Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
Għeżież Tfal,
Għaddew xahrejn oħra u rġajna ltqajna. Nittama li tinsabu tajbin. Il‑vaganzi tal‑Għid għaddew u ftit ftit qed noqorbu lejn tmiem is‑sena skolastika. Dan iż‑żmien iġib miegħu l‑eżamijiet tal‑aħħar tas‑sena u mbagħad il‑vaganzi tas‑sajf! Għandkom xi pjanijiet għas‑sajf? Għidulna kif se tkunu qed tgħaddu dawn il‑vaganzi; nieħdu gost nisimgħu mingħandkom (ara paġna 15).
Din il‑ħarġa hija ddedikata għall‑Kontinenti tal‑Ameriki. B’hekk l‑artikli u l‑istejjer huma marbuta ma’ dawn iż‑żewġ kontinenti. Ninsab ċerta li se tieħdu gost taqraw l‑artikli interessanti, u nħeġġukom tippruvaw tagħmlu l‑kraft u r‑riċetta tradizzjonali. Fuq kollox ħudu sehem fil‑kompetizzjonijiet, għaliex għandna rigali sbieħ għalikom. U min jaf, forsi titħajru tagħmlu bħalma qed jissuġġerielkom tagħmlu Rafiki!
Kif ngħidilkom ta’ kull darba, huwa importanti li ma ninsew qatt lit‑tfal anqas ixxurtjati minna li jgħixu f’pajjiżi tal‑missjoni, billi nagħtuhom donazzjoni ċkejkna sabiex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa. Tinsew qatt lil ħutkom
tfal missjunarji u itolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù.
Il‑ħabiba tagħkom, Claudia
Stampa tal‑faċċata: Il‑Madonna ta’ Guadalupe għandha post speċjali fil‑ħajja reliġjuża tal‑Messiku u hija waħda mill‑aktar devozzjonijiet reliġjużi popolari.
TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU
Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
Nibda biex nirringrazzja lilkom u lil dawk kollha li ltqajt magħhom għax xtaqu jagħmlu xi ħaġa għall‑maratona. Kelli x‑xorti li niltaqa’ ma’ Jake mill‑Iskola taċ‑Chiswick, li flimkien
man‑nanniet tiegħu kabbru l‑kaktus u għamlu xarba bnina tal‑larinġ biex ibigħuhom fl‑iskola b’risq il‑maratona. Barra minn hekk, l‑iskola taċ‑Chiswick sponsorjat żewġt itfal mill‑Afrika li issa se jibdew imorru l‑iskola.
Xi ħaġa ġdida li kellna matul dawn iż‑żminijiet seħħet fl‑Iskola
San Alwiġi f’Birkirkara, fejn organizzajna magħhom ‘Culture Awareness Week’, imma din se nħalli lil Rafiki jitkellem dwarha fil‑paġna tiegħu.
F’din l‑attività laqtitni ħafna l‑‘Multifaith Celebration’ li hija xi ħaġa
ġdida għall‑iskejjel. L‑iskola ħejjiet mima mtellgħa mit‑tfal, żifna minn tfajla Indjana u diskussjoni interessanti minn Patri Ġiżwita. Wara, it‑tfal kollha ppreżentaw għotja ġeneruża mill‑‘pocket money’ tagħhom.
Dawn l‑iskejjel kienu magħna matul il‑Maratona #hopemissiofest u ta’ dan nirringrazzjawhom mill‑qalb. L‑iskola primarja ta’ Birżebbuġa ħadet inizjattiva ġdida. Hija waqqfet kumitat biex joħloq attivitajiet differenti b’risq MissioTfal. Però fuq dan se jgħidilkom aktar Rafiki fil‑paġna tiegħu. Dawn l‑esperjenzi jolqtuni ħafna u tassew jgħallmuni li fid‑dinja hawn nies li tassew tista’ tafdahom għax dejjem ikunu hemm għalik meta jkun hemm bżonn. Narakom tfal.
MILL‑PINNA TAD‑DIRETTUR
Dun Victor Agius
L‑IMSEJKEN VJOLININU
“Firulin, firulin, firula” l‑melodija wisq armonjuża kienet tinvadi s‑sala kollha tant li wieħed kien jemozzjona ruħu. Tistgħu għalhekk timmaġinaw kemm il‑Vjola u l‑Kontrabaxx kienu ħoss wieħed. Il‑Vjolinċello u l‑Vjolini kollha jleqqu bil‑lostru tagħhom, u l‑ħin kollu jintunaw l‑arketti u l‑kordi tagħhom. Anki Vjolininu, l‑iċken wieħed mill‑vjolini, kien bieżel jipprova u jerġa’ jipprova!
Doremi, b’tektika ħafifa tal‑bakketta ġibed l‑attenzjoni tal‑istrumenti u beda l‑biċċa mużikali: “Firulin, firulin, firula”, meta f’daqqa waħda jinstema’ ħoss wisq differenti:
Kien hemm aġitazzjoni kbira fost l‑istrumenti tal‑orkestra
Noti Blu; kienet qed toqrob il‑ġurnata tal‑konkors li dik is‑sena kien se jsir proprju f’Możartopoli, il‑belt tagħhom! Kienu se jiġu jikkompetu orkestri mid‑dinja kollha: mill‑Asja, mill‑Ewropa, mill‑Afrika u saħansitra mill‑Awstralja. Tifhimha li l‑Maestro Doremi ried jaqta’ figura tajba u kuljum kien jagħmel provi fuq provi tar‑repertorju sħiħ mal‑orkestra bl‑istrumenti kollha. Doremi kien saħansitra kkompona biċċa ġdida li fiha l‑istrumenti tal‑korda kellhom parti importanti ħafna, u meta kienu jidħlu fiha kollha flimkien u jdoqqu:
“Żlengetè, żlengetè, żlang!” Doremi waqqaf minnufih l‑orkestra, dar lura rrabjat lejn Vjolininu u qallu: “X’ġara? X’fettillek? Erġa’ pprova!” Vjolininu sar wiċċu nar bil‑mistħija u reġa’ pprova, u pprova u pprova, imma għalxejn! Mill‑kordi tiegħu ma kien hemm l‑ebda ħoss li rnexxielu joħroġ għal darba waħda “Firulin” bħal dawk tal‑Vjola jew tal‑Vjolinċello. Doremi pprova jakkumpanja aħjar lill‑iżgħar vjolin, imma mill‑kordi tiegħu ħareġ biss “żlengetè” u pprova kemm ipprova ma rnexxielu bl‑ebda mod idoqq b’mod ugwali bħall‑oħrajn! Vjolininu kien immortifikat u mnikket, tgħid se jkollu jitlaq mill‑orkestra?
Doremi, b’qalbu maqsuma, staqsa lilu nnifsu: “Kif nista’ nagħmel?
Dan in‑naqra ta’ vjolin se jfarrakli l‑melodija! Se jkolli nħallih barra?
Imma miskin qed jagħmel ħiltu kollha!”
B’daqsxejn ta’ tqaħqiħa ċkejkna l‑Arpa għaqlija ġibdet l‑attenzjoni tal‑Maestro, li resaq lejha. Fesfsu xi ħaġa f’widnejn xulxin għal xi minuta. Vjolininu, li kien imbeżżà għall‑ħsieb
li se jkeċċuh ’l barra mill‑orkestra, lanqas biss induna.
“Kemm hija idea tajba! Varjazzjoni tassew moderna u oriġinali!!” instema’ jgħid b’sodisfazzjon kbir
Doremi u ta żewġ taptipiet ta’ rikonoxximent fuq spallejn l‑Arpa. “Issa ngħidu lill‑istrumenti kollha tal‑korda!”
Doremi spjega lill‑Vjola, lill‑Vjolinċello u lill‑istrumenti kollha, u dawn qablu b’ferħ kbir u ħejjew minnufih biex jippruvawha!
“Kuraġġ, ejja nippruvaw!”, tenna Doremi bi tbissima u għemeż lil Vjolininu li pprova bil‑ħila kollha tiegħu. Meta waslu għall‑mottiv prinċipali, x’sorpriża kienet għalih meta ntebaħ li l‑istrumenti kollha kienu qed idoqqu flimkien miegħu: “Żlengetè, żlengetè, żlang!” “Din il‑biċċa tat proprju novità u oriġinalità lill‑mużika oriġinali!” qal Doremi hekk kif spiċċaw il‑prova. “Brava, Arpa! Kellek idea verament formidabbli! U bravu int ukoll, Vjolininu għall‑interpretazzjoni tiegħek hekk differenti, jew aħjar assolutament oriġinali!” Tistgħu timmaġinaw il‑ferħ ta’ Vjolininu! Grazzi għall‑esekuzzjoni ta’ dik il‑biċċa u għall‑armonija perfetta bejn l‑istrumenti, l‑orkestra Noti Blu rebħu l‑konkors ta’ dik is‑sena!
MISSIOTFAL GĦAWDEX
Dun Renato Borg
Marija Missjunarja Ta’ Veru
Għeżież Tfal, Ix‑xahar ta’ Mejju jfakkarna fil‑Verġni
Marija għax huwa ddedikat lilha. Marija kienet tassew missjunarja, anzi nistgħu ngħidu li kienet l‑ewwel missjunarja. Meta l‑Anġlu Gabrijel ħabbrilha li kellha tkun Omm Alla, Alla kien qiegħed jagħtiha missjoni importanti ħafna, dik li ġġorr fi ħdanha lil Ġesù u tagħtih lid‑dinja. Għalhekk, Marija hija tassew missjunarja, anzi hija l‑missjunarja perfetta!
Qabel ma welldet lil Ġesù fl‑għar ta’
Betlem u tagħtu lid‑dinja, hija marret għand il‑qariba tagħha Santa Eliżabetta
għax kienet taf li din kienet tqila u għalhekk teħtieġ l‑għajnuna tagħha għax kienet imdaħħla fiż‑żmien. Ta’ missjunarja vera, Marija marret tagħti l‑għajnuna fejn kien hemm bżonn, iżda wkoll fuq kollox wasslet il‑ferħ ta’ Ġesù lil Eliżabetta u saħansitra lil Ġwanni l‑Battista li kien għadu fil‑ġuf ta’ Eliżabetta. Nistgħu ngħidu li l‑ewwel vjaġġ missjunarju, Ġesù għamlu meta Marija ħaditu f’ġufha għand Eliżabetta. Dan għamlitu b’ħeffa u b’żelu kbir.
Marija tgħallimna li aħna ma nistgħux inkunu missjunarji veri jekk, l‑ewwel u qabel kollox aħna stess ma jkollniex lil Kristu fina. Allura, importanti li l‑ewwel nimtlew bi Kristu f’ħajjitna, imbagħad inkunu missjunarji billi nwassluh lill‑oħrajn. Tgħallimna wkoll li biex inwasslu lil Kristu, irridu nkunu dejjem lesti li ngħinu lil min hu fil‑bżonn.
Insellmilkom u l‑Mulej iberikkom.
aLEJANDRO T‑TFAJJEL PERUVJAN
Storja vera addattata minn Claudia Cini.
Alejandro huwa tfajjel ta’ 9 snin li jgħix flimkien mal‑familja tiegħu li tikkonsisti f’sitt itfal, u l‑omm u l‑missier, f’wieħed mill‑‘Pueblos Jóvenes’ fil‑periferija tal‑belt ta’ Lima, il‑kapitali tal‑Perù. Il‑familja kienet tgħix Sicuani, post fil‑muntanji tal‑Perù qrib il‑belt ta’ Cusco.
Pueblos Jóvenes huwa t‑terminu użat għall‑ibliet tax‑xatt li jdawru Lima u bliet oħra tal‑Perù.
Il‑familja marret toqgħod Lima għaliex minħabba t‑taqlib tal‑klima kien hemm nixfa kbira fl‑għelieqi. Kellhom iħallu kollox għax ma kienx hemm iżjed xogħol għalihom. F’Lima joqogħdu ġo firxa ta’ art kbira fid‑deżert fil‑periferija ta’ din il‑belt kbira.
Biex inġibu l‑ilma rridu nimxu triq twila u anke biex immur l‑iskola jkolli nimxi ħafna.
Filgħodu l‑familja tqum kmieni ħafna. Wara li jitolbu ftit flimkien, l‑omm tgħalli l‑misħun biex jagħmlu ftit te. ‘Teabag’ isservi għal tlieta, u mat‑te, meta jkollhom, jieħdu ftit ross. Il‑missier, l‑omm u t‑tifel il‑kbir joħorġu għax‑xogħol.
Jien nibqa’ d‑dar biex nieħu ħsieb ’il ħija ż‑żgħir.
It‑tliet aħwa bniet imorru l‑iskola filgħodu, għax billi hemm ħafna tfal li jridu jattendu l‑iskola, din hija maqsuma fi tliet sessjonijiet; waħda filgħodu, oħra waranofsinhar u oħra billejl. Meta l‑bniet jaslu lura mill‑iskola, Alejandro jmur flimkien ma’ ħuh għall‑klassijiet ta’ waranofsinhar.
L‑iskola li għandna hija fqira u m’għandniex opportunità biex nistudjaw, biss hemmhekk għamilt ħafna ħbieb u ngħinu ħafna lil xulxin.
Filgħaxija lura lejn id‑dar, it‑triq mill‑iskola hija twila u fejn joqogħdu m’hemmx dawl. L‑aħwa tgħidx kemm jifirħu meta l‑omm u l‑missier jerġgħu lura d‑dar għaliex iġibu magħhom xi ftit tal‑ikel u b’hekk jieklu lkoll flimkien.
Waqt l‑ikel nitkellmu fuq ħafna affarijiet li nkunu għaddejna minnhom matul il‑ġurnata.
Wara l‑ikel, qabel jorqdu, it‑tfal flimkien mal‑ġenituri jerġgħu jitolbu flimkien u jirringrazzjaw lill‑Mulej tal‑ġurnata. Għad li jgħixu fil‑faqar din il‑familja xorta waħda tħossha kuntenta għaliex jafu li flimkien bħala familja jħobbu lil xulxin.
Ix‑xewqa tagħna hija li nibqgħu b’saħħitna u magħqudin, u li l‑ġenituri u ħija ma jitilfux xogħolhom.
Kont taf li b’donazzjoni ċkejkna inti tista’ tagħmel differenza kbira fil‑ħajja ta’ tifel jew tifla bħalek li jgħixu f’pajjiż fil‑missjoni? Jekk tfaddal xi ħaġa żgħira kuljum, ikollok biżżejjed flus sabiex tgħin tifel jew tifla jkollhom aktar opportunitajiet fl‑edukazzjoni, billi jinbnewlhom l‑iskejjel u jinxtrawlhom uniformijiet, kotba, pitazzi u materjal ieħor biex jitgħallmu fuqu.
Ħeġġeġ lill‑familjari u lill‑ħbieb jgħinuk tfaddal il‑flus ħalli tgħin tifel jew tifla tamparek li jgħixu fil‑missjoni!
Jekk tixtieq karus fejn tfaddal il‑flus, itlobna u nagħtuk wieħed!
Meta timla l‑karus, ħu l‑flus fl‑uffiċċju ta’ MissioTfal fil‑Mosta, fil‑Belt Valletta jew fir‑Rabat, Għawdex. Minbarra li tingħata rċevuta, inti tista’ tagħżel x’tixtieq isir bil‑flus li inti tkun faddalt.
Dawn huma xi wħud mill‑eżempji ta’ x’jista’ jsir bil‑flus tiegħek:
€3 Par żarbun għal tifel jew tifla fqir/a
€7 Tiġieġa għal familja fil‑bżonn
€20 Platt ross u fażola lil 60 tifel u tifla bil‑ġuħ
€25 Ikla sustanzjuża kuljum għal 25 tifel u tifla
€30 Uniformi u materjal tal‑iskola għal 6 itfal
€55 Mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġjata
€50 Ilbies protettiv għal tabib biex jikkura persuni b’mard infettiv
€104 Lavanji tal‑‘braille’ għal tfal neqsin mid‑dawl
IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI
‘Reading Ambassadors’ Mosta B
Ħelow Tfal! Kif intom?
Illum se nkellimkom dwar l‑iskejjel
li żorna, fosthom l‑Iskola Primarja ta’ Birkirkara fejn MissioTfal organizza ‘World Diversity Week’. Is‑Sur Cassar, il‑kap tal‑iskola, tana s‑sala tal‑iskola fejn armajna spazji b’attivitajiet differenti, bħal kostumi diversi, tpinġijiet, arti u krafts. Staqsejna lit‑tfal x’inhi missjoni, u inkludejna wkoll messaġġi sbieħ u talb għal dinja aħjar. Kienet esperjenza sabiħa li għamilnieha wkoll mal‑istudenti tal‑Iskola San Alwiġi f’Birkirkara, li għamlu wkoll ċelebrazzjoni ta’ reliġjonijiet differenti.
L‑iskola ta’ Birżebbuġa għamlu xi ħaġa verament interessanti. Permezz ta’ tliet proġetti li jinvolvu l‑għalliema tax‑xjenza, tal‑arti u tal‑isport, għamlu sistema ta’ katusi mserrħa fuq xi stikek sabiex l‑ilma jgħaddi mill‑katusi u jasal fejn mixtieq. Il‑messaġġ li xtaqu jwasslu kien, kemm l‑ilma, li huwa sors ta’ ħajja, huwa prezzjuż għall‑bniedem, kif ukoll kemm huwa importanti li bl‑għajnuna tagħna, dan l‑ilma jista’ jasal anki f’pajjiżi tal‑missjoni. L‑għalliema tal‑arti ħeġġew lit‑tfal ipinġu xi ħaġa li turi xi jfisser l‑ilma għall‑bniedem. L‑għalliema tal‑isport ippreparaw
Primarja ta’ Birkirkara
L‑iskola ta’ Birżebbuġa
IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI
logħob bl‑ilma għat‑tfal ħalli juru solidarjetà mat‑tfal li jkollhom jimxu ħafna biex isibu ftit ilma.
Dawn l‑attivitajiet MissioTfal jagħmilhom biex aktar tfal isiru jafu dwar kulturi differenti. Xi drabi wkoll dan l‑għarfien jiġi
minn tfal barranin li jattendu fl‑iskejjel tagħna. Meta nsiru nafu dwarhom u dwar pajjiżhom inkunu nistgħu nifhmu kemm lilhom kif ukoll id‑diffikultajiet li jkollhom.
Nirringrazzjaw lill‑kapijiet tal‑iskejjel li tant għenuna fil‑ġbir biex inkunu nistgħu ngħinu
ta’ 5 snin li bagħtilna ritratt tiegħu bil‑kraft li għamel tal‑iljunfant mill‑ħarġa li għaddiet.
Proset lil Roberta Zammit minn
Ħaż‑Żebbuġ li tattendi l‑iskola
Santa Monika ta’ Birkirkara li bagħtitilna xi bolol użati.
Kompetizzjoni Bi Premju:
Din id‑darba qed nistaqsukom tiktbulna jew tpinġulna dwar xi ħaġa sabiħa li għamiltu għall‑oħrajn.
L‑istorja ma tridx tkun twila aktar minn 200 kelma. Imbagħad l‑istejjer u t‑tpinġijiet jiġu ppubblikati fuq
Tfal Missjunarji fix‑xhur li ġejjin. L‑ewwel storja/tpinġija li nirċievu tirbaħ rigal sabiħ.
Ibgħat l‑istorja/tpinġija tiegħek flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:
Tfal Missjunarji – Kompetizzjoni Rafiki, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 jew inkella fuq l‑imejl: nancy@missio.org.mt
Nota: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni tal‑ħarġa li għaddiet hija Julia Fenech mill‑Mosta.
KRAFT MILL‑MESSIKU: KARTOLINA
Interessanti ngħidu li l‑kaktus fil‑Messiku nsibuha fuq l‑arma tal‑bandiera tal‑pajjiż. Din tissimbolizza l‑bini tal‑ewwel belt Messikana. Il‑leġġenda tgħid li l‑allat kienu qalu lit‑tribù tal‑Ażteki biex jibnu l‑belt tagħhom fejn jaraw ajkla fuq siġra tal‑kaktus b’serp f’ħalqha.
Għal mijiet ta’ snin, din l‑arma kienet ta’ importanza u dejjem inżammet bħala rappreżentazzjoni tar‑rebħa tat‑tajjeb fuq il‑ħażin. Il‑Messikani jużaw il‑kaktus f’ħafna ikel tipiku u saħansitra jixorbu l‑meraq tal‑frott, li nsibuh ukoll fil‑fajitas u fit‑takos, u ma’ platti fejn jintuża l‑bajd.
Għandek Bżonn:
4 kartonċiniet ta’ lewn aħdar, kannella, vjola u roża
‘Googly eyes’ żgħar
Żebgħa roża u bajda
Pom‑poms żgħar
Marker iswed
Qasrija bħal t’hawn imkabbra
Itwi l‑parti kaħla fuq il‑parti l‑bajda
Mqass bla ponta
Kolla tal‑istoċċ
Metodu:
1. Agħmel il‑forma tal‑pala ta’ jdejk fuq il‑kartonċina l‑ħadra u qasqas pulit mad‑dawra tal‑id.
2. Itwi u qasqas biċċa mill‑kartonċina kannella (id‑daqs li tixtieq il‑kartolina), u fuq quddiem ikkopja l‑qasrija u qasqas mad‑dawra.
3. Itwi l‑parti ta’ fuq tal‑qasrija biex tieħu l‑forma.
4. Bil‑kolla waħħal il‑pala tal‑id ma’ fuq u n‑naħa ta’ wara tal‑qasrija.
5. Waħħal il‑‘googly eyes’ fuq l‑id, biż‑żebgħa roża pinġi l‑ħaddejn u bil‑marker iswed pinġi l‑ħalq.
6. Biż‑żebgħa bajda pinġi ħafna ‘X’ ’il hawn u ’l hemm fuq il‑pala tal‑id.
7. Żejjen b’xi fjuri żgħar u ikteb messaġġ sabiħ fuq ġewwa tal‑kartolina.
Nieħdu gost jekk tibagħtulna ritratt tal‑kraft li għamiltu fuq: info@missio.org.mt
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Claudia Cini
PASTINI TAL‑BANANA
MILL‑ISTATI UNITI
X’għandek bżonn (għal 10 pastini):
• 2 bananiet medji
• 165 gramma butir
• 165 gramma zokkor
• 165 gramma dqiq ‘self raising’
• 3 bajdiet
• Kuċċarina u nofs essenza tal‑vanilja
Metodu:
1.Saħħan il‑forn fuq 180°Ċ
2.Ġo skutella kbira ħabbat sew flimkien il‑butir u z‑zokkor.
3.Ġo skutella oħra ħabbat sew flimkien il‑bajd u l‑essenza tal‑vanilja.
4.Żid il‑bajd ftit ftit mal‑butir u z‑zokkor, u ħabbat sew.
5.Qaxxar u għaffeġ il‑banana, żidhom mat‑taħlita u ħawwad sew.
6.Għarbel id‑dqiq fuq it‑taħlita u ħawwad bil‑mod.
7.Poġġi t‑taħlita f’karti tal‑pasti u aħmi għal madwar 20 minuta.
8.Jekk trid tista’ tiffriża dawn il‑pastini.
ENJOY YOUR MEAL! (L‑ikla t‑tajba)
Kont taf li: il‑belt kapitali tal‑Istati Uniti hija Washington D.C., filwaqt li l‑akbar belt hija New York City? Iżda bejn l‑1785 u l‑1790 New York kienet il‑belt kapitali. Il‑lingwa uffiċjali hija l‑Ingliż u wara jiġi l‑Ispanjol. Il‑popolazzjoni tlaħħaq it‑326 miljun, li minnhom 77.1% huma bojod, 13.3% huma suwed u 5.6% huma Asjatiċi. 69% tal‑Amerikani jħaddnu reliġjon Kristjana. L‑itwal kosta hija dik tal‑istat ta’ Alaska. Il‑bandiera tal‑Amerika li turi 50 stilla, kienet iddisinjata minn Robert G. Heft fl‑1958 li kien student fis‑sekondarja. Ta’ kuljum fl‑Amerika jisservew 404,686 metri kwadri ta’ pizza, li hija aktar popolari mill‑bergers. U kont taf li l‑internet ġie vvintat fl‑Amerika fis‑snin 50?
Nota Importanti: Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, orbot xagħrek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk ser tuża oġġetti li jaqtgħu, in‑nar u/ jew l‑elettriku.
APRIL ‑ MEJJU 2024
Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
1. PINĠI SKONT IN‑NUMRI
Pinġi l‑istampa li tidher hawn taħt billi tuża l‑kuluri skont in‑numri indikati taħt l‑istampa tal‑fjuri.
2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U TAT‑TPINĠIJA
Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/jew tpinġulna dwar kif għaddejtu l‑Vaganzi tal‑Għid. Mortu l‑purċissjoni tal‑Ġimgħa l‑Kbira u/jew tal‑Irxoxt? Sifirtu xi mkien? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li nirċievu tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.
KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU
APRIL ‑ MEJJU 2024
ISEM U KUNJOM: ETÀ:
INDIRIZZ:
KODIĊI POSTALI:
SKOLA:
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Diċembru 2023 ‑ Jannar 2024: Ħarġa Nru 100.
1. PINĠI SKONT
IN‑NUMRI
2.
KITBA U TPINĠIJA
Tpinġija ta’ Emma Sultana Peregin.
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Emma Sultana Peregin minn Birżebbuġa, Neil Xuereb minn Għajnsielem u Eve Fava minn Marsaskala.
Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.