Malta Missjunarja Awwissu 2022

Page 8

Awwissu 2022

PASTORALI GĦALL‑FAMILJI – DUN VICTOR AGIUS

Sinerġiji Kreattivi (Pastorali li tpoġġi lill‑familja fiċ‑ċentru)

“Wara li għaddew ħames snin minn meta ħarġet l‑eżortazzjoni appostolika postsinodali, il‑Papa, bis‑Sena Familja Amoris Laetitia, ried jerġa’ jpoġġi fiċ‑ċentru tal‑ħajja u tal‑missjoni tal‑Knisja l‑identità u l‑missjoni tal‑familja. Dan huwa ta’ sinifikat għalina 8

Ritratt: Ciarpella Luca

W

ara l‑eżortazzjoni appostolika ‘Amoris Laetitia’, l‑uffiċċju għall‑kura pastorali tal‑familja fid‑djoċesi ta’ Fermo fiċ‑ċentru tal‑Italja, ipprova jippromwovi t‑tranżizzjoni minn kura pastorali għall‑familji, għall‑familja bħala ċentru ta’ kura pastorali, billi tinvolviha mhux biss bħala riċevitur tal‑azzjoni pastorali, imma tagħmilha dejjem aktar protagonista. Luca Ciarpella u Firenza Torresetti, miżżewġin sa mill‑2007 u bi tlett itfal, u membri tat‑tim djoċesan, jgħidulna dwar il‑proċess li sar, kemm bħala djoċesi kif ukoll bħala koppja.

bħala djoċesi kif ukoll bħala familja, opportunità importanti. Li nilqgħu l‑messaġġ tal‑‘Amoris Laetitia’ bħala koppja inserita fil‑komunità Nisranija, qajmet fina stimoli tant prezzjużi. Hekk kif ħassejna li nagħmlu tagħna l‑invit ta’ Papa Franġisku, bdejna nħarsu b’mod ġdid lejn l‑imħabba bħala l‑għajn ta’ ferħ u ta’ tiġdid għall‑familja fiha nnifisha, kemm ukoll għall‑Knisja u għas‑soċjetà. Ilqajna l‑istedina biex inħarsu lejna nfusna mhux tant bħala koppja diġà ‘ippakkjata u lesta’ għal dejjem (AL 325), imma biex inġeddu kontinwament il‑vokazzjoni tagħna

u nkunu attenti ħafna għall‑ferħ tal‑imħabba, biex ‘qalbna tinfetaħ aktar u nkunu nistgħu dejjem aktar nieħdu ħsieb xulxin’. (cf. AL 126‑128) Hekk ukoll indunajna kemm kien meħtieġ li ngħinu biex dan il‑messaġġ lill‑familji jasal aktar u aħjar, b’mod speċjali fir‑realtà tad‑djoċesi tagħna”. Inizjattivi li jistgħu jilħqu lil kulħadd.

Għal xi snin, issa qed nagħmlu parti mill‑uffiċċju pastorali għall‑familji, immexxi minn saċerdot u minn koppja. M’oħrajn niffurmaw tim ta’ seba’ koppji, li kważi kollha ġejjin minn esperjenzi


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.