INTENZJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Awwissu 2022
Awwissu 2022 Għall‑Imprendituri Żgħar u Medji
Nitolbu sabiex l‑imprendituri żgħar u medji, milqutin ħafna bil‑kriżi ekonomika u soċjali, isibu l‑mezzi neċessarji sabiex imexxu l‑attività proprja tagħhom, għas‑servizz tal‑komunità fejn jgħixu. 6
Il
‑Knisja kienet dejjem minn ta’ quddiem sabiex titkellem dwar id‑drittijiet tal‑ħaddiema u fuq il‑postijiet tax‑xogħol. Il‑Knisja dejjem uriet bil‑qawwa kollha l‑importanza tal‑primat tal‑bniedem fil‑proċess ta’ produzzjoni. Il‑‘Laborem Exercens’ ta’ Papa San Ġwanni Pawlu II, turi biċ‑ċar dan il‑principju tal‑primat tax‑xogħol tal‑bniedem fuq il‑kapital, li mhuwiex prinċipju Nisrani biss, imma li titolbu l‑morali soċjali. Fuq kollox ukoll, il‑bniedem meta jaħdem
u juża l‑mezzi kollha ta’ produzzjoni, bl‑ebda mod ma jista’ jaċċetta dik li nsejħulha l‑antinomija, jiġifieri firda bejn ix‑xogħol u l‑kapital. Dan huwa importanti ħafna fil‑proċess ekonomiku u biex ma ssirx ħsara lill‑bniedem. B’hekk biss tista’ ssaltan s‑solidarjetà fid‑dinja, li ssib il‑fonti tagħha mill‑prinċipju tal‑primat tax‑xogħol tal‑bniedem fuq il‑kapital: “A solidarity that finds its origin and strength in the nature of human work; in the primacy of the human person over things; will know how to create avenues of dialogue and