2 minute read

Messaġġ Mid‑Direttur

Ġesù Jkun Magħruf u Maħbub Minn Kulħadd

“Morru fid‑dinja kollha, xandru l‑Evanġelju lill‑ħolqien kollu.” (Mt.16:15) Dan kien l‑aħħar amar li Ġesù ta lill‑appostli qabel reġa’ lura għand il‑Missier. Ġesù kien jaf li dan kien imur wisq ’il hemm mir‑rieda u l‑forzi tagħhom. Għalhekk, Ġesù ordnalhom biex ma jagħtux bidu għal din il‑missjoni qabel jibgħat fuqhom l‑Ispirtu s‑Santu. Din il‑missjoni ma setgħu qatt iwettquha waħedhom, imma biss bil‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu. “Jiena nitlob lill‑Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem”, filwaqt li Ġesù kompla jgħidilhom, “l‑Ispirtu s‑Santu, li l‑Missier jibgħat f’ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.” (Ġw.14:16, 26) Alla, fil‑ħniena kbira tiegħu, irid lil kulħadd, bla eċċezzjoni ta’ ħadd, li jsalva. Għalhekk Alla

L‑inżul tal‑Ispirtu s‑Santu (Pentekoste); Il‑Ġwienaħ tal‑Artal Wurzach (pannell tax‑xellug) (1437). bagħat lil Ibnu fid‑dinja biex bih id‑dinja kollha ssalva. Ġesù nnifsu stqarr dan ma’ Nikodemu: “Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid‑dinja biex jagħmel ħaqq mid‑dinja, imma biex id‑dinja ssalva permezz tiegħu.” (Ġw.3:16)

Alla jiġbidna lejn Ibnu mhux bil‑forza, iżda permezz tad‑don tal‑fidi li joffri lil kulħadd. Dan id‑don, Alla jagħtih mhux biex dak li jkun jieħu gost bih waħdu u daqshekk, imma kull min jirċievi dan id‑don, għandu fl‑istess waqt ir‑responsabbiltà li jgħaddih lill‑oħrajn. Id‑don tal‑fidi ma jagħlaqx u lanqas jiżola lil dak li jirċevih mill‑komunità li huwa jgħix fiha, iżda għall‑kuntrarju, iwessagħlu l‑orrizonti tal‑ħajja sa truf l‑art. Dan ma jfissirx li wieħed ta’ bilfors irid iħalli lil artu u jmur ixandar lil Kristu f’artijiet ’il bogħod minn art twelidu, imma jfisser li kull min irċieva dan id‑don tal‑fidi, irid ikun missjunarju fil‑moħħ u fil‑qalb. Il‑veru

Nisrani mhuwiex dak li rċieva l‑magħmudija u daqshekk, imma huwa dak li jgħix il‑magħmudija billi jsir xhud ħaj ta’ Kristu. X’jiswa li wieħed jgħid u forsi jiftaħar li hu Nisrani, jekk imbagħad iġib ruħu bħal wieħed pagan, jekk mhux agħar ukoll? Dan żgur ma jgħinx biex wieħed jaqsam il‑fidi tiegħu mal‑oħrajn.

Darba, student universitarju staqsa lid‑direttur spiritwali tiegħu dwar x’għandu jagħmel biex iressaq lil sħabu universitarji, li ħafna minnhom ma kienu jemmnu f’xejn, lejn il‑Mulej. Id‑direttur wieġbu: “Xejn!” Mistagħġeb għall‑aħħar b’din it‑tweġiba l‑istudent staqsa: “Kif xejn!? Kif ma ngħid xejn?” Id‑direttur pront wieġbu: “Ħaġa żgur li m’għandekx tagħmel hi li tgħid xi ħaġa lil sħabek. Ibda għix l‑Evanġelu bis‑serjetà ħalli sħabek, xħin jarawk iġġib ruħek differenti minnhom, iġġagħalhom jistaqsu: “Imma dan għaliex qiegħed iġib ruħu għal kollox differenti minna?” Id‑don tal‑fidi jrid jgħaddi minn ġenerazzjoni għall‑oħra, mill‑ġenituri għall‑ulied u minn ħabib għall‑ieħor, mhux billi wieħed jidħol f’argumenti sħan u filosofiċi, imma billi toffrilhom esperjenza ħajja tal‑Envanġelju. “F’dan żgur li ħadd mhu ser ikun waħdu. Ġesù nnisfu wegħedna li jkun magħna.” (Mt.28:20)

Jalla lkoll nifhmu dan u nippruvaw ngħixu skont dak li nemmnu fih, ħalli kif kien jinsisti San Ġorġ Preca mas‑soċji tiegħu: “Ġesù jkun magħruf u maħbub minn kulħadd.” 

DONAZZJONIJIET B’RIS Q IL‑MISSJONI

sms fuq 50617374 –  2.33 | sms fuq 50618820 –  6.99

B’SMS ta’  €6.99 tkun qed B’SMS ta’ 6.99 tkun qed tixtri l‑kotba għal tifel jew tifla tixtri l‑kotba għal tifel jew għal sena skolastika. tifla għal sena skolastika.

B’SMS ta’ €2.33  tkun qed titma’ B’SMS ta’ 2.33 tkun qed 7 t’itfal għal ġurnata. titma’ 7t itfal għal ġurnata.

This article is from: