Awwissu 2021
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS
L‑Arti Li Tħobb – It‑Tielet Parti Nibdew Inħobbu Aħna l‑Ewwel “Hawn qiegħda l‑imħabba: mhux għax aħna ħabbejna ’l Alla, imma għax ħabbna Hu u bagħat lil Ibnu biex ikun ta’ tpattija għal dnubietna.” (1Ġw. 4:10) Pass ieħor fl‑arti tal‑imħabba, forsi l‑aktar wieħed impenjattiv minnhom kollha, li jipprova jekk l‑imħabba tagħna hijiex awtentika u safja, jitlob minna li nħobbu aħna l‑ewwel, li aħna nieħdu l‑inizjattiva bla ma noqogħdu nistennew lil ħaddieħor jagħmel l‑ewwel pass. Dan il‑mod ta’ mħabba jpoġġina fuq quddiem nett, imma jekk aħna rridu 8
nħobbu bħalma jħobb Alla, u niżviluppaw din il‑ħila li Alla jpoġġilna f ’qalbna, irridu nagħmlu kif għamel Hu. Alla ma qagħadx jistenna li aħna nħobbuh, imma minn dejjem uriena b’ħafna modi li jibda jħobbna Hu l‑ewwel, tkun xi tkun it‑tweġiba tagħna. Aħna ġejna maħluqa bħala don għal xulxin u aħna nitwettqu meta ningħataw għall‑oħrajn b’dik l‑imħabba li tiġi qabel kull ġest ta’ mħabba tal‑ieħor. Biex iħobb, in‑Nisrani jrid jagħmel bħal Alla: ma joqgħodx
jistenna li jħobbuh, imma jibda jħobb hu l‑ewwel. Issa billi hu ma jistax jagħmel dan ma’ Alla, għax Alla dejjem jibda jħobb l‑ewwel, in‑Nisrani jagħmel dan mal‑proxxmu tiegħu. Wara li qalilna li Alla ħabbna, San Ġwann ma jtemmx jgħid, kif kien