4 minute read

Esperjenza

Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

Kont Inti Li Għażiltni u Jiena Ngħidlek Iva!

Wara tmien snin ta’ formazzjoni, għamilt il‑Professjoni Perpetwa għall‑soru Orsolina, jiġifieri wegħedt li ser nimxi fuq il‑passi ta’ Kristu permezz tal‑voti tal‑Kastità, Faqar u Ubbidjenza. Ġesù kien kast; kien miftuħ għal kulħadd, ma rabatx qalbu ma’ persuna waħda biex r‑rabta tiegħU tkun biss mal‑Missier. Ġesù kien fqir, minn twelidu sal‑mewt. Ġesù kien ubbidjenti dejjem, għar‑rieda ta’ Missieru; anke meta beża’ mill‑mewt qal: “Missier mhux li rrid jien, imma li trid Int ikun magħmul.”

Ħafna jsibu l‑Orsolini bħala s‑sorijiet tat‑tfal. Imma kienu t‑tfal li ġegħluni nagħżel din it‑triq? Kien ħafna iktar minn hekk! Kienet il‑paċi li ħassejt hawn, fil‑kunvent, li ma ħassejtha mkien iżjed. Kienet din il‑paċi li ġegħlitni nibda nfittex u niddixxerni x’kien dak li kont qed inħoss. Barra minn hekk, is‑sorijiet għenuni ħafna, kemm bil‑kliem ta’ kuraġġ u kemm bl‑għaqda li rajt bejniethom, l‑eżempju tagħhom, is‑sens ta’ komunità u s‑sens li dak li qed jagħmlu mhux qed jagħmluh għall‑flus, imma bil‑ferħ għal Ġesù. Nirringrazzja lil Alla li laqqagħni ma’ soru partikolari, l‑ewwel permezz ta’ Facebook u mbagħad wiċċ imb wiċċ f’attività li kellna l‑Junior College. Niftakar, l‑ewwel ħsieb tiegħi meta rajtha kien: “Jien irrid inħobb lil Ġesù bħal din is‑soru.” Kien permezz tagħha li bdejt immur il‑Creche biex naraha u nqatta’ ħin ta’ kwalità magħha, u minn hemm bdejt insir naf lis‑sorijiet l‑oħra u l‑ħajja li jgħixu. Ma kienx dejjem faċli fil‑vokazzjoni tiegħi. Niftakar, meta wasalt biex nibda l‑formazzjoni kien sar il‑Kapitlu u kien hemm xi tibdil, fosthom xi sorijiet li jmorru minn kunvent għal kunvent ieħor skont ma s‑superjuri ħassew li kellu jsir. Uħud minn dawn is‑sorijiet, li magħhom kelli rabta ta’ ħbiberija kbira, ma baqgħux fl‑istess kunvent, iżda din ħadtha bħala tagħlima għax jien ma dħaltx għal din is‑soru jew l‑oħra, imma għax sejjaħli Ġesù; u hawn fejn tidħol ukoll il‑kastità, li ma nkunx marbuta ma’ persuna jew persuni, iżda miftuħa għal kulħadd. Kien hemm ukoll żmien fejn uħud minn sħabi li kienu fil‑formazzjoni miegħi, għal xi raġuni jew oħra ma komplewx, jew meta l‑karattri tagħna ma jaqblux, iżda l‑imħabba u l‑vokazzjoni jirbħu fuq kollox.

Bħalissa, fil‑Creche ta’ Tas‑Sliema m’hemmx tfal. Qed nagħmlu xi rinovazzjonijiet, allura ħajti bħalissa hija bla sens, ‘għax m’iniex naqdi l‑missjoni tiegħi mat‑tfal’? Le. Il‑missjoni mhix dik biss. Primarjament jien iddedikajt ħajti għal Ġesù biex naqdih u nkun xhud

tal‑preżenza tiegħu. Inkunu qed naqdu l‑missjoni tagħna meta nagħmlu dak li Alla jrid minna, u hawn jidħol il‑vot tal‑ubbidjenza. Ftit ’il fuq semmejt li xi sorijiet marru minn kunvent għal ieħor. Jiena wkoll matul is‑snin ta’ formazzjoni esperjenzajt xi tibdil; għamilt żmien ngħallem fil‑Kindergarten li kellna, żmien ma’ soru oħra nieħdu ħsieb it‑tfal ta’ bejn sena u sentejn, u aktar tard ma’ tfal ta’ bejn is‑sentejn u t‑tliet snin. Iżda dan jgħallimni wkoll xi jfisser il‑vot tal‑faqar, li mhux biss ma tkunx marbuta m’affarijiet materjali, iżda lanqas max‑‘xogħol’ tiegħek. Dan jgħinek tgħix b’ferħ dak li jrid Alla minnek.

Jiena kuntenta ħafna li weġibt għas‑sejħa tiegħU. Kien Hu li għażilni “sa minn ġuf ommi”. Hu ħares lejja minn tant bnedmin oħra u għażilni biex, issa, f’dan iż‑żmien, nagħmel parti mill‑Kongregazzjoni tas‑Sorijiet Orsolini. Minn hawn nirringrazzja lill‑benefatturi tagħna; intom l‑istrument li bih Alla juri l‑providenza tiegħu magħna. Nitolbu għalikom dejjem u l‑Mulej iberikkom! 

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€ 30 Uniformi u materjal tal‑iskola għal 6 itfal € 66 Kors intensiv ta’ tagħlim bażiku għal omm biex tgħin lil uliedha

€ 125 Magna tal‑ħjata u banketta għal tfajla sfruttata biex taqla’ x’tiekol € 300 Qfief mimlijin ikel għal 12‑il familja fqira € 1,500 Bini ta’ ‘toilets’ f’diversi skejjel

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

Me. You. Us. Together. CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI MILL‑QALB

Modi kif tista’ tgħin

 Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.

 Bank Transfer

Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.

Account holder name: Missio Malta Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: APS BANK Bank’s name: Bank of Valletta

Account No: 41474120039 IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT Account No: 50011468005 IBAN: MT31VALL22013000000050011468005 Swift Code: VALLMTMT

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 • 51802064 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  www.missio.org.mt Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.  Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.

 Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962

This article is from: