina! Mas‑settantina nitilfu l‑ħanina! Mal‑ottantina jidħqu bina! Man‑novantina ċumpaq taħt it‑tina! Mibgħuta minn Dun Victor Agius

AVVIŻ IMPORTANTI Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ id‑Direttiva Nru 19 u fost l‑oħrajn avża li, mill‑1 ta' Jannar 2022, il‑banek lokali kollha mhux ser isarrfu aktar ċekkijiet li jammontaw għal €20 jew anqas. Għalhekk niġbdulkom l‑attenzjoni u nitolbukom sabiex l‑abbonament tar‑rivista Malta Missjunarja, isir billi tagħżel waħda minn dawn l‑għażliet: 1. 'Cash' ‑ billi tmur personalment f'wieħed mill‑uffiċini tagħna fil‑Belt jew il‑Mosta, 2. Permezz ta' 'bank transfer' (ara dettalji f'paġna 19), 3. Tabbona għal sentejn b’ċekk ta’ €21 pagabbli lil Missio Malta (ara dettalji f'paġna 35 u formola fil‑paġna ta' wara). Missio jirriserva d‑dritt li, f'ċirkostanzi li m'għandux kontroll fuqhom, jieħu deċiżjonijiet għall‑benefiċċju tal‑qarrejja u tal‑missjonijiet li nsostnu. Għal aktar tagħrif ikkuntattjana fuq 2123 6962.

Grazzi mill‑qalb ‑ Missio Malta 25


Lulju 2022

90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA

MALTA MISSJUNARJA – IS‑16‑IL PARTI Inkomplu naqraw mill‑imgħoddi

B

ejn l‑1957 u l‑1961 dehru aktar poeżiji t’awturi differenti. Tnejn huma ta’ Ġanni Bonnici, miktubin fi New York City: Għal Darba (Sena XXV, Diċembru 1957, nru 12, p.191), bi tmien strofi kwinarji u rima abċb, u Fidi, Tama u Mħabba (Sena XXVI, Jan. 1958, nru 1, p.19), b’erba’ strofi novenarji u rima abċb, u Pietru r‑Ragħaj (Sena XXVI, Marzu 1958, nru 3, pp.53‑4) ta’ Manwel Cassar1 (1933‑2019), poeżija twila b’35 strofa li huwa kiteb f ’Victoria, l‑Awstralja, fit‑12 ta’ Jannar; Is‑Sejħa (Sena XXVI, Diċ. 1958, nru 12, p.281), poeżija ta’ Theresa Busuttil, imwielda l‑Gudja. Tnejn oħra huma ta’ Gaspare Pace, il‑qabbiel mis‑Siġġiewi: Redde Rationem (taqla’ ħobża jekk tagħti bukkun2) (Sena XXV, Ġunju 1957, nru 6, p.83), poeżija b’10 strofi endekasillabi, b’ħames versi l‑waħda u rima abċbb, u Lill‑Qalbieni Missjunarju John A. Scicluna,

S.J. – fit‑Tluq Tiegħu għall‑Missjoni tas‑Santals fl‑Indja (Sena XXV, Novembru 1957, nru 11, p.170), datata 13‑8‑57, bi tmien strofi endekasillabi u rima abċb. Dun Anton Xiberras [DAX] ukoll kompla jagħtina aktar xogħlijiet minn tiegħu fil‑paġna tat‑tfal taħt il‑psewdonimu ta’ ‘Il‑Missjunarju x‑Xiħ’: L‑Isbaħ Jum tas‑Sena (Sena XXVI, Ottubru 1958, nru 10, pp.237‑8), buzzett missjunarju li fih jieħdu sehem Missjunarju u tlett itfal Afrikani, tnejn minnhom jisimhom Swomi u Wangu; Presepju Ħaj (Sena XXVII, Diċembru 1959, nru 12, pp.284‑5), buzzett għall‑Milied li fih jaħdmu Missjunarji u tlett itfal Ċiniżi Kattoliċi: Hiu‑Kim, Xen‑Kai, Ciu‑Fin; Il‑Missjunarju tal‑Maltin (Sena XXVIII, Lulju 1960, nru 7, pp.166‑7), buzzett b’tifkira taċ‑ċentinarju Pawlin, fejn il‑ġrajja sseħħ fuq ix‑Xatt tal‑Birgu u li fih jaħdmu San Pawl u San

Publju, u żewġ Maltin, Myriam u Pietru; It‑Tliet Maġi (Sena XXVIII, Diċembru 1960, nru 12, pp.286‑7), buzzett għall‑jiem tal‑Milied fi tliet xeni li fih jaħdmu Chen (Ċiniż), Yukon (Ġappuniż) u Pakan (Indjan); Il‑Qanpiena tal‑Wied (Sena XXIX, Ottubru 1961, nru 10, pp.238‑9), buzzett għall‑Ġurnata Missjunarja li fih jaħdmu Cen‑ho, tfajjel Ċiniż, u Cun‑li u Ken‑sju, it‑tnejn tfajliet Ċiniżi.

