Malta Missjunarja Awwissu 2022

Page 12

Awwissu 2022

IL‑KONGREGAZZJONI TAL‑VERĠNI MBIERKA TA’ MONTE OLIVETO DUN HERMANN DUNCAN O.CARM

San Bernard Tolomei mhux kollu mniżżel. Ommu kellha dehra qabel it‑twelid tiegħu, li bħala żagħżugħ kellu jistudja fil‑Kunvent tad‑Dumnikani fi Siena, u mbagħad ikompli l‑istudji tiegħu li jwassluh biex ikun professur tal‑liġi fl‑Università tal‑belt u Kavallier tal‑Imperu.

B

osta qaddisin ftit li xejn nafu dwarhom minħabba nuqqas ta’ tagħrif li jeżisti fuqhom. Insibu ammont kbir ta’ bijografiji dwar ħajjet San Bernard Tolomei, għalkemm ma nsibux il‑kitbiet tiegħu. Jeżistu ħafna affreski li juruna lilu fil‑monasteri u l‑knejjes Olivetani kollha, kif ukoll fil‑palazzi tal‑istituzzjonijiet 12

ta’ Siena. Mill‑istorja nafu li dan il‑qaddis kien iben Mino minn familja nobbli ta’ Tolomei u Fulvia Tancredi. Huwa twieled fi Siena fl‑1272 u tawh l‑isem ta’ Giovanni, iżda aktar tard biddel ismu f’dak ta’ Bernard. Il‑bijografija tiegħu nafuha mit‑tfittix li kien għamel id‑Dumnikan Gregorio Lombardi (1613), anki jekk it‑tagħrif li waslilna

Waqt il‑kriżi reliġjuża tiegħu, Bernard kellu l‑għajnuna tal‑Madonna fil‑fejqan tal‑marda ta’ għajnejh, li wasslitu biex iħalli l‑belt u l‑ħajja mundana tiegħu. Wara t‑tnebbiħ li kellu fis‑ Sena 1313, li kienet sena ta’ ġlied bejn il‑partiti tal‑belt, Bernard flimkien ma’ żewġt iħbieb nobbli tiegħu, Patrizio Patrizi u Ambroġ Piccolomini, ħallew Siena biex imorru Accona fejn il‑familja Tolomei kellha proprjetà. Wara li warrbu l‑ilbies nobbli tagħhom, huma libsu f ’ilbies iktar sempliċi u bidlu isimhom, waqt li ddedikaw ħajjithom għat‑talb, penitenza u solitudni eremitika. Illum għad nistgħu naraw l‑għerien ta’ dak iż‑żmien kif ukoll il‑kappella żgħira li kienet ġiet mibnija fuq xewqa ta’ Tolomei. Il‑ħajja axxetika tagħhom


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.