3 minute read

Editorjal

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm

Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg

Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook: missiomalta Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)

Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa:

2 Editorjal 4 Messaġġ Mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Pastorali Għall‑Familji 12 Il‑Kongregazzjoni Tal‑Verġni Mbierka 16 Ittra Mill‑Missjoni 18 Ittra Ta’ Ringrazzjament 22 Il‑Qaddis Tax‑Xahar 24 Insellmu l‑Memorja Ta’ Żewġ Missjunarji Maltin 26 90 Sena Ta’ Storja 30 Aħbar Tajba 32 Dehriet Tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni U Ċajt 39 Nitolbu Għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata:

Suchitoto, El Salvador. Tifla li tgħix f’żona rurali żżomm gidi. Hija tgħin lill‑ġenituri tagħha fid‑dmirijiet 2 ta’ kuljum.

Ix‑Xahar tal‑Missjoni

L‑Opri Missjunarji Pontifiċji, magħrufa f’ħafna pajjiżi bħala Missio, huwa l‑isem ta’ grupp ta’ soċjetajiet missjunarji Kattoliċi li jaqgħu taħt il‑ġurisdizzjoni tal‑Papa. Dawn l‑organizzazzjonijiet jinkludu l‑Opra tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi, l‑Opra ta’ San Pietru Appostlu, l‑Opra tas‑Santa Infanzja u l‑Opra tal‑Unjoni Missjunarja tas‑Saċerdoti u r‑Reliġjużi. Sa mis‑sena 1922, Missio kien u għadu l‑organizzazzjoni li toffri l‑appoġġ uffiċjali tal‑Knisja Kattolika lill‑missjonijiet barranin.

Il‑Papa speċifikament jitlob lil Missio sabiex jgħin iwassal il‑messaġġi ta’ Kristu lid‑dinja, speċjalment f’pajjiżi fejn il‑Kristjaneżmu huwa ġdid, għadu fil‑bidu tiegħu u/jew huwa fqir. Missio, b’aktar minn 120 uffiċċju madwar id‑dinja, jagħti kura u appoġġ lill‑knejjes li għadhom jibdew sakemm dawn ikunu kapaċi jieħdu ħsieb tagħhom infushom. Missio huwa l‑unika organizzazzjoni li tagħti appoġġ lil kull min jagħmel parti mill‑1,200 djoċesi missjunarja fid‑dinja. Missio jibqa’ ħaj permezz tal‑ġenerożità tal‑Kattoliċi u jilgħab parti kruċjali fil‑ġlieda kontra

l‑faqar, il‑mard, l‑inġustizzji u l‑isfruttar. Fuq kollox ma rridux inħallu barra lill‑missjunarji kbar tal‑aħħar seklu, fosthom Santa Madre Tereża ta’ Kalkutta u l‑eluf ta’ missjunarji Maltin u Għawdxin fl‑istorja tal‑missjonijiet. Ta’ kull sena x‑xahar ta’ Ottubru jkun kollu kemm hu ddedikat għall‑missjoni. F’dan ix‑xahar nistgħu ngħinu wkoll b’ħafna modi lill‑Knisja Missjunarja. Tkun ħaġa sabiħa li ngħinu lis‑saċerdoti Maltin fil‑missjoni bid‑donazzjonijiet tagħna u anke billi nagħmlu ġest sabiħ issa li jkun qed joqrob ix‑xahar tal‑erwieħ, u noffru intenzjonijiet ta’ quddies għall‑għeżież tagħna sabiex jiġu ċċelebrati mill‑missjunarji fl‑artijiet tal‑missjoni. L‑elemożina tal‑quddiesa sservi l‑ewwel nett ta’ sufraġju għall‑mejtin tagħna u fuq kollox bħala għajxien għall‑missjunarju. Fil‑Ġurnata Missjunarja nitolbu b’mod speċjali għall‑Knisja batuta fil‑missjoni u għall‑missjunarji kollha. Din il‑ġurnata tiġi dejjem iċċelebrata fit‑tielet Ħadd ta’ Ottubru; din is‑sena nhar it‑23 t’Otttubru, u ġiet imwaqqfa minn Papa Piju XI fl‑1926, bħala jum ta’ talb għall‑missjoni.

Il‑kura tal‑Papa għall‑knejjes kollha hija espressa permezz tat‑talb u tas‑solidarjetà inkoraġġuti minn Missio. Permezz tal‑Kattoliċi Maltin u Għawdxin, Missio jippermetti li knejjes f’djoċesijiet missjunarji jilħqu l‑komunitajiet tagħhom bl‑imħabba u l‑kompassjoni ta’ Ġesù Kristu. Ejjew ilkoll ningħaqdu flimkien biex nuru solidarjetà ma’ dawn ħutna anqas ixxurtjati minna li jgħixu f’pajjiżi tat‑Tielet Dinja. Kull talba u kull donazzjoni huma apprezzati, żgħar kemm huma żgħar. Għal aktar tagħrif żur il‑websajt www.missio.org.mt jew ċempel 2123 6962. 

This article is from: