Malta Missjunarja Lulju 2022

Page 2

EDITORJAL – CLAUDIA CINI

Lulju 2022

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

‘To Look From Above’

VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal

4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Katekeżi Tal‑Papa 11 Intervista Mal‑Arċisqof Tar‑Repubblika Ċeka 14 Ittra Mill‑Missjoni 17 Esperjenza 20 Il‑Jum Dinji Għan‑Nanniet u Għall‑Anzjani 23 Maratona #hopemissiofest 24 Reċensjoni Ta' Ktieb 26 90 Sena ta’ Storja 32 Dehriet tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Tfal Kambodjani jużaw banju bħala dgħajsa biex ibaħħru fuq ix‑Xmara Tonle Sap. Il‑kundizzjonijiet tal‑għajxien fiż‑żona huma diffiċli. 2

Il

‑film qasir li tnieda fl‑okkażjoni tal‑beatifikazzjoni ta’ Pauline Jaricot, inħadem mill‑Fides f ’isem l‑Opri Missjunarji Pontifiċji u jġib l‑isem ‘To Look From Above’. Għall‑preżentazzjoni, li saret nhar il‑Ġimgħa 13 ta’ Mejju fl‑Awditorju Ġwanni Pawlu II tal‑Università Pontifikali Urbaniana, attendew l‑Arċisqof Giampietro Dal Toso, President tal‑Opri Missjunarji Pontifiċji; Patri Tadeusz Nowak, Segretarju Ġenerali tal‑Opra tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi u Nataša Govekar, kap tad‑dipartiment teoloġiku‑pastorali tad‑Dikasteru Pontifiċju għall‑Komunikazzjoni. Id‑direttur, l‑awturi tal‑film, xi atturi u kollaboraturi tal‑produzzjoni, kienu wkoll preżenti. Il‑film jirrakkonta l‑istorja u l‑esperjenza ta’ fidi ta’ Pauline Jaricot permezz tal‑għajnejn u l‑ħajja ta’ Claire, żagħżugħa tal‑lum, u huwa maħsub bħala storja fi storja. L‑enfasi hija fuq ix‑xandir taċ‑ċentralità ta’ Kristu fil‑ħajja ta’ Pauline, biex it‑telespettaturi, speċjalment iż‑żgħażagħ, jinġibdu lejn il‑messaġġ li emmnet fih, l‑Evanġelju. L‑għażla waqgħet fuq ’l hekk imsejjaħ ‘story telling’ għaliex l‑istorja ta’ Pauline Jaricot hija storja tajba li kapaċi tittraxxendi l‑konfini tal‑ispazju u taż‑żmien.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.