
5 minute read
Il‑Kongregazzjoni Tal‑Verġni Mbierka
San Bernard Tolomei
Bosta qaddisin ftit li xejn nafu dwarhom minħabba nuqqas ta’ tagħrif li jeżisti fuqhom. Insibu ammont kbir ta’ bijografiji dwar ħajjet San Bernard Tolomei, għalkemm ma nsibux il‑kitbiet tiegħu. Jeżistu ħafna affreski li juruna lilu fil‑monasteri u l‑knejjes Olivetani kollha, kif ukoll fil‑palazzi tal‑istituzzjonijiet ta’ Siena. Mill‑istorja nafu li dan il‑qaddis kien iben Mino minn familja nobbli ta’ Tolomei u Fulvia Tancredi. Huwa twieled fi Siena fl‑1272 u tawh l‑isem ta’ Giovanni, iżda aktar tard biddel ismu f’dak ta’ Bernard. Il‑bijografija tiegħu nafuha mit‑tfittix li kien għamel id‑Dumnikan Gregorio Lombardi (1613), anki jekk it‑tagħrif li waslilna mhux kollu mniżżel. Ommu kellha dehra qabel it‑twelid tiegħu, li bħala żagħżugħ kellu jistudja fil‑Kunvent tad‑Dumnikani fi Siena, u mbagħad ikompli l‑istudji tiegħu li jwassluh biex ikun professur tal‑liġi fl‑Università tal‑belt u Kavallier tal‑Imperu.
Waqt il‑kriżi reliġjuża tiegħu, Bernard kellu l‑għajnuna tal‑Madonna fil‑fejqan tal‑marda ta’ għajnejh, li wasslitu biex iħalli l‑belt u l‑ħajja mundana tiegħu. Wara t‑tnebbiħ li kellu fis‑ Sena 1313, li kienet sena ta’ ġlied bejn il‑partiti tal‑belt, Bernard flimkien ma’ żewġt iħbieb nobbli tiegħu, Patrizio Patrizi u Ambroġ Piccolomini, ħallew Siena biex imorru Accona fejn il‑familja Tolomei kellha proprjetà. Wara li warrbu l‑ilbies nobbli tagħhom, huma libsu f’ilbies iktar sempliċi u bidlu isimhom, waqt li ddedikaw ħajjithom għat‑talb, penitenza u solitudni eremitika. Illum għad nistgħu naraw l‑għerien ta’ dak iż‑żmien kif ukoll il‑kappella żgħira li kienet ġiet mibnija fuq xewqa ta’ Tolomei. Il‑ħajja axxetika tagħhom

ġibdet lejhom ħafna rġiel għonja u ta’ ħajja komuni, ħerqana li jissieħbu ma’ ħajjithom. Bernard, li kien responsabbli ta’ kulħadd, mar għand l‑isqof t’Arezzo, li t‑territorju kien jaqa’ taħt il‑ġurisdizzjoni tiegħu, biex jagħtih l‑awtorità kanonika. Fis‑26 ta’ Marzu 1319, l‑isqof t’Arezzo, Mons. Guido Tarlati, ta lil Bernard u lil Patrizio l‑permess tal‑fondazzjoni tal‑Monasteru ta’ Santa Marija tal‑Għolja Oliveto li kien għadu kemm jitwieled, taħt ir‑Regola ta’ San Benedittu. Bernard u sħabu għażlu tunika bajda biex jagħtu qima lill‑Verġni Marija li tant kienu jqimu u li l‑kongregazzjoni wirtet fl‑ispiritwalità Marjana tagħha. Fl‑1319 dawn l‑irħieb għamlu l‑professjoni reliġjuża tagħhom, fejn irċevew l‑ilbies monastiku minn idejn id‑delegat tal‑isqof.

Wara li ħallew l‑istil ta’ ħajja eremitika, bdew iħaddnu r‑Regola Benedittina mogħnija bl‑esperjenza axxetika ta’ qabel. Huma ddeċidew li l‑abbati jkun magħżul għal sena biss. L‑irħieb għażlu lill‑Bernard bħala l‑ewwel abbati, iżda huwa m’aċċettax minħabba li ma tantx kien jara u allura ntgħażel Patrizio
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.
Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143
Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.
• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:
€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha)
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171
Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI MILL‑QALB

It‑Trinità ma’ San Pietru u San Bernard Tolomei, pittura ta’ Ventura Salimbeni.
Patrizi minflok. Iżda fl‑1321, Bernard ma setax iktar jirrifjuta li jaċċetta li jkun abbati u sar abbati tal‑monasteru tiegħu. Il‑prova tal‑personalità eċċezzjonali tiegħu, għoġbot lill‑irħieb, tant li għażluh sena wara sena għal 27 darba, kważi sal‑mewt tiegħu. Huwa pprova jħalli darbtejn dan l‑uffiċċju afdat lilu, kemm fis‑sena 1326 kif ukoll fis‑sena 1342, minħabba d‑diffikultà li ma kienx jara sew u l‑fatt li ma kienx saċerdot, għaliex huwa kien irċieva biss l‑ordnijiet minuri. Iżda l‑ġuristi u l‑legati tal‑Papa, affermaw mill‑ġdid il‑leġittimità kanonika tiegħu. Waqt li kien għadu ħaj, Bernard waqqaf ħdax‑il monasteru ieħor u l‑abbati kiseb ukoll l‑approvazzjoni papali fil‑21 ta’ Jannar 1344 minn Papa Klement VI, li kien qiegħed jgħix f’Avignon. Il‑mistiċiżmu ta’ Bernard nafuh mit‑tradizzjoni, li huwa kellu taħditiet ma’ Ġesù Kurċifiss u dehriet oħra minn xi qaddisin. Fl‑1348 faqqgħet pesta kbira u l‑abbati niżel mill‑Għolja Oliveto biex imur għall‑Monasteru ta’ San Benedittu li kien milqut mill‑marda, bħalma ġara fi Siena kollha. Bosta rħieb inħakmu mill‑pesta hekk kif kienu qed jgħinu bosta aħwa fil‑fidi. Bernard ukoll inħakem mill‑pesta fl‑1348 u miet ħesrem. Skont it‑tradizzjoni huwa ġie midfun fil‑monasteru tal‑belt fl‑20 ta’ Awwissu ta’ dik l‑istess sena.
Sfortunatament, ir‑relikwi tiegħu ntilfu wara l‑qerda tal‑monasteru ta’ Siena, li ġrat matul il‑gwerra bejn Karlu V u r‑Repubblika ta’ Siena, fl‑1554. Il‑Kongregazzjoni Olivetana dejjem ppruvat ġġib ’il quddiem il‑kawża tal‑beatifikazzjoni tal‑fundatur tagħha. Nistgħu ngħidu li kkunsidrawh beatu sa mis‑Seklu 15. Ta’ dan insibu l‑prova fid‑djarju ta’ Papa Piju II, li żar il‑Monasteru ta’ Monte Oliveto fis‑sena 1462. Il‑qima tiegħu bħala beatu kienet ikkonfermata permezz tad‑Digriet tal‑Kongregazzjoni tar‑Riti nhar l‑24 ta’ Novembru

Veduta mill‑ajru tal‑Abbazia ta' Monte Oliveto Maggiore, monasteru Benedittin kbir fir‑reġjun Taljan tat‑Toskana.
1644. Fl‑1680 il‑festa reliġjuża tal‑20 t’Awwissu ġiet trasferita għall‑21 t’Awwissu peress li diġà kienet teżisti l‑festa ta’ San Bernard ta’ Clairvaux. Minħabba l‑konfużjoni tal‑persekuzzjoni kontra l‑ordnijiet reliġjużi, speċjalment fis‑Saltna ta’ Napli u tat‑Toskana, il‑kawża waqfet u kien f’Ottubru tal‑1968 li reġgħet bdiet mill‑ġdid mill‑Kongregazzjoni tar‑Riti. Fis‑26 t’April 2009, Papa Benedittu XVI iddikjarah qaddis. Illum il‑qima tiegħu nsibuha fil‑Martiroloġju Ruman fl‑20 t’Awwissu, filwaqt li l‑Kongregazzjoni Benedittina Olivetana tiċċelebra l‑festa tiegħu nhar id‑19 t’Awwissu ta’ kull sena.
Mit‑3 ta’ Jannar, 2023 fuq ONE TV.



POWERED BY
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
(VO/1178)
'Dinja Mutur' huwa proġett eċċitanti li Missio beda fuqu b'kollaborazzjoni ma' Stephen Formosa, li ser ikun qed isuq il‑mutur tiegħu madwar l‑Afrika, l‑Asja u l‑Amerika t'Isfel f'avventura ta' vjaġġ waħdu. Matul il‑vjaġġ, Stephen ser ikun qed jgħaddi minn irħula bi proġetti appoġġati u ffinanzjati minn Missio sabiex jiddokumenta l‑esperjenza tiegħu. Minn għajnejn Stephen, wieħed ser ikun jista’ jara stampa ċara u reali ta’ kif Missio jgħin komunitajiet li jgħixu f’irħula remoti u kif Missio jinvesti fit‑tul fl‑edukazzjoni ta’ dawn l‑individwi. Il‑kontribuzzjoni ġeneruża tiegħek tgħinna nsostnu lil Stephen matul il‑vjaġġ tiegħu waħdu madwar il‑kontinenti u jgħin lil Missio jittrasmetti l‑esperjenza tiegħu sabiex inkunu nistgħu ngħixu dan il‑vjaġġ eċċitanti u l‑proġetti li jibdlu l‑ħajja, imwettqa grazzi għall‑ġenerożità ta’ ħafna. Nirringrazzjawk tal‑appoġġ tiegħek.