Awwissu 2022
IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI
San Titu Brandsma
P
apa Franġisku f’Mejju li għadda kkanonizza lill‑Beatu Titu Brandsma li kien saċerdot Karmelitan Olandiż. Huwa ħadem ħafna fil‑qasam ekumeniku u kien ukoll professur tal‑università, kittieb u ġurnalist fl‑Olanda. Brandsma twieled 22
f’Oegeklooster fil‑Provinċja ta’ Friesland fl‑1881. Il‑ġenituri tiegħu kellhom razzett żgħir tal‑ħalib, filwaqt li kienu devoti kbar u Kattoliċi impenjati. Titu daħal mal‑Karmelitani f’Settembru tal‑1898 u ordna saċerdot fl‑1909. Mill‑1909
sal‑1923 għex f’Oss fejn kien jaħdem bħala kittieb u għalliem. Fl‑1916 beda jittraduċi x‑xogħol ta’ Santa Tereża t’Avila għall‑Olandiż. Fl‑1919 kien il‑fundatur u s‑surmast tal‑Iskola Sekondarja ta’ Oss. Illum din l‑iskola saret il‑Liċeo Titus Brandsma. Meta kellu 61 sena, nhar id‑19 ta’ Jannar 1942 filgħaxija, żewġ pulizija tal‑Gestapo ħabbtu l‑bieb tal‑kunvent tal‑Karmelitani tal‑belt Olandiża ta’ Nimega, arrestaw lill‑Patri Titu Brandsma, ħadulu xi dokumenti minn kamartu u ssiġillawha. L‑ewwel ħaduh fil‑ħabs ta’ Arnhem u wara ttrasferewh għall‑ħabs ta’ Scheveningen. Arrestawh għax kien jitkellem u jikteb kontra r‑reġim Nażista. Dak iż‑żmien, ir‑reġim Nażista kien invada l‑Olanda, art twelid Patri Brandsma, u pprova jbella’ lill‑poplu tal‑pajjiż il‑prinċipji tan‑Nażi. Dawn il‑principji kienu anti‑reliġjużi ħafna u dan il‑patri kien ħadha qatta bla ħabel kontrihom. Meta kien President tal‑Għaqda tal‑Iskejjel tal‑Knisja, huwa kien warrab kompletament il‑kundizzjoni mitluba min‑Nażisti, dik li tfal Lhud jiġu mkeċċija mill‑iskejjel. Man‑Nażi kien magħruf bħala