L‑istampa tal‑qoxra tar‑rivista t’Ottubru 1957.

Miet Mons. Alfons Agius (Sena XXV, April 1957,

1

Imwieled l‑Imsida, Cassar huwa kittieb ta’ versi, stejjer u novelli. Fl‑1955 emigra għall‑Awstralja (1955). Waqqaf tal‑Għaqda Letteratura tal‑Maltin fl‑Awstralja (1959). Xogħlijietu dehru f ’ġurnali lokali u fl‑Awstralja f ’ġabriet ta’ proża u poeżiji.

2

Kelma ġejja mit‑Taljan, boccono = ħalq, iżda fil‑Malti din tfisser gidma, loqma jew biċċa ħobż, imma wkoll, ħalq mimli ħobż, jew inkella xi ikla żgħira.

26


Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

nru 4, p.64): Għar‑rivista missjunarja, is‑sena 1957 kienet tfisser 25 sena ħajja minn mindu bdiet toħroġ f’Settembru tal‑1932. F’dik l‑istess sena nzerta miet Mons. Alfonso Agius B.A., D.D. (21.iv.1873‑17.iii.1957), l‑ewwel Direttur Nazzjonali tal‑OMP f’Malta, li ġrat sbieħ il‑Ħadd 17 ta’ Marzu fl‑għomor ta’ kważi 84 sena. Skont kif ħabbret ir‑rivista: ‘Il‑mewt, anki jekk ġiet għal għarrieda, sabitu ppreparat, kien ilu ħafna jħabbarha lil ħbiebu u lil ta’ madwaru u jirrikkmandalhom li jitolbu għalih.’ Il‑ħatra tiegħu bħala Direttur daħlet fis‑seħħ wara li ġie nnominat hekk mis‑Sagra Kongregazzjoni de Propaganda Fide fis‑26 ta’ Settembru 1931. Dan id‑dipartiment fi ħdan l‑amministrazzjoni pontifikali bl‑isem ta’ sacra congregatio christiano nomini propagando, huwa responsabbli mit‑tixrid tal‑Kattoliċiżmu u mir‑regolazzjoni tal‑affarijiet ekkleżjastiċi f’pajjiżi mhux Insara. Mons. Agius baqa’ Direttur sa Marzu 1950, meta mbagħad ‘saħħtu ma ħallitlux iżjed il‑forza li jkompli jwettaq il‑ħidma li kienet titlob dik il‑kariga.’ Nota bijografika: Il‑Mons. twieled il‑Belt Valletta minn Antonio Agius, li kien jieħu

kien spiċċa minn Direttur Nazzjonali.

Mons. Alfonso Agius (1873‑1957) – l‑ewwel Direttur Nazzjonali tal‑OMP f’Malta.

ħsieb it‑teatru anatomiku fl‑isptar ċentrali tal‑Furjana, u Rosa Cristiano. Ġab il‑B.A. (1895) u D.D. (1898) mill‑Università ta’ Malta u sar qassis f ’Ġunju tal‑1897. Fl‑1904 beda jgħallem fil‑Liċeo, u aktar tard laħaq Direttur Spiritwali t’hemmhekk stess. Sa dak iż‑żmien kien jgħammar fi Triq Grenfell, San Ġiljan, iżda mbagħad mar joqgħod l‑Imdina flimkien ma’ ħutu wara li ħareġ bil‑pensjoni fl‑1936. Bħala Direttur Nazzjonali kien hu li għażel liż‑żewġ Diretturi Djoċesani għall‑gżejjer Maltin u inkoraġġixxa ħafna l‑iżvilupp kbir li l‑OMP bdew jieħdu fiż‑żewġ Djoċesi. Kien hu wkoll, li inkoraġġixxa b’kull mod biex ir‑rivista missjunarju bdiet toħroġ fl‑1932, u li swiet ħafna biex jikber l‑interess għall‑Missjoni u għall‑OMP f ’Malta. Huwa baqa’ jieħu interess kontinwu f ’ħidmietha anki wara li

Dun Ġwann Sciberras (1907‑1983) – it‑tielet editur tar‑rivista ‘Malta Missjunarja’.

Kif kien xieraq, l‑editorjal tal‑ħarġa t’Ottubru 1957 kellu bħala titlu: Għaddew 25 Sena (Sena XXV, nru 10, p.145). Fi kliem id‑Direttur Dun Ġwann Sciberras, din ‘għaddiet, mingħajr qatt ma waqfet, dejjem ’il quddiem, bi skop ewlieni li twassal lill‑qarrejja tagħha l‑aħbar tal‑Vanġelu fost il‑ġnus infidili u tkebbishom bl‑imħabba għall‑missjonijiet.’ Dan is‑suċċess huwa dovut ‘mhux biss għad‑Diretturi u l‑Kollaboraturi, iżda taż‑Żelaturi u Żelatriċi li dejjem ħabirku jqassmu MM u jiġbru l‑abbonamenti.’ Ma’ dawn wieħed irid iżid ukoll ħafna abbonati u qarrejja li bil‑koperazzjoni tagħhom ir‑rivista setgħet dejjem 27


Lulju 2022

90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA

timxi ’l quddiem. Ħajr ukoll lill‑AK li dejjem ħabirket biex tqassam MM u ssib abbonati ġodda, u lill‑Kroċjata Missjunarja San Pawl tas‑Seminarju li dejjem bagħtet artikoli u suġġerimenti ta’ fejda mhux Mons. Mikiel Gonzi K.B.E., D.D. żgħira. Hija (1885‑1984) – Arċisqof ta’ Malta. x‑xewqa tal‑editur, li dan il‑Ġublew Żewġ ittri ta’ radd il‑ħajr tal‑Fidda tal‑perjodiku fl‑okkażjoni tal‑Ġublew jiġi ċċelebrat ‘b’dik tal‑Fidda: F’paġna 147 is‑sempliċità karatteristika tal‑istess ħarġa nsibu żewġ tal‑missjunarji li biha dejjem ittri, it‑tnejn indirizzati mexa tul dawn il‑25 sena.’ lill‑Mons. Antonio Cilia, Skontu, iċ‑ċelebrazzjoni Direttur Nazzjonali tal‑OMP. kienet marbuta wkoll Waħda ħarġet mill‑Palazz mal‑Ġurnata Missjunarja Arċiveskovili tal‑Belt Valletta, li tfakkar fil‑miljuni ta’ bid‑data tad‑9 ta’ Settembru infidili mad‑dinja kollha, 1957, fejn l‑Arċisqof Mikiel b’mod speċjali fl‑Afrika, Gonzi (1885‑1984) jgħid fejn f ’dik is‑sena, Papa Piju hekk: ‘Bil‑qalb kollha nbierku XII (1876‑1956) kiteb l‑perjodiku MM fl‑okkażjoni l‑Enċiklika Fidei Donum tal‑għeluq l‑ewwel 25 sena (Id‑don tal‑fidi) ‘biex tiegħu u lil dawk kollha li jitlobna ninxteħtu b’ħilitna jmexxuh, ixerrduh u jaqrawh, kollha għall‑konverżjoni u nixtiequ li jkompli jikber ta’ dan il‑kontinent.’ sabiex permezz tiegħu Huwa jagħlaq billi jħeġġeġ tikber dejjem iżjed f ’Malta ‘lill‑qarrejja u ħbieb kollha l‑imħabba u l‑ġenerożità jitolbu, ħalli l‑Mulej ikompli għall‑missjoni. / + Michael jixħet il‑barka tiegħu / Arċisqof ta’ Malta.’ L‑ittra fuq l‑organu tal‑OMP u l‑oħra ħarġet mill‑Palazz jkompli jkattar l‑għadd Veskovili t’Għawdex fit‑18 tal‑abbonati.’ ta’ Awwissu tal‑istess sena, u 28

Mons. Ġużeppi Pace (1890‑1972) – Isqof t’Għawdex.

li fiha l‑Isqof Ġużeppi Pace (1890‑1972) kiteb hekk: ‘Reverendissimu Monsinjur, / Sirt naf li l‑perjodiku MM, immexxi mill‑OMP f ’Malta sejjer jagħlaq il‑25 sena tal‑pubblikazzjoni tiegħu. / Irrid għalhekk nifraħ lilek u nirringrazzjak tal‑ġid kbir li sar permezz tiegħu fost il‑fidili tiegħi billi kebbes fihom u kabbar l‑imħabba għall‑Missjonijiet. / Nawgura li l‑perjodiku jkollu ħajja twila biex jibqa’ jagħti frott akbar favur il‑Missjonijiet għall‑glorja t’Alla u l‑ġid tal‑erwieħ. / Magħqudin fit‑talb għoddni ‑ / Devotissimu f ’Ġesù] Cristu] / + Ġiuseppe / Isqof ta’ Għawdex. Mogħdija taż‑Żmien huwa ktieb ieħor ta’ DAX maħruġ fl‑1959 kollu logħob, ċajt u


Lulju 2022

stejjer. L‑ewwel darba li deher riklam tiegħu kien fil‑ħarġa t’Awwissu 1958, p.174: ‘Dalwaqt joħroġ Mogħdija taż‑Żmien / Logħob – Ċajt / Mistoqsijiet strambi, / Titilfuhx!’ Ix‑xahar ta’ wara, f’p.215, deher ieħor ħafna aktar dettaljat: Sorpriża għall‑qarrejja tagħna / Ktieb Ġdid / X’fih – 150 kwizz / 200 mistoqsija stramba / 160 tit‑bits / Poeżiji u storja tad‑daħk / Mat‑30 stampa ‑ bit‑tweġibiet / Xogħol ta’ Dun Anton Xiberras – kittieb ta’ Dwal, Il‑Wieħed u Ħamsin, Sehem Ċkejken, Demm tal‑Martri, Ben Said, Ħolma Vera, Rebħa Kbira, Antwan u rebbieħ ta’ diversi poeżiji. / X’għandkom tagħmlu? – La tibqgħux mingħajru ... / Għax

jiddispjaċikom żgur. / Se joħroġ ma jdumx!!!’ Riklam bħal dak t’Awwissu reġa’ deher f’Novembru, p.251. F’Jannar 1959 imbagħad, wara li l‑ktieb kien ħareġ għall‑bejgħ, deher riklam f’p.18: Mogħdija taż‑Żmien / Il‑ktieb li jferraħ, li jneħħi d‑dwejjaq, li jgħallmek kif tgħaddi ż‑żmien. / La tibqgħux mingħajru; / jinbiegħ mill‑Uffiċċju Missjunarju, il‑Belt. L‑istess riklam deher ukoll fil‑ħarġiet ta’ Marzu (p.51), Mejju (p.119) u Settembru (p.209), meta mbagħad beda jnaqqas mill‑frekwenza tiegħu u baqa’ jidher biss kull tant żmien. Dwar ix‑xogħol l‑ieħor ta’ DAX – il‑buzzett Antwan –

fir‑riklam li deher fil‑ħarġa t’April 1960, p.78, insibu dan li ġej: ‘Il‑Kollezzjoni tas‑Santa Infanzja, Nru 3, l‑isbaħ buzzett li s’issa għandna huwa lest. Jismu Antwan. Fih 3 persunaġġi biss. Tistgħu taħdmuh l‑iskola, iċ‑ċirkolu u d‑dar. Iqum biss 1 1/2d. Min ikun irid it‑tnejn ta’ qabel [i.e. (1) Ħolma Vera u (2) Rebħa Kbira], għad fadal. L‑istess prezz.’ L‑istess riklam kien reġa’ deher fil‑ħarġa ta’ Settembru 1961, p.206. Tagħrif addizzjonali dwaru nsibuh fl‑Enċiklopedija tan‑Naxxar, Vol. 1, p.10: ‘Antwan: It‑tielet fil‑Ġabra tas‑Santa Infanzja ta’ DAX, buzzett għall‑festa tas‑Santa Infanzja, stampat f’elf kopja fil‑Lux Press, Ħamrun.’ 

TFAL MISSJUNARJI Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini bl‑għajnuna ta’ Nancy Camilleri. Kull nhar ta’ Tnejn u kull nhar ta’ Ġimgħa fit‑3:30pm fuq

Radju Marija 102.3FM (Malta) / 107.8FM (Għawdex).

29


Lulju 2022

CurtainFabrics Fabrics Curtain SewingServices Services Sewing Rods&Rails Rods&Rails Blinds Blinds Wallpaper Wallpaper We Have Moved To We Have Moved To 226, Qormi Road Marsa 226, Qormi Opposite ReginaRoad Auto Marsa Dealer

Opposite Regina Auto Dealer Tel: 27452315 Mob:79452313 Tel: 27452315 Mob:79452313

FREE DELIVERY

Main Street, St Paul's Bay, Malta Mob: 7722 9904 / 9945 5282 · Tel: 2758 1500

OPENING HOURS Monday: Tuesday: Wednesday: Thursday: Friday: Saturday: Sunday:

30

7:00 ‑ 12:00 / 16:00 ‑ 18:00 7:00 ‑ 12:00 / 16:00 ‑ 19:00 7:00 ‑ 12:00 / 16:00 ‑ 19:00 7:00 ‑ 12:00 / 16:00 ‑ 19:00 7:00 ‑ 12:00 / 16:00 ‑ 19:00 7:00 ‑ 13:00 Closed


Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

PAVIA Hardware Stores COSPICUA

BREAD DAILY NEEDS FROZEN FOODS MINERAL WATER SOFT DRINKS WINE SWEETS ICE CREAM

 PLUMBERS, ELECTRICAL GOODS DEALERS  SPECIAL DISCOUNTS ON WATER HEATERS (GEYSERS)

15, Our Lady of Sorrows Street, Ħamrun T. 2737 9236 M. 7701 0816/ 7703 2862

Dealers in CLARKE and SEDEF Power Tools Tel: 2182 1174 ‑ Mob: 7782 1174 E‑mail: adrianpavia@onvol.net

4, BLK 12, TRIQ IR‑REGATTA, BORMLA

Calypso MFG Ltd. 5, Cospicua Road, Fgura FGR 1261, Malta. Tel: +356 21 804588 Fax: +356 21 804487 Mob: +356 79065125 Email: louis@calypsomfg.com Website: www.calypsomfg.com 31


DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR

Lulju 2022

Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja L‑Erbatax‑‑il Parti

il‑missier Julian u l‑bqija tal‑familja kienu diġà rtiraw; ħadd minnhom ma kien mar l‑quddies dak il‑Ħadd filgħodu. Missier Mariette, li kien ‘wiremaker’ bla xogħol, għalkemm Kattoliku, kien ilu snin ma jmur quddies u ommha Louise wkoll ma kenitx devota ħafna. Mariette kienet ilha xahrejn ma tmur knisja u kienet sejra ħażin fil‑lezzjonijiet tal‑katekiżmu. Kienet weħlet tliet darbiet mill‑eżami għall‑Ewwel Tqarbina tagħha.

Mariette u oħtha.

Il‑Verġni tal‑Fqar f’Banneux, il‑Belġju Mariette Beco, tifla ta’ ħdax‑il sena stqarret li kellha dehriet tal‑Madonna mill‑15 ta’ Jannar sat‑2 ta’ Marzu 1933, f ’Banneux, raħal li jinsab fix‑Xlokk tal‑belt ta’ Liège, fil‑Belġju. Il‑Ħadd 15 ta’ Jannar 1933, Mariette kienet qiegħda tħares mit‑tieqa tal‑kċina li tagħti għall‑bitħa tad‑dwejra fqajra tal‑familja tagħha tistenna lil ħuha Julien ġej id‑dar. Kienu s‑sebgħa ta’ filgħaxija u kien diġà dalam. Kienet kesħa kbira. Ommha 32

kienet fil‑kamra ta’ wara tkompli bix‑xogħol tad‑dar,

F’dik il‑lejla, Mariette rat xi ħaġa fil‑bitħa. Ħasbet li

Mariette fit‑triq lejn il‑Verġni tal‑Fqar.


Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

Mariette quddiem il‑kappella waqt il‑kostruzzjoni.

kienet riflessjoni tal‑lampa taż‑żejt tagħha. Ċaqalqet il‑lampa għal kamra oħra, u ħarset sew. Issa setgħet tilmaħ sew Sinjura sabiħa kollha mdawla bil‑Kuruna tar‑Rużarju f ’idejha, milwija kemxejn ’il quddiem u ħafja fil‑borra. Waħda minn saqajha kienet tidher u kellha ward tad‑deheb bejn is‑swaba’. Kienet liebsa libsa bajda b’faxxa blu u velu abjad trasparenti. Mariette mill‑ewwel sejħet lil ommha u qaltilha b’dik id‑dehra, qisha tal‑Madonna, imma ommha ma tatx kas, għalqet it‑tieqa u pprojbiet lit‑tifla tħares lejn id‑dehra. Meta ħuha ġie d‑dar u sema’ x’ġara qal li ma kien ra xejn fil‑bitħa u forsi kienu

l‑imrieżaq tas‑silġ li rriflettew b’mod stramb, u ħawdu lil Mariette. L‑għada, wara l‑iskola, Mariette flimkien ma’ ħabibtha marret tgħid lill‑Kappillan Dun Louis Jamin bid‑dehra li kellha, imma l‑Kappillan ħaseb li Mariette kienet qiegħda tivvinta din id‑dehra biex tipprova timita d‑dehriet tal‑Madonna li kienu seħħew ftit qabel f ’Beauraing, ukoll fil‑Belġju. Fil‑jumejn ta’ wara, is‑Sinjura ma reġgħetx dehret, imma Mariette saret aktar devota u reġgħet bdiet tmur għall‑katekiżmu. Tgħallmet il‑lezzjonijiet tagħha perfettament, u dan issorprenda wisq lil Dun Jamin li għalhekk issa ħeġġiġha biex tistaqsi lil dik is‑Sinjura tad‑dehra min kienet. Fit‑18 ta’ Jannar 1933, filgħaxija, Mariette ħarġet fil‑bitħa,

niżlet għarkopptejha u bdiet tgħid ir‑Rużarju. Ftit wara telqet mid‑dar imgħaġġla. Missierha mexa warajha flimkien ma’ xi ġirien tagħhom, lejn it‑triq prinċipali sakemm waslet ħdejn nixxiegħa, li fiha Mariette daħħlet idejha kif kienet qaltilha s‑Sinjura li kienet reġgħet dehritilha. Wara din id‑dehra kien hemm sitt dehriet oħra; f ’waħda minnhom Mariette, fuq parir tal‑Kappillan, staqsiet lis‑Sinjura x’jisimha u din weġbitha hekk: “Jiena l‑Verġni tal‑fqar,” u kompliet tgħidilha: “Emmen fija u jiena nemmen fik. Itlob ħafna,” u mexxiet lit‑tifla lejn in‑nixxiegħa u qaltilha: “Din in‑nixxiegħa hija għal kulħadd, għall‑ġnus kollha, għall‑foqra u l‑morda kollha. Nixtieq ukoll li tinbena kappella. Jien ninterċedi

Is‑Santwarju f'Banneux. 33


Lulju 2022

DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR

għall‑foqra u għal dawk kollha li qed ibatu.” Fil‑11 ta’ Frar 1933, Mariette rċeviet l‑Ewwel Tqarbina mingħand Dun Jamin. L‑aħħar darba li l‑Madonna dehret lil Mariette kien fit‑2 ta’ Marzu 1933. Wara dawn id‑dehriet il‑familja Beco u ħafna oħrajn saru Kattoliċi prattikanti, u bdew imorru l‑quddies aktar ta’ spiss. Inbniet il‑kappella u n‑nixxiegħa saret il‑post ta’ fejqan għal ħafna nies. Waqt l‑okkupazzjoni Ġermaniża tal‑Belġju fl‑1942, matul il‑gwerra, Mariette żżewġet bejjiegħ Olandiż. Waqt il‑battalja ta’ Bulge fl‑1944‑45, kappillan Amerikan sab lilhom u lit‑tarbija tagħhom ta’ ħmistax‑il xahar jgħixu f ’kantina żgħira okkupata mit‑truppi Amerikani. L‑Approvazzjonijiet tal‑Knisja Kattolika Sadanittant, fl‑1942 l‑Isqof Louis Joseph Kerkhofs ta’ Liège approva d‑devozzjoni lejn il‑Verġni tal‑Fqar, u fl‑1948 bdiet tinbena knisja ġdida u akbar li kellha tieħu post il‑kappella. Wara investigazzjonijiet intensi minn Kummissjonijiet Episkopali li bdew fid‑19 ta’ Marzu 1935, l‑Isqof ta’ Liège, fit‑22 t’Awwissu 1949, bl‑approvazzjoni tal‑Vatikan, 34

afferma s‑sopranaturalità tad‑dehriet Marjani f ’Banneux. Fis‑sena 1952 id‑dehriet kienu rikonoxxuti uffiċjalment mill‑Vatikan u fl‑14 t’Awwissu 1956 Mons. E. Forni, in‑Nunzju Appostoliku fi Brussell, inkuruna solennement l‑istatwa tal‑Verġni tal‑Fqar. Fis‑sena 1985, Papa Ġwanni Pawlu II żar Banneux u Mariette kellha udjenza miegħu. Fit‑31 ta’ Lulju 1999, Papa Ġwanni Pawlu II bagħat messaġġ appostoliku lill‑isqof ta’ Liège Mons. Albert Houssiau fl‑okkażjoni tal‑50 Sena Anniversaju minn dawn id‑dehriet. Siltiet minn dan il‑messaġġ tal‑Papa qaddis: “Fl‑1933, ftit snin qabel it‑Tieni Gwerra Dinjija, Marija dehret f ’Banneux bħala messaġġiera tal‑paċi. B’ċertu mod kienet qed

issejjaħ lill‑mexxejja tas‑soċjetà biex isiru l‑artiġjani tal‑paċi u l‑edukaturi tal‑popli, tistieden lil kull persuna biex tieħu ħsieb ħutha, l‑aktar baxxi, l‑aktar disprezzati u dawk li jbatu, li huma kollha maħbubin minn Alla. Int min int, meta tiġi aggredit mill‑irjieħ tat‑tentazzjonijiiet, meta tara n‑nases tal‑isfortuna, ħares lejn il‑Kewkba, sejjaħ lil Marija. Jekk imnikket bil‑piż tad‑dnub u bil‑mistħija tat‑tbajja’ fuq il‑kuxjenza tiegħek, u tibda tħossok maħkum mid‑dwejjaq u t‑tentazzjoni tad‑disperazzjoni, aħseb f ’Marija. Fil‑periklu, fid‑diqa u d‑dubju, aħseb f ’Marija, sejjaħ lil Marija. Jalla isimha jkun dejjem fuq xofftejk u f ’qalbek. U biex tikseb l‑interċessjoni tagħha, qatt tieqaf timxi fuq l‑eżempju


Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

tagħha. Kun ċert li timxi warajha, ma titbigħedx minnha, u meta ssejħilha ma tħossokx iddisprat aktar. Id‑dehriet ta’ Banneux jistiednu lill‑Insara biex jistaqsu lilhom infushom dwar il‑misteru tat‑tbatija, li jsib is‑sens tiegħu fil‑Misteru tas‑Salib tal‑Mulej. Meta jħabbat wiċċu ma’ tbatija li, f ’termini umani, hija inspjegabbli, min jemmen idur spontanjament lejn Alla li waħdu jista’ jgħin biex iġorrha u jissaportiha, filwaqt li jsostni t‑tama tiegħu ta’ salvazzjoni u beatitudni eterna. B’mod speċjali ħafna, Alla hu dejjem preżenti b’tenerezza u mħabba għal kull persuna li tkun imġarrba mill‑mard; kull persuna li toffri t‑tbatijiet tagħha tikkontribwixxi b’mod misterjuż biex tgħolli d‑dinja lejn Alla, u tieħu sehem b’mod speċjali fil‑ħidma

tal‑fidwa tagħna. B’ hekk hija magħquda b’mod partikulari ma’ Kristu s‑Salvatur tagħna. Hekk kif nafdakom f ’ idejn l‑interċessjoni tal‑Madonna Papa Ġwanni Pawlu II jżur is‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Banneux, fil‑Belġju. ta’ Banneux u l‑qaddisin ta’ artkom, kordjalment tagħha. Fl‑2008 għamlet nagħtikom il‑Barka stqarrija finali dwar is‑sehem Appostolika tiegħi, kif ukoll tagħha f’dawn id‑dehriet: lill‑fidili li jivvjaġġaw lejn “Jiena ma kontx ħlief is‑Santwarju ta’ Banneux pustiera li twassal il‑posta. fl‑ispirtu tal‑Ġublew Ladarba dan sar, il‑pustiera il‑Kbir, u lis‑saċerdoti u m’għadhiex ta’ importanza.” l‑fidili tad‑Djoċesi tiegħek Filgħodu tal‑Ġimgħa 2 ta’ u tad‑Djoċesijiet kollha Diċembru 2011, Mariette tal‑Belġju.” Beco mietet fl‑età ta’ 90 sena, f’dar tal‑anzjani f’Banneux. Wara d‑dehriet L‑aħbar tal‑mewt tagħha tal‑Madonna, Mariette malajr xterdet man‑nies ta’ ddeċidiet li tgħix ħajja Banneux u l‑pellegrini, li kwieta mal‑familja għażiża nikktet lil kulħadd. 

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt 35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Lulju 2022

BLALEN TAL‑IRKOTTA U L‑KOKONAT MINN SQALLIJA

Metodu: • Ġo skutella ħawwad sew flimkien l‑irkotta u z‑zokkor. X’għandek bżonn:

• Żid il‑kokonat u ħawwad sew flimkien.

• 250 gramma rkotta

• Żid il‑buttuni taċ‑ċikkulata u erġa’ ħawwad.

• 90 gramma zokkor fin

• Ifforma mit‑taħlita blalen żgħar.

• 180 gramma kokonat maħkuk

• Rembel il‑blalen fil‑kokonat u poġġihom fil‑friġġ għal madwar kwarta.

• Ftit buttuni taċ‑ċikkulata żgħar • Aktar kokonat maħkuk għall‑aħħar

Buon Appetito (L‑ikla t‑tajba)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq:

Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171

Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)


E& OP C

ARITY H

FAITH H

Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

G IF

T SHOP

Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’

Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u s‑6:00pm. Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta ● Tel: 21234328 37


KOMPETIZZJONI ‑ LULJU 2022 ‑ MAĦSUBA MINN TANJA CILIA

Lulju 2022

FITTEX IL‑KLIEM: Għand tal‑Ħaxix

F’din it‑tabella hawn moħbija l‑ismijiet ta’ 17‑il tip ta’ frotta u ħaxix. Fittex fi 8 direzzjonijiet. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta. Z

Z

W W M

Q

G

Y

C

T

N

I

I

N

B

A

O

W

G

W

N

U

R

Z

A

S

L

N

N

A

F

V

L

A

S

A

B

Q

Z

J

K

O

D

T

J

S

U

O

X

V

P

Y

Z

R

A

Z

K

I

Q

T

I

U

L

K

C

E

I

D

P

E

G

K

V

N

A

T

I

F

B

A

K

N

P

V

I

B

O

J

U

R

T

Q

U

R

R

D

A

C

W

R

F

R

A

N

Y

O

S

I

A

A

R

O

I

N

T

O

B

Z

V

Y

R

T

F

K M

K

K

R

F

R

A W

L

I

M

R

W

N

G

C

H

B

T

T

E

W

A

R

A

K

A

J

Q

R

P

A

Y

B

T

O

H

Q

V

E

C

K

F

S

X

N

K

L

E

M

E

N

T

I

N

A

A

S

P

A

R

A

G

U

W

A

D

N

B

E

K

X

H

N

F

Z

R

L

X

I

F

Y

E

R

H

S

Z

A

Q

D

Q

V

M

D

L

B

T

R

V

S

U

● Asparagu ● Brokkoli ● Karawett

● Avokado ● Farkizzan ● Karfus

● Bajtar ● Frawli ● Karrotti

Isem u Kunjom: ____________________________________ __________________________________________________ Indirizz:___________________________________________ __________________________________________________ __________________________________________________ __________________________________________________ Kodiċi Postali: ____________________________________

● Banana ● Ful ● Kiwi

● Basal ● Indivja ● Klementina

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Mejju 2022: Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa Lino Schembri mill‑Ħamrun. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.

Nitbissmu ftit:

Sa mindu kien għadu daqsxejn ta’ tifel, Xmun dejjem sema’ l‑istorja tradizzjonali ta’ familtu, kif missieru, nannuh u bużnannuh, kienu mxew fuq l‑ilma tax‑xmara dakinhar li għalqu 18‑il sena biex qasmu għan‑naħa l‑oħra u ħadu l‑ewwel grokk wiski mill‑bar li kien hemm faċċata. Għalhekk, dakinhar ta’ jum għeluq it‑18‑il sena, Xmun ħaffef lejn ix‑xmara, biex bħall‑antenati tiegħu jaqsam ix‑xmara bil‑mixi u jmur jieħu 38

● Berquq ● Kappar

4

8

7

3

5

1

9

6

2

9

1

5

4

2

6

7

8

3

2

3

6

7

8

9

5

4

1

3

9

4

8

1

5

6

2

7

1

6

2

9

7

4

3

5

8

5

7

8

2

6

3

1

9

4

6

4

3

1

9

8

2

7

5

7

5

1

6

4

2

8

3

9

8

2

9

5

3

7

4

1

6

l‑ewwel grokk wiski ta’ ħajtu. Iżda lanqas laħaq medd siequ fix‑xmara li ma sabx ruħu taħt l‑ilma, u kien għoddu għereq, għax jgħum ma kienx jaf! Irrabjat u ddispjaċut, ġera lejn dar nanntu u qalilha bil‑biċċa kollha, forsi kellha s‑soluzzjoni għaliex hu ma kienx kapaċi jimxi fuq l‑ilma bħal dawk ta’ qablu. Nanntu ħarsitlu bil‑ħlewwa u b’ton ġentili qaltlu: “Xmun, missierek, nannuk u bużnannuk ilkoll jagħlqu sninhom f’Jannar jew fi Frar, għalhekk ix‑xmara tkun iffriżata. Int twelidt fis‑sajf u l‑ilma jkun ilu li nħall!”


Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

Eżempji sbieħ Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb. • 13 ta’ Mejju 2022 Ġużeppa Silvio minn Bormla • 13 ta’ Mejju 2022 Carmen Formosa minn Raħal Ġdid • 20 ta’ Mejju 2022 Therese Formosa minn San Ġwann • 08 ta’ Ġunju 2022 Josephine Gauci minn San Pawl il-Baħar Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem. Il‑voluntiera tagħna għandhom bżonn aktar kobob tas‑suf sabiex jaħdmu skufji u oġġetti oħra għat‑tfal u għall‑kbar fil‑missjoni. Għal aktar informazzjoni kkuntattja lis‑Sa Moira Muscat fuq 21 222 001.

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Raymond Falzon mill‑Gudja • Winnie Sajan mill-Gżira • Emanuel Borg mir-Rabat, Għawdex Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. • Grazzi wkoll lil Ta’ Barbetta Bakery iż-Żejtun li taw donazzjoni ta’ €500.

Nota mill‑Bord Editorjali: Inħeġġu lill‑qarrejja ta' Malta Missjunarja sabiex jagħmlu użu mis‑servizzi u/jew jixtru mingħand dawk il‑ħwienet li jirreklamaw fuq ir‑rivista. Grazzi. Nota: Missio jixtieq javża li ma jaċċettax kartolini użati la tal‑Milied u lanqas tal‑‘Birthdays’. Grazzi.

Missio Malta • Missio Tfal

Websajt Missio • Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja • Attivitajiet • Rivisti tal‑passat • MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

www.missio.org.mt

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess. 39


Lulju 2022

missio jippreżenta

(V0/1178)

BARBEQUE TAS‑SAJF

23 ta’ Lulju 2022 Ħin: 7:30pm Kbar €20 Post: Ġnien tal‑Argotti, il‑Furjana. Bil‑parteċipazzjoni ta’ Laħam / Tiġieġ / Ħut Ikel Veġetarjan

Tfal €12 bejn 6 u 12-il sena

& Fiona BILJETTI: Faith Hope & Charity, il-Belt Valletta IMEJL: info@missio.org.mt | ĊEMPEL: 2123 6962 www.showshappening.com 40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja Lulju 2022 by Missio Malta - Issuu