3 minute read

Editorjal

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm

Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg

Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook: missiomalta Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)

Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa:

2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Katekeżi Tal‑Papa 11 Intervista Mal‑Arċisqof Tar‑Repubblika Ċeka 14 Ittra Mill‑Missjoni 17 Esperjenza 20 Il‑Jum Dinji Għan‑Nanniet u Għall‑Anzjani 23 Maratona #hopemissiofest 24 Reċensjoni Ta' Ktieb 26 90 Sena ta’ Storja 32 Dehriet tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Tfal Kambodjani jużaw banju bħala dgħajsa biex ibaħħru fuq ix‑Xmara Tonle Sap. Il‑kundizzjonijiet tal‑għajxien 2 fiż‑żona huma diffiċli.

‘To Look From Above’

Il‑film qasir li tnieda fl‑okkażjoni tal‑beatifikazzjoni ta’ Pauline Jaricot, inħadem mill‑Fides f’isem l‑Opri Missjunarji Pontifiċji u jġib l‑isem ‘To Look From Above’. Għall‑preżentazzjoni, li saret nhar il‑Ġimgħa 13 ta’ Mejju fl‑Awditorju Ġwanni Pawlu II tal‑Università Pontifikali Urbaniana, attendew l‑Arċisqof Giampietro Dal Toso, President tal‑Opri Missjunarji Pontifiċji; Patri Tadeusz Nowak, Segretarju Ġenerali tal‑Opra tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi u Nataša Govekar, kap tad‑dipartiment teoloġiku‑pastorali tad‑Dikasteru Pontifiċju għall‑Komunikazzjoni. Id‑direttur, l‑awturi tal‑film, xi atturi u kollaboraturi tal‑produzzjoni, kienu wkoll preżenti.

Il‑film jirrakkonta l‑istorja u l‑esperjenza ta’ fidi ta’ Pauline Jaricot permezz tal‑għajnejn u l‑ħajja ta’ Claire, żagħżugħa tal‑lum, u huwa maħsub bħala storja fi storja. L‑enfasi hija fuq ix‑xandir taċ‑ċentralità ta’ Kristu fil‑ħajja ta’ Pauline, biex it‑telespettaturi, speċjalment iż‑żgħażagħ, jinġibdu lejn il‑messaġġ li emmnet fih, l‑Evanġelju. L‑għażla waqgħet fuq ’l hekk imsejjaħ ‘story telling’ għaliex l‑istorja ta’ Pauline Jaricot hija storja tajba li kapaċi tittraxxendi l‑konfini tal‑ispazju u taż‑żmien.

Tibqa’ rilevanti matul is‑sekli għax hija relatata man‑nutriment tal‑ħajja. (Mill‑messaġġ ta’ Papa Franġisku għall‑54 Jum Dinji tal‑Komunikazzjoni, n.2).

Permezz ta’ xbihat u mużika, il‑film irid iwassal is‑sbuħija u l‑imħabba li Pauline sabet f’Alla u li sawret il‑passjoni missjunarja tagħha, biex l‑udjenza tkun milquta, xewqa awtentika tal‑fidi Nisranija. Għal din ir‑raġuni, il‑film, li huwa disponibbli f’ħames lingwi, se jkun intenzjonat għall‑proġezzjonijiet bil‑għan ta’ sensibilizzazzjoni u edukazzjoni missjunarja, iżda huwa maħsub ukoll bħala mezz ta’ ‘missio ad gentes’, għodda utli għall‑inizjattivi ta’ ‘Knisja li toħroġ’ f’ambjent mhux Nisrani, u tkun disponibbli għad‑Direzzjonijiet Nazzjonali kollha tal‑ Opri Missjunarji Pontifiċji għal dan il‑għan. Għall‑ġbid tal‑film, it‑tim ivvjaġġa lejn il‑postijiet oriġinali fi Franza. Ħadu sehem żgħażagħ mill‑moviment ‘Chemin‑neuf’, li l‑membri tiegħu jiddedikaw ruħhom, fost affarijiet oħra, għall‑evanġelizzazzjoni permezz tal‑arti, kif ukoll żgħażagħ membri tal‑Opri Missjunarji Pontifiċji fi Franza. Minbarra l‑postijiet f’Lyon fejn Pauline kellha l‑esperjenza ta’ fidi tagħha, il‑postijiet tal‑ġbid jinkludu wkoll lil Rustrel, komunità fir‑reġjun ta’ Provence‑Alpes‑Côte d’Azur magħrufa bħala l‑‘Colorado of Provence’ fejn Pauline Jaricot kienet waqqfet il‑fabbrika ta’ Notre Dame des Anges. Fl‑aħħar xeni tal‑film tidher ukoll it‑tfajla li esperjenzat il‑miraklu tal‑fejqan permezz tal‑interċessjoni ta’ Pauline Jaricot: Mayline Tran, li kellha tliet snin fiż‑żmien tal‑fejqan tagħha. Il‑familja Tran ipparteċipat fl‑aħħar stadji tal‑proġett, appoġġjat il‑proġett u tkellmu dwar l‑esperjenzi tagħhom stess fil‑krediti tal‑film.

Il‑produzzjoni u l‑promozzjoni tal‑film saret b’kollaborazzjoni mad‑Direzzjonijiet Nazzjonali tal‑Opri Missjunarji Pontifiċji fl‑Awstralja, fl‑Irlanda, fil‑Gran Brittanja, f’Malta, fi Spanja, fil‑Kanada, fl‑Istati Uniti u fil‑Korea.

Nistednuk tara l‑film billi żżur https://youtu.be/ N3aMiFk7KGI 

This article is from: