Malta Missjunarja Awwissu 2022

Page 24

Awwissu 2022

INSELLMU L‑MEMORJA TA’ ŻEWĠ MISSJUNARJI MALTIN

Dun Franġisk Xavier Tabone Adami

Ritratt: Times of Malta

N

har it‑22 ta’ Ġunju tħabbret il‑mewt ta’ Dun Franġisk Xavier Tabone Adami li seħħet fil‑belt ta’ Apucarana, il‑Brażil; saċerdot li ddedika ħajtu kollha lill‑poplu t’Alla fil‑Brażil. Huwa twieled il‑Gżira fit‑18 ta’ Marzu 1939, ordna saċerdot fis‑7 t’April 1962 u sal‑aħħar tal‑istess sena kien fid‑djoċesi ta’ Londrina, fin‑Nofsinhar tal‑Brażil, biex jaħdem bħala missjunarju.

ta’ Rolândia bħala missier spiritwali ta’ ħafna nies, speċjalment tas‑Sorijiet Franġiskani tal‑Qalb ta’ Ġesù mwaqqfa f’Għawdex. Il‑qsim tad‑djoċesi ta’ Londrina fl‑1965 sabu jaħdem fil‑parroċċa ta’ Sabaudia, li għaddiet għad‑djoċesi ta’ Apucarana fejn ħadem bħala kappillan tal‑katidral f’Apucarana bejn l‑1966 u l‑1972, u tal‑belt fil‑qrib ta’ Cambira bejn l‑1972 u l‑2020.

Beda jaħdem fil‑parroċċa

Fuq livell djoċesan, Dun

Franġisku nħatar vigarju ġenerali tad‑djoċesi fl‑1984, kariga li żamm sal‑2011. Fis‑Snin 80 kien diġà l‑kordinatur tad‑djakonat għad‑djoċesijiet kollha fl‑istat ta’ Paraná. Wara s‑suġġerimenti tal‑Vatikan II, il‑korsijiet għal‑lajċi b’vokazzjoni għad‑djakonat kienu jingħataw darbtejn fis‑sena f’djoċesijiet differenti u kienu l‑pedament għal mod ġdid ta’ servizz tal‑Knisja u ta’ setgħa lil‑lajċi. Issa wieħed jista’ jipperċepixxi dan is‑servizz ta’ importanza kbira li jaħdem fid‑djoċesijiet kollha tal‑istat ta’ Paraná, riżultat tal‑ħidma t’Alla permezz ta’ Dun Franġisk. Fis‑skiet u b’umiltà ħadem għall‑Knisja ad intra sakemm il‑mard fixkel is‑servizzi kontinwi tiegħu lill‑Knisja. O Mulej agħtih il‑mistrieħ ta’ dejjem. Ammen. Sors Times of Malta. 

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel

21236962

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

24


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja Awwissu 2022 by Missio Malta - Issuu