
1 minute read
Poeżija
Lil Ommna Marija
Ngħaddi minn quddiemek filgħodu U narak kull filgħaxija, Għajnejja jmorru fuqek O ħelwa Sidtna Marija.
Id‑dar tiegħi żejjintli O statwa ħelwa tal‑Madonna, minn qalbi nixtieq noffrilek Il‑ward kollu tal‑ġonna.
O Madonna l‑aktar ħelwa Imżejna bl‑isbaħ ġmiel, Nitolbuk begħedna mill‑ħażen, Mill‑mard u minn kull xkiel.
Madonna Omm ħanina Int żgur li tħenn għalija, Tifhem l‑uġigħ ta’ qalbna, Għinna nerfgħu din it‑tbatija.
Minn qalbi Madonna niktiblek Għax int żgur tidħol għalina, Taf kemm bata’ l‑għażiż ibnek U ħa l‑mewt minħabba fina.
Paul Caruana
Websajt Missio

•Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji •Proġetti li twettqu u qed jitwettqu •Animazzjoni missjunarja •Attivitajiet •Rivisti tal‑passat •MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat

Jien. Int. Aħna. Flimkien.
(VO/1178)
www.missio.org.mt
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena
Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet

Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena