Lulju 2022
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
Ilkoll Differenti, Imma Lkoll Bżonn Xulxin
Fl
‑ewwel paġni tal‑Ktieb tal‑Ġenesi nsibu li Alla ħalaq ir‑raġel u l‑mara differenti minn xulxin, iżda fl‑istess waqt kumplimentari għal xulxin. (Ġn. 2:20) Dak li nsibu fir‑raġel ma nsibuhx l‑istess fil‑mara u viċi versa. Kull wieħed u waħda aħna uniċi, jiġifieri la kien hawn u lanqas qatt jista’ jkun hawn xi ħadd eżatt bħalek. Kull wieħed u waħda għandna l‑karattru, il‑gosti u l‑fehmiet tagħna. Il‑ħajja hekk sabiħa; wieħed differenti minn ieħor, iżda fl‑istess waqt bżonn xulxin. Fil‑ħajja ta’ kuljum tagħna, forsi bla ma nindunaw, ikollna bżonn ta’ persuni differenti u b’kapaċitajiet differenti. Ġieli jkollok bżonn mekkanik jew bennej jew tabib jew skarpan jew avukat. Alla ħares kien 4
kulħadd l‑istess u bl‑istess kapaċitajiet, għaliex il‑ħajja kienet tkun wisq monotona u fl‑istess waqt kienet tistaġna. Dan is‑sens ta’ reċiproċità għandu joħloq fina sens
ta’ mħabba u ta’ rispett lejn xulxin. Illum għandi bżonnok jien, għada tista’ tiġi bżonni int. Waħda mill‑istejjer żgħar u sbieħ ta’ Esopu li kellna fil‑kotba tal‑primarja, kienet tgħid li darba ljun feroċi kien ser jgħaffeġ ġurdien żgħir. Dan beda jitlob bil‑ħniena lill‑iljun biex iħenn għalih u ma joqtlux, filwaqt li