Malta Missjunarja Awwissu 2022

Page 4

Awwissu 2022

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Ġesù Jkun Magħruf u Maħbub Minn Kulħadd “Morru fid‑dinja kollha, xandru l‑Evanġelju lill‑ħolqien kollu.” (Mt.16:15) Dan kien l‑aħħar amar li Ġesù ta lill‑appostli qabel reġa’ lura għand il‑Missier. Ġesù kien jaf li dan kien imur wisq ’il hemm mir‑rieda u l‑forzi tagħhom. Għalhekk, Ġesù ordnalhom biex ma jagħtux bidu għal din il‑missjoni qabel jibgħat fuqhom l‑Ispirtu s‑Santu. Din il‑missjoni ma setgħu qatt iwettquha waħedhom,

imma biss bil‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu. “Jiena nitlob lill‑Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem”, filwaqt li Ġesù kompla jgħidilhom, “l‑Ispirtu s‑Santu, li l‑Missier jibgħat f ’ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.” (Ġw.14:16, 26) Alla, fil‑ħniena kbira tiegħu, irid lil kulħadd, bla eċċezzjoni ta’ ħadd, li jsalva. Għalhekk Alla

L‑inżul tal‑Ispirtu s‑Santu (Pentekoste); Il‑Ġwienaħ tal‑Artal Wurzach (pannell tax‑xellug) (1437). 4

bagħat lil Ibnu fid‑dinja biex bih id‑dinja kollha ssalva. Ġesù nnifsu stqarr dan ma’ Nikodemu: “Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid‑dinja biex jagħmel ħaqq mid‑dinja, imma biex id‑dinja ssalva permezz tiegħu.” (Ġw.3:16) Alla jiġbidna lejn Ibnu mhux bil‑forza, iżda permezz tad‑don tal‑fidi li joffri lil kulħadd. Dan id‑don, Alla jagħtih mhux biex dak li jkun jieħu gost bih waħdu u daqshekk, imma kull min jirċievi dan id‑don, għandu fl‑istess waqt ir‑responsabbiltà li jgħaddih lill‑oħrajn. Id‑don tal‑fidi ma jagħlaqx u lanqas jiżola lil dak li jirċevih mill‑komunità li huwa jgħix fiha, iżda għall‑kuntrarju, iwessagħlu l‑orrizonti tal‑ħajja sa truf l‑art. Dan ma jfissirx li wieħed ta’ bilfors irid iħalli lil artu u jmur ixandar lil Kristu f ’artijiet ’il bogħod minn art twelidu, imma jfisser li kull min irċieva dan id‑don tal‑fidi, irid ikun missjunarju fil‑moħħ u fil‑qalb. Il‑veru


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.