Malta Missjunarja Lulju 2022

Page 17

ESPERJENZA – SOR MARIJA CILIA

Lulju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja

Kont Inti Li Għażiltni u Jiena Ngħidlek Iva!

W

ara tmien snin ta’ formazzjoni, għamilt il‑Professjoni Perpetwa għall‑soru Orsolina, jiġifieri wegħedt li ser nimxi fuq il‑passi ta’ Kristu permezz tal‑voti tal‑Kastità, Faqar u Ubbidjenza. Ġesù kien kast; kien miftuħ għal kulħadd, ma rabatx qalbu ma’ persuna waħda biex r‑rabta tiegħU tkun biss mal‑Missier. Ġesù kien fqir, minn twelidu sal‑mewt. Ġesù kien ubbidjenti dejjem, għar‑rieda ta’ Missieru; anke meta beża’ mill‑mewt qal: “Missier mhux li rrid jien, imma li trid Int ikun magħmul.” Ħafna jsibu l‑Orsolini bħala s‑sorijiet tat‑tfal. Imma kienu t‑tfal li ġegħluni nagħżel din it‑triq? Kien ħafna iktar minn hekk! Kienet il‑paċi li ħassejt hawn, fil‑kunvent, li ma ħassejtha mkien iżjed. Kienet din il‑paċi li ġegħlitni nibda nfittex u niddixxerni x’kien dak li kont qed inħoss. Barra minn hekk, is‑sorijiet għenuni ħafna, kemm bil‑kliem ta’ kuraġġ u kemm bl‑għaqda li rajt bejniethom, l‑eżempju tagħhom, is‑sens ta’ komunità u s‑sens li

dak li qed jagħmlu mhux qed jagħmluh għall‑flus, imma bil‑ferħ għal Ġesù. Nirringrazzja lil Alla li laqqagħni ma’ soru partikolari, l‑ewwel permezz ta’ Facebook u mbagħad wiċċ imb wiċċ f ’attività li kellna l‑Junior College. Niftakar, l‑ewwel ħsieb tiegħi meta rajtha kien: “Jien irrid inħobb lil Ġesù bħal din is‑soru.” Kien permezz tagħha li bdejt immur il‑Creche biex naraha u nqatta’ ħin ta’ kwalità magħha, u minn hemm bdejt insir naf lis‑sorijiet l‑oħra u l‑ħajja li jgħixu. Ma kienx dejjem faċli fil‑vokazzjoni tiegħi. Niftakar, meta wasalt biex nibda l‑formazzjoni kien sar il‑Kapitlu u kien

hemm xi tibdil, fosthom xi sorijiet li jmorru minn kunvent għal kunvent ieħor skont ma s‑superjuri ħassew li kellu jsir. Uħud minn dawn is‑sorijiet, li magħhom kelli rabta ta’ ħbiberija kbira, ma baqgħux fl‑istess kunvent, iżda din ħadtha bħala tagħlima għax jien ma dħaltx għal din is‑soru jew l‑oħra, imma għax sejjaħli Ġesù; u hawn fejn tidħol ukoll il‑kastità, li ma nkunx marbuta ma’ persuna jew persuni, iżda miftuħa għal kulħadd. Kien hemm ukoll żmien fejn uħud minn sħabi li kienu fil‑formazzjoni miegħi, għal xi raġuni jew oħra ma komplewx, jew meta l‑karattri tagħna ma jaqblux, iżda l‑imħabba u l‑vokazzjoni jirbħu fuq kollox. Bħalissa, fil‑Creche ta’ Tas‑Sliema m’hemmx tfal. Qed nagħmlu xi rinovazzjonijiet, allura ħajti bħalissa hija bla sens, ‘għax m’iniex naqdi l‑missjoni tiegħi mat‑tfal’? Le. Il‑missjoni mhix dik biss. Primarjament jien iddedikajt ħajti għal Ġesù biex naqdih u nkun xhud 17


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja Lulju 2022 by Missio Malta - Issuu