5 minute read

Pastorali Għall‑Familji

Wara l‑eżortazzjoni appostolika ‘Amoris Laetitia’, l‑uffiċċju għall‑kura pastorali tal‑familja fid‑djoċesi ta’ Fermo fiċ‑ċentru tal‑Italja, ipprova jippromwovi t‑tranżizzjoni minn kura pastorali għall‑familji, għall‑familja bħala ċentru ta’ kura pastorali, billi tinvolviha mhux biss bħala riċevitur tal‑azzjoni pastorali, imma tagħmilha dejjem aktar protagonista. Luca Ciarpella u Firenza Torresetti, miżżewġin sa mill‑2007 u bi tlett itfal, u membri tat‑tim djoċesan, jgħidulna dwar il‑proċess li sar, kemm bħala djoċesi kif ukoll bħala koppja.

“Wara li għaddew ħames snin minn meta ħarġet l‑eżortazzjoni appostolika postsinodali, il‑Papa, bis‑Sena Familja Amoris Laetitia, ried jerġa’ jpoġġi fiċ‑ċentru tal‑ħajja u tal‑missjoni tal‑Knisja l‑identità u l‑missjoni tal‑familja. Dan huwa ta’ sinifikat għalina bħala djoċesi kif ukoll bħala familja, opportunità importanti. Li nilqgħu l‑messaġġ tal‑‘Amoris Laetitia’ bħala koppja inserita fil‑komunità Nisranija, qajmet fina stimoli tant prezzjużi. Hekk kif ħassejna li nagħmlu tagħna l‑invit ta’ Papa Franġisku, bdejna nħarsu b’mod ġdid lejn l‑imħabba bħala l‑għajn ta’ ferħ u ta’ tiġdid għall‑familja fiha nnifisha, kemm ukoll għall‑Knisja u għas‑soċjetà. Ilqajna l‑istedina biex inħarsu lejna nfusna mhux tant bħala koppja diġà ‘ippakkjata u lesta’ għal dejjem (AL 325), imma biex inġeddu kontinwament il‑vokazzjoni tagħna u nkunu attenti ħafna għall‑ferħ tal‑imħabba, biex ‘qalbna tinfetaħ aktar u nkunu nistgħu dejjem aktar nieħdu ħsieb xulxin’. (cf. AL 126‑128) Hekk ukoll indunajna kemm kien meħtieġ li ngħinu biex dan il‑messaġġ lill‑familji jasal aktar u aħjar, b’mod speċjali fir‑realtà tad‑djoċesi tagħna”.

Sinerġiji Kreattivi

(Pastorali li tpoġġi lill‑familja fiċ‑ċentru)

Inizjattivi li jistgħu jilħqu lil kulħadd.

Għal xi snin, issa qed nagħmlu parti mill‑uffiċċju pastorali għall‑familji, immexxi minn saċerdot u minn koppja. M’oħrajn niffurmaw tim ta’ seba’ koppji, li kważi kollha ġejjin minn esperjenzi

marbutin ma’ movimenti ekkleżjastiċi, u dan ifisser rikkezza kbira, għax kulħadd jagħti l‑kontribut speċifiku tiegħu. L‑aspett fl‑‘Amoris Laetitia’ li l‑aktar laqat lilna lkoll, huwa l‑proposta li nieħdu ħsieb nagħmlu pastorali differenzjata, li taf tilqa’ d‑diversi fraġilitajiet li l‑familji tal‑lum jgħixu fil‑kontesti komplessi, soċjali u kulturali. Staqsejna lilna nfusna kif nistgħu nkunu ta’ servizz aħjar għall‑familji kollha, waqt li nżommu f’rasna s‑sitwazzjonijiet u l‑pekuljaritajiet innumerevoli tagħhom ilkoll u nifhmu liema inizjattiva tista’ tilħaq lil kulħadd. Fuq din il‑linja, permezz ta’ modalità sempliċi, twieldet l‑idea tal‑‘Happy (H)our Family’, mumenti ta’ laqgħat għall‑koppji miżżewġa biex jiltaqgħu u hekk jgħixu l‑aspetti tal‑akkoljenza u għaqda, tal‑evanġelizzazzjoni u s‑serħan.

Ipproponejna dan il‑proġett lill‑parroċċi kollha tad‑djoċesi li laqgħuh b’entużjażmu kbir, u hekk bdejna nipprogrammaw diversi appuntamenti f’diversi lokalitajiet u f’diversi okkażjonijiet speċjali: il‑festa ta’ San Valentinu, il‑preparazzjoni tal‑ġenituri għall‑okkażjonijiet tas‑sagramenti ta’ wliedhom u fil‑festi parrokkjali, taħt forma sempliċi miftuħa għall‑familji kollha tal‑parroċċa. Dawk il‑familji li xtaqu jattendu setgħu jħallu lil uliedhom maż‑żgħażagħ tal‑Animatema tad‑djoċesi għal tnejn. Waqt dan il‑mument kien hemm mużika fl‑isfond u siltiet b’vidjows li l‑mottivi tagħhom kienu siltiet minn ‘Amoris Laetitia’. Waqt serata bħal din, il‑koppja jkollha l‑ħin tiddjaloga b’serenità u tirrifletti fuq il‑ħajja familjari tagħha.

(dawn huma żgħażagħ li matul din is‑sena pastorali, jivvolontarjaw għas‑servizz tad‑djoċesi biex janimaw l‑inizjattivi tal‑uffiċċju għall‑familji, b’mod speċjali fejn jidħlu t‑tfal). Fl‑istess ħin, il‑koppji kellhom il‑possibilità li jgawdu l‑ħin kollu ddedikat għalihom. L‑armar kien ‘apericena’ (aperittiv) organizzat sal‑iċken dettal, b’imwejjed

Terġa’ tiskopri s‑sabiħ li tkun familja.

Xemgħa mixgħula u qasrija bi pjanta żgħira fuq il‑mejda tagħhom, biex ifakkru fl‑importanza li kuljum iridu jieħdu ħsieb xulxin; fuq biċċa karta ftit siltiet mill‑eżortazzjoni u xi domandi li jistgħu jgħinu lill‑koppja tiffaċċja diversi aspetti tal‑ħajja tagħhom. L‑ingredjenti prinċipali tal‑inizjattiva kienu: id‑djalogu, il‑festa u l‑mużika. Dan biex ikunu jistgħu jaqsmu riflessjonijiet fuq il‑ħajja tagħhom ta’ kuljum ’il bogħod mill‑istorbju u l‑għaġla tal‑ħajja ta’ kuljum. Dan kollu biex ikun ċar li hemm bżonn tal‑ħin biex niddjalogaw, biex nitgħannqu bla ebda għaġla, biex nippjanaw flimkien, biex nisimgħu lil xulxin, biex inħarsu lejn xulxin, biex napprezzaw lil xulxin u biex

insaħħu r‑relazzjoni tagħna. (cf. AL 224)

L‑istedina għall‑‘apericena’ klassika u fl‑istess ħin informali, miftuħa għal kulħadd, kienet okkażjoni biex kull koppja, hi min hi, tieħu sehem, lil hinn mill‑identità jew mill‑fraġilità tagħha. Bdejna naraw it‑talbiet u l‑bżonnijiet ta’ kull parroċċa, u maż‑żmien bdejna niddiffirenzjaw it‑tipoloġija tal‑‘Happy (H)our Family’ u niddistingwu appuntamenti fejn napprofondixxu aktar l‑aspett ta’ miżżewġin minn dawk li jiffukaw aktar fuq l‑irwol ta’ ġenituri. L‑‘apericena’ spiċċat meta l‑parteċipanti xtaqu, bil‑qsim spontanju tal‑emozzjonijiet u tar‑riflessjonijiet li ħarġu fil‑konfront tal‑koppja; f’dawn l‑okkażjonijiet stajna nipperċepixxu l‑apprezzament tal‑inizjattiva u l‑benesseri li huma ħassew, f’atmosfera familjari magħmula minn affarijiet sempliċi, imma wkoll prezzjużi.

Il‑‘campi’ familja.

Il‑proġett ‘Happy (H) our Family’ ingħaqad mal‑esperjenza, li ilha għaddejja għal diversi snin fid‑djoċesi, tal‑kampijiet tal‑familja: ġimgħa ta’ mistrieħ, ‘sharing’, riflessjonijiet u divertiment, li għaliha jipparteċipaw aktar minn 30 grupp ta’ gruppi żgħar ta’ familji.

Minħabba l‑pandemija, inizjattivi ġodda.

Ħasra li dawn l‑attivitajiet kellhom jieqfu minħabba l‑miġja tal‑pandemija. Għalhekk, f’din l‑aħħar sena, ħsibna li nsibu toroq ġodda; attivitajiet pastorali ġodda. Fost dawn, id‑‘(D)’istanti...vicini’, li nħolqot mis‑sinerġija bejn l‑uffiċċju għall‑pastorali tal‑familji, l‑uffiċċju tal‑komunikazzjoni soċjali, l‑uffiċċju għall‑katekeżi u l‑uffiċċju tal‑liturġija. Huwa proġett multimedjali biex jakkumpanja lill‑familji biex jgħixu, b’mod aktar konxju, il‑mumenti partikolari tas‑sena liturġika, u jfakkarhom li dawn huma mumenti li fihom jistgħu jikbru aktar fil‑fidi tagħhom. Dan iż‑zmien li qed ngħixu fih huwa kemxejn diffiċli u li sserraħ rasek fuq it‑tradizzjonijiet reliġjużi, bħala bażi ta’ formazzjoni, huwa ftit wisq. Kienet sfida li qajmet l‑immaġinazzjoni kollha tagħna, u fl‑istess ħin, impenn biex min‑naħa ta’ kulħadd, mal‑involviment ta’ ħafna nies, ħdimna flimkien biex nagħmlu xi ħaġa.

‘(D)’istanti...vicini’: sensiela ta’ filmati li jagħtu proposti ta’ katekeżi għall‑familja fuq diversi temi mis‑sena liturġika, li jservu biex il‑miżżewġin, il‑ġenituri ma’ wliedhom, jistgħu jaqsmu ma’ xulxin u jifhmu kif jistgħu jgħixu konkretament il‑Vanġelu fil‑ħajja ta’

kuljum u hekk jikbru fil‑fidi tagħhom. Dan huwa mod prattiku biex fil‑familja nsibu l‑ħin u l‑ispazju fid‑dar ħalli niddjalogaw, u nsibu modi pjaċevoli kif naqsmu dak li hemm f’qalbna. Il‑proġett multimedjali tpoġġa għad‑dispożizzjoni tal‑parroċċi kollha. Dan jista’ jintuża f’ħinijiet u bżonnijiet speċifiċi ta’ kull realtà lokali, inizjalment b’materjal li jiġi stampat għall‑ attivitajiet dwar suġġetti mmirati għat‑tfal u l‑adoloxxenti.

Ix‑xewqa tagħna.

Bħala koppja nħossu li għandna responsabilità kbira: dik li nagħtu lura l‑ferħ li Alla jippermettilna nħossu fis‑sejħa tagħna, b’attenzjoni u akkoljenza akbar lejn il‑familji kollha, u l‑aktar lejn dawk li huma aktar fraġli jew lejn l‑għarajjes, permezz tal‑qadi, it‑talb, il‑formazzjoni u l‑għajnuna lil xulxin. Ix‑xewqa tagħna hija li nkomplu nsibu toroq fejn nistgħu nakkumpanjaw b’modi dejjem aktar adegwati lill‑familji biex iħossuhom dejjem aktar ġol‑qalb tal‑Knisja. 

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI

Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra. Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt

This article is from: