INTENZJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Lulju 2022
Lulju 2022
Għall‑Anzjani
Nitolbu għall‑anzjani li jirrappreżentaw l‑għeruq u l‑memorja ta’ poplu, sabiex l‑esperjenza u l‑għerf tagħhom jgħinu lil dawk iktar żgħażagħ sabiex iħarsu lejn il‑futur b’tama u responsabbiltà. 6
F
uq ix‑xewqa ta’ Papa Franġisku, kif ħabbar is‑sena l‑oħra, f’dan ix‑xahar niċċelebraw il‑Jum Dinji tan‑Nanniet u tal‑Anzjani. Il‑Papa, li huwa nnifsu jiftakar il‑memorja sabiħa tan‑nanniet tiegħu li kienu ġew l‑Arġentina mill‑Italja, jixtieq ukoll li l‑Knisja tkompli tiskopri l‑valur tan‑nanniet u tal‑anzjani li huma tassew teżor kbir għall‑familji u għaż‑żgħażagħ tagħna. Għalhekk, għandna dejjem nirrispettaw lill‑anzjani tagħna u nirringrazzjawhom
tal‑valuri sodi u sani li huma tawna. Jixraq fuq kollox li nieħdu ħsiebhom ħalli wkoll l‑aħħar snin ta’ ħajjithom jgħixuhom b’dinjità li tant tixirqilhom. Il‑Bibbja wkoll titkellem diversi drabi dwar l‑importanza u l‑valur tal‑anzjani, kif wieħed jara fi żmien il‑patrijarki Abraham, Iżakk u Ġakobb. Anke fit‑tradizzjoni tal‑Knisja hemm bagalja t’għerf li dejjem żammet ħajja kultura ta’ rispett lejn l‑anzjani, dispożizzjoni